22003D0160



Official Journal L 041 , 12/02/2004 P. 0058 - 0059


Id-Deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt ŻEE

Nru 160/2003

tas-7 ta' Novembru 2003

li temenda l-Anness XX (Ambjent) tal-Ftehim ŻEE

IL-KUMITAT KONĠUNT ŻEE,

Wara li kkunsidra l-Ftehim dwar iż-Żona Ekonimika Ewropea, kif emendat bil-Protokoll li jaġġusta il-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea, hawnhekk iżjed 'l quddiem imsejjaħ "il-Ftehim", u b'mod partikolari l-Artikolu 98 tiegħu,

Billi:

(1) L-Anness XX li jinsab mal-Ftehim kien emendat bid-Deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt ŻEE Nru 130/2003 tas-26 ta' Settembru 2003 [1].

(2) Id-Direttiva 2002/49/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-25 ta' Ġunju 2002 li tirrelata mal-istima u l-immaniġġar ta' ħoss ambjentali [2] għandha tiġi inkorporata fil-Ftehim,

IDDEĊIEDA DAN LI ĠEJ:

Artikolu 1

Dan li ġej huwa miżjud wara l-punt 32f (Direttiva 2000/76/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill) tal-Anness XX li jinsab mal-Ftehim:

"VI. ĦOSS

32g. 32002 L 0049: Id-Direttiva 2002/49/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-25 ta' Ġunju 2002 li tirrelata mal-istima u l-immaniġġar ta'ħoss ambjentali (ĠU L 189, tat-18.7.2002, p. 12)."

Artikolu 2

It-test tad-Direttiva 2002/49/KE fil-lingwa tal-Iżlanda u tan-Norveġja, li għandhom jiġu ppublikati fis-Suppliment ŻEE tal-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea, għandu jkun awtentiku.

Artikolu 3

Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fit-8 ta' Novembru 2003, kemm-il darba n-notifikazzjonijiet kollha taħt l-Artikolu 103(1) tal-Ftehim ikunu saru lill-Kumitat Konġunt ŻEE [3].

Artikolu 4

Din id-Deċiżjoni għandha tiġi ppublikata fit-taqsima ŻEE ta', u fis-Suppliment ŻEE tal-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Magħmula fi Brussel, fis-7 ta' Novembru 2003.

Għall-Kumitat Konġunt ŻEE

Il-President

HSH Prinz Nikolaus von Liechtenstein

[1] ĠU L 331, tat-18.12.2003, p. 64.

[2] ĠU L 189, tat-18.7.2002, p. 12.

[3] Ħtiġiet kostituzzjonali indikati.

--------------------------------------------------