|
Il-Ġurnal Uffiċjali |
MT Is-serje L |
|
2024/2087 |
2.8.2024 |
DEĊIŻJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2024/2087
tal-31 ta’ Lulju 2024
li tikkonferma l-parteċipazzjoni tal-Irlanda fid-Direttiva (UE) 2024/1346 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li tistabbilixxi l-istandards dwar l-akkoljenza ta’ applikanti għall-protezzjoni internazzjonali
IL-KUMMISSJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidrat il-Protokoll Nru 21 dwar il-pożizzjoni tar-Renju Unit u l-Irlanda fir-rigward tal-Ispazju ta’ Libertà, Sigurtà u Ġustizzja, anness mat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea u mat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikolu 4 tiegħu,
Wara li kkunsidrat in-notifika mill-Irlanda dwar ix-xewqa tagħha li taċċetta u tkun marbuta bid-Direttiva (UE) 2024/1346 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-14 ta’ Mejju 2024 li tistabbilixxi l-istandards dwar l-akkoljenza ta’ applikanti għall-protezzjoni internazzjonali (1),
Billi:
|
(1) |
Id-Direttiva (UE) 2024/1346 ġie adottat fl-14 ta’ Mejju 2024 u daħal fis-seħħ fil-11 ta’ Ġunju 2024. L-Istati Membri għandhom idaħħlu fis-seħħ il-liġijiet, ir-regolamenti u d-dispożizzjonijiet amministrattivi meħtieġa biex jikkonformaw mal-Artikoli 1 sa 10, 12, 13, 17 sa 29 u 31 sa 34 ta’ dik id-Direttiva sat-12 ta’ Ġunju 2026. |
|
(2) |
Permezz ta’ ittra tas-27 ta’ Ġunju 2024, l-Irlanda nnotifikat ix-xewqa tagħha li taċċetta u tkun marbuta bid-Direttiva (UE) 2024/1346. |
|
(3) |
Jenħtieġ għalhekk li l-parteċipazzjoni tal-Irlanda fid-Direttiva (UE) 2024/1346 tiġi kkonfermata. |
|
(4) |
Ma hemm l-ebda kundizzjoni speċifika marbuta mal-parteċipazzjoni tal-Irlanda fid-Direttiva (UE) 2024/1346 u l-ebda miżura tranżitorja mhi meħtieġa, |
|
(5) |
Sabiex l-Irlanda tkun tista’ tibda l-proċess ta’ traspożizzjoni tad-Direttiva (UE) 2024/1346 fil-liġi nazzjonali tagħha malajr kemm jista’ jkun, bil-ħsieb li tiġi żgurata l-applikazzjoni tagħha fil-limitu ta’ żmien stabbilit fl-Artikolu 35(1) ta’ dik id-Direttiva, jenħtieġ li din id-Deċiżjoni tidħol fis-seħħ fil-jum wara dak tal-pubblikazzjoni tagħha, |
ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI:
Artikolu 1
Il-parteċipazzjoni tal-Irlanda fid-Direttiva (UE) 2024/1346 hija kkonfermata.
Artikolu 2
Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ l-għada tal-jum tal-pubblikazzjoni tagħha f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Magħmul fi Brussell, il-31 ta’ Lulju 2024.
Għall-Kummissjoni
Il-President
Ursula VON DER LEYEN
(1) ĠU L, 2024/1346, 22.5.2024, ELI: http://data.europa.eu/eli/dir/2024/1346/oj.
ELI: http://data.europa.eu/eli/dec/2024/2087/oj
ISSN 1977-074X (electronic edition)