|
Il-Ġurnal Uffiċjali |
MT Serje C |
|
C/2024/2381 |
27.3.2024 |
Noti ta’ Spjegazzjoni tan-Nomenklatura Magħquda tal-Unjoni Ewropea
(C/2024/2381)
Skont l-Artikolu 9(1)(a) tar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2658/87 (1), in-Noti ta’ Spjegazzjoni tan-Nomenklatura Magħquda tal-Unjoni Ewropea (2) qed jiġu emendati kif ġej:
Fil-paġna 202, fin-Nota ta’ Spjegazzjoni għas-subintestatura NM “ 3924 90 00 Oħrajn” , jiddaħħal it-test li ġej wara t-test eżistenti:
“Din is-subintestatura tinkludi wkoll prodotti magħmula minn kombinamenti ta’ materjali tal-karta bħall-polpa tal-karta, il-karta, il-wattiet taċ-ċelluloża jew l-insiġ tal-fibri ċellulożi b’polimeru superassorbenti (SAP) (eż. protezzjoni għas-sodda għall-pazjenti b’inkontinenza jew training pads għall-klieb). Il-funzjoni ewlenija ta’ prodotti bħal dawn hija l-assorbiment ta’ fluwidi milwiema. L-SAP iżomm b’mod effettiv il-fluwidi milwiema fil-qalba tal-prodotti u għalhekk jagħti lill-prodotti l-karattru essenzjali tagħhom. Il-materjali tal-karta jiffaċilitaw b’mod partikolari l-assorbiment inizjali u t-trasport tal-fluwidi milwiema lejn l-SAP.
F’konformità man-Nota 2(z) tal-Kapitolu 39, il-prodotti tal-intestatura 9619 huma esklużi minn din is-subintestatura (ara wkoll in-Nota Addizzjonali 1 tal-Kapitolu 96).”
Fil-paġna 231, fin-Nota ta’ Spjegazzjoni għas-subintestaturi NM “ 4818 90 10 u 4818 90 90 Oħrajn” , jiddaħħal it-test li ġej wara l-ewwel paragrafu:
“Dawn is-subintestaturi ma jinkludux il-prodotti magħmula minn kombinamenti ta’ materjali tal-karta bħall-polpa tal-karta, il-karta, il-wattiet taċ-ċelluloża jew l-insiġ tal-fibri ċellulożi b’polimeru superassorbenti (SAP), fejn il-funzjoni ewlenija tal-prodott hija ż-żamma tal-fluwidi milwiema permezz tal-SAP (ara n-nota ta’ spjegazzjoni tas-subintestatura 3924 90 00, it-tielet paragrafu).”
(1) Ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2658/87, tat-23 ta’ Lulju, 1987, dwar in-nomenklatura tat-tariffa u l-istatistika u dwar it-Tariffa Doganali Komuni ta’ Dwana (ĠU L 256, 7.9.1987, p. 1, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/1987/2658/oj).
ELI: http://data.europa.eu/eli/C/2024/2381/oj
ISSN 1977-0987 (electronic edition)