|
Il-Ġurnal Uffiċjali |
MT Is-serje L |
|
2025/2186 |
30.10.2025 |
REGOLAMENT TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2025/2186
tad-29 ta’ Ottubru 2025
dwar it-tiġdid tal-awtorizzazzjoni tal-aċidu propjoniku, tal-propjonat tas-sodju u tal-propjonat tal-ammonju bħala addittivi tal-għalf għall-ispeċijiet kollha tal-annimali terrestri u li jħassar ir-Regolamenti ta’ Implimentazzjoni (UE) Nru 1222/2013 u (UE) Nru 305/2014
(Test b’rilevanza għaż-ŻEE)
IL-KUMMISSJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament (KE) Nru 1831/2003 tal-Parlament Ewropew u l-Kunsill tat-22 ta’ Settembru 2003 fuq l-addittivi għall-użu fl-għalf tal-annimali (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 9(2) tiegħu,
Billi:
|
(1) |
Ir-Regolament (KE) Nru 1831/2003 jipprevedi l-awtorizzazzjoni ta’ addittivi għall-użu fl-għalf tal-annimali, kif ukoll ir-raġunijiet u l-proċeduri għall-għoti u għat-tiġdid ta’ tali awtorizzazzjoni. |
|
(2) |
L-aċidu propjoniku, il-propjonat tas-sodju u l-propjonat tal-ammonju ġew awtorizzati għal perjodu ta’ 10 snin bħala addittivi tal-għalf għar-ruminanti, il-ħnieżer u l-pollam bir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 1222/2013 (2) u għall-ispeċijiet kollha tal-annimali għajr ir-ruminanti, il-ħnieżer u l-pollam bir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 305/2014 (3). |
|
(3) |
F’konformità mal-Artikolu 14(1) tar-Regolament (KE) Nru 1831/2003, tressqu applikazzjonijiet għat-tiġdid tal-awtorizzazzjoni tal-aċidu propjoniku, tal-propjonat tas-sodju u tal-propjonat tal-ammonju bħala addittivi tal-għalf għall-ispeċijiet kollha tal-annimali, bit-talba li l-addittivi jiġu kklassifikati fil-kategorija tal-addittivi “addittivi teknoloġiċi” u fil-grupp funzjonali “addittivi tas-silaġġ”. Ma’ dawk l-applikazzjonijiet ntbagħtu d-dettalji u d-dokumenti meħtieġa skont l-Artikolu 14(2) ta’ dak ir-Regolament. |
|
(4) |
Fl-opinjonijiet tagħha tat-3 ta’ Lulju 2024 (4) u tas-17 ta’ Settembru 2024 (5), l-Awtorità Ewropea dwar is-Sigurtà fl-Ikel (“l-Awtorità”) ikkonkludiet li l-aċidu propjoniku, il-propjonat tas-sodju u l-propjonat tal-ammonju għadhom sikuri għall-ispeċijiet kollha tal-annimali terrestri, għall-konsumaturi u għall-ambjent fil-kundizzjonijiet awtorizzati. Fir-rigward tas-sikurezza tal-utenti, ikkonkludiet li l-aċidu propjoniku huwa korrużiv għall-ġilda filwaqt li l-propjonat tas-sodju u l-propjonat tal-ammonju huma korrużivi wkoll għall-għajnejn u għas-sistema respiratorja. Il-propjonat tas-sodju mhuwiex sensitizzatur tal-ġilda. Kwalunkwe esponiment tal-utenti għal dawn l-addittivi jitqies bħala riskju. L-Awtorità qieset li ma kienx hemm bżonn li tiġi vvalutata l-effikaċja tal-aċidu propjoniku, tal-propjonat tas-sodju u tal-propjonat tal-ammonju fil-kuntest tat-tiġdid tal-awtorizzazzjoni, peress li l-applikazzjonijiet għat-tiġdid tal-awtorizzazzjonijiet ma jinkludux proposti biex jiġu emendati jew issupplimentati l-kundizzjonijiet tal-awtorizzazzjonijiet oriġinali li jkollhom impatt fuq l-effikaċja tal-addittivi. |
|
(5) |
Permezz ta’ ittra tal-11 ta’ Settembru 2024, l-applikant irtira l-applikazzjoni għat-tiġdid tal-awtorizzazzjoni fir-rigward tal-użu tal-aċidu propjoniku, tal-propjonat tas-sodju u tal-propjonat tal-ammonju għall-annimali akkwatiċi. |
|
(6) |
Il-Laboratorju ta’ Referenza stabbilit bir-Regolament (KE) Nru 1831/2003 kien tal-fehma li l-konklużjonijiet u r-rakkomandazzjonijiet milħuqa fil-valutazzjonijiet preċedenti mwettqa fir-rigward tal-metodi tal-analiżi tal-aċidu propjoniku, tal-propjonat tas-sodju u tal-propjonat tal-ammonju bħala addittivi tal-għalf huma validi u applikabbli għall-applikazzjonijiet attwali. Dawk il-valutazzjonijiet preċedenti saru fil-kuntest ta’ evalwazzjoni ġdida tal-metodi tal-analiżi kkonċernati mwettqa mil-Laboratorju ta’ Referenza, li tissemma fl-opinjonijiet tal-Awtorità tat-3 ta’ Lulju 2024 u tas-17 ta’ Settembru 2024, sabiex jitqiesu l-iżviluppi xjentifiċi u teknoloġiċi u biex tiġi żgurata adegwatezza aħjar tal-metodi tal-analiżi għall-kontrolli uffiċjali. |
|
(7) |
Fid-dawl ta’ dan ta’ hawn fuq, il-Kummissjoni tqis li l-aċidu propjoniku, il-propjonat tas-sodju u l-propjonat tal-ammonju jissodisfaw il-kundizzjonijiet previsti fl-Artikolu 5 tar-Regolament (KE) Nru 1831/2003. Għaldaqstant, jenħtieġ li l-awtorizzazzjoni ta’ dawn l-addittivi tiġġedded. Barra minn hekk, il-Kummissjoni hija tal-fehma li jenħtieġ li jittieħdu miżuri protettivi xierqa biex jiġu evitati effetti avversi fuq saħħet l-utenti tal-addittivi. |
|
(8) |
B’konsegwenza tat-tiġdid tal-awtorizzazzjoni tal-aċidu propjoniku, tal-propjonat tas-sodju u tal-propjonat tal-ammonju bħala addittivi tal-għalf, jenħtieġ li r-Regolamenti ta’ Implimentazzjoni (UE) Nru 1222/2013 u (UE) Nru 305/2014 jitħassru kif xieraq. |
|
(9) |
Il-miżuri previsti f’dan ir-Regolament huma f’konformità mal-opinjoni tal-Kumitat Permanenti dwar il-Pjanti, l-Annimali, l-Ikel u l-Għalf, |
ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
Tiġdid tal-awtorizzazzjoni
L-awtorizzazzjoni tas-sustanzi speċifikati fl-Anness, li huma parti mill-kategorija tal-addittivi “addittivi teknoloġiċi” u mill-grupp funzjonali “addittivi tas-silaġġ”, hija mġedda soġġetta għall-kundizzjonijiet stabbiliti f’dak l-Anness.
Artikolu 2
Tħassir tar-Regolamenti ta’ Implimentazzjoni (UE) Nru 1222/2013 u (UE) Nru 305/2014
Ir-Regolamenti ta’ Implimentazzjoni (UE) Nru 1222/2013 u (UE) Nru 305/2014 jitħassru.
Artikolu 3
Miżuri tranżizzjonali
L-addittivi tal-għalf l-aċidu propjoniku, il-propjonat tas-sodju u l-propjonat tal-ammonju, kif awtorizzati bir-Regolamenti ta’ Implimentazzjoni (UE) Nru 1222/2013 u (UE) Nru 305/2014 u l-għalf li fih minnhom, u li huma maħsuba għall-ispeċijiet kollha tal-annimali terrestri, u li jiġu prodotti u ttikkettati qabel id-19 ta’ Novembru 2026 f’konformità mar-regoli applikabbli qabel id-19 ta’ Novembru 2025 jistgħu jibqgħu jiġu introdotti fis-suq u jintużaw sakemm jispiċċaw l-istokkijiet ikkonċernati.
Artikolu 4
Dħul fis-seħħ
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fi Brussell, id-29 ta’ Ottubru 2025.
Għall-Kummissjoni
Il-President
Ursula VON DER LEYEN
(1) ĠU L 268, 18.10.2003, p. 29, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2003/1831/oj.
(2) Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 1222/2013 tad-29 ta’ Novembru 2013 dwar l-awtorizzazzjoni tal-aċidu propjoniku, il-propjonat tas-sodju u l-propjonat tal-ammonju bħala addittivi tal-għalf għar-ruminanti, il-majjali u t-tjur (ĠU L 320, 30.11.2013, p. 16 , ELI: http://data.europa.eu/eli/reg_impl/2013/1222/oj).
(3) Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 305/2014 tal-25 ta’ Marzu 2014 dwar l-awtorizzazzjoni tal-aċidu propjoniku, il-propjonat tas-sodju u l-propjonat tal-ammonju bħala addittivi tal-għalf għall-ispeċijiet tal-annimali kollha ħlief ir-ruminanti, il-majjali u t-tjur (ĠU L 90, 26.3.2014, p. 12, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg_impl/2014/305/oj).
(4) EFSA Journal, 22(8), e8938. https://doi.org/10.2903/j.efsa.2024,8938.
EFSA Journal, 22(10), e9068. https://doi. org/10.2903/j.efsa.2024,9068.
(5) EFSA Journal, 22(10), e9020. https://doi.org/10.2903/j.efsa.2024,9020.
ANNESS
|
Numru tal-identifikazzjoni tal-addittiv tal-għalf |
Addittiv |
Kompożizzjoni, formula kimika, deskrizzjoni, metodu analitiku |
Speċi jew kategorija ta’ annimal |
Età massima |
Kontenut minimu |
Kontenut massimu |
Dispożizzjonijiet oħrajn |
Tmiem il-perjodu tal-awtorizzazzjoni |
||||||||||||
|
mg/kg ta’ għalf komplet b’kontenut ta’ ndewwa ta’ 12 % |
||||||||||||||||||||
|
Kategorija: addittivi teknoloġiċi. Grupp funzjonali: addittivi tas-silaġġ |
||||||||||||||||||||
|
1k280 |
Aċidu propjoniku |
Kompożizzjoni tal-addittiv Aċidu propjoniku ≥ 99,5 % Karatterizzazzjoni tas-sustanza attiva Aċidu propjoniku ≥ 99,5 % C3H6O2 Nru CAS: 79-09-4 Residwu mhux volatili ≤ 0,01 % meta mnixxef f’temperatura ta’ 140 °C sakemm jilħaq piż kostanti Aldeidi ≤ 0,1 % espressi bħala Formaldeid Prodott bis-sinteżi kimika Metodu analitiku (1) Għad-determinazzjoni tal-aċidu propjoniku fl-addittiv tal-għalf:
|
Ħnieżer |
- |
- |
30 000 |
|
Id-19 ta’ Novembru 2035 |
||||||||||||
|
Pollam |
- |
- |
10 000 |
|||||||||||||||||
|
L-ispeċijiet kollha tal-annimali għajr il-ħnieżer, il-pollam u l-ispeċijiet tal-annimali akkwatiċi |
- |
- |
- |
|||||||||||||||||
|
Numru tal-identifikazzjoni tal-addittiv tal-għalf |
Addittiv |
Kompożizzjoni, formula kimika, deskrizzjoni, metodu analitiku |
Speċi jew kategorija ta’ annimal |
Età massima |
Kontenut minimu |
Kontenut massimu |
Dispożizzjonijiet oħrajn |
Tmiem il-perjodu tal-awtorizzazzjoni |
||||||||||||||||
|
mg/kg ta’ għalf komplet b’kontenut ta’ ndewwa ta’ 12 % |
||||||||||||||||||||||||
|
Kategorija: addittivi teknoloġiċi. Grupp funzjonali: addittivi tas-silaġġ |
||||||||||||||||||||||||
|
1k281 |
Propjonat tas-sodju |
Kompożizzjoni tal-addittiv Propjonat tas-sodju ≥ 98,5 % Karatterizzazzjoni tas-sustanza attiva Propjonat tas-sodju ≥ 98,5 % C3H5O2Na Nru CAS: 137-40-6 Telf fit-tnixxif ≤ 4 % iddeterminat permezz ta’ tnixxif għal sagħtejn f’temperatura ta’ 105 °C Insolubbli fl-ilma ≤ 0,1 % Prodott bis-sinteżi kimika Metodu analitiku (3) Għad-determinazzjoni tal-propjonat tas-sodju (bħala aċidu propjoniku totali) fl-addittiv tal-għalf:
Għad-determinazzjoni tas-sodju totali fl-addittiv tal-għalf:
|
Ħnieżer |
- |
- |
30 000 (4) |
|
Id-19 ta’ Novembru 2035 |
||||||||||||||||
|
Pollam |
- |
- |
10 000 (4) |
|||||||||||||||||||||
|
L-ispeċijiet kollha tal-annimali għajr il-ħnieżer, il-pollam u l-ispeċijiet tal-annimali akkwatiċi |
- |
- |
- |
|||||||||||||||||||||
|
Numru tal-identifikazzjoni tal-addittiv tal-għalf |
Addittiv |
Kompożizzjoni, formula kimika, deskrizzjoni, metodu analitiku |
Speċi jew kategorija ta’ annimal |
Età massima |
Kontenut minimu |
Kontenut massimu |
Dispożizzjonijiet oħrajn |
Tmiem il-perjodu tal-awtorizzazzjoni |
||||||||||||||
|
mg/kg ta’ għalf komplet b’kontenut ta’ ndewwa ta’ 12 % |
||||||||||||||||||||||
|
Kategorija: addittivi teknoloġiċi. Grupp funzjonali: addittivi tas-silaġġ |
||||||||||||||||||||||
|
1k284 |
Propjonat tal-ammonju |
Kompożizzjoni tal-addittiv Preparat ta’ propjonat tal-ammonju ≥ 19,0 %, aċidu propjoniku ≤ 80,0 % u ilma ≤ 30 % Karatterizzazzjoni tas-sustanza attiva Propjonat tal-ammonju C3H9O2N Nru CAS: 17496-08-1 Prodott bis-sinteżi kimika Metodu analitiku (6) Għad-determinazzjoni tal-aċidu propjoniku u tal-propjonat tal-ammonju (bħala aċidu propjoniku totali) fl-addittiv tal-għalf:
Għad-determinazzjoni tal-ammonju totali fl-addittiv tal-għalf:
|
Ħnieżer |
- |
- |
30 000 (7) |
|
Id-19 ta’ Novembru 2035 |
||||||||||||||
|
Pollam |
- |
- |
10 000 (7) |
|||||||||||||||||||
|
L-ispeċijiet kollha tal-annimali għajr il-ħnieżer, il-pollam u l-ispeċijiet tal-annimali akkwatiċi |
- |
- |
- |
|||||||||||||||||||
(1) Id-dettalji tal-metodi analitiċi huma disponibbli fl-indirizz tal-Laboratorju ta’ Referenza li ġej: https://joint-research-centre.ec.europa.eu/eurl-fa-eurl-feed-additives/eurl-fa-authorisation/eurl-fa-evaluation-reports_en
(2) Foraġġ li l-ensilaġġ tiegħu huwa faċli: > 3 % ta’ karboidrati solubbli fil-materjal frisk (eż. pjanta sħiħa tal-qamħirrun, sikrana, bromu jew polpa tal-pitrava zokkrija). Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 429/2008 (ĠU L 133, 22.5.2008, p. 1, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2008/429/2021-03-27).
(3) Id-dettalji tal-metodi analitiċi huma disponibbli fl-indirizz tal-Laboratorju ta’ Referenza li ġej: https://joint-research-centre.ec.europa.eu/eurl-fa-eurl-feed-additives/eurl-fa-authorisation/eurl-fa-evaluation-reports_en.
(4) Bħala aċidu propjoniku.
(5) Foraġġ li l-ensilaġġ tiegħu huwa faċli: > 3 % ta’ karboidrati solubbli fil-materjal frisk; foraġġ li l-ensilaġġ tiegħu huwa moderatament diffiċli: 1,5-3,0 % ta’ karboidrati solubbli fil-materjal frisk f’konformità mar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 429/2008 tal-25 ta’ April 2008 dwar regoli dettaljati għall-implimentazzjoni tar-Regolament (KE) Nru 1831/2003 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward tal-preparazzjoni u l-preżentazzjoni ta’ applikazzjonijiet u l-valutazzjoni u l-awtorizzazzjoni ta’ addittivi fl-għalf (ĠU L 133, 22.5.2008, p. 1, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2008/429/2021-03-27).
(6) Id-dettalji tal-metodi analitiċi huma disponibbli fl-indirizz tal-Laboratorju ta’ Referenza li ġej: https://joint-research-centre.ec.europa.eu/eurl-fa-eurl-feed-additives/eurl-fa-authorisation/eurl-fa-evaluation-reports_en.
(7) Bħala aċidu propjoniku.
(8) Foraġġ li l-ensilaġġ tiegħu huwa faċli: > 3 % ta’ karboidrati solubbli fil-materjal frisk (eż. pjanta sħiħa tal-qamħirrun, sikrana, bromu jew polpa tal-pitrava zokkrija). Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 429/2008 (ĠU L 133, 22.5.2008, p. 1, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2008/429/2021-03-27).
ELI: http://data.europa.eu/eli/reg_impl/2025/2186/oj
ISSN 1977-074X (electronic edition)