IL-KUMMISSJONI EWROPEA
Brussell, 27.4.2023
COM(2023) 224 final
ANNESS
tal-
proposta għar-Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill
dwar il-liċenzjar obbligatorju għall-immaniġġjar tal-kriżijiet u li jemenda r-Regolament (KE) 816/2006
{SEC(2023) 173 final} - {SWD(2023) 120 final} - {SWD(2023) 121 final} - {SWD(2023) 122 final}
ANNESS - Il-modalitajiet ta’ kriżi jew ta’ emerġenza msemmija fl-Artikolu 4 u l-korpi konsultattivi kompetenti msemmija fl-Artikolu 6(2) huma elenkati hawn taħt:
Mekkaniżmu tal-Unjoni f’każ ta’ kriżi jew ta’ emerġenza
|
Modalità ta’ kriżi jew modalità ta’ emerġenza
|
Korp ta’ Konsulenza Kompetenti
|
|
1.Ir-Regolament XXX/XX tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jistabbilixxi Strument għas-Suq Uniku f’Emerġenza u li jħassar ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2679/98 [COM(2022) 459]
|
Modalità ta’ emerġenza tas-Suq Uniku attivata permezz ta’ att ta’ implimentazzjoni tal-Kunsill [l-Artikolu 14 tar-Regolament XXX/XX] [COM(2022) 459]
|
Il-Grupp Konsultattiv [l-Artikolu 4 tar-Regolament XXX/XX] [COM(2022) 459]
|
|
2.Ir-Regolament (UE) 2022/2371 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-t23 ta’ Novembru 2022 dwar it-theddid transkonfinali serju għas-saħħa u li jħassar id-Deċiżjoni Nru 1082/2013/UE
|
Emerġenza tas-saħħa pubblika fil-livell tal-Unjoni rikonoxxuta formalment permezz ta’ att ta’ implimentazzjoni tal-Kummissjoni [l-Artikolu 23 tar-Regolament (UE) 2022/2371]
|
Il-Kumitat għas-Sigurtà tas-Saħħa [l-Artikolu 4 tar-Regolament (UE) 2022/2371]
|
|
3.Ir-Regolament tal-Kunsill (UE) 2022/2372 tal-24 ta’ Ottubru 2022 dwar qafas ta’ miżuri għall-iżgurar tal-provvista ta’ kontromiżuri mediċi rilevanti għall-kriżi fil-każ ta’ emerġenza tas-saħħa pubblika fil-livell tal-Unjoni
|
Qafas ta’ emerġenza attivat bl-adozzjoni ta’ Regolament tal-Kunsill [l-Artikolu 3 tar-Regolament (UE) 2022/2372]
|
Il-Bord għall-Kriżijiet tas-Saħħa [l-Artikolu 5 tar-Regolament (UE) 2022/2372]
|
|
4.Ir-Regolament XXX/XX li jistabbilixxi qafas ta’ miżuri għat-tisħiħ tal-ekosistema tas-semikondutturi tal-Ewropa [COM(2022) 46]
|
Stadju ta’ kriżi attivat b’att ta’ implimentazzjoni tal-Kummissjoni [l-Artikolu 18 tar-Regolament XXX/XXX] [COM(2022) 46]
|
Il-Bord Ewropew dwar is-Semikondutturi [l-Artikolu 23 tar-Regolament XXX/XXX] [COM(2022) 46]
|
|
5.Ir-Regolament (UE) 2017/1938 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-25 ta’ Ottubru 2017 dwar miżuri għas-salvagwardja tas-sigurtà tal-provvista tal-gass u li jħassar ir-Regolament (UE) Nru 994/2010
|
Emerġenza tal-Unjoni ddikjarata mill-Kummissjoni [l-Artikolu 12 tar-Regolament (UE) 2017/1938]
|
Il-Grupp ta’ Koordinazzjoni tal-Gass [l-Artikolu 4 tar-Regolament (UE) 2017/1938]
|