Official Journal L 359 , 31/12/1980 P. 0018 - 0043
Finnish special edition: Chapter 3 Volume 12 P. 0222
Greek special edition: Chapter 03 Volume 32 P. 0093
Swedish special edition: Chapter 3 Volume 12 P. 0222
Spanish special edition: Chapter 03 Volume 20 P. 0047
Portuguese special edition Chapter 03 Volume 20 P. 0047
Ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 3448/80 tat-22 ta’ Diċembru 1980 dwar l-implimentazzjoni ta’ l-Artikolu 43 ta’ l-Att ta’ l-Adeżjoni ta’ l-1979, dwar is-sistema tal-kummerċ applikabbli għall-merkanzija koperta bir-Regolamenti (KEE) Nru 3033/80 u (KEE) Nru 3035/80 IL-KUNSILL TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ, Wara li kkunsidra t-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ekonomika Ewropea, Wara li kkunsidra l-Att ta’ l-Adeżjoni ta’ l-1979, u partikolarment l-Artikoli 43 tiegħu, Wara li kkunsidra l-proposta mill-Kummissjoni, Billi l-Artikolu 43 ta’ l-Att jistabbilixxi r-regoli li jirregolaw il-prodotti agrikoli pproċessati ’l barra mill-Anness II tat-Trattat li huma koperti bir-Regolamenti tal-Kunsill li ġejjin: - (KEE) Nru 3033/80 tad-29 ta’ Novembru 1980 li jistabbilixxi s-sistema tal-kummerċ applikabbli għal ċerti prodotti pproċessati mill-prodotti agrikoli [1], u - (KEE) Nru 3035/80 tad-29 ta’ Novembru 1980 li jistabbilixxi r-regoli ġenerali biex jingħataw ir-rifużjonijiet ta’ l-esportazzjoni fuq ċerti prodotti agrikoli esportati f’forma ta’ oġġetti mhux koperti mill-Anness II tat-Trattat u l-kriterji biex ikunu stabbiliti l-ammonti tat-tali rifużjonijiet [2]; Billi, ir-Regolament (KEE) Nru 3033/80 jikkonċerna partikolarment id-determinazzjoni tal-ħlas applikabbli meta l-oġġetti f’dan il-każ huma importati, liema ħlas huwa magħmul minn dazju ad valorum li jikkostitwixxi l-komponent fiss u minn komponent varjabbli; billi, huwa meħtieġ li tkun stabbilita r-rata tad-dazju tad-dwana li tikkostitwixxi l-komponent fiss applikabbli mir-Repubblika Ellenika fuq l-importazzjoni minn pajjiżi terzi; billi, dan il-komponent fiss irid ikun stabbilit, skond l-Artikolu 43 (3) ta’ l-Att, bl-esklużjoni mill-protezzjoni totali applikat mir-Repubblika Ellenika fid-data ta’ l-Adeżjoni l-protezzjoni agrikola li għandha tkun introdotta ma’ l-Adeżjoni; Billi, skond l-Artikolu 15 tal-Ftehim ta’ l-Assoċjazzjoni bejn il-Komunità Ekonomika Ewropea u l-Greċja teżisti għal ċerti oġġetti koperti bir-Regolament (KEE) Nru 3033/80 dazju residwali tad-dwana fuq l-importazzjoni fir-Repubblika Ellenika mill-Komunità tad-Disgħa; billi, dawn id-dazji tad-dwana għandhom jibqgħu ma’ l-Adeżjoni u jitneħħew skond l-iskeda taż-żmien stabbilita għall-prodotti industrijali fl-Artikolu 25 ta’ l-Att; Billi l-komponent varjabbli applikabbli meta l-oġġetti koperti bir-Regolament (KEE) Nru 3033/80 huma importati fir-Repubblika Ellenika minn pajjiżi terzi huwa skond it-tieni inċiż ta’ l-Artikolu 43 (1) ta’ l-Att, miżjud jew imnaqqas, skond il-każ, b’ammont ta’ kumpens ta’ l-Adeżjoni; billi, ma’ l-importazzjoni fil-Komunità tad-Disgħa mir-Repubblika Ellenika l-istess ammont ta’ kumpens ta’ l-Adeżjoni huwa applikat għall-istess oġġetti; billi l-ammont ta’ kumpens applikat għal ċerti oġġetti importati fil-Komunità tad-Disgħa u mogħtija tnaqqis fil-komponent varjabbli qabel l-Adeżjoni għandu jkun suġġett għal-livell massimu; Billi, skond l-Artikolu 6 tar-Regolament (KEE) Nru 3033/80 il-Kummissjoni tistabbilixxi għal perjodi ta’ tliet xhur u għall-merkanzija kollha l-ammont tal-komponent varjabbli applikabbli fuq l-importazzjoni fil-Komunità minn pajjiżi terzi; billi l-istess proċedura tapplika bl-istess perjodiċità biex ikunu stabbiliti l-ammonti ta’ kumpens applikabbli fuq l-importazzjoni; Billi ma’ l-esportazzjoni mill-Komunità tad-Disgħa lejn ir-Repubblika Ellenika ta’ l-oġġetti koperti bir-Regolament (KEE) Nru 3035/80 — bl-eċċezzjoni ta’ l-albumina — ammont ta’ kumpens ta’ l-Adeżjoni, stabbilit skond it-tielet inċiż ta’ l-Artikolu 43 (1) ta’ l-Att jingħata jew ikun dovut skond xi jkun il-każ; billi, ma’ l-esportazzjoni ta’ l-oġġetti kollha koperti bir-Regolament (KEE) Nru 3035/80 mir-Repubblika Ellenik lejn pajjiżi terzi l-istess ammont ta’ kumpens ta’ l-Adeżjoni huwa applikat; Billi, skond l-Artikolu 43 (4) ta’ l-Att, ir-Repubblika Ellenika fil-kummerċ ma’ pajjiżi terzi għall-prodotti kollha koperti minn dan ir-Regolament għandha tapplika fis-sħiħ in-nomenklatura tat-Tariffi Komuni Doganali sa l-1 ta’ Jannar 1981; billi dan mhux meħtieġ fl-applikazzjoni tad-dazji residwali tad-dwana fuq l-importazzjoni mill-Komunità tad-Disgħa; billi dan l-obbligu jinvolvi l-applikazzjoni ta’ komponent stabbli wieħed biss għall kull waħda mill-ispeċifikazzjonijiet tat-Tariffi Komuni Doganali fuq l-importazzjoni lejn dan l-Istat Membru minn pajjiżi terzi; Billi l-piżijiet li għandhom ikunu applikati ma’ l-Adeżjoni tal-Komunità tad-Disgħa għall-importazzjoni tal-merkanzija koperta bir-Regolament (KEE) Nru 3033/80 mir-Repubblika Ellenika tikkonsisti biss minn ammont ta’ kumpensatorju ta’ l-Adeżjoni; billi għalhekk id-disposizzjoni ta’ l-Artikolu 61, il-paragrafu 5 ta’ l-Att jitħares meta dan l-ammont ta’ kumpens ta’ l-Adeżjoni ma jeċċedix il-komponent varjabbli applikat għall-istess merkanzija ma’ l-importazzjoni fil-Komunità tad-Disgħa minn pajjiżi terzi; Billi l-imposti netti totali fuq il-kummerċ lejn ir-Repubblika Ellenika mill-Komunità tad-Disgħa hija s-somma tal-protezzjoni residwa Ellenika u l-ammont tal-kumpens ta’ l-Adeżjoni applikat fuq l-esportazzjoni mill-Komunità tad-Disgħa skond ir-raba’ inċiż ta’ l-Artikolu 43 (1) ta’ l-Att; billi, għalhekk id-disposizzjoni ta’ l-Artikolu 26 ta’ l-Att jitħares jekk il-protezzjoni residwa Ellenika fuq l-importazzjoni mill-Komunità tad-Disgħa, aġġustata bl-ammont ta’ kumpens ta’ l-Adeżjoni applikat fuq l-esportazzjoni mill-Komunità tad-Disgħa lejn ir-Repubblika Ellenika, ma jeċċedix l-imposti li dan l-Istat Membri jista’ jimponi fuq l-istess merkanzija minn pajjiżi terzi; Billi, huwa meħtieġ li jkunu stabbiliti, minħabba l-applikazzjoni tad-disposizzjonijiet ta’ l-Artikolu 8 tar-Regolament (KEE) Nru 3033/80 id-disposizzjonijiet għall-applikazzjoni mir-Repubblika Ellenika d-dazji massimi li hemm provvediment dwarhom fit-Tariffa Doganali Komuni; Billi regoli dettaljati għall-applikazzjoni tal-miżuri li hemm provvediment dwarhom f’dan ir-Regolament għandhom ikunu adottati skond il-proċedura stabbilita fl-Artikolu 26 tar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2727/75 tad-29 ta’ Ottubru 1975 dwar l-organizzazzjoni komuni tas-suq fiċ-ċereali [3], kif l-aħħar emendat bir-Regolament (KEE) Nru 1547/79 [4], u fl-Artikolu korrispondenti f’Regolamenti oħra dwar l-organizzazzjoni komuni tas-swieq, ADOTTA DAN IR-REGOLAMENT: Artikolu 1 1. Għall-iskopijiet ta’ dan ir-Regolament: - "Komunità tad-Disgħa" tfisser il-Komunità kif kostitwita qabel l-Adeżjoni tar-Repubblika Ellenika; - "Ammont ta’ kumpens ta’ l-Adeżjoni", tfisser l-ammonti ta’ kumpens applikabbli fil-kummerċ bejn il-Komunità tad-Disgħa u r-Repubblika Ellenika u bejn dan l-Istat Membru u pajjiżi terzi. 2. L-ammonti ta’ kumpens ta’ l-Adeżjoni għall-prodotti koperti b’dan ir-Regolament għandhom ikunu stabbiliti u applikati meta l-ammonti ta’ kumpens ta’ l-Adeżjoni huma applikati fuq wieħed jew aktar prodotti bażiċi meqjusa li ntużaw fil-manifattura tal-prodotti koperti bir-Regolament (KEE) Nru 3033/80. Artikolu 2 Għal kull wieħed mill-intestaturi u subintestaturi tat-Tariffa Doganali Komuni dwar il-merkanzija koperta bir-Regolament (KEE) Nru 3033/80 ir-rata tad-dazju doganali li tikkostitwixxi l-komponent fiss ta’ l-imposti applikabbli ma’ l-Adeżjoni fuq l-importazzjoni ta’ din il-merkanzija fir-Repubblika Ellenika minn pajjiżi terzi, għandha tkun dik speċifikata fil-kolonna 1 ta’ l-Anness I ta’ dan ir-Regolament. Ir-rata murija fil-kolonna 1 ta’ l-Anness I għandha tkun allinjata mat-Tariffa Doganali Komuni skond il-kondizzjonijiet stabbiliti fl-Artikolu 31 ta’ l-Att. L-ewwel pass lejn l-allinjament għandu jsir fl-1 ta’ Jannar 1981. Artikolu 3 Għall-merkanzija koperta bir-Regolament (KEE) Nru 3033/80 li hija suġġetta għad-dazju residwu fuq l-importazzjoni lejn ir-Repubblika Ellenika mill-Komunità tad-Disgħa r-rata ta’ din il-protezzjoni applikabbli ma’ l-Adeżjoni għandha tkun dik speċifikata fl-Anness II ta’ dan ir-Regolament. Ir-rati murija fl-Anness II għandhom ikunu aboliti skond l-iskeda taż-żmien stabbilita fl-Artikolu 25 ta’ l-Att. L-ewwel pass lejn l-allinjament għandu jsir fl-1 ta’ Jannar 1981. L-ammont ta’ dan id-dazju residwu mnaqqas bl-ammont tal-kumpens ta’ l-Adeżjoni mogħti, jew miżjud bl-ammont ta’ kumpens ta’ l-Adeżjoni impost skond it-tielet inċiż ta’ l-Artikolu 43 (1) ta’ l-Att m’għandux jeċċedi l-ammont totali ta’ l-imposti applikabbli mir-Repubblika Ellenika fuq l-istess merkanzija li kieku kienu importati minn pajjiżi terzi. Artikolu 4 1. Il-Kummissjoni għandha, għall-perjodu mill-1 ta’ Jannar sal-31 ta’ Jannar 1981 u minn hemm ’il quddiem għal kull perjodu ta’ tliet xhur li jibdew fl-1 ta’ Frar, l-1 ta’ Mejju, l-1 t’Awissu u l-1 ta’ Novembru għal kull waħda mill-intestaturi u s-subintestaturi fit-Tariffa Doganali Komuni dwar merkanzija koperta bir-Regolament (KEE) Nru 3033/80, tiddetermina: (a) l-ammont ta’ kumpens ta’ l-Adeżjoni applikabbli għall-importazzjoni lejn il-Komunità tad-Disgħa mir-Repubblika Ellenika; (b) l-ammont tal-komponent varjabbli aġġustat bl-ammont ta’ kumpens ta’ l-Adeżjoni msemmi taħt (a) kif riferut fit-tieni inċiż ta’ l-Artikolu 43 (1) ta’ l-Att u applikabbli fuq l-importazzjoni minn pajjiżi terzi lejn ir-Repubblika Ellenika. 2. Kull wieħed mill-ammonti ta’ kumpens ta’ l-Adeżjoni riferuti fil-paragrafu 1 (a) għandu jkun daqs is-somma ta’ l-ammonti ta’ kumpens ta’ l-Adeżjoni applikabbli għall-kwantitajiet tal-prodotti bażiċi differenti li, skond id-disposizzjonijiet tar-Regolament (KEE) Nru 3034/80 huma meqjusa li ntużaw fil-manifattura tal-merkanzija li għalihom japplika dan l-ammont ta’ kumpens ta’ l-Adeżjoni. L-ammonti ta’ kumpens ta’ l-Adeżjoni m’għandhomx jeċċedu l-komponent varjabbli applikat għall-istess merkanzija ma’ l-importazzjoni lejn il-Komunità tad-Disgħa minn pajjiżi terzi. B’dana kollu, għall-merkanzija li ġejja: EX 17.04 | Lakumja, halva | 19.03 | Mqarrun, spagetti u prodotti simili | EX 21.07 | Preparazzjonijiet ta' l-ikel mhux speċifikati jew inklużi x'imkien ieħor, li fihom iz-zokkor, il-prodotti tal-ħalib, iċ-ċereali jew il-prodotti bbażati fuq iċ-ċereali | l-ammont ta' kumpens ta' l-Adeżjoni ma jistax jeċċedi s-60% tal-komponent varjabbli applikabbli għall-importazzjoni minn pajjiżi terzi. 3. L-ammont ta’ kumpens ta’ l-Adeżjoni kkalkolat hekk għandu jkun stabbilit għal żero meta l-ammont tiegħu huwa anqas minn 1,5 ECU għal kull 100 kilogramma ta’ merkanzija. 4. L-ammont ta’ kumpens ta’ l-Adeżjoni applikabbli huwa dak fis-seħħ fil-jum ta’ l-importazzjoni. Artikolu 5 1. Għal kull waħda mill-intestaturi u s-subintestaturi fit-Tariffa Doganali Komuni dwar il-merkanzija koperta bir-Regolament (KEE) Nru 3035/80 - bl-eċċezzjoni tas-subintestatura Nru 35.02 A II a), ovalbumina u laktalbumina, fuq l-esportazzjoni mill-Komunità tad-Disgħa lejn ir-Repubblika Ellenika għandu jkun applikat ammont ta’ kumpens ta’ l-Adeżjoni; - fuq l-esportazzjoni mir-Repubblika Ellenika lejn pajjiżi terzi għandu jkun applikat ammont ta’ kumpens ta’ l-Adeżjoni. 2. Kull wieħed mill-ammonti ta’ kumpens ta’ l-Adeżjoni riferuti fil-paragrafu 1 għandu jkun stabbilit fuq il-bażi ta’ l-ammonti ta’ kumpens ta’ l-Adeżjoni stabbiliti fuq il-prodotti agrikoli bażiċi u skond ir-regoli applikabbli għall-kalkolazzjoni tar-rifużjonijiet ta’ l-esportazzjoni. 3. L-ammont ta’ kumpens ta’ l-Adeżjoni applikabbli huwa dak fis-seħħ fil-jum ta’ l-esportazzjoni. Artikolu 6 1. Għall-prodotti li dwarhom it-Tariffa Doganali Komuni tipprovdi għal imposti massimi, ir-Repubblika Ellenika għandha tapplika fuq pajjiżi terzi imposti massimi magħmula minn: (a) sa kemm il-parti fissa ta’ l-imposti massimi hija kkonċernata r-rata murija fil-kolonna 2 ta’ l-Anness I allinjata mal-livell tal-massimu komuni skond il-kondizzjonijiet stabbiliti fl-Artikolu 31 ta’ l-Att. L-ewwel pass lejn l-allinjament għandu jsir fl-1 ta’ Jannar 1981; (b) sa kemm il-parti varjabbli ta’ l-imposti massimi hija kkonċernata fejn applikabbli, id-dazju addizzjonali li hemm provvediment dwaru fl-Artikolu 8 (2) tar-Regolament (KEE) Nru 3033/80 aġġustat bl-ammont ta’ kumpens ta’ l-Adeżjoni li jikkorrispondi mal-kwantità taz-zokkor jew tad-dqiq li għalih japplika d-dazju addizzjonali. 2. Għall-iskopijiet biex ikunu applikati d-disposizzjonijiet ta’ l-Artikolu 8 (1) tar-Regolament (KEE) Nru 3033/80 għall-merkanzija importata minn pajjiżi terzi lejn ir-Repubblika Ellenika, il-Kummissjoni għandha, għall-perjodi mill-1 ta’ Jannar sal-31 ta’ Jannar 1981 u ’l quddiem għal kull perjodu ta’ tliet xhur li jibdew mill-1 ta’ Frar, l-1 ta’ Mejju, l-1 t’Awissu u l-1 ta’ Novembru, tiddetermina dan li ġej: (a) l-ammonti tad-dazji addizzjonali li għandhom ikunu applikati mir-Repubblika Ellenika; (b) id-differenza fil-prezz riferuta fl-Artikolu 8 (2) (a) tar-Regolament (KEE) Nru 3033/80. Artikolu 7 Regoli dettaljati għall-applikazzjoni ta’ l-ammonti ta’ kumpens ta’ l-Adeżjoni fil-waqt ta’ l-importazzjoni jew ta’ l-esportazzjoni u tal-pagamenti tagħhom għandhom ikunu adottati skond il-proċedura stabbilita fl-Artikolu 26 tar-Regolament (KEE) Nru 2727/75 jew fl-Artikoli li jikkorrispondu f’Regolamenti oħra dwar l-organizzazzjoni komuni tas-swieq. Artikolu 8 Dan ir-Regolament jidħol fis-seħħ fl-1 ta’ Jannar 1981. Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u direttament applikabbli fl-Istati Membri kollha. Magħmul fi Brussel, it-22 ta’ Diċembru 1980. Għall-Kunsill Il-President J. Santer [1] ĠU L 323, 29.11.1980, p. 1. [2] ĠU L 323, 29.11.1980, p. 27. [3] ĠU L 281, 1.11.1975, p. 1. [4] ĠU L 188, 26.7.1979, p. 1. -------------------------------------------------- ANNESS I Ir-rata tal-komponenti fissi riferuta fl-Artikolu 2 u l-parti fissa tal-piżijiet massimi riferuta fl-Artikolu 6 Intestatura TDK Nru | Deskrizzjoni | Kolonna I | Kolonna II | Rata ta' komponent fiss | Il-parti fissa ta' l-impost massimu | 17.04 | Konfezzjoni taz-zokkor, li ma fihomx kawkaw: | | | B.Chewing gum li fih bħala piż ta' sukrosju (inkluż zokkor invertit espress bħala sukrosju): | | | I.Anqas minn 60 % | 41 % | 41 % | II.60 % jew aktar | 41 % | 41 % | Ċ.Ċikkulata bajda | 41 % | 41 % | D.Oħrajn: | | | I.Li ma fihomx xaħmijiet tal-ħalib jew fihom anqas minn 1,5 % bħala piż ta' dawn ix-xaħmijiet | | | (a)Li ma fihomx sukrosju jew fih anqas minn 5 % bħala piż tas-sukrosju (inkluż iz-zokkor invertit espress bħala sukrosju) | 50 % | 55 % | (b)Li fihom bħala piż ta' sukrosju (inkluż zokkor invertit espress bħala sukrosju): | | | 1.5 %, jew aktar iżda anqas minn 30 % | 50 % | 55 % | 2.30 % jew aktar iżda anqas minn 40 % | 50 % | 55 % | 3.40 % jew aktar iżda anqas minn 50 % | | | (aa)Li ma fihomx lamtu | 50 % | 55 % | (bb)Oħrajn | 50 % | 55 % | 4.50 % jew aktar iżda anqas minn 60 % | 50 % | 55 % | 5.60 % jew aktar iżda anqas minn 70 % | 50 % | 55 % | 6.70 % jew aktar iżda anqas minn 80 % | 50 % | 55 % | 7.80 % jew aktar iżda anqas minn 90 % | 50 % | 55 % | 8.90 % jew aktar | 50 % | 55 % | II.Oħrajn: | | | (a)Li ma fihomx sukrosju jew fihom anqas minn 5 % bħala piż tas-sukrosju (inkluż iz-zokkor invertit espress bħala sukrosju) | 50 % | 55 % | (b)Li fihom bħala piż ta' sukrosju (inkluż zokkor invertit espress bħala sukrosju): | | | 1.5 % jew aktar iżda anqas minn 30 % | 50 % | 55 % | 2.30 % jew aktar iżda anqas minn 50 % | 50 % | 55 % | 3.50 % jew aktar iżda anqas minn 70 % | 50 % | 55 % | 4.70 % jew aktar | 50 % | 55 % | 18.06 | Ċikkulata jew preparazzjonijiet oħra ta' l-ikel li fihom il-kawkaw: | | | A.Trab tal-kakaw, mhux magħmul ħelu għajr bl-addizzjoni tal-sukrosju, li fih bħala piż tas-sukrosju: | | | I.Anqas minn 65 % | 10 % | — | II.65 % jew aktar iżda anqas minn 80 % | 10 % | — | III.80 % jew aktar | 10 % | — | B.Ġelat (ma jinkludix it-trab tal-ġelat) u silġ ieħor | | | I.Li ma fihx xaħmijiet tal-ħalib u fih anqas minn 3 % bħala piż tat-tali xaħmijiet | 20 % | 30 % | II.Li fih bħala piż tax-xaħmijiet tal-ħalib: | | | (a)3 % jew aktar iżda anqas minn 7 % | 20 % | 30 % | (b)7 % jew aktar | 20 % | 30 % | Ċ.Ċikkulata u oġġetti taċ-ċikkulata, kemm mimlija jew le; konfezzjoni taz-zokkor u sostituti li jsiru mill-prodotti sostituti taz-zokkor, li fihom il-kawkaw: | | | I.Li ma fihomx sukrosju jew fihom anqas minn 5 % bħala piż tas-sukrosju (inkluż iz-zokkor invertit espress bħala sukrosju) | 45 % | 50 % | II.Oħrajn: | | | (a)Li ma fihomx xaħmijiet tal-ħalib jew li fihom anqas minn 1,5 % bħala piż tat-tali xaħmijiet u li fihom bħala piż tas-sukrosju (inkluż iz-zokkor invertit espress bħala sukrosju): | | | 1.Anqas minn 50 % | 45 % | 50 % | 2.50 % jew aktar | 45 % | 50 % | (b)Li fihom bħala piż tax-xaħmijiet: | | | 1.1,5 % jew aktar iżda anqas minn 3 % | 45 % | 50 % | 2.3 % jew aktar iżda anqas minn 4,5 % | 45 % | 50 % | 3.4,5 % jew aktar iżda anqas minn 6 % | 45 % | 50 % | 4.6 % jew aktar | 45 % | 50 % | D.Oħrajn: | | | I.Li ma fihomx xaħmijiet tal-ħalib jew li fihom anqas minn 1,5 % bħala piż tat-tali xaħmijiet: | | | (a)F'ippakkjar immedjat b'kapaċit netta ta' 500 g jew anqas | 12 % | 27 % | (b)Oħrajn | 22,3 % | — | II.Li fihom bħala piż tax-xaħmijiet tal-ħalib: | | | (a)1,5 % jew aktar iżda anqas minn 6,5 % | | | 1.F'ippakkjar immedjat b'kapaċit netta ta' 500 g jew anqas | 12 % | 27 % | 2.Oħrajn | 22,3 % | — | (b)Aktar minn 6,5 % iżda anqas minn 26 %: | | | 1.F'ippakkjar immedjat b'kapaċit netta ta' 500 g jew anqas | 12 % | — | 2.Oħrajn | 22,3 % | — | (ċ)26 % jew aktar: | | | 1.F'ippakkjar immedjat b'kapaċit netta ta' 500 g jew anqas | 12 % | — | 2.Oħrajn | 22,3 % | — | 19.02 | Estratt tax-xgħir; preparazzjoni tad-dqiq, lamtu tal-qalba tal-qmuħ jew estratt tax-xgħir, tat-tip użat bħala ikel tat-trabi jew għal skopijiet ta' dieta jew tat-tisjir, li fih anqas minn 50 % bħala piż tal-kawkaw: | | | A.Estratt tax-xgħir: | | | I.B'kontenut ta' estratt niexef ta' 90 % jew aktar bħala piż | 8 % | — | II.Oħrajn | 8 % | — | B.Oħrajn: | | | I.Li fihom estratt tax-xgħir u mhux anqas minn 30 % bħala piż taz-zokkor imnaqqas (espress bħala maltose) | 11 % | — | II.Oħrajn: | | | (a)Li ma fihomx xaħmijiet tal-ħalib jew fihom anqas minn 1,5 % bħala piż tat-tali xaħmijiet | | | 1.Li fihom anqas minn 14 % bħala piż ta' lamtu: | | | (aa)Li ma fihomx sukrosju jew fihom anqas minn 5 % bħala piż tas-sukrosju (inkluż iz-zokkor invertit espress bħala sukrosju) | 11 % | — | (bb)Li fihom bħala piż ta' sukrosju (inkluż iz-zokkor invertit espress bħala sukrosju): | | | 11.5 % jew aktar iżda anqas minn 60 % | 11 % | — | 22.60 % jew aktar | 11 % | — | 2.Li fihom 14 % jew aktar iżda anqas minn 32 % bħala piż ta' lamtu: | | | (aa)Li ma fihomx sukrosju jew li fihom anqas minn 5 % bħala piż ta' sukrosju (inkluż iz-zokkor invertit espress bħala sukrosju) | 11 % | — | (bb)Oħrajn | 11 % | — | 3.Li fihom 32 % jew aktar iżda anqas minn 45 % bħala piż ta' lamtu: | | | (aa)Li ma fihomx sukrosju jew li fihom anqas minn 5 % bħala piż ta' sukrosju (inkluż iz-zokkor invertit espress bħala sukrosju) | 11 % | — | (bb)Oħrajn | 11 % | — | 4.Li fihom 45 % jew aktar iżda anqas minn 65 % bħala piż ta' lamtu: | | | (aa)Li ma fihomx sukrosju jew li fihom anqas minn 5 % bħala piż ta' sukrosju (inkluż iz-zokkor invertit espress bħala sukrosju) | 11 % | — | (bb)Oħrajn | 11 % | — | 5.Li fihom 65 % jew aktar iżda anqas minn 80 % bħala piż ta' lamtu: | | | (aa)Li ma fihomx sukrosju jew li fihom anqas minn 5 % bħala piż ta' sukrosju (inkluż iz-zokkor invertit espress bħala sukrosju) | 11 % | — | (bb)Oħrajn | 11 % | — | 6.Li fihom 80 % jew aktar iżda anqas minn 85 % bħala piż ta' lamtu: | | | (aa)Li ma fihomx sukrosju jew li fihom anqas minn 5 % bħala piż ta' sukrosju (inkluż iz-zokkor invertit espress bħala sukrosju) | 11 % | — | (bb)Oħrajn | 11 % | — | 7.Li fihom 85 % jew aktar bħala piż ta' lamtu: | 11 % | — | (b)Li fihom bħala piż ta' xaħmijiet tal-ħalib: | | | 1.1,5 % jew aktar iżda anqas minn 5 % | 11 % | — | 2.5 % jew aktar | 11 % | — | 19.03 | Mqarrun, spagetti u prodotti simili: | | | A.Li fihom il-bajd | 12 % | — | B.Oħrajn: | | | I.Li ma fihomx dqiq tal-qamħ komuni jew | 12 % | — | II.Oħrajn | 12 % | — | 19.04 | Tapjoka u sagu; sostituti tat-tapjoka u tas-sagu miġjuba mill-patata jew lamti oħra | 10 % | — | 19.05 | Ikel ippreparat li jinkiseb mit-tinfiħ jew ix-xiwi taċ-ċereali jew tal-prodotti taċ-ċereali (ross minfuħ, corn flakes u prodotti simili): | | | A.Miksub mill-qamħirrum | 24,8 % | — | B.Miksub mir-ross | 24,8 % | — | Ċ.Oħrajn | 24,8 % | — | 19.07 | Ħobż, gallettini tal-vapuri u affarijiet oħra tal-furnara, li ma fihomx żida ta' zokkor, għasel, bajd, xaħmijiet, ġobon jew frott; ostji tat-tqarbin, cachets ta' tip li huwa tajjeb għall-użu farmaċewtiku, ostji tas-siġillar, karti tar-ross u prodotti simili | | | A.Ħobż imqarqaċ | 9 % | 24 % | B.Matzos | 6 % | 20 % | Ċ.Ostji tat-tqarbin, cachets ta' tip tajjeb għall-użu farmaċewtiku, ostji tas-siġillar, karti tar-ross u prodotti simili | 7 % | — | D.Oħrajn, li fihom bħala piż ta' lamtu: | | | I.Anqas minn 50 % | 14 % | — | II.50 % jew aktar | 14 % | — | 19.08 | Ħlewwiet, gallettini, pasti jew affarijiet oħra fini tal-furnar, kemm jekk fihom il-kawkaw jew le f'kull proporzjoni: | | | A.Ħobs tal-ġinġer u affarijiet simili, li fihom bħala piż ta' sukrosju (inkluż iz-zokkor invertit espress bħala sukrosju): | | | I.Anqas minn 30 % | 40 % | — | II.30 % jew aktar iżda anqas minn 50 % | 40 % | — | III.50 % jew aktar | 40 % | — | B.Oħrajn: | | | I.Li ma fihomx lamtu jew fihom anqas minn 5 % bħala piż ta' lamtu, u li fihom bħala piż ta' sukrosju (inkluż iz-zokkor invertit espress bħala sukrosju) | | | (a)Anqas minn 70 % | 22 % | 28 % | (b)70 % jew aktar | 22 % | 28 % | II.Li fihom 5 % jew aktar iżda anqas minn 32 % bħala piż ta' sukrosju: | | | (a)Li ma fihomx lamtu jew fihom anqas minn 5 % bħala piż ta' sukrosju (inkluż iz-zokkor invertit espress bħala sukrosju) | 22 % | 28 % | (b)Li fihom 5 % jew aktar iżda anqas minn 30 % bħala piż ta' sukrosju (inkluż iz-zokkor invertit espress bħala sukrosju) | | | 1.Li ma fihomx xaħmijiet tal-ħalib jew li fihom anqas minn 1,5 % bħala piż tat-tali xaħmijiet | 22 % | 28 % | 2.Oħrajn | 22 % | 28 % | (ċ)Li fihom 30 % jew aktar iżda anqas minn 40 % bħala piż tassukrosju (inkluż iz-zokkor invertit espress bħala sukrosju): | | | 1.Li ma fihomx xaħmijiet jew fihom anqas minn 1,5 % bħala piż tat-tali xaħmijiet | 22 % | 28 % | 2.Oħrajn | 22 % | 28 % | (d)Li fihom 40 % jew aktar iżda anqas minn 40 % bħala piż tas-sukrosju (inkluż iz-zokkor invertit espress bħala sukrosju): | | | 1.Li ma fihomx xaħmijiet jew fihom anqas minn 1,5 % bħala piż tat-tali xaħmijiet | 22 % | 28 % | 2.Oħrajn | 22 % | 28 % | III.Li fihom 32 % jew aktar iżda anqas minn 50 % bħala piż ta' lamtu | | | (a)Li ma fihomx sukrosju jew li fihom anqas minn 5 % bħala piż ta' sukrosju (inkluż zokkor invertit espress bħala sukrosju): | | | 1.Li ma fihomx xaħmijiet tal-ħalib jew fihom anqas minn 1,5 % bħala piż tat-tali xaħmijiet | 22 % | 28 % | 2.Oħrajn | 22 % | 28 % | (b)Li fihom 5 % jew aktar iżda anqas 20 % bħala piż (inkluż zokkor invertit espress bħala sukrosju): | | | 1.Li ma fihomx xaħmijiet tal-ħalib jew fihom anqas minn 1,5 % bħala piż tat-tali xaħmijiet | 22 % | 28 % | 2.Oħrajn | 22 % | 28 % | (ċ)Li fihom 20 % jew aktar bħala piż ta' sukrosju (inkluż iz-zokkor invertit espress bħala sukrosju): | | | 1.Li ma fihomx xaħmijiet tal-ħalib jew fihom anqas minn 1,5 % bħala piż tat-tali xaħmijiet | 22 % | 28 % | 2.Oħrajn | 22 % | 28 % | IV.Li fihom 50 % jew aktar iżda anqas minn 65 % bħala piż ta' lamtu: | | | (a)Li ma fihomx sukrosju jew fihom anqas minn 5 % bħala piż ta' sukrosju (inkluż iz-zokkor invertit espress bħala sukrosju): | | | 1.Li ma fihomx xaħmijiet tal-ħalib jew fihom anqas minn 1,5 % bħala piż tat-tali xaħmijiet | 22 % | 28 % | 2.Oħrajn | 22 % | 28 % | (b)Li fihom 5 % jew aktar bħala piż tal-sukrosju (inkluż iz-zokkor invertit espress bħala sukrosju): | | | 1.Li ma fihomx xaħmijiet tal-ħalib jew fihom anqas minn 1,5 % bħala piż tat-tali xaħmijiet | 22 % | 28 % | 2.Oħrajn | 22 % | 28 % | V.Li fihom 65 % jew aktar bħala piż ta' lamtu | | | (a)Li ma fihomx sukrosju jew fihom anqas minn 5 % bħala piż ta' sukrosju (inkluż iz-zokkor invertit espress bħala sukrosju) | 22 % | 28 % | (b)Oħrajn | 22 % | 28 % | 21.02 | Estratti, essenzi jew konċentrazzjonijiet tal-kafè, te jew matè u preparazzjonijiet bil-bażi ta' dawk l-estratti, essenzi jew konċentrazzjonijiet; ċikwejra inkaljata u sostituti nkalji oħrajn tal-kafè u estratti, essenzi u konċentrazzjonijiet minnhom: | | | Ċ.Ċikwejra inkaljata u sostituti inkaljati oħrajn tal-kafè: | | | II.Oħrajn | 8 % | — | D.Estratti, essenzi u konċentrazzjonijiet oħra ta' ċikwejra inkaljata u sostituti inkaljati oħrajn tal-kafè: | | | II.Oħrajn | 33 % | — | 21.06 | Ħmira naturali (attiva jew mhux attiva), baking powders ippreparati: | | | A.Ħmira naturali attiva: | | | II.Ħmira tal-furnar: | | | (a)Xotta | 55 % | — | (b)Oħra | 51,5 % | — | 21.07 | Preparazzjonijiet ta' l-ikel mhux speċifikati jew inklużi x'imkien ieħor: | | | A.Ċereali f'forma ta' granelli jew f'forma ta' sbula, imsajjar minn qabel jew ippreparat mod ieħor: | | | I.Qamħirrun | 12,4 % | — | II.Ross | 13 % | — | III.Oħrajn | 13 % | — | B.Ravjul, imqarrun, spagetti u prodotti simili, mhux mimlija, imsajra; il-preparazzjoni msemmija, mimlija, kemm jekk imsajra jew le: | | | I.Mhux mimlija, imsajra: | | | (a)Xotti | 12,6 % | — | (b)Oħrajn | 12,6 % | — | II.Mimlija: | | | (a)Imsajra | 13 % | — | (b)Oħrajn | 13 % | — | Ċ.Ġelat (ma jinkludix it-trab tal-ġelat) u silġ ieħor: | | | I.Li ma fihx xaħmijiet tal-ħalib jew fih anqas minn 3 % bħala piż tat-tali xaħmijiet | 13 % | — | II.Li fih bħala piż ta' xaħmijiet tal-ħalib: | | | (a)3 % jew iżjed iżda anqas minn 7 % | 13 % | — | (b)7 % jew aktar | 13 % | — | D.Jogurt ippreparat: ħalib preparat f'forma ta' trab, għall-użu ta' l-ikel għat-trabi jew għall-iskopijiet tad-dieta jew tat-tisjir: | | | I.Jogurt ippreparat | | | (a)f'forma ta' trab, li fih bħala piż ta' xaħmijiet tal-ħalib: | | | 1.Anqas minn 1,5 % | 13 % | — | 2.1,5 % jew aktar | 13 % | — | (b)Oħrajn, li fihom bħala piż ta' xaħmijiet tal-ħalib: | | | 1.Anqas minn 1,5 % | 13 % | — | 2.1,5 % jew aktar iżda anqas minn 4 % | 13 % | — | 3.4 % jew aktar | 13 % | — | II.Oħrajn, li fihom bħala piż ta' xaħmijiet tal-ħalib: | | | (a)Anqas minn 1,5 % u li fihom bħala piż ta' proteini tal-ħalib (kontenut tan-nitroġenu x 6,38): | | | 1.Anqas minn 40 % | 13 % | — | 2.40 % jew aktar iżda anqas minn 55 % | 13 % | — | 3.55 % jew aktar iżda anqas minn 70 % | 13 % | — | 4.70 % jew aktar | 13 % | — | (b)1,5 % jew aktar | 13 % | — | E.Fondues tal-ġobon | 13 % | — | G.Oħrajn: | | | I.Li ma fihomx xaħmijiet tal-ħalib jew li fihom anqas minn 1,5 % bħala piż tat-tali xaħmijiet: | | | (a)Li ma fihomx sukrosju jew li fihom anqas minn 5 % bħala piż ta' sukrosju (inkluż iz-zokkor invertit espress bħala sukrosju): | | | 2.Li fihom bħala piż ta' lamtu: | | | (aa)5 % jew aktar iżda anqas minn 32 % | 13 % | — | (bb)32 % jew aktar iżda anqas minn 45 % | 13 % | — | (ċċ)45 % jew aktar | 13 % | — | (b)Li fihom 5 % jew aktar iżda anqas minn 15 % bħala piż ta' sukrosju (inkluż iz-zokkor invertit espress bħala sukrosju): | | | 1.Li ma fihomx lamtu jew fihom anqas minn 5 % bħala piż ta' lamtu | 13 % | — | 2.Li fihom bħala piż ta' lamtu: | | | (aa)5 % jew aktar iżda anqas minn 32 % | 13 % | — | (bb)32 % jew aktar iżda anqas minn 45 % | 13 % | — | (ċċ)45 % jew aktar | 13 % | — | (ċ)Li fihom 15 % jew aktar iżda anqas minn 30 % bħala piż ta' sukrosju (inkluż iz-zokkor invertit espress bħala sukrosju): | | | 1.Li ma fihomx lamtu jew fihom anqas minn 5 % bħala piż ta' lamtu | 13 % | — | 2.Li fihom bħala piż ta' lamtu: | | | (aa)5 % jew aktar iżda anqas minn 32 % | 13 % | — | (bb)32 % jew aktar iżda anqas minn 45 % | 13 % | — | (ċċ)45 % jew aktar | 13 % | — | (d)Li fihom 30 % jew aktar iżda anqas minn 50 % bħala piż ta' sukrosju (inkluż iz-zokkor invertit espress bħala sukrosju): | | | 1.Li ma fihomx lamtu jew fihom anqas minn 5 % bħala piż ta' lamtu | 13 % | — | 2.Li fihom bħala piż ta' lamtu: | | | (aa)5 % jew aktar iżda anqas minn 32 % | 13 % | — | (bb)32 % jew aktar | 13 % | — | (e)Li fihom 50 % jew aktar iżda anqas minn 85 % bħala piż ta' sukrosju (inkluż iz-zokkor invertit espress bħala sukrosju): | | | 1.Li ma fihomx lamtu jew fihom anqas minn 5 % bħala piż ta' lamtu | 13 % | — | 2.Oħrajn | 13 % | — | (f)Li fihom 85 % jew aktar bħala piż ta' sukrosju (inkluż iz-zokkor invertit espress bħala sukrosju): | 13 % | — | II.Li fihom 1,5 % jew aktar iżda anqas minn 6 % bħala piż ta' xaħmijiet tal-ħalib: | | | (a)Li ma fihomx sukrosju jew li fihom anqas minn 5 % bħala piż ta' sukrosju (inkluż iz-zokkor invertit espress bħala sukrosju): | | | 1.Li ma fihomx lamtu jew fihom anqas minn 5 % bħala piż ta' lamtu | 13 % | — | 2.Li fihom bħala piż ta' lamtu: | | | (aa)5 % jew aktar iżda anqas minn 32 % | 13 % | — | (bb)32 % jew aktar iżda anqas minn 45 % | 13 % | — | (ċċ)45 % jew aktar | 13 % | — | (b)Li fihom 5 % jew aktar iżda anqas minn 15 % bħala piż ta' sukrosju (inkluż iz-zokkor invertit espress bħala sukrosju): | | | 1.Li ma fihomx lamtu jew fihom anqas minn 5 % bħala piż ta' lamtu | 13 % | — | 2.Li fihom bħala piż ta' lamtu: | | | (aa)5 % jew aktar iżda anqas minn 32 % | 13 % | — | (bb)32 % jew aktar | 13 % | — | (ċ)Li fihom 15 % jew aktar iżda anqas minn 30 % bħala piż ta' sukrosju (inkluż iz-zokkor invertit espress bħala sukrosju): | | | 1.Li ma fihomx lamtu jew fihom anqas minn 5 % bħala piż ta' lamtu | 13 % | — | 2.Li fihom bħala piż ta' lamtu: | | | (aa)5 % jew aktar iżda anqas minn 32 % | 13 % | — | (bb)32 % jew aktar | 13 % | — | (d)Li fihom 30 % jew aktar iżda anqas minn 50 % bħala piż ta' sukrosju (inkluż iz-zokkor invertit espress bħala sukrosju): | | | 1.Li ma fihomx lamtu jew fihom anqas minn 5 % bħala piż ta' lamtu | 13 % | — | 2.Oħrajn | 13 % | — | (e)Li fihom 50 % jew aktar bħala piż ta' sukrosju (inkluż iz-zokkor invertit espress bħala sukrosju) | 13 % | — | III.Li fihom 6 % jew aktar iżda anqas minn 12 % bħal piż ta' xaħmijiet tal-ħalib: | | | (a)Li ma fihomx sukrosju jew fihom anqas minn 5 % bħala piż ta' sukrosju (inkluż iz-zokkor invertit espress bħala sukrosju) | | | 1.Li ma fihomx lamtu jew fihom anqas minn 5 % bħala piż ta' lamtu | 13 % | — | 2.Li fihom bħala piż ta' lamtu: | | | (aa)5 % jew aktar iżda anqas minn 32 % | 13 % | — | (bb)32 % jew aktar | 13 % | — | (b)Li fihom 5 % jew aktar iżda anqas minn 15 % bħala piż ta' sukrosju (inkluż iz-zokkor invertit espress bħala sukrosju): | | | 1.Li ma fihomx lamtu jew fihom anqas minn 5 % bħala piż ta' lamtu | 13 % | — | 2.Oħrajn | 13 % | — | (ċ)Li fihom 15 % jew aktar iżda anqas minn 30 % bħala piż ta' sukrosju (inkluż iz-zokkor invertit espress bħala sukrosju): | | | 1.Li ma fihomx lamtu jew fihom anqas minn 5 % bħala piż ta' lamtu | 13 % | — | 2.Oħrajn | 13 % | — | (d)Li fihom 30 % jew aktar iżda anqas minn 50 % bħala piż ta' sukrosju (inkluż iz-zokkor invertit espress bħala sukrosju): | | | 1.Li ma fihomx lamtu jew fihom anqas minn 5 % bħala piż ta' lamtu | 13 % | — | 2.Oħrajn | 13 % | — | (e)Li fihom 50 % jew aktar bħala piż ta' sukrosju (inkluż iz-zokkor invertit espress bħala sukrosju) | 13 % | — | IV.Li fihom 12 % jew aktar iżda anqas minn 18 % bħala piż ta' xaħmijiet tal-ħalib: | | | (a)Li ma fihomx sukrosju jew fihom anqas minn 5 % bħala piż ta' sukrosju (inkluż iz-zokkor invertit espress bħala sukrosju) | | | 1.Li ma fihomx lamtu jew fihom anqas minn 5 % bħala piż ta' lamtu | 13 % | — | 2.Oħrajn | 13 % | — | (b)Li fihom 5 % jew aktar iżda anqas minn 15 % bħala piż ta' sukrosju (inkluż iz-zokkor invertit espress bħala sukrosju) | | | 1.Li ma fihomx lamtu jew fihom anqas minn 5 % bħala piż ta' lamtu | 13 % | — | 2.Oħrajn | 13 % | — | (ċ)Li fihom 15 % jew aktar bħala piż ta' sukrosju (inkluż iz-zokkor invertit espress bħala sukrosju) | 13 % | — | V.Li fihom 18 % jew aktar iżda anqas minn 26 % bħala piż ta' xaħmijiet tal-ħalib: | | | (a)Li ma fihomx sukrosju jew fihom anqas minn 5 % bħala piż ta' sukrosju (inkluż iz-zokkor invertit espress bħala sukrosju): | | | 1.Li ma fihomx lamtu jew fihom anqas minn 5 % bħala piż ta' lamtu | 13 % | — | 2.Oħrajn | 13 % | — | (b)Li fihom 5 % jew aktar bħala piż ta' sukrosju (inkluż iz-zokkor invertit espress bħala sukrosju) | 13 % | — | VI.Li fihom 26 % jew aktar iżda anqas minn 45 % bħala piż ta' xaħmijiet tal-ħalib: | | | (a)Li ma fihomx sukrosju jew fihom anqas minn 5 % bħala piż ta' sukrosju (inkluż iz-zokkor invertit espress bħala sukrosju): | | | 1.Li ma fihomx lamtu jew fihom anqas minn 5 % bħala piż ta' lamtu | 13 % | — | 2.Oħrajn | 13 % | — | (b)Li fihom 5 % jew aktar iżda anqas minn 25 % (inkluż iz-zokkor invertit espress bħala sukrosju): | | | 1.Li ma fihomx lamtu jew fihom anqas minn 5 % bħala piż ta' lamtu | 13 % | — | 2.Oħrajn | 13 % | — | (ċ)Li fihom 25 % jew aktar bħala piż tal-sukrosju (inkluż iz-zokkor invertit espress bħala sukrosju): | 13 % | — | VII.Li fihom 45 % jew aktar iżda anqas minn 65 % bħala piż ta' xaħmijiet tal-ħalib: | | | (a)Li ma fihomx sukrosju jew fihom anqas minn 5 % bħala piż ta' sukrosju (inkluż iz-zokkor invertit espress bħala sukrosju): | | | 1.Li ma fihomx lamtu jew fihom anqas minn 5 % bħala piż ta' lamtu | 13 % | — | 2.Oħrajn | 13 % | — | (b)Li fihom 5 % jew aktar bħala piż tal-sukrosju (inkluż iz-zokkor invertit espress bħala sukrosju): | | | 1.Li ma fihomx lamtu jew fihom anqas minn 5 % bħala piż ta' lamtu | 13 % | — | 2.Oħrajn | 13 % | — | VIII.Li fihom 65 % jew aktar iżda anqas minn 85 % bħala piż ta' xaħmijiet tal-ħalib: | | | (a)Li ma fihomx sukrosju jew fihom anqas minn 5 % bħala piż ta' sukrosju (inkluż iz-zokkor invertit espress bħala sukrosju) | 13 % | — | (b)Oħrajn | 13 % | — | IX.Li fihom 85 % jew aktar bħala piż ta' xaħmijiet tal-ħalib | 13 % | — | 22.02 | Luminata, ilmijiet tan-nixxiegħa magħmula bit-togħma u ilmijiet iggassjati magħmula bit-tomgħa, u xorb ieħor mhux alkoħoliku, ma jinkludix il-meraq tal-frott u tal-ħxejjex li jaqgħu taħt l-intestatura Nru 20.07: | | | B.Oħrajn, li fihom bħala piż ta' xaħmijiet tal-ħalib: | | | I.Anqas minn 0,2 % | 8 % | — | II.0,2 % jew aktar iżda anqas minn 2 % | 8 % | — | III.2 % jew aktar | 8 % | — | 29.04 | Alkoħoliċi aċikliċi u d-derivattivi aloġenizzati, sulfonizzati, nitrati jew nitrosizzati tagħhom: | | | Ċ.Alkoħol polidriku: | | | II.D-mannitol (mannitol) | 12 % | — | III.D-glukitol (sorbitol): | | | (a)F'soluzzjoni ta' l-ilma: | | | 1.Li fiha 2 % jew anqas bħala piż ta' D-mannitol maħdum fuq il-kontenut ta' D-glukitol | 12 % | — | 2.Oħrajn | 12 % | — | (b)Oħrajn: | | | 1.Li fihom 2 % jew anqas bħala piż ta' D-mannitol maħdum fuq il-kontenut ta' D-glukitol | 12 % | — | 2.Oħrajn | 12 % | — | 35.05 | Destrini u l-kolla tad-destrini; lamtu maħlul jew inkaljat; kolla tal-lamtu: | | | A.Destrini, lamtu maħlul jew inkaljat | 14 % | — | B.Kolla magħmula minn destrini jew mil-lamtu, li fiha bħala piż ta' dawk il-materjali: | | | I.Anqas minn 25 % | 20 % | 30 % | II.25 % jew aktar iżda anqas minn 55 % | 20 % | 30 % | III.55 % jew aktar iżda anqas minn 80 % | 20 % | 30 % | IV.80 % jew aktar | 20 % | 30 % | 38.12 | Verniċ ippreparat, għotja ppreparata u murdenti ippreparat, tat-tip użat fl-industriji tat-tessuti, tal-karti, tal-ġilda jew f'industriji simili: | | | A.Verniċ ippreparat u għotja ppreparata | | | I.Bil-bażi ta' sostanzi amilaċeji, li fihom bħala piż ta' dawk is-sostanzi: | | | (a)Anqas minn 55 % | 13 % | 20 % | (b)55 % jew aktar iżda anqas minn 70 % | 13 % | 20 % | (ċ)70 % jew aktar iżda anqas minn 83 % | 13 % | 20 % | (d)83 % jew aktar | 13 % | 20 % | 38.19 | Prodotti kimiċi u l-preparazzjonijiet ta' l-industriji tal-kimika jew alleati (inklużi dawk li jikkonsistu mit-taħlitiet tal-prodotti naturali), mhux speċifikati jew inklużi xi mkien ieħor; prodotti residwi ta' l-industrija tal-kimika jew alleati, mhux speċifikati jew inklużi x'imkien ieħor; | | | T.D-glukitol (sorbitol) apparti minn dak li jaqa' taħt is-subintestatura 29.04 C III: | | | I.F'soluzzjonijiet ta' l-ilma: | | | (a)Li fihom 2 % jew anqas bħala piż tad-D-mannitol, maħdum fuq il-kontenut tad-D-glukitol | 12 % | — | (b)Oħrajn | 12 % | — | II.Oħrajn | | | (a)Li fihom 2 % jew anqas bħala piż tad-D-mannitol, maħdum fuq il-kontenut tad-D-glukitol | 12 % | — | (b)Oħrajn | 12 % | — | -------------------------------------------------- ANNESS II Dazju residwu fuq l-importazzjoni fir-Repubblika Ellenika mill-Komunità tad-Disgħa riferut fl-Artikolu 3 Tariffa Doganali Griega/Intestatura Nru | Deskrizzjoni | Dazju residwu | 17.04 | Konfezzjoni taz-zokkor, li ma jinkludix il-kawkaw: | | A.Fondant | 25 dr/kg | B.Dragee | 5.7 % | Ċ.Karamella | 10 dr/kg | D.Lakumja | 4.5 % | E.ħalva | 10 dr/kg | F.Chewing gum | 15.4 dr/kg | G.Oħrajn | 15.4 dr/kg | 18.06 | Ċikkulata u preparazzjonijiet oħrajn ta' l-ikel: | | A.Trab tal-kawkaw, li mhux magħmul ħelu għajr biż-żida tas-sukrosju | 10 dr/kg | B.Ġelat (li ma jinkludix it-trab tal-ġelat) u silġ ieħor | 25 dr/kg | Ċ.Ċikkulata u oġġetti taċ-ċikkulata, inklużi l-prodotti miksija biċ-ċikkulata; konfezzjoni taz-zokkor u sostituti tagħhom li jsiru mill-prodotti sostituti taz-zokkor li fihom il-kawkaw: | | 1.Ċikkulata, għajr iċ-ċikkulata tad-dijabetiċi, li jaqgħu taħt is-subdiviżjoni 2 t'hawn taħt | 15 dr/kg | 2.Ċikkulata tad-dijabetiċi | 9.6 % | 3.Oħrajn (fondanti, eċċ.) | 25 dr/kg | D.Oħrajn: | | 1.Li ma fihomx xaħmijiet tal-ħalib jew fihom anqas minn 6.5 % bħala piż tat-tali xaħmijiet: | | (a)Preparazzjonijiet tad-dqiq, lamtu jew estratt tax-xgħir, tat-tip użat bħala ikel għat-trabi jew għall-iskopijiet tad-dieta jew tat-tisjir, li fihom 50 % jew aktar bħala piż tal-kawkaw, kemm jekk fihom iz-zokkor jew le: | | I.F'ippakkjar immedjat b'kapaċità netta ta' 500 gramma jew anqas | 9.6 % | II.Oħrajn | 9.6 % | (b)Kawkaw f'forom ta' ħobż jew f'forom ta' massa, magħmula ħelwin: | | I.F'ippakkjar immedjat b'kapaċità netta ta' 500 gramma jew anqas | 10 dr/kg | II.Oħrajn | 10 dr/kg | (ċ)Oħrajn: | | I.F'ippakkjar immedjat b'kapaċità netta ta' 500 gramma jew anqas | 25 dr/kg | II.Oħrajn | 25 dr/kg | 2.Li fihom 6.5 % jew aktar bħala piż ta' xaħmijiet tal-ħalib: | | (a)Preparazzjonijiet tad-dqiq, lamtu jew estratt tax-xgħir, tat-tip użat bħala ikel għat-trabi jew għall-iskopijiet tad-dieta jew tat-tisjir, li fihom 50 % jew aktar bħala piż tal-kawkaw, kemm jekk fihom iz-zokkor jew le: | | I.F'ippakkjar immedjat b'kapaċità netta ta' 500 gramma jew anqas | 9.6 % | II.Oħrajn | 9.6 % | (b)Kawkaw f'forom ta' ħobż jew f'forma ta' masa, magħmula ħelwin: | | I.F'ippakkjar immedjat b'kapaċità netta ta' 500 gramma jew anqas | 10 dr/kg | II.Oħrajn | 10 dr/kg | (ċ)Oħrajn: | | I.F'ippakkjar immedjat b'kapaċità netta ta' 500 gramma jew anqas | 25 dr/kg | II.Oħrajn | 25 dr/kg | 19.02 | Estratt tax-xgħir: preparazzjonijiet tad-dqiq, qalba tal-qamħ, lamtu jew estratt tax-xgħir, tat-tip użat bħala ikel għat-trabi jew għall-iskopijiet tad-dieta jew tat-tisjir, li fihom 50 % bħala piż tal-kawkaw | | A.Estratt tax-xgħir | 4.8 % | 19.03 | Mqarrun, spagetti u prodotti simili | 2.1 dr/kg | 19.05 | Ikel ippreparat miksub min-nefħa jew ix-xiwi taċ-ċereali jew il-prodotti taċ-ċereali (ross minfuħ, corn flakes u prodotti simili) | 19.2 % | 19.07 | Ħobż, gallettini tal-vapuri u oġġetti ordinarji oħra tal-furnara, li ma fihomx zokkor, għasel, bajd, xaħmijiet, ġobon jew frott miżjuda; ostji tat-tqarbin, cachets tat-tip tajba għall-użu farmaċewtiku, ostji tas-siġillar, karti tar-ross u prodotti simili: | | A.Ħobż iqarmeċ | 7.3 dr/kg | B.Matzos | 7.3 dr/kg | D.Oħrajn | 7.3 dr/kg | 19.08 | Ħlewwiet, gallettini, pasti jew oġġetti oħrajn fini tal-furnara, kemm jekk fihom il-kawkaw jew le, fi kwalunkwe proporzjoni: | | A.Ħobs tal-ġinġer u prodotti simili li fihom il-sukrosju jew iz-zokkor invertit | 15.4 dr/kg | B.Oħrajn: | | 1.Li ma fihomx lamtu jew fihom anqas minn 5 % bħala piż ta' lamtu u li fihom il-sukrosju jew iz-zokkor invertit: | | (a)Ħobż frisk ippreparat b'zokkor, għasel, bajd, sostanzi tax-xaħam, ġobon jew frott miżjud (li fihom waħda jew bosta jew dawk is-sostanzi kollha), kemm jekk fihom il-kawkaw jew le | 19.2 % | (b)Biskuttelli li fihom iz-zokkor: | | I.Ma fihomx kawkaw | 9 dr/kg | II.Fihom il-kawkaw | 11.5 dr/kg | (ċ)Gallettini u taħlitiet u, in ġenerali, il-prodotti simili kollha tad-dqiq, ippreparati biz-zokkor, butir, bajd, sostanzi tax-xaħam jew frott (li fihom waħda jew bosta jew dawk is-sostanzi kollha), inklużi l-biskuttelli tas-suddiviżjoni (b) meta jkun fihom, barra miz-zokkor, xi waħda mis-sostanzi msemmija f'din is-subdiviżjoni: | | I.Ma fihomx kawkaw | 9 dr/kg | II.Fihom il-kawkaw | 11.5 dr/kg | (d)Oħrajn (torti, xkuma, eċċ.) | 15.4 dr/kg | 2.Li fihom 5 % jew aktar bħala piż tal-lamtu: | | (a)Ħobż frisk ippreparat b'zokkor, għasel, bajd, sostanzi tax-xaħam, ġobon jew frott miżjud (li fihom waħda jew bosta jew dawk is-sostanzi kollha), kemm jekk fihom il-kawkaw jew le: | | I.Li ma fihomx sukrosju jew zokkor invertit jew fihom anqas minn 5 % bħala piż ta' sukrosju jew zokkor invertit | 19.2 % | II.Oħrajn | 19.2 % | (b)Biskuttelli: | | I.Li ma fihomx sukrosju jew zokkor invertit jew fihom anqas minn 5 % bħala piż ta' sukrosju jew zokkor invertit: | | (aa)Ma fihomx kawkaw | 9 dr/kg | (bb)Fihom il-kawkaw | 11.5 dr/kg | II.Oħrajn: | | (aa)Ma fihomx kawkaw | 9 dr/kg | (bb)Fihom il-kawkaw | 11.5 dr/kg | (ċ)Gallettini u taħlitiet u, in ġenerali, il-prodotti simili kollha tad-dqiq, ippreparati biz-zokkor, butir, bajd, sostanzi tax-xaħam jew frott (li fihom waħda jew bosta jew dawk is-sostanzi kollha), inklużi l-biskuttelli tas-subdiviżjoni (b) meta jkun fihom, apparti miz-zokkor, xi waħda mis-sostanzi msemmija f'din is-subdiviżjoni: | | I.Li ma fihomx sukrosju jew zokkor invertit jew li fihom anqas minn 5 % bħala piż ta' sukrosju jew zokkor invertit: | | (aa)Ma fihomx kawkaw | 9 dr/kg | (bb)Fihom il-kawkaw | 11.5 dr/kg | II.Oħrajn: | | (aa)Ma fihomx kawkaw | 9 dr/kg | (bb)Fihom il-kawkaw | 11.5 dr/kg | (d)Oħrajn (torti, xkuma, eċċ.): | | I.Li ma fihomx sukrosju jew zokkor invertit jew fihom anqas minn 5 % bħala piż ta' sukrosju jew zokkor invertit | 15.4 dr/kg | II.Oħrajn | 15.4 dr/kg | 21.02 | Estratti, essenzi jew konċentrazzjonijiet tal-kafè, tat-te jew tal-mate u preparazzjonijiet bil-bażi ta' dawk l-estratti, essenzi jew konċentrazzjonijiet; ċikwejra nkaljata u sostituti inkaljati oħrajn tal-kafè u estratti, essenzi u konċentrazzjonijiet minnhom: | | A.Estratti, essenzi jew konċentrazzjonijiet tal-kafè u preparazzjonijiet bil-bażi ta' dawk l-estratti, essenzi jew konċentrazzjonijiet | 19.2 % | B.Estratti, essenzi jew konċentrazzjonijiet tat-tè jew tal-matè | 76.8 dr/kg | Ċ.Preparazzjonijiet bil-bażi ta' l-estratti, essenzi jew konċentrazzjonijiet tat-te jew tal-mate | 19.2 % | D.Ċikwejra inkaljata u sostituti inkaljati oħrajn tal-kafè | 11.5 dr/kg | E.Estratti, essenzi u konċentrazzjonijiet taċ-ċikwejra inkaljata u sostituti oħra inkaljati tal-kafè | 14.3 % | 21.06 | Ħmira naturali (attiva jew mhux attiva); baking powders ippreparati: | | A.Ħmira naturali attiva jew mhux attiva: | | 1.Ħmira mkabbra | 3.2 % | 2.Oħrajn | | (a)li fihom aktar minn 70 % ta' l-ilma, | 8.2 % | (b)li fihom 70 % ta' l-ilma jew anqas, mingħajr tnaqqis tat-tara ta' l-ippakkjar immedjat | 17.3 dr/kg | B.Baking powders ippreparati | 16 % | 22.02 | Luminata, ilmijiet tan-nixxiegħa magħmula bit-togħma u ilmijiet iggassjati magħmula bit-tomgħa, u xorb ieħor mhux alkoħoliku, ma jinkludix il-meraq tal-frott u tal-ħxejjex li jaqgħu taħt l-intestatura Nru 20.07: | | B.Oħrajn, li fihom bħala piż ta' xaħmijiet tal-ħalib: | | I.Anqas minn 0.2 % | 8.4 % | II.0.2 % jew aktar iżda anqas minn 2 % | 8.4 % | III.2 % jew aktar | 8.4 % | 35.05 | Destrini u l-kolla tad-dextrin; lamtu maħlul jew inkaljat; il-kolla tal-lamtu: | | A.Destrini, lamtu maħlul jew inkaljat | 6 % | B.Kolla magħmula minn destrini jew mil-lamtu l-iktar stat avvanzat | 10.4 % | --------------------------------------------------