Official Journal L 094 , 10/04/2003 P. 0080 - 0081
Id-Deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE Nru 19/2003 tal-31 ta' Jannar 2003 li temenda l-Protokoll tal-Ftehim ŻEE, dwar kooperazzjoni f'oqsma speċifiċi 'l barra mill-erba' libertajiet IL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE, Wara li kkunsidra l-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea, kif mibdul mill-Protokoll li Jbidel l-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea, minn hawn 'il quddiem msejjaħ bħala "il-Ftehim" u b'mod partikolari l-Artikoli 86 u 98 tiegħu, Billi: (1) Il-Protokoll 31 għall-Ftehim kien emendat bid-Deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt taż-ZEE Nru 100/2001 tat-13 ta' Lulju 2001 [1]. (2) Huwa xieraq li l-koperazzjoni tal-Partijiet Kontraenti tal-Ftehim jiġi estiż sabiex jinkludi d-Deċiżjoni Nru 1786/2002/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-23 ta' Settembru 2002 li tadotta program ta' azzjoni Komunitarja fil-qasam tas-saħħa pubblika (2003-2008) [2]. (3) Id-Deċiżjoni Nru 1786/2002/KE tħassar b'effett mill-31 ta' Diċembru 2002 id-Deċiżjonijiet Nru 645/96/KE [3], 646/96/KE [4], 647/96/KE [5], 102/97/KE [6], 1400/97/KE [7], 372/1999/KE [8], 1295/1999/KE [9] u 1296/1999/KE [10] tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li huma inkorporati fil-Ftehim u li għalhekk għandhom jitħassru taħt il-Ftehim. (4) Il-Protokoll 31 tal-Ftehim għandu għalhekk jiġi emendat sabiex din il-kooperazzjoni estiża tista tibda taħdem mill-1 ta' Jannar 2003, IDDEĊIEDA DAN LI ĠEJ: Artikolu 1 L-Artikolu 16 tal-Protokoll 31 tal-Ftehim għandu jiġi emendat kif ġej: 1. L-ewwel tmien inċiżi fil-paragrafu 1 għandhom jitħassru. 2. L-inċiż li ġej għandu jiġi miżjud mal-paragrafu 1. "- 32002 D 1786: Deċizjoni Nru 1786/2002/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-23 ta' Settembru 2002 li tadotta program ta' azzjoni Komunitarja fil-qasam tas-saħħa pubblika (2003-2008) (ĠU L 271, tad-9.10.2002, p. 1)." 3. Il-paragrafu 2 għandu jiġi jitħassar. 4. Il-paragrafu 3 għandu jiġi numerat 2, u l-paragrafu 4 għandu jiġi numerat 3. Artikolu 2 Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fl-1 ta' Frar 2003, sakemm in-notifiki kollha skond l-Artikolu 103(1) tal-Ftehim ingħataw lill-Kumitat Konġunt taż-ŻEE [11]. Għandha tibda tapplika mill-1 ta' Jannar 2003. Artikolu 3 Din id-Deċizjoni għandha tiġi ippublikata fit-Taqsima taż-ŻEE ta', u fis-Supliment ŻEE tal-Ġurnal Uffiċjali ta' l-Unjoni Ewropea. Magħmula fi Brussel, fil-31 ta' Jannar 2003. Għall-Kumitat Konġunt taż-ŻEE Il-President P. Westerlund [1] ĠU L 251, ta' l-20.9.2001, p. 27. [2] ĠU L 271, tad-9.10.2002, p. 1. [3] ĠU L 95, tas-16.4.1996, p. 1. [4] ĠU L 95, tas-16.4.1996, p. 9. [5] ĠU L 95, tas-16.4.1996, p. 16. [6] ĠU L 19, tat-22.1.1997, p. 25. [7] ĠU L 193, tat-22.7.1997, p. 1. [8] ĠU L 46, ta' l-20.2.1999, p. 1. [9] ĠU L 155, tat-22.6.1999, p. 1. [10] ĠU L 155, tat-22.6.1999 p. 7. [11] Ma kienx hemm b\onnijiet konstituzjonali indikati. --------------------------------------------------