|
21.1.2020 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 16/7 |
REGOLAMENT TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2020/45
tal-20 ta’ Jannar 2020
li jemenda ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2019/1379 dwar l-estensjoni tad-dazju tal-anti-dumping impost fuq l-importazzjonijiet ta’ roti li joriġinaw mir-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina għall-importazzjonijiet ta’ ċerti komponenti tar-roti li joriġinaw mir-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina bir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 71/97
IL-KUMMISSJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (UE) 2016/1036 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-8 ta’ Ġunju 2016 dwar il-protezzjoni kontra l-importazzjonijiet li huma l-oġġett ta’ dumping minn pajjiżi mhux membri tal-Unjoni Ewropea (1) (“ir-Regolament bażiku”) u, b’mod partikolari, l-Artikolu 11(2) tiegħu,
Billi:
|
(1) |
Skont ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2474/93 (2), il-Kunsill impona dazju anti-dumping definittiv fuq l-importazzjonijiet ta’ roti li joriġinaw mir-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina. |
|
(2) |
Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 71/97 (3) estenda l-miżuri għall-importazzjoni ta’ ċerti partijiet ta’ roti li joriġinaw fir-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina, wara investigazzjoni kontra ċ-ċirkomvenzjoni. L-estensjonijiet tal-miżuri wara investigazzjoni kontra ċ-ċirkomvenzjoni jibqgħu fis-seħħ sakemm il-miżuri oriġinali jibqgħu fis-seħħ. |
|
(3) |
Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2019/1379 (4) tawwal il-miżuri fuq l-importazzjonijiet tar-roti li joriġinaw mir-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina għal ħames snin oħra wara rieżami ta’ skadenza skont l-Artikolu 11(2) tar-Regolament (UE) 2016/1036. Peress li ma semmiex b’mod espliċitu l-estensjoni għal ċerti komponenti tar-roti, jenħtieġ li jiġi ċċarat li l-estensjoni tal-miżuri hija miżmuma wkoll għall-importazzjonijiet ta’ dawk il-partijiet tar-roti li joriġinaw fir-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina. |
|
(4) |
Jenħtieġ li r-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2019/1379 jiġi emendat ukoll biex ikun ċar li l-prodott soġġett għal rieżami jaqa’ taħt il-kodiċijiet NM indikati f’dak ir-Regolament biss fil-mument li ġie ppubblikat, u li l-bidliet potenzjali fil-kodiċijiet NM ma għandhom l-ebda impatt fuq il-miżuri. |
|
(5) |
Għaldaqstant, jenħtieġ li r-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2019/1379 jiġi emendat skont dan. |
|
(6) |
Il-miżuri previsti f’dan ir-Regolament huma skont l-opinjoni tal-Kumitat stabbilit skont l-Artikolu 15(1) tar-Regolament (UE) 2016/1036. |
ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2019/1379 huwa emendat kif ġej:
|
(1) |
Il-premessa (37) tiġi sostitwita b’dan li ġej:
|
|
(2) |
Fl-Artikolu 1, il-paragrafu 1 huwa sostitwit b’dan li ġej: “1. B’dan qed jiġi impost dazju anti-dumping definittiv fuq l-importazzjonijiet ta’ roti u ta’ ċikletti oħra (inklużi triċikli għall-ġarr tal-prodotti, iżda esklużi l-uniċikli), mhux motorizzati, li bħalissa jaqgħu taħt il-kodiċijiet NM 8712 00 30 u ex 8712 00 70 (kodiċijiet TARIC 8712007091, 8712007092 u 8712007099), li joriġinaw mir-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina.” |
|
(3) |
Fl-Artikolu 1, jiddaħħal il-paragrafu [4a] li ġej: “4a. L-estensjoni tad-dazju anti-dumping impost fuq l-importazzjonijiet ta’ roti li joriġinaw mir-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina għal importazzjonijiet ta’ ċerti komponenti tar-roti li joriġinaw mir-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina bir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 71/97, qiegħda b’dan tinżamm fis-seħħ. Id-dazju anti-dumping definittiv imsemmi fl-Artikolu 2(1) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 71/97 għandu jkun id-dazju antidumping għall-“kumpaniji l-oħra kollha” impost bl-Artikolu 1(2).” |
Artikolu 2
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ l-għada tal-jum tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fi Brussell, l-20 ta’ Jannar 2020.
Għall-Kummissjoni
Il-President
Ursula VON DER LEYEN
(1) ĠU L 176, 30.6.2016, p. 21
(2) Ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2474/93 tat-8 ta’ Settembru 1993 li jimponi dazju definittiv anti-dumping lejn il-Komunità ta’ biċikletti li joriġinaw fir-Repubblika Popolari taċ-Ċina u jiġbor definittivament id-dazju proviżorju anti-dumping (ĠU L 228, 9.9.1993, p. 1).
(3) Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 71/97 tal-10 ta’ Jannar 1997, li jestendi d-dazju definittiv anti-dumping impost bir-Regolament (KEE) Nru 2474/93 fuq roti li joriġinaw mir-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina għal importazzjoni ta’ ċerti parts tar-roti mir-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina, u l-impożizzjoni ta’ dazju estiż fuq dawn l-importazzjonijiet rreġistrati skont ir-Regolament (KE) Nru 703/96 (ĠU L 16, 18.1.1997, p. 55).
(4) Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2019/1379 tat-28 ta’ Awwissu 2019 li jimponi dazju anti-dumping definittiv fuq l-importazzjonijiet ta’ roti li joriġinaw mir-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina kif estiż għall-importazzjonijiet ta’ roti kkunsinjati mill-Indoneżja, mill-Malasja, mis-Sri Lanka, mit-Tuneżija, mill-Kambodja, mill-Pakistan u mill-Filippini, kemm jekk iddikjarati bħala li joriġinaw minn dawn il-pajjiżi kif ukoll jekk le, wara rieżami tal-iskadenza skont l-Artikolu 11(2) tar-Regolament (UE) 2016/1036 (ĠU L 225, 29.8.2019, p. 1).