European flag

Il-Ġurnal Uffiċjali
ta'l-Unjoni Ewropea

MT

Is-serje C


C/2025/5769

28.10.2025

Notifika minn qabel ta’ konċentrazzjoni

(Każ M.12164 — GIM / ENI / ENI CCUS JV)

Każ li jista’ jiġi kkunsidrat għal proċedura ssimplifikata

(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)

(C/2025/5769)

1.   

Fis-17 ta’ Ottubru 2025, il-Kummissjoni rċeviet notifika ta’ konċentrazzjoni proposta skont l-Artikolu 4 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (1).

Din in-notifika tikkonċerna l-impriżi li ġejjin:

—

Global Infrastructure Management, LLC (“GIM”, l-Istati Uniti), ikkontrollata minn BlackRock, Inc. (“BlackRock”, l-Istati Uniti),

—

Eni UK Limited (“Eni UK”, ir-Renju Unit), ikkontrollata minn Eni S.p.A. (“Eni”, l-Italja), u

—

ENI CCUS Holding Limited (“Eni CCUS”, ir-Renju Unit).

GIM u ENI tar-Renju Unit jakkwistaw, skont it-tifsira tal-Artikolu 3(1)(b) u 3(4) tar-Regolament dwar l-Għaqdiet, il-kontroll konġunt ta’ Eni CCUS.

Il-konċentrazzjoni titwettaq permezz tax-xiri ta’ ishma.

2.   

L-attivitajiet kummerċjali tal-impriżi kkonċernati huma li ġejjin:

—

GIM hija maniġer tal-fond tal-infrastruttura globali li tinvesti f’negozji u assi tal-infrastruttura fis-setturi tal-enerġija, tat-trasport, diġitali, tal-ilma u tal-iskart. GIM hija kkontrollata minn BlackRock, li tipprovdi ġestjoni tal-investiment globali, ġestjoni tar-riskju u servizzi ta’ konsulenza lill-klijenti istituzzjonali u mhux professjonali,

—

L-ENI huwa grupp integrat tal-enerġija preżenti fl-esplorazzjoni u l-produzzjoni taż-żejt u l-gass konvenzjonali, u fil-kummerċjalizzazzjoni tal-gass u l-gass naturali likwifikat, kif ukoll fl-iżvilupp ta’ enerġiji ġodda u servizzi ta’ dekarbonizzazzjoni, inklużi sorsi rinnovabbli mix-xemx u mir-riħ, bijofjuwils, bijokimika, qbid/sekwestru tad-diossidu tal-karbonju, u linji ta’ riċerka dwar paradigmi ġodda tal-enerġija (eż. fużjoni manjetika).

3.   

ENI CCUS għandha liċenzji ta’ evalwazzjoni u ħżin għal diversi proġetti tat-trasport u l-ħżin tad-diossidu tal-karbonju fl-Ewropa. ENI CCUS se topera t-trasport u l-ħżin tad-diossidu tal-karbonju, u servizzi relatati.

4.   

Wara eżami preliminari, il-Kummissjoni tqis li t-tranżazzjoni notifikata tista’ taqa’ fil-kamp ta’ applikazzjoni tar-Regolament dwar l-Għaqdiet. Madankollu, id-deċiżjoni finali dwar dan il-punt hija riżervata.

Skont l-Avviż tal-Kummissjoni dwar trattament issimplifikat għal ċerti konċentrazzjonijiet skont ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 dwar il-kontroll ta’ konċentrazzjonijiet bejn impriżi (2) għandu jiġi nnutat li dan il-każ jista’ jiġi kkunsidrat għal trattament skont il-proċedura stabbilita fl-Avviż.

5.   

Il-Kummissjoni tistieden lil terzi persuni interessati biex jibagħtulha l-kummenti li jista’ jkollhom dwar il-konċentrazzjoni proposta.

Il-kummenti jridu jaslu għand il-Kummissjoni mhux aktar tard minn għaxart (10) ijiem wara d-data ta’ din il-pubblikazzjoni. Ir-referenza li ġejja għandha dejjem tiġi speċifikata:

M.12164 — GIM / ENI / ENI CCUS JV

Il-kummenti jistgħu jintbagħtu lill-Kummissjoni permezz tal-posta elettronika jew bil-posta. Uża d-dettalji ta’ kuntatt ta’ hawn taħt:

Indirizz elettroniku: COMP-MERGER-REGISTRY@ec.europa.eu

Indirizz Postali:

European Commission

Directorate-General for Competition

Merger Registry

1049 Bruxelles/Brussel

BELGIQUE/BELGIË


(1)   ĠU L 24, 29.1.2004, p. 1 (ir-“Regolament dwar l-Għaqdiet”).

(2)   ĠU C 160, 5.5.2023, p. 1.


ELI: http://data.europa.eu/eli/C/2025/5769/oj

ISSN 1977-0987 (electronic edition)