|
12.12.2006 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea |
C NaN/1 |
POŻIZZJONI KOMUNI (KE) NRU 27/2006
adottata mill-Kunsill nhar il-25 ta' Settembru 2006
bil-ħsieb ta' l-adozzjoni ta' Deċiżjoni Nru …/2006/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill ta' … dwar is-Seba' Programm Kwadru tal-Komunità Ewropea għall-attivitajiet ta' riċerka, ta' żvilupp teknoloġiku u ta' dimostrazzjoni (2007-2013)
(2006/C 301 E/01)
IL-PARLAMENT EWROPEW U L-KUNSILL TA' L-UNJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidraw it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea, u b'mod partikolari l-Artikolu 166(1) tiegħu,
Wara li kkunsidraw il-proposta mill-Kummissjoni,
Wara li kkunsidraw l-Opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew (1),
Wara li kkunsidraw l-opinjoni tal-Kumitat tar-Reġjuni (2),
Filwaqt li jaġixxu skond il-proċedura stabbilita fl-Artikolu 251 tat-Trattat (3),
Billi:
|
(1) |
Il-Komunità għandha l-objettiv, imniżżel fit-Trattat, li ssaħħaħ il-bażijiet xjentifiċi u teknoloġiċi ta' l-industrija Komunitarja, u b'hekk tiżgura livell għoli ta' kompetittività fuq livell internazzjonali. Għal dan il-għan, il-Komunità għandha tippromwovi l-attivitajiet kollha ta' riċerka li jitqiesu meħtieġa, b'mod partikolari billi tinkoraġġixxi l-impriżi, inklużi dawk l-intrapriżi żgħar u ta' daqs medju (“SMEs”), iċ-ċentri ta' riċerka u l-universitajiet fl-attivitajiet tagħhom ta' riċerka u ta' żvilupp teknoloġiku. F'dan il-kuntest, għandha tingħata prijorità lil dawk l-oqsma u proġetti fejn il-finanzjament u l-koperazzjoni Ewropej huma ta' importanza partikolari u jagħtu valur miżjud. Permezz ta' l-appoġġ tagħha għar-riċerka fuq il-fruntieri ta' l-għerf, ir-riċerka applikata u l-innovazzjoni, il-Komunità tfittex li tippromwovi sinerġiji fir-riċerka Ewropea u b'hekk tipprovdi sisien aktar stabbli għaż-Żona ta' Riċerka Ewropea. Dan ser jagħmel kontribut pożittiv għall-progress soċjali, kulturali u ekonomiku ta' l-Istati Membri kollha. |
|
(2) |
Ir-rwol ċentrali tar-riċerka ġie rikonoxxut mill-Kunsill Ewropew ta' Liżbona tat-23 u l-24 ta' Marzu 2000 li ta lill-Unjoni Ewropea għan strateġiku ġdid għall-għaxar snin li ġejjin: li ssir l-ekonomija bbażata fuq l-għerf l-aktar kompetittiva u dinamika fid-dinja, kapaċi ta' tkabbir ekonomiku sostenibbli b'aktar u impiegi aħjar u koeżjoni soċjali akbar. It-triangolu ta' l-għerf — l-edukazzjoni, ir-riċerka u l-innovazzjoni — huwa essenzjali sabiex jintlaħaq dan il-għan, li fir-rigward tiegħu il-Komunità għandha l-mira li timmobilizza u ssaħħaħ il-kapaċitajiet ta' riċerka u innovazzjoni meħtieġa. Is-Seba' Programm Kwadru huwa strument ċentrali Komunitarju f'dan ir-rigward, u jikkomplementa l-isforzi ta' l-Istati Membri u ta' l-industrija Ewropea. |
|
(3) |
Konformement ma' l-istrateġija ta' Liżbona, il-Kunsill Ewropew ta' Barċellona tal-15 u s-16 ta' Marzu 2002 qabel li l-infiq globali fuq ir-riċerka u l-iżvilupp (“R&D”) u fuq l-innovazzjoni fl-Unjoni għandu jiżdied bil-għan li jitressaq lejn it-3 % tal-PGD sa l-2010, li żewġ terzi minnu għandhom jiġu mis-settur privat. |
|
(4) |
L-għan ewlieni tas-Seba' Programm Kwadru huwa li jikkontribwixxi sabiex l-Unjoni ssir iż-żona ta' riċerka l-aktar 'il quddiem fid-dinja. Dan jeħtieġ li l-Programm Kwadru jkun iffokat sewwa fuq il-promozzjoni u l-investiment fir-riċerka ta' klassi dinjija u avvanzata, ibbażata primarjament fuq il-prinċipju ta' l-eċċellenza fir-riċerka. |
|
(5) |
Il-Parlament Ewropew enfasizza darba wara l-oħra l-importanza tar-riċerka, l-iżvilupp teknoloġiku u r-rwol akbar ta' l-għerf għat-tkabbir ekonomiku u l-benessri soċjali u ambjentali, b'mod partikolari fir-Riżoluzzjoni tiegħu ta' l-10 ta' Marzu 2005 dwar ix-xjenza u t-tekonoloġija — Linji ta' gwida għal politika futura ta' l-Unjoni Ewropea għall-appoġġ tar-riċerka (4). |
|
(6) |
Filwaqt li jitqiesu l-ħtiġijiet ta' riċerka għall-oqsma kollha tal-politika Komunitarja u tibni fuq l-appoġġ wiesa' mill-industrija Ewropea, mill-komunità xjentifika, mill-universitajiet u entitajiet oħra interessati, il-Komunità għandha tistabbilixxi l-miri xjentifiċi u teknoloġiċi li jridu jintlaħqu taħt is-Seba' Programm Kwadru tagħha fil-perjodu mill-2007 sa l-2013. |
|
(7) |
Il-Pjattaformi Teknoloġiċi Ewropej (PTEs) u l-Inizjattivi Teknoloġiċi Konġunti (ITKs) maħsubin huma partikolarment relevanti għar-riċerka industrijali. Il-PTEs jgħinu lill-partijiet interessati jistabbilixxu aġendi strateġiċi ta' riċerka fit-tul u jistgħu jevolvu aktar sabiex jirrappreżentaw mekkaniżmu importanti ħalli titrawwem il-kompetittività Ewropea. |
|
(8) |
Dawn l-objettivi ntgħażlu bil-mira li jibnu fuq il-kisbiet tas-Sitt Programm Kwadru lejn il-ħolqien ta' Żona ta' Riċerka Ewropea u jressquhom aktar lejn l-iżvilupp ta' ekonomija u soċjetà, fl-Ewropa, ibbażati fuq l-għerf li jissodisfaw l-iskop ta' l-istrateġija ta' Lisbona fil-linji politiċi Komunitarji. Fost l-objettivi tas-Seba' Programm Kwadru, dawn li ġejjin huma ta' importanza partikolari:
|
|
(9) |
Minbarra dan, id-djalogu bejn ix-xjenza u s-soċjetà fl-Ewropa għandu jiġi intensifikat sabiex tiġi żviluppata aġenda ta' xjenza u riċerka li tirrispondi għat-tħassib taċ-ċittadini, anke permezz tat-trawwim ta' riflessjoni kritika, u mmirat lejn it-tisħiħ tal-kunfidenza tal-pubbliku fix-xjenza. |
|
(10) |
Għandha tingħata attenzjoni speċjali lit-tħaffif tal-karriera xjentifika tar-riċerkaturi fil-perjodu l-aktar produttiv tal-ħajja. Ir-riċerkaturi fi stadji bikrija jistgħu jkunu mutur għall-avvanz tax-xjenza fl-Ewropa. |
|
(11) |
Il-kapaċitajiet tar-riċerka u ta' l-innovazzjoni madwar l-Ewropa kollha għandhom jissaħħu, kemm fil-kwantità kif ukoll fil-kwalità. |
|
(12) |
Għandhom ikunu appoġġati l-użu u d-disseminazzjoni b'mod wiesa' ta' l-għerf iġġenerat minn attività ta' riċerka ffinanzjata pubblikament. |
|
(13) |
Sabiex jintlaħqu dawn l-objettivi hija meħtieġa l-promozzjoni ta' erba' tipi ta' attivitajiet: il-koperazzjoni transnazzjonali dwar temi definiti minn politika (il-programm ta' “Koperazzjoni”), ir-riċerka mmexxija mir-riċerkaturi u bbażata fuq l-inizjattiva tal-komunità tar-riċerka (il-programm ta' “Ideat”), l-appoġġ għar-riċerkaturi individwali (il-programm ta' “Nies”), u l-appoġġ għall-kapaċitajiet ta' riċerka (il-programm ta' “Kapaċitajiet”). |
|
(14) |
Taħt il-programm ta' “Koperazzjoni” għandu jingħata appoġġ għall-koperazzjoni transnazzjonali fuq skala xierqa madwar l-Unjoni u lil hinn minnha, f'għadd ta' oqsma tematiċi li jikkorrispondu għall-oqsma prinċipali tal-progress fl-għerf u fit-teknoloġija, fejn ir-riċerka għandha tiġi appoġġata u msaħħa sabiex jiġu indirizzati l-isfidi soċjali, ekonomiċi, ambjentali, ta' saħħa pubblika u industrijali Ewropej, taqdi l-ġid komuni u tappoġġa lill-pajjiżi li qegħdin jiżviluppaw. Fejn hu possibbli, dan il-programm ser jippermetti flessibbiltà għal skemi orjentati għal missjonijiet li jinvolvu l-prijoritajiet tematiċi. |
|
(15) |
Taħt il-programm ta' “Ideat”, l-attivitajiet għandhom jiġu implimentati minn Kunsill Ewropew tar-Riċerka (“KER”), li għandu jgawdi minn grad għoli ta' awtonomija sabiex jiżviluppa riċerka esplorattiva ta' livell għoli ħafna fil-livell Ewropew, filwaqt li jibni fuq l-eċċellenza fl-Ewropa u jgħolli l-profil tiegħu fil-livell internazzjonali. Il-KER għandu jżomm kuntatt regolari mal-komunità xjentifika u ma' l-Istituzzjonijiet Ewropej. |
|
(16) |
Taħt il-programm ta' “Nies”, għandu jingħata stimolu lil individwi sabiex jidħlu fil-professjoni ta' riċerkatur, riċerkaturi Ewropej għandhom jiġu mħeġġa jibqgħu fl-Ewropa, ir-riċerkaturi mid-dinja kollha għandhom jiġu mħajra jiġu fl-Ewropa u l-Ewropa għandha ssir aktar attraenti għall-aqwa riċerkaturi. Bi tkomplija ta' l-esperjenzi pożittivi bl-“Azzjonijiet Marie Curie” taħt Programmi Kwadru preċedenti, il-programm “Nies” għandu jinkoraġġixxi individwi sabiex jidħlu għall-professjoni ta' riċerkatur; jistruttura l-offerta u l-għażliet tat-taħriġ fir-riċerka; jinkoraġġixxi lir-riċerkaturi Ewropej jibqgħu jew jirritornaw fl-Ewropa; jinkoraġġixxi mobbiltà intersettorali, u jattira lejn l-Ewropa riċerkaturi mid-dinja kollha. Il-mobbiltà tar-riċerkaturi mhix biss ċentrali għall-iżvilupp tal-karriera tar-riċerkaturi iżda wkoll għall-kondiviżjoni u t-trasferiment ta' l-għerf bejn pajjiżi u setturi u sabiex jiġi żgurat li r-riċerka innovattiva esplorattiva f'diversi dixxiplini tibbenefika minn riċerkaturi li jkunu ddedikati u kompetenti, kif ukoll minn riżorsi finanzjarji miżjudin. |
|
(17) |
Taħt il-programm ta' “Kapaċitajiet”, l-użu u l-iżvilupp ta' infrastrutturi ta' riċerka għandhom jiġu ottimizzati; il-kapaċitajiet innovattivi ta' l-SMEs u l-abbiltà tagħhom sabiex jibbenefikaw mir-riċerka għandhom jissaħħu; l-iżvilupp ta' raggruppamenti reġjonali mmexxija mir-riċerka għandhom jiġu appoġġati; il-potenzjal tar-riċerka fir-reġjuni ta' konverġenza u dawk l-aktar imbiegħda ta' l-UE għandu jinfetaħ; ix-xjenza u s-soċjetà għandhom jinġiebu aktar qrib xulxin fis-soċjetà Ewropea; għandu jingħata appoġġ għall-iżvilupp koerenti ta' linji politiċi fil-livelli nazzjonali u Komunitarju u għandhom jittieħdu azzjonijiet u miżuri orizzontali bħala appoġġ għall-koperazzjoni internazzjonali. |
|
(18) |
Iċ-Ċentru Konġunt ta' Riċerka (“ĊKR”) għandu jikkontribwixxi fl-għoti ta' appoġġ xjentifiku u teknoloġiku mmirat lejn il-klijent li jingħata għall-konċezzjoni, l-iżvilupp, l-implimentazzjoni u l-monitoraġġ ta' linji politiċi Komunitarji. F'dan ir-rigward, huwa utli li ċ-ĊKR ikompli jiffunzjona bħala ċentru indipendenti ta' referenza għax-xjenza u t-teknoloġija fl-UE fl-oqsma tal-kompetenza speċifika tiegħu. |
|
(19) |
Ir-reġjuni għandhom sehem importanti fl-implimentazzjoni taż-Żona ta' Riċerka Ewropea.Il-ftuħ tal-potenzjal ta' l-iżvilupp tar-reġjuni u d-disseminazzjoni wiesgħa tar-riżultati tar-riċerka u ta' l-iżvilupp teknoloġiku jgħin sabiex inaqqas id-distakk teknoloġika u jikkontribwixxi għall-kompetittività Ewropea. |
|
(20) |
Is-Seba' Programm Kwadru jikkomplementa l-attivitajiet imwettqa fl-Istati Membri kif ukoll azzjonijiet oħra Komunitarji li huma meħtieġa għall-isforz strateġiku globali għall-kisba tal-miri ta' Lisbona, flimkien b'mod partikolari ma' dawk taħt il-fondi strutturali u dawk li għandhom x'jaqsmu ma' l-agrikoltura, l-edukazzjoni, it-taħriġ, il-kompetittività u l-innovazzjoni, l-industrija, l-impjiegi u l-ambjent. |
|
(21) |
Għandhom ikunu żgurati sinerġiji reċiproċi u komplementarità mal-linji politiċi u l-programmi Komunitarji, u filwaqt li tiġi indirizzata wkoll il-ħtieġa ta' approċċ imsaħħaħ u simplifikat għall-finanzjament tar-riċerka, li huwa partikolarment importanti għall-SMEs. |
|
(22) |
Is-Seba' Programm Kwadru għandu jimmira, partikolarment, li jiżgura l-involviment xieraq ta' l-SME's. L-innovazzjoni u dawk l-attivitajiet li għandhom x'jaqsmu ma' l-SMEs li jsiru taħt dan il-Programm Kwadru għandhom jimxu id f'id ma' dawk li jsiru taħt il-Programm Kwadru għall-Kompetittività u l- Innovazzjoni. |
|
(23) |
Il-parteċipazzjoni fl-attivitajiet ta' dan il-Programm Kwadru għandha titħaffef permezz tal-pubblikazzjoni ta' l-informazzjoni relevanti kollha, li għandha ssir disponibbli fil-ħin u b'manjiera li tkun faċli għall-utent mill-parteċipanti potenzjali kollha. |
|
(24) |
B'kont meħud tar-reviżjoni ta' nofs il-perjodu ta' l-użu ta' strumenti ġodda taħt is-Sitt Programm Kwadru u l-Evalwazzjoni ta' Ħames Snin tal-Programm Kwadru, ġie definit approċċ ġdid li għandu jippermetti li l-objettivi politiċi tal-politika ta' riċerka Komunitarja jintlaħqu b'iktar faċilità, effiċjenza u flessibbiltà. Għal dan il-għan, għandu jintuża sett iżgħar ta' “skemi ta' finanzjament” aktar sempliċi, individwalment jew flimkien ma' oħrajn, b'iktar flessibbiltà u libertà, sabiex jiġu appoġġati l-azzjonijiet differenti, u għandha tingħata awtonomija aktar b'saħħitha fl-amministrazzjoni lill-parteċipanti. |
|
(25) |
Fid-dawl ta' l-interess wiesa' fl-azzjonijiet tal-Programm Kwadru, l-effett stimulanti tal-finanzjament fl-investimenti nazzjonali u privati, il-ħtieġa li l-Komunità tingħata l-kapaċità sabiex tilqa' l-isfidi ġodda xjentifiċi u teknoloġiċi u li tagħmel użu sħiħ tal-potenzjal tar-riċerkaturi tagħha mingħajr diskriminazzjoni, ir-rwol ewlieni li għandu l-intervent Komunitarju sabiex is-sistema Ewropea tar-riċerka ssir aktar effiċjenti u effettiva, kif ukoll il-kontribut possibbli tal-Programm Kwadru għall-isforzi, fost oħrajn, sabiex jinstabu soluzzjonijiet għall-bidla fil-klima u għas-sostenibbiltà, għas-saħħa tal-popolazzjoni ta' l-Ewropa u l-għoti ta' nifs ġdid lill-istrateġija ta' Lisbona, hemm ħtieġa għal attivitajiet Komunitarji ta' riċerka. |
|
(26) |
L-implimentazzjoni tas-Seba' Programm Kwadru tista' tagħti lok għal programmi supplimentari li jinvolvu l-parteċipazzjoni ta' uħud biss mill-Istati Membri, il-parteċipazzjoni tal-Komunità fi programmi mibdija minn għadd ta' Stati Membri, jew inkella l-istabbiliment ta' intrapriżi konġunti jew arranġamenti oħra skond it-tifsira ta' l-Artikoli 168, 169 u 171 tat-Trattat. |
|
(27) |
Il-Komunità kkonkludiet numru ta' ftehim internazzjonali fil-qasam tar-riċerka u għandhom isiru sforzi sabiex tissaħħaħ il-koperazzjoni internazzjonali fir-riċerka bil-ħsieb li jittieħdu l-benefiċċji sħaħ ta' l-internazzjonalizzazzjoni ta' l-R&D, li jkun hemm kontribut għall-produzzjoni tal-ġid pubbliku globali u sabiex il-Komunità tiġi integrata aktar fil-komunità dinjija tar-riċerka. |
|
(28) |
Diġà hemm ammont sinifikanti ta' għerf xjentifiku li kapaċi jtejjeb drastikament il-ħajjiet ta' dawk li jgħixu fil-pajjiżi li qegħdin jiżviluppaw; fejn possibbli, il-Programm Kwadru — fil-qafas ta' l-attivitajiet deskritti hawn fuq — ser jikkontribwixxi sabiex jintlaħqu l-Għanijiet ta' Żvilupp tal-Millennju sa l-2010. |
|
(29) |
Is-Seba' Programm Kwadru għandu jikkontribwixxi għall-promozzjoni tat-tkabbir, ta' l-iżvilupp sostenibbli u tal-protezzjoni ta' l-ambjent, inkluż it-trattament tal-problema tal-bidla fil-klima. |
|
(30) |
L-attivitajiet ta' riċerka appoġġati minn dan is-Seba' Programm Kwadru għandhom jirrispettaw prinċipji fundamentali ta' l-etika, inklużi dawk li huma riflessi fil-Karta tad-Drittijiet Fundamentali ta' l-Unjoni Ewropea. Qiegħed, u ser jibqa', jittieħed kont tal-fehmiet tal-Grupp Ewropew dwar l-Etika fix-Xjenza u fit-Teknoloġiji Ġodda.L-attivitajiet ta' riċerka għandhom jieħdu kont ukoll tal-Protokoll dwar il-Protezzjoni u l-Ħarsien ta' l-Annimali, u jnaqqsu l-użu ta' l-annimali fir-riċerka u fl-ittestjar, bil-ħsieb li fl-aħħar jiġi sostitwit l-użu ta' l-annimali. |
|
(31) |
Taħt is-Seba' Programm Kwadru r-rwol tan-nisa fix-xjenza u fir-riċerka ser jiġi promoss attivament permezz ta' miżuri xierqa bil-ħsieb li jiġu inkoraġġuti numri akbar sabiex jipparteċipaw f'dan il-qasam u jissaħħaħ aktar ir-rwol attiv tagħhom fir-riċerka. |
|
(32) |
Din id-Deċiżjoni tistabbilixxi, għat-tul kollu tal-programm, pakkett finanzjarju li ser ikun il-punt ewlieni ta' referenza, fis-sens tal-punt 37 tal-Ftehim Interistituzzjonali tas-17 ta' Mejju 2006 bejn il-Parlament Ewropew, il-Kunsill u l-Kummissjoni dwar id-dixxiplina baġitarja u l-amministrazzjoni finanzjarja soda (5), għall-awtorità tal-baġit matul il-proċedura annwali dwar il-baġit. |
|
(33) |
Għandhom jittieħdu wkoll miżuri xierqa — proporzjonatament għall-interessi finanzjarji tal-Komunitajiet Ewropej — sabiex jiġu mmonitorjati kemm l-effikaċja ta' l-appoġġ finanzjarju mogħti kif ukoll l-effikaċja ta' l-użu ta' dawn il-fondi sabiex jiġu evitati l-irregolaritajiet u l-frodi, u għandhom jittieħdu l-passi meħtieġa sabiex jiġu rkuprati fondi mitlufa, imħallsa indebitament jew użati skorrettament skond ir-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 2988/95 tat-18 ta' Diċembru 1995 dwar il-protezzjoni ta' l-interessi finanzjarji tal-Komunitajiet Ewropej (6), ir-Regolament tal-Kunsill (Euratom, KE) Nru 2185/96 tal-11 ta' Novembru 1996 dwar il-kontrolli u l-ispezzjonijiet fuq il-post imwettqa mill-Kummissjoni sabiex tħares l-interessi finanzjarji tal-Komunitajiet Ewropej kontra l-frodi u irregolaritajiet oħra (7) u r-Regolament (KE) Nru 1073/1999 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-25 ta’ Mejju 1999 dwar investigazzjonijiet immexxija mill-Uffiċċju Ewropew Ta' Kontra l-Frodi (OLAF) (8). |
|
(34) |
Huwa importanti li tiġi żgurata l-amministrazzjoni finanzjarja soda tas-Seba' Programm Kwadru kif ukoll l-implimentazzjoni tiegħu bl-iktar mod effettiv u faċli għall-użu, filwaqt li jiġu żgurati wkoll iċ-ċertezza legali u l-aċċessibbiltà għall-programm għall-parteċipanti kollha. Jeħtieġ li tiġi żgurata l-konformità mar-Regolament tal-Kunsill (KE, EURATOM) Nru 1605/2002 tal-25 ta' Ġunju 2002 rigward ir-Regolament Finanzjarju applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Komunitajiet Ewropej (9) u mar-rekwiżiti ta' simplifikazzjoni u ta' regolamentazzjoni aħjar. |
|
(35) |
Minħabba li l-għan ta' l-azzjonijiet li għandhom jittieħdu skond l-Artikolu 163 tat-Trattat fil-ħidma għall-ħolqien fl-Ewropa ta' soċjetà u ekonomija bbażati fuq l-għerf ma jistax jinkiseb b'mod suffiċjenti mill-Istati Membri u jista' għalhekk jintlaħaq aħjar fuq livell Komunitarju, il-Komunità tista' tadotta miżuri, skond il-prinċipju tas-sussidjarjetà kif stabbilit fl-Artikolu 5 tat-Trattat. Skond il-prinċipju tal-proporzjonalità, kif stabbilit f'dak l-Artikolu, is-Seba' Programm Kwadru ma jmurx lil hinn minn dak li huwa meħtieġ sabiex jinkiseb dan l-għan, |
IDDEĊIDEW KIF ĠEJ:
Artikolu 1
L-adozzjoni tas-Seba' Programm Kwadru
Il-Programm Kwadru għall-attivitajiet Komunitarji fil-qasam tar-riċerka u ta' l-iżvilupp teknoloġiku (“R&D”), inklużi l-attivitajiet ta' dimostrazzjoni, (is-“Seba' Programm Kwadru”) huwa b'dan adottat għall-perjodu mill-1 ta' Jannar 2007 sal-31 ta' Diċembru 2013.
Artikolu 2
Objettivi u attivitajiet
1. Is-Seba' Programm Kwadru għandu jappoġġa l-attivitajiet li jidhru fil-punti (i) sa (iv). L-objettivi u l-linji ġenerali ta' dawk l-attivitajiet jidhru fl-Anness I.
|
(i) |
Koperazzjoni: appoġġ għall-firxa sħiħa ta' l-azzjonijiet tar-riċerka li jsiru b'koperazzjoni transnazzjonali fl-oqsma tematiċi li ġejjin:
|
|
(ii) |
Ideat: appoġġ għar-riċerka “mmexxija mir-riċerkaturi” li ssir fl-oqsma kollha minn timijiet individwali nazzjonali jew transnazzjonali f'kompetizzjoni fuq livell Ewropew. |
|
(iii) |
Nies: it-tisħiħ, sew fil-kwantità kif ukoll fil-kwalità, tal-potenzjal uman fir-riċerka u fl-iżvilupp teknoloġiku fl-Ewropa, kif ukoll l-inkoraġġiment tal-mobbiltà. |
|
(iv) |
Kapaċitajiet: appoġġ għall-aspetti prinċipali tal-kapaċitajiet Ewropej ta' riċerka u innovazzjoni bħal infrastrutturi ta' riċerka; raggruppamenti reġjonali mmexxija mir-riċerka; l-iżvilupp tal-potenzjal sħiħ tar-riċerka fir-reġjuni ta' konverġenza u dawk l-aktar imbiegħda tal-Komunità; riċerka għall-benefiċċju ta' intrapriżi żgħar u ta' daqs medju (“SMEs”) (10); kwistjonijiet ta' “Xjenza fis-Soċjetà”; appoġġ għall-iżvilupp koerenti ta' linji politiċi; attivitajiet orizzontali ta' koperazzjoni internazzjonali. |
2. Is-Seba' Programm Kwadru għandu jappoġġa wkoll l-azzjonijiet diretti xjentifiċi u tekniċi li mhumiex ta' natura nukleari li jsiru miċ-Ċentru Konġunt ta' Riċerka (“ĊKR”) kif definit fl-Anness I.
Artikolu 3
Programmi Speċifiċi
Is-Seba' Programm Kwadru għandu jiġi implimentat permezz ta' programmi speċifiċi. Dawn il-programmi għandhom jispeċifikaw objettivi preċiżi u r-regoli dettaljati għall-implimentazzjoni.
Artikolu 4
Ammont globali massimu u ishma assenjati għal kull programm
1. L-ammont massimu globali għall-parteċipazzjoni finanzjarja Komunitarja f'dan is-Seba' Programm Kwadru għandha tkun ta' EUR 50 521 miljun (11). Dak l-ammont għandu jitqassam bejn l-attivitajiet u l-azzjonijiet imsemmija fil-paragrafi 1 u 2 ta' l-Artikolu 2 kif ġej (f'miljuni ta' EUR):
|
Koperazzjoni |
32 365 |
|
Ideat |
7 460 |
|
Nies |
4 728 |
|
Kapaċitajiet |
4 217 |
|
Azzjonijiet mhux nukleari taċ-Ċentru Konġunt ta' Riċerka |
1 751 |
2. Id-dettalji indikattivi ta' l-oqsma tematiċi ta' kull attività msemmija fil-paragrafu 1 tingħata fl-Anness II.
3. Ir-regoli dettaljati għall-parteċipazzjoni finanzjarja Komunitarja f'dan il-Programm Kwadru jingħataw fl-Anness III.
Artikolu 5
Il-protezzjoni ta' l-interessi finanzjarji tal-Komunitajiet
Għall-azzjonijiet Komunitarji ffinanzjati taħt din id-Deċiżjoni, ir-Regolament (KE, Euratom) Nru 2988/95 u r-Regolament (Euratom, KE) Nru 2185/96 għandhom japplikaw għal kwalunkwe ksur ta' xi dispożizzjoni tal-liġi Komunitarja, inkluż il-ksur ta' obbligu kuntrattwali stipulat abbażi tal-programm, li jirriżulta minn att jew ommissjoni ta' operatur ekonomiku li, permezz ta' nefqa mhux ġustifikata, li għandu jew ikollu l-effett li jippreġudika l-baġit ġenerali ta' l-Unjoni Ewropea jew il-baġits amministrati minnha.
Artikolu 6
Prinċipji etiċi
1. L-attivitajiet kollha ta' riċerka mwettqa taħt is-Seba' Programm Kwadru għandhom jitwettqu skond prinċipji etiċi fundamentali.
2. L-oqsma ta' riċerka li ġejjin ma għandhomx jiġu ffinanzjati taħt dan il-Programm Kwadru:
|
— |
attività ta' riċerka li timmira għall-klonazzjoni tal-bniedem għal finijiet ta' riproduzzjoni, |
|
— |
attività ta' riċerka maħsuba għall-modifika tal-wirt ġenetiku tal-bnedmin li tista' tagħmel tali tibdil ereditabbli (12), |
|
— |
attivitajiet ta' riċerka maħsuba sabiex joħolqu embrijoni tal-bniedem għall-fini biss ta' riċerka jew għall-fini tal-kisba ta' ċelluli staminali, anke permezz ta' trasferiment ta' nuklei ta' ċelluli somatiċi. |
3. Ir-riċerka fuq iċ-ċelluli staminali tal-bniedem, kemm adulti kif ukoll embrijoniċi, tista' tiġi ffinanzjata. Dan jiddipendi kemm mill-kontenut tal-proposta xjentifika kif ukoll mill-qafas legali ta' l-Istat jew Stati Membri involuti.
Kwalunkwe applikazzjoni għall-finanzjament ta' riċerka fuq iċ-ċelluli staminali tal-embrijoni tal-bniedem għandha tinkludi, skond il-każ, id-dettalji tal-liċenzja u tal-miżuri ta' kontroll li jkunu ser jittieħdu mill-awtoritajiet kompetenti ta' l-Istati Membri kif ukoll id-dettalji ta' l-approvazzjoni jew approvazzjonijiet etiċi li jkunu ser jiġu pprovduti.
Fir-rigward tad-derivazzjoni taċ-ċelluli staminali embrijoniċi tal-bniedem, l-istituzzjonijiet, l-organizzazzjonijiet u r-riċerkaturi għandhom ikunu suġġetti għal liċenzjar u kontroll stretti skond il-qafas legali ta' l-Istat jew Stati Membri involuti.
4. L-oqsma tar-riċerka kif imniżżla fil-paragrafu 2 għandhom jiġu riveduti għat-tieni fażi ta' dan il-programm (2010-2013) fid-dawl ta' l-avvanzi xjentifiċi.
Artikolu 7
Monitoraġġ, evalwazzjoni u reviżjoni
1. Il-Kummissjoni għandha kontinwament u sistematikament timmonitorja l-implimentazzjoni tas-Seba' Programm Kwadru u l-programmi speċifiċi tiegħu u regolarment tirrapporta u xxerred ir-riżultati ta' dan il-monitoraġġ.
2. Mhux aktar tard mill-2010, il-Kummissjoni għandha twettaq, bl-għajnuna ta' esperti esterni, evalwazzjoni interim ibbażata fuq l-evidenza ta' dan il-Programm Kwadru u l-programmi speċifiċi tiegħu filwaqt li tibni fuq l-evalwazzjoni ex-post tas-Sitt Programm Kwadru. Din l-evalwazzjoni għandha tkopri l-kwalità ta' l-attivitajiet ta' riċerka eżistenti, kif ukoll il-kwalità ta' l-implimentazzjoni u l-amministrazzjoni, u l-progress li sar lejn il-kisba ta' l-objettivi stabbiliti.
Il-Kummissjoni għandha tikkomunika l-konklużjonijiet ta' dan, flimkien ma' l-osservazzjonijiet tagħha u, fejn xieraq, proposti għall-adattament ta' dan il-Programm Kwadru, lill-Parlament Ewropew, lill-Kunsill, lill-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew u lill-Kumitat tar-Reġjuni.
L-evalwazzjoni interim għandha tkun preċeduta minn rapport dwar il-progress hekk kif tkun disponibbli data biżżejjed, fejn jingħataw ir-riżultati inizjali dwar l-effikaċja ta' l-azzjonijiet il-ġodda mibdija taħt is-Seba' Programm Kwadru u l-isforzi magħmula fir-rigward tas-simplifikazzjoni.
3. Sentejn wara t-tlestija ta' dan il-Programm Kwadru, il-Kummissjoni għandha tagħmel evalwazzjoni esterna, minn esperti indipendenti, tal-motivazzjonijiet, l-implimentazzjoni u l-kisbiet tiegħu.
Il-Kummissjoni għandha tikkomunika l-konklużjonijiet ta' din, flimkien ma' l-osservazzjonijiet tagħha, lill-Parlament Ewropew, lill-Kunsill, lill-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew u lill-Kumitat tar-Reġjuni.
Magħmula fi Brussel, …
Għall-Parlament Ewropew
Il-President
…
Għall-Kunsill
Il-President
…
(2) ĠU C 115, 16.5.2006, p. 20.
(3) Opinioni tal-Parlament Ewropew tal-15 ta' Ġunju 2006 (għadha mhijiex pubblikata fil-Ġurnal Uffiċjali), Pożizzjoni Komuni tal-Kunsill ta'25 ta’ Settembru 2006 (għadha mhijiex pubblikata fil-Ġurnal Uffiċjali) u Pożizzjoni tal-Parlament Ewropew ta' … (għadha mhijiex pubblikata fil-Ġurnal Uffiċjali).
(4) ĠU C 320 E, 15.12.2005, p. 259.
(5) ĠU C 139, 14.6.2006, p. 1.
(6) ĠU L 312, 23.12.1995, p. 1.
(7) ĠU L 292, 15.11.1996, p. 2.
(8) ĠU L 136, 31.5.1999, p. 1.
(9) ĠU L 248, 16.9.2002, p. 1.
(10) Fis-Seba' Programme Kwadru kollu, “SMEs” għandha tinftiehem li tinkludi l-mikro-intrapriżi.
(11) Nota: il-figuri kollha huma fi prezzijiet attwali li jirriflettu l-Ftehim Interistituzzjonali (IIA) dwar il-Qafas Finanzjarju (2007-2013). Għaldaqstant, il-figura IIA għall-PK7 għall-2007-2013 ta' EUR 48 081 miljun fi prezzijiet ta' l-2004 tikkorrispondi għal EUR 54 582 miljun għall-2007-2013 fi prezzijiet attwali, li minnhom EUR 50 521 miljun għall-PK7 (KE) għall-2007-2013, EUR 2 751 miljun għall-PK7 (Euratom) għall-2007-2011 u b'mod indikattiv EUR 1 310 miljun għall-programm ta' l-Euratom għall-2012-2013.
(12) Ir-riċerka relatata mat-trattament tal-kanċer tal-gonadi tista' tiġi ffinanzjata.
ANNESS I
OBJETTIVI XJENTIFIĊI U TEKNOLOĠIĊI, DESKRIZZJONI ĠENERALI TAT-TEMI U TA' L-ATTIVITAJIET
Is-Seba' Programm Kwadru sejjer jitwettaq sabiex jinkisbu l-objettivi ġenerali deskritti fl-Artikolu 163 tat-Trattat sabiex tissaħħaħ il-kompetittività industrijali u jintlaħqu l-ħtiġijiet ta' riċerka ta' linji politiċi Komunitarji oħra u b'hekk jikkontribwixxi lejn il-ħolqien ta' soċjetà bbażata fuq l-għerf, jibni fuq Żona Ewropea tar-Riċerka u jikkomplementa attivitajiet fil-livelli nazzjonali u reġjonali. Huwa sejjer jippromwovi l-eċċellenza fir-riċerka, l-iżvilupp u d-dimostrazzjoni xjentifika u teknoloġika permezz ta' l-erba' programmi li ġejjin: koperazzjoni, ideat, nies u kapaċitajiet.
I. Koperazzjoni
F'din il-parti tas-Seba' Programm Kwadru, ser jingħata appoġġ għal koperazzjoni transnazzjonali f'forom differenti madwar l-Unjoni u lil hinn minnha, f'għadd ta' oqsma tematiċi li jikkorrispondu għal oqsma prinċipali ta' l-għerf u fit-tekonoloġija, li fihom ir-riċerka ta' l-ogħla kwalità għandha tiġi appoġġata u msaħħa sabiex jiġu indirizzati l-isfidi soċjali, ekonomiċi, ambjentali u industrijali ta' l-Ewropa. Il-parti l-kbira ta' dan l-isforz se tkun diretta lejn it-titjib tal-kompetittività industrijali, b'aġenda ta' riċerka li tirrifletti l-ħtiġijiet ta' l-utenti madwar l-Ewropa.
L-għan ġenerali huwa li jingħata kontribut lejn żvilupp sostenibbli.
L-għaxar temi ddeterminati għal azzjoni Komunitarja huma dawn li ġejjin:
|
1) |
Is-Saħħa; |
|
2) |
L-Ikel, l-Agrikoltura u l-Bijoteknoloġija; |
|
3) |
It-Teknoloġiji ta' l-Informazzjoni u l-Komunikazzjoni; |
|
4) |
In-Nanoxjenzi, in-Nanoteknoloġiji, il-Materjali u Teknoloġiji ġodda tal-Produzzjoni; |
|
5) |
L-Enerġija; |
|
6) |
L-Ambjent (inkluż il-Bidla fil-Klima); |
|
7) |
It-Trasport (inkluża l-Aeronawtika); |
|
8) |
Ix-Xjenzi Soċjo-ekonomiċi u l-Umanistika; |
|
9) |
L-Ispazju; |
|
10) |
Is-Sigurtà. |
Dawn it-temi huma ddefiniti b'mod ġenerali f'livell relattivament għoli, b'tali mod li jkunu jistgħu jadattaw irwieħhom għal rekwiżiti u opportunitajiet li jistgħu jinqalgħu matul il-perjodu ta' applikazzjoni tas-Seba' Programm Kwadru. Għal kull waħda minnhom, ġiet identifikata serje ta' attivitajiet li jindikaw il-linji ġenerali li huma maħsuba għall-appoġġ Komunitarju. Dawn l-attivitajiet ġew identifikati abbażi tal-kontribut li jagħtu sabiex jintlaħqu l-objettivi Komunitarji, fosthom it-transizzjoni lejn soċjetà ta' l-għerf, il-potenzjal tar-riċerka relevanti Ewropea u l-valur miżjud ta' l-intervent f'livell Komunitarju f'dawn is-suġġetti.
Ser tingħata attenzjoni speċjali sabiex tiġi żgurata koordinazzjoni effettiva bejn l-oqsma tematiċi, u lil oqsma xjentifiċi ta' prijorità li jirrigwardaw bosta temi, bħar-riċerka fil-foresterija, il-wirt kulturali, ix-xjenzi u t-teknoloġiji tal-baħar.
Il-mulitdixxiplinarjetà sejra tiġi inkoraġġita permezz ta' approċċi konġunti li jirrigwardaw bosta temi għas-suġġetti tar-riċerka u t-teknoloġija li jkollhom relevanza għal aktar minn tema waħda, b'sejħiet konġunti li jkunu forma inter-tematika ta' koperazzjoni importanti.
B'mod partikolari fil-każ ta' suġġetti b'relevanza industrijali, is-suġġetti ntgħażlu abbażi, fost l-oħrajn, tax-xogħol ta' għadd ta' “Pjattaformi Teknoloġiċi Ewropej” differenti li ġew stabbiliti fl-oqsma fejn il-kompetittività, it-tkabbir ekonomiku u l-benessri ta' l-Ewropa jiddependu fuq riċerka importanti u fuq il-progress teknoloġiku, fil-perjodu medju u fit-tul. Il-Pjattaformi Teknoloġiċi Ewropej jiġbru flimkien lill-partijiet interessati, taħt tmexxija industrijali, sabiex jiddefinixxu u jimplimentaw Aġenda Strateġika ta' Riċerka. Dan il-Programm Kwadru ser jikkontribwixxi għat-twettiq ta' dawn l-Aġendi Strateġiċi ta' Riċerka fejn dawn għandhom verament valur miżjud Ewropew. Il-Pjattaformi Teknoloġiċi Ewropej jista' jkollhom rwol li jiffaċilitaw u jorganizzaw il-parteċipazzjoni ta' l-industrija, inklużi l-SMEs, fi proġetti ta' riċerka relatati mal-qasam speċifiku tagħhom, inklużi proġetti eliġibbli għal finanzjament taħt il-Programm Kwadru.
L-għaxar temi jinkludu wkoll ir-riċerka li tkun meħtieġa sabiex tirfed it-tfassil, l-implimentazzjoni u l-evalwazzjoni tal-linji politiċi Komunitarji, f'oqsma bħas-saħħa, is-sigurtà, il-protezzjoni tal-konsumatur, l-enerġija, l-ambjent, għajnuna għall-iżvilupp, is-sajd, l-affarijiet marittimi, l-agrikoltura, il-ħarsien ta' l-annimali, it-trasport, l-edukazzjoni u t-taħriġ, l-impjiegi, l-affarijiet soċjali, il-koeżjoni, u l-ħolqien ta' Żona ta' Libertà, Sigurtà u Ġustizzja, flimkien mar-riċerka pre-normattiva u ko-normattiva li tkun relevanti għat-titjib fl-interoperabbiltà u l-kwalità ta' l-istandards u ta' l-implimentazzjoni tagħhom.
Taħt kull tema, minbarra dawn l-attivitajiet, ser jiġu indirizzati żewġ tipi ta' opportunitajiet b'mod miftuħ u flessibbli:
|
— |
Teknoloġiji tal-Ġejjieni u Emerġenti: sabiex jappoġġaw riċerka li timmira li tidentifika jew tesplora iktar opportunitajiet xjentifiċi u teknoloġiċi ġodda f'qasam speċifiku u/jew il-kombinazzjoni tagħhom ma' oqsma u dixxiplini relevanti oħra permezz ta' appoġġ speċifiku għal proposti ta' riċerka spontanji, anke b'sejħiet konġunti; sabiex jitrawmu ideat ġodda u użi radikalment ġodda u jiġu esplorati għażliet ġodda fil-proġettazzjonijiet ta' riċerka, b'mod partikolari dawk b'potenzjal għal sejbiet sinifikanti; koordinazzjoni adegwata ma' l-attivitajiet imwettqa taħt il-programm Ideat se jkunu ggarantiti sabiex tiġi evitata s-sovrappożizzjoni u jiġi żgurat l-aqwa użu tal-finanzjament. |
|
— |
Rekwiżiti ta' politika mhux previsti: sabiex tingħata tweġiba b'mod flessibbli għal rekwiżiti ġodda ta' politika li jirriżultaw fil-kors tal-Programm Kwadru, bħal żviluppi jew avvenimenti mhux previsti li jirrikjedu reazzjoni ta' malajr, bħal epidemiji ġodda, tħassib emerġenti dwar is-sigurtà alimentari jew ir-rispons għal diżastru naturali. |
Id-disseminazzjoni u t-trasferiment ta' l-għerf huma valur miżjud ewlieni ta' l-azzjonijiet Ewropej ta' riċerka, u se jittieħdu miżuri sabiex jiżdied l-użu tar-riżultati mill-industrija, dawk li jfasslu l-politika u s-soċjetà. Id-disseminazzjoni se tiġi kkunsidrata bħala kompitu integrali taħt l-oqsma tematiċi kollha, b'restrizzjonijiet xierqa għat-tema ta' sigurtà minħabba l-aspetti ta' kunfidenzjalità ta' l-attivitajiet, anke permezz tal-finanzjament ta' inizjattivi ta' networking, seminars u avvenimenti, assistenza minn esperti esterni u informazzjoni u servizzi elettroniċi b'mod partikolari l-CORDIS.
Ser tiġi żgurata l-komplementarità u s-sinerġija bejn dan il-programm u programmi oħra Komunitarji. L-azzjonijiet għall-appoġġ ta' l-innovazzjoni sejrin jittieħdu taħt il-Programm Kwadru dwar il-Kompetittività u l-Innovazzjoni.
Għandha tingħata attenzjoni partikolari sabiex tiġi żgurata l-parteċipazzjoni xierqa ta' l-SMEs (1), b'mod partikolari SMEs li jagħmlu użu intensiv mill-għerf f'koperazzjoni transnazzjonali. Tul il-parti ta' “Koperazzjoni” tal-programm fil-qafas ta' strateġija li għandha tiġi żviluppata taħt kull tema ser jittieħdu miżuri konkreti, inklużi azzjonijiet ta' appoġġ li jiffaċilitaw il-parteċipazzjoni ta' l-SMEs. Dawn l-istrateġiji ser jiġu akkumpanjati minn monitoraġġ kwantitattiv u kwalitattiv imqabbel ma' l-objettivi stabbiliti. L-għan ser ikun li jippermetti li għall-inqas 15 % mill-finanzjament disponibbli taħt il-parti “Koperazzjoni” tal-programm imorru għall-SMEs.
Ser jingħata wkoll appoġġ għal inizjattivi li jkollhom l-għan li jniedu djalogu ma' firxa tal-pubbliku li tkun l-aktar wiesgħa possibbli lil hinn mill-komunità tar-riċerka dwar temi xjentifiċi u r-riżultati tar-riċerka, u għal inizjattivi fil-qasam tal-komunikazzjoni u l-edukazzjoni xjentifika, bl-inklużjoni, fejn opportun, ta' l-organizzazzjonijiet tas-soċjetà ċivili jew tan-networks ta' tali organizzazzjonijiet. L-integrazzjoni tad-dimensjoni dwar is-sessi u l-ugwaljanza bejn is-sessi ser tiġi trattata f'kull qasam tar-riċerka.
Biex ikun hemm aktar kompetittività fir-riċerka Ewropea jeħtieġ li jinfetaħ kompletament il-potenzjal fiż-Żona ta' Riċerka Ewropea kollha. Il-proġetti li jimmiraw għall-eċċellenza xjentifika għandhom jiġu ġestiti bl-aħjar mod b'attenzjoni partikolari għall-użu tar-riżorsi.
F'dawn it-temi kollha, l-appoġġ għall-koperazzjoni transnazzjonali ser jiġi implimentat permezz ta':
|
— |
Ir-riċerka kollaborattiva; |
|
— |
Inizjattivi Teknoloġiċi Konġunti; |
|
— |
Il-Koordinazzjoni ta' programmi ta' riċerka mhux Komunitarji; |
|
— |
Koperazzjoni Internazzjonali. |
Ir-Riċerka Kollaborattiva
Ir-riċerka kollaborattiva ser tikkostitwixxi l-parti l-kbira u l-qofol tal-finanzjament Komunitarju għar-riċerka. L-objettiv huwa li, fl-oqsma prinċipali tal-progress fl-għerf, jiġu stabbiliti proġetti ta' riċerka eċċellenti u networks li jkunu kapaċi jattiraw riċerkaturi u investimenti mill-Ewropa u mid-dinja kollha.
Dan ser jintlaħaq billi jingħata appoġġ lir-riċerka kollaborattiva permezz ta' firxa ta' skemi ta' finanzjament: proġetti kollaborattivi, networks ta' eċċellenza, azzjonijiet ta' koordinazzjoni/appoġġ (ara l-Anness III).
Inizjattivi Teknoloġiċi Konġunti
F'għadd limitat ħafna ta' każijiet, il-kamp ta' applikazzjoni ta' objettiv ta' RTD u l-iskala tar-riżorsi involuti jistgħu jiġġustifikaw il-ħolqien ta' sħubiji pubbliċi/privati fit-tul f'forma ta' Inizjattivi Teknoloġiċi Konġunti. Dawn l-inizjattivi, li joħorġu l-iktar mill-ħidma tal-Pjattaformi Teknoloġiċi Ewropej u li jkunu jkopru aspett partikolari jew għadd żgħir ta' aspetti tar-riċerka fil-qasam tagħhom, se jgħaqqdu l-investiment mis-settur privat mal-finanzjament nazzjonali u dak pubbliku Ewropew, inklużi l-għotjiet finanzjarji mis-Seba' Programm Kwadru u s-self u l-garanzija finanzjarja mill-Bank Ewropew għall-Investiment. Kull Inizjattiva Teknoloġika Konġunta ser tiġi deċiża individwalment, jew abbażi ta' l-Artikolu 171 tat-Trattat (dan jista' jinkludi l-ħolqien ta' proġett konġunt) jew abbażi ta' Deċiżjonijiet Speċifiċi tal-Programm skond l-Artikolu 166(3) tat-Trattat.
L-Inizjattivi Teknoloġiċi Konġunti potenzjali ser jiġu identifikati b'mod miftuħ u trasparenti abbażi ta' evalwazzjoni bl-użu ta' sensiela ta' kriterji:
|
— |
in-nuqqas ta' kapaċità ta' l-istrumenti eżistenti sabiex jiksbu l-objettiv, |
|
— |
l-iskala ta' l-impatt fuq il-kompetittività u t-tkabbir industrijali, |
|
— |
il-valur miżjud ta' intervent f'livell Ewropew, |
|
— |
kemm ikun definit u ċar l-objettiv li jrid jintlaħaq u r-riżultati li għandhom jintlaħqu, |
|
— |
il-qawwa ta' l-impenn finanzjarju u ta' riżorsi min-naħa ta' l-industrija, |
|
— |
l-importanza tal-kontribut lill-objettivi usa' ta' politika inkluż il-benefiċċju għas-soċjetà, |
|
— |
il-kapaċità li jkun attirat appoġġ nazzjonali addizzjonali u sabiex ikun inċentivat finanzjament fil-preżent u fil-ġejjieni, min-naħa ta' l-industrija. |
In-natura ta' l-Inizjattivi Teknoloġiċi Konġunti għandhom ikunu ddefiniti b'mod ċar, partikolarment fir-rigward ta' materji dwar:
|
— |
impenji Finanzjarji; |
|
— |
dewmien ta' l-impenn tal-parteċipanti; |
|
— |
regoli sabiex jittieħed u jispiċċa l-kuntratt; |
|
— |
drittijiet ta' proprjetà intellettwali. |
Minħabba l-kamp ta' applikazzjoni u l-kumplessità partikolari ta' l-Inizjattivi Teknoloġiċi Konġunti, ser isiru sforzi kbar sabiex jiġi żgurat it-tħaddim trasparenti tagħhom u sabiex jiġi żgurat li kwalunkwe allokazzjoni ta' finanzjament Komunitarju mill-Inizjattivi Teknoloġiċi Konġunti ssir abbażi tal-prinċipji ta' eċċellenza u kompetizzjoni tal-Programm Kwadru.
Għandha tingħata attenzjoni partikolari lill-koerenza u l-koordinazzjoni ġenerali bejn l-Inizjattivi Teknoloġiċi Konġunti u programmi u proġetti fl-istess oqsma (2), filwaqt li jiġu rispettati l-proċeduri ta' implimentazzjoni eżistenti tagħhom, kif ukoll sabiex jiġi żgurat li l-parteċipazzjoni fil-proġetti tagħhom tkun miftuħa għal firxa wiesgħa ta' parteċipanti madwar l-Ewropa, b'mod partikolari l-SMEs.
Il-Koordinazzjoni ta' Programmi ta' Riċerka mhux Komunitarji
L-azzjoni li ssir f'dan il-qasam ser tuża żewġ strumenti ewlenin: l-iskema ERA-NET u l-parteċipazzjoni tal-Komunità fi programmi nazzjonali ta' riċerka li jiġu implimentati b'mod konġunt (taħt l-Artikolu 169 tat-Trattat). L-azzjoni tista' tkopri suġġetti li mhumiex direttament marbuta ma' l-għaxar temi, sakemm is-suġġetti jkollhom biżżejjed valur miżjud Ewropew. L-azzjoni ser tintuża wkoll sabiex issaħħaħ il-komplementarità u s-sinerġija bejn is-Seba' Programm Kwadru u l-attivitajiet li jsiru fil-qafas ta' strutturi inter-governattivi bħall-EUREKA u l-COST (3).
L-iskema ERA-NET ser tiżviluppa u ssaħħaħ il-koordinazzjoni ta' attivitajiet nazzjonali u reġjonali ta' riċerka billi:
|
— |
tipprovdi qafas sabiex dawk li jkunu qed jimplimentaw programmi pubbliċi ta' riċerka jkunu jistgħu jtejbu l-koordinazzjoni ta' l-attivitajiet tagħhom. Dan ser jinkludi l-appoġġ għal ERA-NETs ġodda, kif ukoll għat-twessigħ u l-approfondiment tal-kamp ta' applikazzjoni ta' l-ERA-NETs eżistenti, p.e. billi jestendu s-sħubija tagħhom, kif ukoll bil-ftuħ reċiproku tal-programmi tagħhom. Fejn ikun opportun, l-ERA-NETs jistgħu jiġu wżati għall-koordinazzjoni ta' programmi bejn ir-reġjuni Ewropej u l-Istati Membri sabiex tkun possibbli l-koperazzjoni tagħhom f'inizjattivi fuq skala kbira. |
|
— |
f'numru limitat ta' każijiet tipprovdi appoġġ finanzjarju Komunitarju addizzjonali lil dawk il-parteċipanti li joħolqu fond komuni ta' riżorsi għall-finijiet ta' sejħiet konġunti għal proposti bejn il-programmi nazzjonali u reġjonali rispettivi tagħhom (“ERA-NET PLUS”). |
Il-parteċipazzjoni tal-Komunità fil-programmi ta' riċerka implimentati b'mod konġunt abbażi ta' l-Artikolu 169 tat-Trattat hija ta' relevanza speċjali għall-koperazzjoni Ewropea fuq skala kbira f'“ġeometrija varjabbli” bejn l-Istati Membri li jkollhom ħtiġijiet u/jew interessi komuni. F'każijiet identifikati sew tali inizjattivi ta' l-Artikolu 169 jistgħu jitniedu f'oqsma li għandhom jiġu identifikati f'assoċjazzjoni mill-qrib ma' l-Istati Membri, inkluża l-koperazzjoni possibbli ma' programmi intergovernattivi, abbażi ta' għadd ta' kriterji:
|
— |
relevanza għal objettivi Komunitarji, |
|
— |
id-definizzjoni ċara ta' l-objettiv li jrid jintlaħaq u r-relevanza tiegħu għall-objettivi ta' dan il-Programm Kwadru, |
|
— |
il-preżenza ta' bażi pre-eżistenti (programmi ta' riċerka li diġà jeżistu jew li huma previsti), |
|
— |
il-valur miżjud Ewropew, |
|
— |
il-massa kritika, fir-rigward tad-daqs u ta' l-għadd ta' programmi kkonċernati, u x-xebh bejn l-attivitajiet li jkopru, |
|
— |
l-effiċjenza ta' l-Artikolu 169 bħala l-mezz l-aktar adegwat għall-kisba ta' l-objettivi. |
Koperazzjoni Internazzjonali
L-azzjonijiet ta' koperazzjoni internazzjonali, li juru valur miżjud Ewropew u li huma ta' interess reċiproku, taħt din il-parti tas-Seba' Programm Kwadru ser ikunu:
|
— |
azzjonijiet maħsuba biex isaħħu l-parteċipazzjoni mir-riċerkaturi u l-istituzzjonijiet ta' riċerka minn pajjiżi terzi fl-oqsma tematiċi, b'restrizzjonijiet adegwati għat-tema ta' sigurtà minħabba aspetti ta' kunfidenzjalità, flimkien ma' sforzi qawwija sabiex ikunu nkoraġġuti jaħtfu din l-opportunità. |
|
— |
azzjonijiet ta' koperazzjoni speċifiċi f'kull qasam tematiku ddedikati lil pajjiżi terzi fejn hemm interess reċiproku f'koperazzjoni dwar temi partikolari li għandhom jingħażlu abbażi tal-livell u l-ħtiġijiet xjentifiċi u teknoloġiċi tal-pajjiżi in kwistjoni. Dawn l-azzjonijiet, li jkunu assoċjati mill-qrib mal-ftehim bilaterali ta' koperazzjoni jew djalogi multilaterali bejn l-UE u dawn il-pajjiżi jew gruppi ta' pajjiżi, ser iservu bħala għodda pprivileġġata għall-implimentazzjoni tal-koperazzjoni bejn l-UE u dawn il-pajjiżi. Tali azzjonijiet huma, partikolarment: azzjonijiet li għandhom l-għan li jsaħħu l-kapaċitajiet għar-riċerka ta' pajjiżi kandidati kif ukoll ta' pajjiżi ġirien u attivitajiet koperattivi mmirati lejn pajjiżi li qed jiżviluppaw u dawk emerġenti, b'enfasi fuq il-bżonnijiet partikolari tagħhom f'oqsma bħas-saħħa, l-agrikoltura, is-sajd u l-ambjent, u implimentati f'kondizzjonijiet finanzjarji adattati għall-kapaċitajiet tagħhom. |
Din il-parti mill-Programm Kwadru tkopri l-azzjonijiet ta' koperazzjoni internazzjonali f'kull qasam tematiku u dawk mifruxa fuq għadd ta' temi. Tali azzjonijiet jiġu implimentati f'koordinazzjoni ma' dawk taħt il-programmi “Nies” u “Kapaċitajiet”. Strateġija ġenerali għal koperazzjoni internazzjonali fi ħdan is-Seba' Programm Kwadru ser tirfed din l-attività.
TEMI
1. Saħħa
Objettiv
It-titjib tas-saħħa taċ-ċittadini Ewropej u t-tiżjid tal-kompetittività u t-tisħiħ tal-kapaċità innovattiva ta' l-industriji u l-intrapriżi Ewropej li huma relatati mas-saħħa, filwaqt li jiġu indirizzati kwistjonijiet globali ta' saħħa, inklużi l-epidemiji emerġenti. Ser issir enfasi fuq ir-riċerka traspożizzjonali (traspożizzjoni ta' skoperti bażiċi f'applikazzjonijiet kliniċi inkluża validazzjoni xjentifika ta' riżultati sperimentali), l-iżvilupp u l-validazzjoni ta' terapiji ġodda, metodi għall-promozzjoni tas-saħħa u l-prevenzjoni inkluż il-promozzjoni ta' xjuħija sana, għodod dijanjostiċi u teknoloġiji mediċi, kif ukoll sistemi għaall-kura tas-saħħa sostenibbli u effiċjenti.
Motivazzjoni
Is-sekwenzar tal-ġenoma tal-bniedem u l-iżviluppi reċenti fil-post-ġenomika irrevoluzzjonaw ir-riċerka fis-saħħa u fil-mard tal-bniedem. L-integrazzjoni ta' l-ammonti vasti ta' data, il-komprensjoni tal-proċessi bijoloġiċi sottostanti u l-iżvilupp ta' teknoloġiji prinċipali għall-bijo-industriji relatati mas-saħħa jeħtieġu li jinġiebu flimkien mases kritiċi ta' kompetenzi u riżorsi varji li mhumiex disponibbli f'livell nazzjonali, bil-ħsieb li jkunu żviluppati l-għerf u l-kapaċità għal intervent.
L-avvanzi sinifikanti fir-riċerka traspożizzjonali fil-qasam tas-saħħa, li hija essenzjali sabiex jiġi żgurat li r-riċerka bijomedika tipprovdi benefiċċji prattiċi u ttejjeb il-kwalità tal-ħajja, jeħtieġu wkoll approċċi multi-dixxiplinari u pan-Ewropej li jinvolvu partijiet interessati differenti. Dawn l-approċċi jħallu lill-Ewropa tikkontribwixxi b'mod iktar effettiv għall-isforzi internazzjonali fil-ġlieda kontra mard ta' importanza globali.
Ir-riċerka klinika fuq bosta mardiet (p.e. il-kanċer, il-mard kardjovaskulari u infettiv, il-mard mentali u newroloġiku, b'mod partikolari dawk marbuta max-xjuħija, bħall-mardiet Alzheimer u Parkinson) tiddipendi fuq provi internazzjonali f'diversi ċentri sabiex jinkiseb l-għadd meħtieġ ta' pazjenti fi żmien qasir.
Ir-riċerka epidemjoloġika tirrikjedi diversità kbira ta' popolazzjonijiet u networks internazzjonali sabiex jintlaħqu konklużjonijiet sinifikanti. Sew l-iżvilupp ta' metodi ġodda ta' dijanjosi u t-trattament għal disturbi rari kif wkoll it-twettiq ta' riċerka epidemoloġika fuq dawk id-disturbi jirrikjedu wkoll approċċi minn numru ta' pajjiżi sabiex jiżdied l-għadd ta' pazjenti għal kull studju. Barra minn hekk, it-twettiq ta' riċerka bbażata fuq il-politika tas-saħħa fil-livell Ewropew jippermetti t-tqabbil ta' mudelli, sistemi, data u materjal dwar il-pazjenti miżmuma fid-databases u biobanks nazzjonali.
Ir-riċerka bijomedika qawwija bbażata fl-UE ser tgħin sabiex tissaħħaħ il-kompetittività tal-bijoteknoloġija Ewropea għall-kura tas-saħħa, tat-teknoloġija medika u ta' l-industriji farmaċewtiċi. Il-kollaborazzjoni ta' l-UE ma' pajjiżi fi żvilupp ser tippermetti lil dawk il-pajjiżi jiżviluppaw kapaċitajiet għar-riċerka. L-UE trid ukoll tieħu sehem attiv fil-ħolqien ta' ambjent li jwassal għall-innovazzjoni fis-settur pubbliku u dak farmaċewtiku li jindirizza l-bżonnijiet tas-saħħa pubblika, b'mod partikolari sabiex jitkabbar kemm jista' s-suċċess tar-riċerka klinika. L-SMEs ibbażati fuq ir-riċerka huma l-muturi ekonomiċi ewlenin ta' l-industriji tal-bijoteknoloġija għall-kura tas-saħħa u dawk tat-teknoloġija medika. Minkejja li l-Ewropa issa għandha aktar kumpanniji tal-Bijoteknoloġija milli għandha l-Istati Uniti, il-biċċa l-kbira minnhom huma żgħar u anqas maturi mill-kompetituri tagħhom. L-isforzi ta' riċerka pubbliċi-privati fil-livell ta' l-UE sejrin jiffaċilitaw l-iżvilupp tagħhom. Ir-riċerka fl-UE sejra tagħti wkoll kontribut għall-iżvilupp ta' normi u standards ġodda sabiex jiġi stabbilit qafas leġislattiv xieraq għal teknoloġiji mediċi ġodda (p.e. il-mediċina riġenerattiva). Għandha tiġi żgurata tmexxija globali tar-riċerka u l-innovazzjoni Ewropea fil-qasam ta' strateġiji alternattivi għall-ittestjar, partikolarment metodi fejn ma jsirx użu minn annimali.
L-attivitajiet li ser jiġu indirizzati, li jinkludu r-riċerka essenzjali għar-rekwiżiti tal-politika, huma deskritti hawn taħt. Il-kwistjonijiet strateġiċi tas-saħħa tat-tfal u tas-saħħa ta' popolazzjoni li qed tixjieħ ser jirċievu attenzjoni speċifika tul dawn l-attivitajiet. L-aġendi ta' riċerka fit-tul bħal dawk stabbiliti mill-Pjattaformi Teknoloġiċi Ewropej, bħal dik dwar il-mediċini innovattivi, ser jiġu appoġġati fejn relevanti. Sabiex jingħata rispons għall-ħtiġijiet ta' politika ġodda, jistgħu jiġu appoġġati wkoll azzjonijiet addizzjonali, bħal l-oqsma ta' kwistjonijiet ta' politika tas-saħħa u s-saħħa u s-sigurtà fuq il-post tax-xogħol.
Il-kwistjonijiet etiċi, legali u soċjo-ekonomiċi ser jiġu ttrattati f'kull waħda mill-attivitajiet li ġejjin.
Attivitajiet
|
— |
Il-bijoteknoloġija, l-għodod ġeneriċi u t-teknoloġiji mediċi għas-saħħa tal-bniedem
|
|
— |
It-traspożizzjoni tar-riċerka għas-saħħa tal-bniedem
|
|
— |
L-ottimizzazzjoni ta' l-għoti tal-kura tas-saħħa għaċ-ċittadini Ewropej
|
2. Ikel, Agrikoltura u Bijoteknoloġija
Objettiv
Il-bini ta' bijo-ekonomija msejsa fuq l-Għerf (4) billi jinġiebu flimkien ix-xjenza, l-industrija u oħrajn li għandhom interess, sabiex jiġu sfruttati l-opportunitajiet ġodda u emerġenti ta' riċerka li jindirizzaw l-isfidi soċjali, ambjentali u ekonomiċi: it-talba dejjem tikber għal ikel aktar sigur, ta' ġid għas-saħħa u ta' kwalità ogħla, kif ukoll għall-użu u l-produzzjoni sostenibbli ta' bijo-riżorsi rinnovabbli; ir-riskju li qed jiżdied ta' mard epiżotiku u żoonotiku u disturbi relatati ma' l-ikel; theddidiet għas-sostenibbiltà u s-sigurtà tal-produzzjoni agrikola, ta' l-akkwakultura u tas-sajd; u t-talba dejjem tikber għal ikel ta' kwalità għolja, b'kont meħud tal-ħarsien ta' l-annimali u tal-kuntesti rurali u tal-kosta u rispons għall-bżonnijiet djetetiċi speċifiċi tal-konsumaturi.
Motivazzjoni
L-innovazzjonijiet u l-progress fl-għerf dwar l-immaniġġar sostenibbli, il-produzzjoni u l-użu tar-riżorsi bijoloġiċi (mikro-organiżmi, pjanti, annimali), sejrin jipprovdu l-bażi għal prodotti ġodda, sostenibbli, siguri, eko-effiċjenti u kompettittivi fl-agrikoltura, is-sajd, l-għalf, l-ikel, is-saħħa, il-koltivazzjoni tal-foresti u l-industriji relatati. Konformement ma' l-istrateġija Ewropea fix-xjenzi tal-ħajja u fil-bijoteknoloġija (5), dan se jgħin sabiex tikber il-kompetittività tal-kumpaniji Ewropej tata' l-agrikoltura u l-bijoteknoloġija, u taż-żrieragħ u ta' l-ikel, b'mod partikolari l-SMEs ta' teknoloġija avvanzata, filwaqt li jtejbu l-ħarsien u l-benessri soċjali.
Ir-riċerka dwar is-sigurtà fl-ikel u tal-katini alimentari, il-mardiet marbuta mad-dieta, l-għażliet ta' l-ikel u l-impatt ta' l-ikel u n-nutriment fuq is-saħħa ser tgħin fil-ġlieda kontra d-disturbi relatati ma' l-ikel (p.e. l-obeżità, l-allerġiji) u l-mard infettiv (p.e. enċefalopatiji sponġiformi trasmissibbli, influwenza avjarja), filwaqt li tagħti kontribut importanti lill-implimentazzjoni ta' linji politiċi u regolamenti eżistenti u lit-tfassil ta' dawk tal-ġejjieni fl-oqsma tas-saħħa pubblika, ta' l-annimali u tal-pjanti u l-protezzjoni tal-konsumatur.
Id-diversità u prinċipalment id-daqs żgħir ta' l-industriji Ewropej f'dawn l-oqsma, filwaqt li huma wieħed mill-vantaġġi ta' l-Ewropa u huma opportunità, iwasslu sabiex problemi simili jiġu ttrattati b'mod frammentat. Dawn jiġu ttrattati aħjar li kieku jkun hemm aktar kollaborazzjoni u qsim tal-kompetenzi, per eżempju dwar metodoloġiji, teknoloġiji, proċessi u standards ġodda li jirriżultaw mit-tibdil fil-leġislazzjoni Ewropea.
Bosta Pjattaformi Teknoloġiċi Ewropej jikkontribwixxu għall-istabbiliment ta' prijoritajiet komuni għar-riċerka, f'oqsma bħall-ġenomika u l-bijoteknoloġija tal-pjanti, il-foresterija u l-industriji bbażati fuq il-foresti, is-saħħa globali ta' l-annimali, it-trobbija ta' l-annimali fl-agrikoltura, u l-bijoteknoloġija alimentari u industrijali. Ir-riċerka li ssir ser tipprovdi wkoll il-bażi ta' l-għerf meħtieġa sabiex tappoġġal-Politika Agrikola Komuni u l-Istrateġija Ewropea għall-Foresti; kwistjonijiet dwar l-agrikoltura u l-kummerċ; aspetti ta' sigurtà ta' organiżmi modifikati ġenetikament (“OMĠ”); regolamenti dwar is-sigurtà ta' l-ikel; standards Komunitarji dwar is-saħħa, il-kontroll tal-mard u l-ħarsien ta' l-annimali; u r-riforma tal-Politika Komuni tas-Sajd li għandha l-għan li tipprovdi l-iżvilupp sostenibbli tas-sajd u ta' l-akkwakultura u s-sigurtà tal-prodotti ta' l-ikel tal-baħar (6). Sabiex tiġi żgurata r-relevanza soċjali, huwa previst ukoll rispons flessibbli għal ħtiġijiet ta' politika ġodda, b'mod partikolari fir-rigward ta' riskji ġodda u xejriet u ħtiġijiet soċjali jew ekonomiċi ġodda.
Attivitajiet
|
— |
Il-produzzjoni u l-immaniġġar sostenibbli tar-riżorsi bijoloġiċi mill-ambjent ta' l-art, tal-foresti u akkwatiċi: l-għanjnuna għar-riċerka, inkluża dik fit-teknoloġiji ta' l-'omika', bħall-ġenomika, il-proteomika, il-metabolomika, il-bijoloġija sistemika, it-teknoloġiji tal-bijoinformatika u konverġenza għall-mikro-organiżmi, il-pjanti u l-annimali, inkluża r-riċerka fuq l-isfruttament u l-użu sostenibbli tal-bijodiversità tagħhom. Għar-riżorsi bijoloġiċi bbażati fuq l-art, ir-riċerka ser tiffoka fuq: il-fertilità tal-ħamrija, titjib fis-sistemi ta' l-uċuħ u l-produzzjoni fid-diversità kollha tagħhom, inklużi il-biedja organika, skemi ta' produzzjoni ta' kwalità u l-monitoraġġ u l-valutazzjoni ta' l-impatti ta' OMĠs fuq l-ambjent u l-bnedmin; is-saħħa tal-pjanti, l-agrikultura sostenibbli, kompetittiva u multifunzjonali, u foresterija; żvilupp rurali, saħħa u ħarsien, trobbija u produzzjoni ta' annimali; mard infettiv fl-annimali, inkluż studji epidemjoloġiċi, iż-żoonosi u l-mekkaniżmi patoġeniċi tagħhom, u mard marbut ma' l-għalf ta' l-annimali; theddid ieħor għas-sostenibbiltà u s-sigurtà tal-produzzjoni ta' l-ikel, inkluż il-bidla fil-klima; ir-rimi sigur ta' l-iskart ta' l-annimali. Għar-riżorsi bijoloġiċi minn ambjenti akkwatiċi, ir-riċerka ser tappoġġa s-sostenibbiltà u l-kompetittività tas-sajd, ser tipprovdi l-bażi xjentifika u teknika tal-ġestjoni tas-sajd u tappoġġa l-iżvilupp sostenibbli ta' l-akkwakultura, inkluż it-trobbija u l-ħarsien. L-iżvilupp ta' għodod (inkluż għodod tat-TIK) meħtieġa minn dawk li jfasslu l-politika u atturi oħra f'oqsma bħall-agrikultura, is-sajd u l-akkwakultura, u l-iżvilupp rurali (prattika ta' landscaping, ta' maniġġar ta' l-art eċċ.); kuntesti soċjo-ekonomiċi u etiċi ta' produzzjoni. |
|
— |
“Mill-furketta sar-razzett”: l-ikel, is-saħħa u l-benessri: Aspetti ta' konsumaturi, ta' soċjetà, ta' kultura, industrijali u ta' saħħa kif ukoll aspetti tradizzjonali ta' l-ikel u l-għalf, inklużi xjenzi dwar l-imġiba u dawk konjittivi; nutrizzjoni, mard u disturbi relatati mad-dieta, inklużi obeżità u allerġiji fit-tfal u l-adulti; nutrizzjoni fir-rigward tal-prevenzjoni ta' mard (inkluż għerf akbar dwar il-komposti u l-karatteristiċi li jġibu s-saħħa ta' l-ikel); teknoloġiji innovattivi ta' l-ipproċessar ta' l-ikel u l-għalf (inkluż pakkettar u teknoloġiji minn oqsma li ma jirrigwardawx l-ikel); kwalità u sigurtà mtejba, kemm kimika u bijoloġika, ta' l-ikel, xorb u għalf; metodoloġiji mtejba ta' assigurazzjoni ta' sigurtà ta' l-ikel; integrità (u kontroll) tal-katina ta' l-ikel; impatti ambjentali fiżiċi u bijoloġiċi fuq u ta' katini ta' l-ikel/l-għalf; impatt fuq u reżistenza tal-katina ta' l-ikel għall-bidliet globali; kunċett sħiħ tal-katina ta' l-ikel (inkluż ikel mill-baħar u materja prima u komponenti ta' ikel oħra); traċċabbiltà u l-iżvilupp ulterjuri tagħha; awtentiċità ta' l-ikel; żvilupp ta' ingredjenti u prodotti ġodda. |
|
— |
Ix-xjenzi tal-ħajja u l-bijoteknoloġija għall-prodotti u proċessi mhux alimentari sostenibbli: uċuħ u riżorsi tal-foresta mtejba, għalf, prodotti u bijomassa mill-baħar (inklużi r-riżorsi mill-baħar) għall-prodotti ta' l-enerġija, l-ambjent, u ta' valur miżjud għoli bħalma huma l-materjali u s-sustanzi kimiċi (inklużi riżorsi bijoloġiċi li jistgħu jintużaw fl-industrija farmaċewtika u l-mediċina), inklużi l-innovazzjonijiet fis-sistemi tal-biedja, fil-bijo-proċessi u fil-kunċetti tal-bijo-raffinerija; bijo-kataliżi; mikro-organiżmi u enżimi ġodda u mtejba; il-foresterija u l-prodotti u l-proċessi bbażati fuq il-foresta; il-bijo-risanament ambjentali u l-bijo-proċessar aktar nadif, l-użu ta' skart agro-industrijali u prodotti sekondarji. |
3. It-Teknoloġiji ta' l-Informatika u tal-Komunikazzjoni (TIK)
Objettiv
Sabiex titjieb il-kompetittività ta' l-industrija Ewropea u tgħin l-Ewropa sabiex tkun tista' tiddomina u ssawwar l-iżviluppi futuri tat-TIK sabiex tiġi sodisfatta d-domanda tas-soċjetà u l-ekonomija tagħha. It-TIK jinsabu fil-qalba tas-soċjetà bbażata fuq l-għerf. L-attivitajiet ser isaħħu l-bażi xjentifika u teknoloġika ta' l-Ewropa u jiżguraw li globalment tkun fuq quddiem nett fit-TIK, igħinu sabiex imexxu u jistimulaw l-innovazzjoni u l-kreattività tal-prodott, servizz u proċess permezz ta' l-użu tat-TIK u jiżguraw li l-progress fit-TIK jiġi trasformat malajr f'benefiċċji għaċ-ċittadini, l-azjendi, l-industrija u l-gvernijiet ta' l-Ewropa. Dawn l-attivitajiet ser jgħinu wkoll bies jitnaqqsu d-diviżjoni diġitali u l-esklużjoni soċjali.
Motivazzjoni
It-TIK huma ta' importanza kritika għall-ġejjieni ta' l-Ewropa. Huwa fondamentali għat-twettiq ta' l-aġenda ta' Lisbona. Għandhom impatt katalitiku fi tlitt oqsma ewlenin: produttività u innovazzjoni, modernizzazzjoni ta' servizzi pubbliċi u avvanzi fix-xjenza u teknoloġija. Nofs iż-żidiet fil-produttività fl-ekonomiji tagħna nafuhom lill-impatt tat-TIK fuq il-prodotti, is-servizzi, u l-proċessi fl-intrapriżi. It-TIK huma l-fattur ewlieni fl-għoti ta' l-ispinta lill-innovazzjoni u l-kreatività u fil-kontroll tal-bidla fil-katini ta' valur fis-setturi ta' l-industrija u s-servizzi.
It-TIK huma neċessarji sabiex nilqgħu għaż-żieda fid-domanda għall-kura tas-saħħa u għall-kura soċjali, partikolarment għal nies bi bżonnijiet speċjali inkluż il-popolazzjoni li qed tixjieħ sabiex jiġu mmodernizzati s-servizzi f'oqsma ta' interess pubbliku bħall-edukazzjoni, il-wirt kulturali, is-sigurtà, l-enerġija, it-trasport u l-ambjent u sabiex tiġi promossa l-aċċessibbiltà u t-trasparenza fil-governanza u fil-proċessi ta żvilupp ta' linji politiċi. It-TIK għandhom rwol importanti fl-immaniġġar u l-komunikazzjoni ta' l-RTD u jservu bħala katalizzatur għall-avvanz f'oqsma oħra tat-teknoloġija u tax-xjenza billi jittrasformaw il-mod kif ir-riċerkaturi jmexxu r-riċerka tagħhom, jikkoperaw u joħolqu l-innovazzjonijiet.
Id-domandi ekonomiċi u soċjali dejjem jikbru, flimkien ma' l-integrazzjoni kontinwa tat-TIK u l-ħtieġa li jitwessgħu l-limiti tat-teknoloġija kif ukoll li jiġu żviluppati prodotti u servizzi innovattivi u ta' valur għoli bbażati fuq it-TIK jistabbilixxu aġenda dejjem tikber għar-riċerka. Sabiex it-teknoloġija titqarreb aktar lejn in-nies u lejn il-ħtiġijiet ta' l-organizzazzjonijiet ifisser: il-ħabi tal-kumplessità teknoloġika u l-iżvelar tal-funzjonalità meta mitluba; it-teknoloġija ssir funzjonali, sempliċi ħafna sabiex tintuża, disponibbli u abbordabbli; jiġu provduti applikazzjonijiet, soluzzjonijiet u servizzi ġodda bbażati fuq it-TIK, li jkunu fdati, affidabbli u adattabbli għall-kuntesti u l-preferenzi ta' l-utenti. Immexxija mit-talba għal iktar b'inqas, ir-riċerkaturi tat-TIK huma mdaħħla f'tellieqa globali li tiffoka fuq il-minjaturizzazzjoni, sabiex jaħkmu l-konverġenza tat-teknoloġiji ta' l-informatika, l-komunikazzjoni u l-media, inkluża aktar interoperabbiltà bejn is-sistemi u l-konverġenza ma' xjenzi u dixxiplini oħra relevanti, u sabiex jibnu sistemi li jkunu kapaċi jitgħallmu u jevolvu.
Minn dawn l-isforzi varji ħierġa mewġa ġdida ta' teknoloġiji. L-attivitajiet ta' riċerka fit-TIK ser jutilizzaw firxa usa' ta' dixxiplini xjentifiċi u teknoloġiċi, inklużi x-xjenzi bijoloġiċi u dawk tal-ħajja, il-psikoloġija, il-pedagoġija, ix-xjenzi konjittivi u soċjali u l-umanistika.
Il-qasam tat-TIK huwa wieħed mis-setturi li fihom l-aktar li ssir ir-riċerka. L-isforz tar-riċerka fit-TIK, sew pubbliku kif ukoll privat, jirrappreżenta terz tar-riċerka kollha fl-ekonomiji ewlenin kollha. Minkejja li l-Ewropa f'xi oqsma ewlenin tat-TIK diġà qiegħda fuq quddiem nett fl-industrija u t-teknoloġija, tinsab lura wara l-kompetituri l-kbar tagħha fir-rigward ta' l-investiment fir-riċerka fit-TIK. Ikun biss jekk l-għaqda ta' l-isforzi tkun imġedda u iktar intensiva fuq il-livell Ewropew li nkunu kapaċi nagħmlu l-aħjar użu mill-opportunitajiet li jista' joffri l-progress fit-TIK. L-attività ta' riċerka tat-TIK bbażata fuq il-mudell ta' żvilupp 'sors miftuħ' qed tagħti prova ta' l-utilità tagħha bħala sors ta' innovazzjoni u ta' kollaborazzjoni dejjem tiżdied Ir-riżultati tar-riċerka fit-TIK jistgħu jieħdu toroq differenti fejn jiġu sfruttati u jwasslu għal diversi mudelli ta' negozju.
L-attivitajiet ta' riċerka fit-TIK se jkunu artikolati mill-qrib ma' l-azzjonijiet ta' politika fl-applikazzjoni tat-TIK u mal-miżuri regolatorji fi ħdan strateġija komprensiva u olistika. Ġew stabbiliti prijoritajiet wara li saru konsultazzjonijiet estensivi, li inkludew kontributi minn għadd ta' Pjattaformi Teknoloġiċi Ewropej u minn inizjattivi industrijali f'oqsma bħan-nano-elettronika, il-mikrosistemi, is-sistemi integrati, il-komunikazzjoni ċellulari u mingħajr fil, il-midja elettroniċi, il-fotonika, ir-robotika u s-software, is-servizzi u l-rids, inkluża il-Free, Libre and Open Source Software (FLOSS). Ser jittieħed kont ukoll ta' kwistjonijiet ta' sostenibbiltà, b'mod partikolari fil-qasam ta' l-elettronika.
Attivitajiet
Ir-rwol tar-riċerka f'Teknolġiji Futuri u Emerġenti huwa partikolarment relevanti f'din it-tema sabiex tappoġġa r-riċerka fil-fruntiera ta' l-għerf f'TIK ewlenin, u fil-kombinazzjoni tagħhom ma' oqsma u dixxiplini relevanti oħra; sabiex jitrawmu ideat ġodda u użi radiklament ġodda u sabiex ikunu esplorati għażliet ġodda fir-roadmaps ta' riċerka tat-TIK, inkluż l-isfruttament ta' effetti quantum, l-integrazzjoni tas-sistemi u sistemi intelliġenti.
|
— |
Il-Pilastri tat-Teknoloġija TIK:
|
|
— |
L-Integrazzjoni tat-Teknoloġiji:
|
|
— |
Ir-Riċerka dwar l-Applikazzjonijiet:
|
4. Nano-xjenzi, Nano-teknoloġiji, Materjali u Teknoloġiji tal-Produzzjoni ġodda
Objettiv
It-titjib tal-kompetittività ta' l-industrija Ewropea u l-ġenerazzjoni ta' għerf sabiex tiġi żgurata t-trasformazzjoni tagħha minn industrija li sserraħ primarjament fuq ir-riżorsi għal waħda li sserraħ primarjament fuq l-għerf, bil-ġenerazzjoni ta' bidliet gradwali fl-għerf u l-implimentazzjoni ta' għerf deċiżiv għal applikazzjonijiet ġodda f'salib it-toroq bejn teknoloġiji u dixxiplini differenti. Dan ikun ta' benefiċċju kemm għal industriji ġodda ta' teknoloġija għolja kif ukoll għal industriji tradizzjonali bbażati fuq l-għerf ta' valur iktar għoli, b'attenzjoni partikolari għad-disseminazzjoni xierqa ta' riżultati ta' RTD lill-SMEs. Dawn l-attivitajiet huma primarjament ikkonċernati li jippermettu teknoloġiji li għandhom impatt fuq is-setturi industrijali kollha u ħafna temi tas-Seba' Programm Kwadru oħra.
Motivazzjoni
Id-diffikultajiet li qed jiżdiedu li jaffetwaw ħafna attivitajiet industrijali ma jidhirx li baqgħu ristretti għas-setturi tradizzjonali li jserrħu l-aktar fuq ix-xogħol, imma bdew jinħassu wkoll f'setturi intermedji — li jikkostitwixxu l-punti qawwija stabbiliti ta' l-industrija Ewropea — u saħansitra f'xi setturi ta' teknoloġija avvanzata. Bażi industrijali b'saħħitha għandha tinżamm billi jissaħħaħ il-kontenut ta' l-għerf fl-industrija eżistenti kif ukoll billi tinbena, fl-Ewropa, industrija b'saħħitha, ibbażata fuq l-għerf u li sserraħ primarjament fuq l-għerf, waqt li ssir enfasi fuq l-isfruttament ta' riċerka bażika għal applikazzjonijiet industrijali. Dan ser jinkludi l-modernizzazzjoni tal-bażi ta' SMEs eżistenti u l-ħolqien u t-tkabbir sussegwenti ta' SMEs ġodda mmexxija mill-għerf permezz tad-disseminazzjoni ta' l-għerf u l-kompetenzi u permezz ta' programmi kollaborattivi.
Il-kompetittività ta' l-industrija fil-futur ser tiddipendi ħafna fuq in-nano-teknoloġiji u l-applikazzjonijiet tagħhom. L-RTD fin-nano-xjenzi u n-nano-teknologiji integrati minn diversi oqsma jista' jaċċelera t-trasformazzjoni ta' l-industrija Ewropea. L-UE għandha pożizzjoni rikonoxxuta ta' tmexxija f'oqsma bħan-nano-xjenzi, in-nano-teknoloġiji, il-materjali u t-teknoloġiji ta' produzzjoni, li għandha tissaħħaħ sabiex tiġi żgurata u mkabbra l-pożizzjoni ta' l-UE f'kuntest globali ta' kompetizzjoni qawwija.
Materjali bi proprjetajiet ġodda huma ċentrali għall-kompetittività futura ta' l-industrija Ewropea u l-bażi għal progress tekniku f'ħafna oqsma.
Prijoritajiet relevanti għall-industrija u l-integrazzjoni tagħhom għal applikazzjonijiet settorali jistgħu jiġu stabbiliti permezz ta' attivitajiet bħall-Pjattaformi Teknoloġiċi Ewropej f'oqsma bħan-nano-elettronika, il-manifattura, il-ġenerazzjoni ta' ħolqien ta' l-enerġija, l-azzar, il-kimika, l-enerġija, l-industrija tat-trasport, il-kostruzzjoni, is-sigurtà industrijali, it-tessuti, iċ-ċeramika, l-industrija bbażata fuq il-foresti u n-nano-mediċina. Dan se jgħin sabiex jiġu stabbiliti prijoritajiet u miri komuni ta' riċerka. Barra minn hekk, b'risposta flessibbli għall-ħtiġijiet ta' politika ġodda li jirriżultaw matul ħajjet is-Seba' Programm Kwadru, ser jiġu indirizzati l-kwistjonijiet relevanti dwar il-politika, ir-regolamentazzjoni u l-istandardizzazzjoni, u l-impatt.
Attivitajiet
|
— |
Nano-xjenzi, Nano-teknoloġiji
|
|
— |
Materjali
|
|
— |
Produzzjoni Ġdida
|
|
— |
Integrazzjoni tat-teknoloġiji għal applikazzjonijiet industrijali
|
5. Enerġija
Objettiv
L-adattament tas-sistema attwali ta' enerġija f'waħda iktar sostenibbli, inqas dipendenti fuq il-karburanti importati u bbażat fuq taħlita varja ta' sorsi ta' enerġija, b'mod partikolari dawk rinnovabbli, it-trasportaturi ta' l-enerġija u s-sorsi li ma jniġġsux; it-tisħiħ ta' l-effiċjenza ta' l-enerġija, inkluż permezz ta' razzjonalizzazzjoni ta' l-użu u l-ħażna ta' l-enerġija; l-indirizzar ta' l-isfidi urġenti tas-sigurtà tal-provvista u l-bidla fil-klima, filwaqt li tiżdied il-kompetittività ta' l-industriji ta' l-Ewropa.
Motivazzjoni
Is-sistemi ta' l-enerġija għandhom quddiemhom sfidi kbar. Hemm bżonn urġentement li jiġu identifikati u żviluppati soluzzjonijiet adegwati u f'waqthom fid-dawl tat-tendenzi allarmanti fit-talba globali għall-enerġija, tan-natura limitata tar-riżervi konvenzjonali taż-żejt u l-ġass naturali u tal-bżonn li jitrażżnu drammatikament l-emissjonjiet tal-gassijiet serra bil-għan li jittaffew il-konsegwenzi devastanti tal-bidla fil-klima, tal-volatilità danneġġanti tal-prezzijiet taż-żejt (b'mod partikolari għas-settur tat-trasport, li jiddipendi ħafna fuq iż-żejt) u ta' l-instabbiltà ġeopolitika tar-reġjuni fornituri. Ir-riċerka dwar l-enerġija hija kontribut importanti biex jiġi żgurat li ċ-ċittadini u l-industriji tagħna jkunu jistgħu jlaħħqu ma' l-ispiża għall-enerġija. Ir-riċerka u d-dimostrazzjoni huma meħtieġa sabiex jiġu pprovduti t-teknoloġiji u l-miżuri l-iktar sodi mill-aspett ambjentali u effettivi fin-nefqa, b'tali mod li l-Ewropa tkun tista' tilħaq il-miri tagħha skond il-Protokoll ta' Kyoto u lil hinn minnu, u sabiex twettaq l-impenji li ħadet fil-politika ta' l-enerġija tagħha, kif deskritti fil-Green Paper ta' l-2000 dwar is-sigurtà tal-provvista ta' l-enerġija (7), il-Green Paper ta' l-2005 dwar l-Effiċjenza ta' l-Enerġija (8) u l-Green Paper ta' l-2006 dwar strateġija Ewropea għall-enerġija sostenibbli, kompetittiva u sigura (9).
L-Ewropa żviluppat pożizzjoni ta' tmexxija dinjija f'għadd ta' teknoloġiji għall-ġenerazzjoni u l-effiċjenza ta' l-enerġija. Hija l-pijuniera fit-teknoloġiji moderni ta' l-enerġija rinnovabbli, bħall-enerġija mix-xemx, bijo-enerġija u l-enerġija mir-riħ. L-UE hija wkoll kompetitriċi dinjija fit-teknoloġiji tal-ġenerazzjoni u d-distribuzzjoni ta' l-enerġija, u għandha kapaċità qawwija ta' riċerka fil-qasam tal-qbid u l-iżolament tal-karbonju. Madankollu, dawn il-pożizzjonijiet issa qed jiffaċċaw kompetizzjoni serja (b'mod partikolari mill-USA u l-Ġappun). Għalhekk l-Ewropa għandha żżomm u tiżviluppa l-pożizzjoni ta' tmexxija tagħha li teħtieġ sforzi sostanzjali u kollaborazzjoni internazzjonali.
It-trasformazzjoni radikali tas-sistema enerġetika f'sistema ta' l-enerġija li temetti inqas jew l-ebda CO2, affidabbli, kompetittiva u sostenibbli tirrikjedi teknoloġiji ġodda li jġorru magħhom riskji li huma kbar wisq u li l-qligħ huwa wisq inċert sabiex l-azjendi privati jipprovdu l-investiment kollu meħtieġ għar-riċerka, l-iżvilupp, id-dimostrazzjoni u l-implimentazzjoni. Għalhekk, l-appoġġ pubbliku għandu jkollu rwol ewlieni fil-mobilizzazzjoni ta' l-investiment privat u l-isforzi u r-riżorsi Ewropej għandhom jiġu magħquda flimkien b'mod iktar koerenti u effettiv, sabiex jikkompetu ma' l-ekonomiji li qed jinvestu ħafna u b'mod konsistenti f'teknoloġiji simili. Il pjattaformi teknoloġiċi Ewropej għandhom rwol importanti f'dan ir-rigward, billi jimmobilizzaw l-isforz ta' riċerka meħtieġ b'mod koordinat. L-attivitajiet sabiex jilħqu dan l-objettiv huma nmiżżla hawn taħt. Hija inkluża attività speċifika dwar l-għerf għat-tfassil ta' politika dwar l-enerġija, attività li tista' toffri appoġġ ukoll għal ħtiġijiet ġodda ta' politika li jistgħu jirriżultaw, per eżempju fir-rigward tar-rwol tal-politika Ewropea dwar l-enerġija fl-iżviluppi ta' l-azzjonijiet internazzjonali relatati mal-bidla fil-klima, u l-instabbilitajiet jew id-disturbi fil-provvista u fil-prezz ta' l-enerġija.
Attivitajiet
|
— |
Idroġenu u fuel cells Azzjoni integrata sabiex tipprovdi pedament teknoloġiku sod għal industriji kompetittivi ta' l-UE fl-oqsma ta' fuel cells u l-idroġenu, għal applikazzjonijiet fissi, li jinġarru u għat-trasport. Il-Pjattaforma Teknoloġika Ewropea għall-Idroġenu u għall-Fuel Cells tikkontribwixxi għal din l-attività billi tipproponi strateġija integrata għar-riċerka u l-implimentazzjoni. |
|
— |
Ġenerazzjoni ta' elettriku rinnovabbli Teknoloġiji sabiex tiżdied l-effiċjenza ġenerali tal-konverżjoni, l-effiċjenza fl-ispiża u affidabbiltà, li tnaqqas in-nefqa fuq il-produzzjoni ta' l-elettriku minn sorsi ta' l-enerġija indiġeni u rinnovabbli, inkluż l-iskart, u l-iżvilupp u d-dimostrazzjoni ta' teknoloġiji adatti għal kondizzjonijiet reġjonali differenti. |
|
— |
Produzzjoni ta' karburant rinnovabbli Sistemi integrati għall-produzzjoni ta' karburant u teknoloġiji ta' konverżjoni: sabiex jiġi żviluppat u mnaqqas il-kost unitarju ta' karburanti solidi, likwidi u f'forma ta' gass (inkluż l-idroġenu) prodotti minn għejun ta' l-enerġija rinnovabbli inkluż il-bijomassa u l-iskart, bil-għan ta' produzzjoni, ħażna, distribuzzjoni u użu effettiv fl-infiq ta' karburanti li huma newtri fir-rigward tal-karbonju, b'mod partikolari il-bijo-karburanti għall-użu fit-trasport u l-ġenerazzjoni ta' l-elettriku. |
|
— |
Enerġija rinnovabbli għat-tisħin u t-tkessiħ Riċerka, żvilupp u dimostrazzjoni ta' teknoloġiji u apparat inklużi teknoloġiji ta' ħażna sabiex tiżdied l-effiċjenza u tonqos in-nefqa fuq it-tisħin u t-tkessiħ attiv u passiv minn sorsi ta' enerġija rinnovabbli, b'tali mod li jiġi żgurat l-użu tagħhom f'kondizzjonijiet reġjonali differenti fejn jista' jiġi identifikat potenzjal suffiċjenti. |
|
— |
Teknoloġiji għall-ġbir u l-ħażna tas-CO2 għall-ġenerazzjoni ta' l-enerġija mingħajr emissjonijiet Riċerka, żvilupp u dimostrazzjoni ta' teknoloġiji sabiex jitnaqqas drastikament l-impatt ambjentali ta' l-użu tal-karburanti fossili bil-għan li jkun hemm impjanti ta' ġenerazzjoni ta' l-enerġija u/jew is-sħana b'effiċenza għolja u effettivi fl-infiq li jqarrbu lejn l-assenza sħiħa ta' emissjonijiet, ibbażati fuq teknoloġiji għall-ġbir u l-ħażna tas- CO2 b'mod partikolari l-ħażna taħt l-art. |
|
— |
Teknoloġiji nodfa tal-faħam Riċerka, żvilupp u dimostrazzjoni ta' teknoloġiji sabiex jittejbu sostanzjalment l-effiċjenza, l-affidabbiltà u n-nefqa ta' l-impjanti, permezz ta' l-iżvilupp u d-dimostrazzjoni ta' teknoloġiji nodfa ta' konverżjoni tal-faħam u karburanti solidi oħra, li jipproduċu wkoll ġarriera sekondarji ta' l-enerġija (inkluż l-idroġenu) u karburanti likwidi jew f'forma ta' gass. L-attivitajiet ser ikunu marbuta skond il-każ ma' teknoloġiji għall-qbid u l-ħażna tas- CO2 jew ma' l-użu konġunt tal-bijomassa. |
|
— |
Networks intelliġenti ta' l-enerġija Riċerka, żvilupp u dimostrazzjoni dwar kif tiżdied l-effiċjenza, is-sigurtà, l-affidabbiltà u l-kwalità tas-sistemi Ewropej ta' l-elettriku u tal-gass u tan-networks b'mod partikolari fil-kuntest ta' suq Ewropew ta' l-enerġija iktar integrat p. eż. permezz tat-trasformazzjoni tas-sistema ta' distribuzzjoni ta' l-elettriku attwali f'network interattiv (klijenti/operaturi) ta' servizz, permezz ta' l-iżvilupp ta' għażliet għall-ħażna ta' l-enerġija u tat-tneħħija ta' l-ostakoli għall-implimentazzjoni fuq skala kbira u l-integrazzjoni effettiva ta' sorsi ta' l-enerġija distribwiti u rinnovabbli. |
|
— |
L-effiċjenza u l-ekonomija fl-użu ta' l-enerġija Riċerka, żvilupp u dimostrazzjoni ta' kunċetti ġodda, ottimizzazzjoni ta' kunċetti u teknoloġiji ppruvati sabiex jittejbu l-effiċjenza enerġetika u sabiex jippermettu aktar ekonomija fuq il-konsum aħħari u primarju ta' l-enerġija tul iċ-ċiklu ta' ħajja tagħhom, għall-bini (inkluż fid-dawl), it-trasport, is-servizzi u l-industrija. Dan jinkludi l-integrazzjoni ta' l-istrateġiji u t-teknoloġiji għall-effiċjenza enerġetika (inkluż ko- u poli-ġenerazzjoni), l-użu ta' teknoloġiji ta' l-enerġija ġodda u rinnovabbli u miżuri u apparat għall-ġestjoni tad-domanda għall-enerġija, u d-dimostrazzjoni ta' bini ta' impatt minimu fuq il-klima. |
|
— |
Għerf għat-tfassil tal-politika dwar l-enerġija L-iżvilupp ta' għodod, metodi u mudelli għall-valutazzjoni tal-kwistjonijiet ekonomiċi u soċjali ewlenin relatati mat-teknoloġiji ta' l-enerġija, u sabiex jipprovdu miri u xenarji kwantifikabbli għall-perjodu medju u fit-tul (inkluż l-għoti ta' appoġġ xjentifiku għall-iżvilupp tal-politika). |
6. Ambjent (inkluża l-Bidla fil-Klima)
Objettiv
L-immaniġġar sostenibbli ta' l-ambjent u r-riżorsi tiegħu permezz ta' l-avvanz fl-għerf dwar l-interazzjonijiet bejn il-klima, il-bijosfera, l-ekosistemi u l-attivitajiet tal-bniedem, u l-iżvilupp ta' teknoloġiji, għodod u servizzi ġodda sabiex il-kwistjonijiet globali ta' l-ambjent jiġu indirizzati b'mod integrat. Ser issir enfasi fuq it-tbassir tat-tibdil fil-klima, l-ekoloġija u s-sistemi ta' l-art u ta' l-oċeani; fuq għodod u teknoloġiji għall-monitoraġġ, il-prevenzjoni, it-tnaqqis u l-adattament tal-pressjonijiet u r-riskji ambjentali inklużi riskji għas-saħħa, u għodod u teknoloġiji għas-sostenibbiltà ta' l-ambjent naturali u dak magħmul mill-bniedem.
Motivazzjoni
Il-problemi ambjentali jmorru 'l hinn mill-fruntieri nazzjonali, u jeħtieġu approċċ koordinat fil-livell pan-Ewropew u, ħafna drabi, saħansitra fuq livell globali. Ir-riżorsi naturali tad-dinja u l-ambjent magħmul mill-bniedem jinsabu taħt pressjoni qawwija mill-popolazzjoni li qed tikber, l-urbanizzazzjoni, il-kostruzzjoni, l-espansjoni kontinwa ta' l-agrikoltura, l-akwa-kultura, is-sajd, is-setturi tat-trasport u l-enerġija, kif ukoll mill-varjabbiltà tal-klima u ż-żieda fit-temperatura fuq skala lokali, reġjonali u globali. L-Ewropa jeħtiġilha tidħol f'relazzjoni sostenibbli ġdida ma' l-ambjent, filwaqt li ttejjeb il-kompetittività u ssaħħaħ l-industrija Ewropea. Fid-dawl ta' l-iskala, l-ambitu u l-livell għoli ta' kumplessità tar-riċerka ambjentali, jeħtieġ li jkun hemm koperazzjoni mifruxa ma' l-UE kollha sabiex tinkiseb il-massa kritika. Din ser tiffaċilita l-ippjanar komuni, l-użu ta' databases konnessi u inter-operabbli, u l-iżvilupp ta' sistemi ta' osservazzjoni u previżjoni koerenti u fuq skala kbira. Ir-riċerka għandha tindirizza l-ħtieġa għal ġestjoni ta' data u s-servizzi ta' informazzjoni u l-problemi dwar trasferiment, integrazzjoni u mapping ta' data.
Jeħtieġ li ssir riċerka fil-livell ta' l-UE għall-implimentazzjoni ta' l-impenji internazzjonali bħalma huma l-Konvenzjoni Kwadru tan-NU dwar il-Bidla fil-Klima (UNFCC) u l-protokoll ta' Kyoto tagħha, il-Konvenzjoni tan-NU dwar id-Diversità Bijoloġika, il-Konvenzjoni tan-NU għall-Ġlieda kontra d-Desertifikazzjoni, il-Konvenzjoni ta' Stokkolma dwar Sustanzi Orġaniċi Persistenti li Jniġġsu, l-objettivi tas-Summit Dinji dwar l-Iżvilupp Sostenibbli 2002, inkluż l-Inizjatttiva ta' l-UE dwar l-Ilma, u l-kontributi lill-Panel Intergovernattiv dwar il-Bidla fil-Klima u l-inizjattiva dwar l-Osservazzjoni tad-Dinja.
Barra minn hekk hemm ħtiġijiet ta' riċerka sinifikanti li jirriżultaw mil-linji politiċi eżistenti u emerġenti fil-livell ta' l-UE, l-implimentazzjoni tas-Sitt Pjan ta' Azzjoni Ambjentali u strateġiji tematiċi assoċjati (p. eż. l-istrateġija ta' l-UE dwar il-baħar), il-pjanijiet ta' azzjoni, il-programmi u d-direttivi dwar it-Teknoloġiji Ambjentali u l-Ambjent u s-Saħħa, id-Direttiva Kwadru dwar l-Ilma u Naturas 2000.
L-UE jeħtiġilha ssaħħaħ il-pożizzjoni tagħha fit-teknoloġiji ambjentali fis-swieq dinjija. Dawn it-teknoloġiji jikkontribwixxu għal konsum u produzzjoni sostenibbli, billi jgħinu sabiex jinkiseb tkabbir sostenibbli, billi jipprovdu soluzzjonijiet eko-effiċjenti għall-problemi ambjentali fuq skali differenti, filwaqt li jipproteġu l-wirt kulturali u naturali tagħna. Il-ħtiġijiet ambjentali jaħdmu bħala stimulu għall-innovazzjoni u jistgħu joħolqu opportunitajiet kummerċjali u kompetittività akbar filwaqt li fl-istess ħin jiżguraw futur aktar sostenibbli għall-ġenerazzjonijiet li jmiss. Il-Pjattaformi Teknoloġiċi Ewropej dwar il-provvista ta' l-ilma, s-sanità u l-kimika sostenibbli jikkonfermaw il-ħtieġa li tittieħed azzjoni fuq il-livell ta' l-UE, u l-aġendi ta' riċerka tagħhom huma meqjusa fl-attivitajiet ta' hawn taħt. Pjattaformi oħra (p. eż. dwar il-kostruzzjoni u l-forestrija) parzjalment jittrattaw kwistjonijiet ta' teknoloġija ambjentali, u qed jitqiesu wkoll. Il-kwistjonijiet soċjo-ekonomiċi jinfluwenzaw partikolarment b'mod qawwi l-iżvilupp ta' teknoloġiji ambjentali u l-introduzzjoni tagħhom fuq is-suq u l-applikazzjoni sussegwenti tagħhom, kif inhu l-każ, per eżempju, fl-immaniġġar tar-riżorsi ta' l-ilma. L-attivitajiet għandhom jikkunsidraw l-aspetti soċjo-ekonomiċi ta' linji politiċi u żviluppi teknoloġiċi, kull meta relevanti għas-suġġett.
Hawn taħt qed tiġi elenkata sensiela ta' attivitajiet (10), li ħafna minnhom huma ta' relevanza diretta għall-ħtiġijiet tal-politika. Madankollu, appoġġ addizzjonali jista' jingħata lil ħtiġijiet ġodda ta' politika li jirriżultaw, per eżempju rigward valutazzjonijiet ta' l-impatt fuq is-sostenibbiltà tal-linji politiċi ta' l-UE; is-segwitu għall-azzjoni ta' wara Kyoto dwar il-didla fil-klima; u oqsma ġodda tal-politika ambjentali bħalma huma dawk fl-Istrateġija Ewropea dwar il-Ħamrija u li għandhom x'jaqsmu mal-politika, l-istandards u r-regolamenti marittimi.
Attivitajiet
|
— |
Bidla fil-klima, tniġġis u riskji
|
|
— |
L-Immaniġġar Sostenibbli tar-Riżorsi
|
|
— |
Teknoloġiji Ambjentali
|
|
— |
Osservazzjoni tad-dinja u għodod ta' valutazzjoni
|
7. Trasport (inkluża l-aeronawtika)
Objettiv
Abbażi ta' avvanzi teknoloġiċi u operattivi u tal-politika Ewropea tat-trasport, l-iżvilupp ta' sistemi integrati Pan-Ewropej tat-trasport li jkunu aktar siguri, “ekoloġiċi” u “intelliġenti” għall-benefiċċju taċ-ċittadini kollha, politika dwar is-soċjetà u l-klima, li jirrispettaw l-ambjent u r-riżorsi naturali; u l-iżgurar u l-iżvilupp ulterjuri tal-kompetittività miksuba mill-industriji Ewropej fis-suq globali.
Motivazzjoni
It-trasport huwa wieħed mill-oqsma fejn l-Ewropa hija b'saħħitha — is-settur tat-trasport bl-ajru jikkontribwixxi għal 2.6 % tal-PGD ta' l-UE (bi 3.1 miljun impjieg) u l-qasam tat-trasport tal-wiċċ jiġġenera 11 % tal-PGD ta' l-UE (filwaqt li jimpjega madwar 16-il miljun persuna). Madankollu, it-trasport huwa responsabbli għal 25 % ta' l-emissjonijiet tas-CO2 kollha fl-UE, u minn hawn toħroġ il-ħtieġa assoluta li s-sistema ssir aktar “ħadra” sabiex jiġu żgurati mudelli aktar sostenibbli tat-trasport kif ukoll il-kompatibbiltà mar-rati ta' tkabbir, kif żviluppat fil-White Paper dwar “Politika Ewropea tat-Trasport għall-2010: wasal iż-żmien li niddeċiedu”. (12)
It-tkabbir ta' l-UE (żieda ta' 25 % fis-superfiċi ta' l-art u ta' 20 % fil-popolazzjoni) u l-iżvilupp ekonomiku ta' l-UE jippreżentaw sfidi ġodda għat-trasport effiċjenti, effettiv fl-infiq, u sostenibbli tal-persuni u tal-merkanzija. It-trasport għandu wkoll relevanza diretta għal linji politiċi ewlenin oħra, bħalma huma l-kummerċ, il-kompetizzjoni, l-impjiegi, l-ambjent, il-koeżjoni, l-enerġija, is-sigurtà u s-suq intern.
Biex jiġi żgurat il-vantaġġ teknoloġiku kompetittiv fis-swieq dinjija, ma nistgħux ngħaddu mingħajr l-investiment fl-RTD fl-industriji tat-trasport Ewropej (13). Attivitajiet fil-livell Ewropew ser jistimolaw ukoll ir-ristrutturar ta' l-industrija, inklużi l-integrazzjoni tal-katina tal-provvista u, b'mod partikolari, l-SMEs.
L-aġendi ta' riċerka li żviluppaw il-Pjattaformi Teknoloġiċi Ewropej (14) jappoġġaw il-ħtieġa li tittieħed perspettiva ġdida ta' “sistemi tat-trasport”, li tqis l-interazzjonijiet tal-vetturi jew bastimenti, in-networks u l-infrastrutturi tat-trasport jew l-infrastruttura u l-użu tas-servizzi tat-trasport, ħaġa li tista' tiġi żviluppata biss fuq il-livell Ewropew. L-ispejjeż ta' l-RTD f'dawn l-oqsma kollha qed jikbru sostanzjalment, u l-attività kollaborattiva fuq il-livell ta' l-UE hija essenzjali sabiex “massa kritika” ta' fornituri diversi ta' l-RTD tkun tista' tindirizza l-isfidi ta' skala u ta' multidixxiplinarjetà b'mod effettiv fl-infiq, kif ukoll li tilqa' għall-isfidi politiċi, teknoloġiċi u soċjo-ekonomiċi fuq kwistjonijiet bħall-“karozza nadifa u żgura” tal-ġejjieni, l-interoperabbiltà u l-intermodalità, b'referenza partikolari rigward it-trasport fuq l-ilma u bil-ferrovija, abbordabbiltà, sigurtà, kapaċità, u impatti ambjentali u fuq is-sigurtà f'Unjoni mkabbra. Barra minn hekk, l-iżvilupp ta' teknoloġiji ta' appoġġ għas-sistema Galileo u għall-applikazzjonijiet tagħha ser ikun essenzjali fl-implimentazzjoni tal-linji politiċi Ewropej.
Minbarra r-relevanza qawwija għall-industrija tat-temi u l-attivitajiet li jidhru hawn taħt, il-ħtiġiijet ta' dawk li jfasslu l-politika ser jiġu indirizzati b'mod integrat li jkopri l-aspetti ekonomiċi, soċjali u ambjentali tal-politika tat-trasport. Barra minn hekk, ser jingħata wkoll appoġġ għal rispons għall-ħtiġijiet politiċi eżistenti, kif ukoll dawk ġodda, per eżempju rigward l-iżviluppi fil-politika marittima jew l-implimentazzjoni tas-Sema Uniku Ewropew.
Attivitajiet
|
— |
Aeronawtika u trasport bl-ajru
|
|
— |
Trasport sostenibbli tal-wiċċ (ferroviji, toroq, u fuq l-ilmijiet)
|
|
— |
Appoġġ għas-sistema Ewropea tan-navigazzjoni globali bis-satelliti (Galileo u EGNOS): servizzi ta' navigazzjoni u ta' żamma tal-ħin bi preċiżjoni għall-użu f'firxa ta' setturi; użu effiċjenti tan-navigazzjoni bis-satellita u appoġġ għad-definizzjoni ta' teknoloġiji u applikazzjonijiet tat-tieni ġenerazzjoni. |
8. Xjenzi Soċjo-Ekonomiċi u Umanistika
Objettiv
Il-kostituzzjoni ta' għarfien dettaljat u kondiviż ta' sfidi soċjo-ekonomiċi kumplessi u inter-konnessi li l-Ewropa hija konfrontata bihom, bħat-tkabbir, l-impjiegi u l-kompetittività, il-koeżjoni soċjali, sfidi soċjali, kulturali u edukattivi f'UE mkabbra u s-sostenibbiltà, il-bidla demografika, il-migrazzjoni u l-integrazzjoni, il-kwalità tal-ħajja u l-interdependenza globali, b'mod partikolari bil-ħsieb li tiġi pprovduta bażi mtejba ta' għerf għal-linji ta' politika fl-oqsma konċernati.
Motivazzjoni
L-Ewropa għandha bażi ta' riċerka qawwija u ta' kwalità għolja fix-xjenzi soċjo-ekonomiċi u soċjo-kulturali u fl-oqsma ta' l-umanistika. Id-diversità ta' approċċi fl-UE fis-setturi ekonomiċi, soċjali, politiċi u kulturali tipprovdi art għammiela għar-riċerka f'dawn l-oqsma fil-livell ta' l-UE. Hemm valur miżjud Ewropew għoli fir-riċerka kollaborattiva li tindirizza kwistjonjiet soċjo-ekonomiċi u soċjo-kulturali Ewropej fl-oqsma msemmija. L-ewwelnett, il-kwistjonijiet u l-isfidi konċernati huma ta' prijorità għolja fil-livell Ewropew u huma indirizzati mil-linji politiċi Komunitarji. It-tieni, ir-riċerka komparattiva mifruxa ma' l-UE jew pajjiżi oħra toffri għodda partikolarment effettiva kif ukoll opportunitajiet importanti ta' tagħlim fil-pajjiżi u r-reġjuni.
It-tielet, ir-riċerka fil-livell ta' l-UE għandha l-vantaġġ partikolari li tista' tiżviluppa l-ġbir tad-data mill-Ewropa kollha u li tuża l-kotra ta' perspettivi meħtieġa għall-fehim ta' kwistjonijiet kumplessi. Fl-aħħarnett, l-iżvilupp ta' bażi ta' għerf soċjo-ekonomika ġenwinament Ewropea dwar dawn l-isfidi ewlenin ser jagħti kontribut essenzjali għall-promozzjoni tal-fehim kondiviż tagħhom fl-Unjoni Ewropea kollha u, aktar sinifikattivament, miċ-ċittadini Ewropej.
L-attivitajiet li se jiġu appoġġati huma elenkati hawn taħt u huma mistennija li jagħtu kontribut sinifikanti sabiex jiġi mtejjeb it-tfassil, l-implimentazzjoni, l-impatti u l-valutazzjoni tal-politika u d-definizzjoni ta' miżuri regolatorji f'firxa wiesgħa ta' oqsma, bħal dak ekonomiku, soċjali, kulturali, ta' l-edukazzjoni u tat-taħriġ, ta' l-ugwaljanza bejn is-sessi, ta' l-intrapriża, tal-kummerċ internazzjonali, tal-konsumatur, tar-relazzjonijiet esterni, u fl-isferi tax-xjenza u t-teknoloġija, fil-politika ta' l-istatististika uffiċjali u fil-ħolqien ta' żona ta' libertà, sigurtà u l-ġustizzja. Barra minn hekk, ser jingħataw opportunitajiet sabiex jiġu indirizzati sfidi soċjo-ekonomiċi emerġenti kif ukoll sabiex titwettaq riċerka dwar ħtiġijiet ta' politika ġodda jew mhux previsti. Jista' jsir użu wkoll mill-pjattaformi soċjali sabiex jiġu diskussi aġendi tar-riċerka futuri.
Attivitajiet
|
— |
Tkabbir, impjiegi u kompetittività f'soċjetà ta' għerf: l-iżvilupp u l-integrazzjoni tar-riċerka dwar il-kwistjonijiet li jaffettwaw it-tkabbir, l-istabbiltà soċjo-ekonomika, l-impjiegi u l-kompetittività, li tkopri suġġetti bħall-innovazzoni, l-edukazzjoni inkluża dik tul il-ħajja kollha u r-rwol ta' l-għerf xjentifiku u għerf ieħor u beni mhux tanġibbli fuq skala globali, iż-żgħażagħ u l-politika dwar iż-żgħażagħ, l-adattament tal-politika tas-suq tax-xogħol u l-kuntesti istituzzjonali nazzjonali. |
|
— |
L-għaqda ta' objettivi ekonomiċi, soċjali u ambjentali f'perspettiva Ewropea: billi jiġu indirizzati ż-żewġ kwistjonjiet ewlenin u ferm relatati flimkien ta' l-evoluzzjoni kontinwa tal-mudelli soċjo-ekonomiċi Ewropej u l-koeżjoni ekonomika u soċjali u reġjonali f'UE wara t-tkabbir, b'kont meħud tas-sostenibbiltà u tal-protezzjoni ta' l-ambjent, l-ippjanar urban sostenibbli, l-interazzjoni bejn l-ambjent, l-enerġija u s-soċjetà, ir-rwol ta' l-ibliet u r-reġjuni metropolitani, u l-impatt soċjo-ekonomiku tal-linji politiċi u l-leġislazzjoni Ewropea. |
|
— |
Tendenzi ewlenin fis-soċjetà u l-implikazzjonijiet tagħhom: bħall-bidla demografika inkluż il-proċess ta' tixjiħ u l-effetti tiegħu fuq is-sistemi tal-pensjoni, il-migrazzjoni u l-integrazzjoni, waqt li ssir l-analiżi ta' l-implikazzjonijiet tal-bidla demografika għall-iżvilupp urban; l-istili ta' ħajja, ix-xogħol, il-familji, ir-rikonċiljazzjoni tal-ħajja professjonali u dik tal-familja, il-kwistjonijiet marbuta mas-sessi, il-kwistjonijiet ta' diżabbiltajiet, is-saħħa u l-kwalità tal-ħajja; il-protezzjoni ekonomika tal-konsumatur; l-inugwaljanzi; il-kriminalità; ir-rwol tal-kummerċ fis-soċjetà u d-diversità fil-popolazzjoni, l-etniċità, il-pluraliżmu reliġjuż, l-interazzjonijiet kulturali, il-kwistjonijiet multikulturali u l-kwistjonijiet marbuta mal-protezzjoni tad-drittijiet fundamentali u l-ġlieda kontra d-diskriminazzjoni ta' kwalunkwe xorta. |
|
— |
L-Ewropa fid-dinja: fehim tat-tibdil fl-interazzjonijiet, ir-relazzjonijiet trans-kulturali u l-interdependenzi bejn ir-reġjuni tad-dinja, inklużi reġjuni li qed jiżviluppaw u l-implikazzjonijiet tagħhom; l-indirizzar tat-theddid u r-riskji emerġenti mingħajr ma jiġu ppreġudikati d-drittijiet tal-bniedem, il-libertà u l-benessri, u t-trawwim tal-paċi. |
|
— |
Iċ-ċittadin fl-Unjoni Ewropea: fil-kuntest ta' l-iżvilupp ta' l-UE mkabbra fil-ġejjieni, l-iffaċċar tal-kwistjonijiet marbuta mal-ksib ta' sens ta' “appartenenza” demokratiku u ta' parteċipazzjoni attiva tal-popli ta' l-Ewropa; governanza effettiva u demokratika fil-livelli kollha inkluż il-governanza ekonomika u legali u r-rwol tas-soċjetà ċivili; riċerka għall-bini ta' komprensjoni u rispett komuni tad-diversitajiet u x-xebħ fi ħdan l-Ewropa, f'dak li għandu x'jaqsam ma' kulturi, reliġjonijiet, wirt kulturali, istituzzjonijiet u sistemi legali, storja, lingwi u valuri bħala elementi ta' bini ta' l-identità u l-wirt Ewropew multi-kulturali tagħna. |
|
— |
Indikaturi soċjo-ekonomiċi u xjentifiċi: l-użu tagħhom fil-politika u fl-implimentazzjoni u l-monitoraġġ tagħha, it-titjib ta' indikaturi eżistenti, tekniki sabiex jiġu analizzati u l-iżvilupp ta' oħrajn ġodda għal dan il-għan kif ukoll għall-valutazzjoni ta' programmi ta' riċerka, inkluż indikaturi bbażati fuq l-istatistika uffiċjali. |
|
— |
Attivitajiet ta' previżjoni dwar kwistjonijiet ewlenin ta' xjenza, teknoloġija u kwistjonijiet soċjo-ekonomiċi relatati, bħalma huma t-tendenzi demografiċi futuri u l-globalizzazzjoni ta' l-għerf, id-disseminazzjoni ta' l-għerf, u l-evoluzzjoni tas-sistemi ta' riċerka, kif ukoll l-iżviluppi futuri fi ħdan u tul il-firxa kollha ta' l-oqsma ewlenin ta' riċerka u d-dixxiplini xjentifiċi. |
9. Spazju
Objettiv
L-appoġġ għal Programm Spazjali Ewropew li jiffoka fuq applikazzjonijiet bħall- Monitoraġġ Globali għall-Ambjent u s-Sigurtà (GMES) b'benefiċċji għaċ-ċittadini u għall-kompetittività ta' l-industrija spazjali Ewropea. Dan ser jikkontribwixxi għall-iżvilupp ta' Politika Spazjali Ewropea, billi jikkomplementa l-isforzi ta' l-Istati Membri u ta' atturi ewlenin oħra, inkluża l-Aġenzija Spazjali Ewropea (ESA).
Motivazzjoni
Il-Komunità tista' tagħti kontribut f'dan il-qasam għad-definizzjoni aħjar ta' l-objettivi komuni bbażati fuq il-ħtiġijiet ta' l-utent u l-objettivi ta' politika; għall-koordinazzjoni ta' attivitajiet sabiex jiġu evitati d-duplikazzjonijiet u tiżdied kemm tista' l-interoperabbiltà; għat-titjib ta' l-effettività fl-infiq u għad-definizzjoni ta' l-istandards. L-awtoritajiet pubbliċi u dawk li jieħdu d-deċiżjonijiet jirrapreżentaw utenti potenzjali importanti u l-industrija Ewropea ser tibbenefika wkoll minn politika Spazjali Ewropea ddefinita sew implimentata minn Programm Spazjali Ewropew, appoġġat parzjalment mill-azzjonijiet ta' riċerka u żvilupp teknoloġiku proposti. Azzjonijiet fuq il-livell Ewropew huma meħtieġa wkoll sabiex jagħtu appoġġ lill-objettivi ta' politika Komunitarji, per eżempju fl-oqsma ta' l-agrikoltura, il-foresterija, is-sajd, l-ambjent, is-saħħa, it-telekomunikazzjoni, is-sigurtà, it-trasport, kif ukoll sabiex jiżguraw li l-Ewropa tkun imsieħba rrispettata fil-koperazzjoni reġjonali u internazzjonali.
Fl-aħħar 40 sena, inbniet kompetenza teknoloġika eċċellenti fl-Ewropa, kemm nazzjonalment kif ukoll permezz ta' l-ESA,. Appoġġ għal industrija kompetittiva (inklużi manifatturi, fornituri ta' servizzi u operaturi) jeħtieġ riċerka u teknoloġiji ġodda. Applikazzjonijiet spazjali jġibu magħhom benefiċċji importanti liċ-ċittadini permezz ta' effetti teknoloġiċi derivati u huma indispensabbli f'soċjetà ta' teknoloġija avvanzata.
L-attivitajiet imniżżla hawn taħt huma mmirati lejn: l-isfruttament effiċjenti ta' l-assi spazjali (f'koordinazzjoni ma' assi fil-post, inklużi assi trasportati bl-ajru) għall-implimentazzjoni ta' applikazzjonijiet, notament il-GMES u l-kontribut tagħhom għall-infurzar tal-liġi fil-linji politiċi Komunitarji; l-esplorazzjoni ta' l-ispazju, li toffri opportunitajiet ta' koperazzjoni internazzjonali u progressi teknoloġiċi straordinarji kif ukoll missjonijiet effettiv fl-infiq; l-isfruttament u l-esplorazzjoni ta' l-ispazju appoġġati minn attivitajiet ta' abilitazzjoni jiggarantixxu r-rwol strateġiku ta' l-Unjoni Ewropea. Dawn l-attivitajiet ser jiġu kkomplementati minn azzjonjiet oħra taħt il-Programm Kwadru għall-Kompetittività u l-Innovazzjoni u l-Programm ta' Edukazzjoni u Taħriġ. Il-benefiċċji għall-politika pubblika ta' l-attivitajiet ta' hawn isfel ser jiġu wkoll massimizzati, inkluż bil-provvista ta' appoġġ addizzjonali għal ħtiġijiet ġodda ta' politika li jistgħu jinqalgħu, per eżempju: soluzzjonijiet ibbażati fuq teknoloġiji spazjali f'appoġġ għall-pajjiżi li qed jiżviluppaw; u l-użu ta' għodod u metodi għall-osservazzjoni ta' l-ispazju sabiex jappoġġaw żviluppi fil-linji politiċi Komunitarji.
Attivitajiet
|
— |
Applikazzjonijiet ibbażati fuq it-teknoloġija spazjali sabiex jaqdu lis-soċjetà Ewropea
|
|
— |
Esplorazzjoni ta' l-ispazju
|
|
— |
L-RTD sabiex jissaħħu l-pedamenti tat-teknoloġija spazjali
|
10. Sigurtà
Objettiv
Għall-iżvilupp tat-teknoloġiji u l-għerf għall-bini ta' kapaċitajiet meħtieġa sabiex tiġi żgurata s-sigurtà taċ-ċittadini minn theddid bħat-terroriżmu, id-diżastri naturali u l-kriminalità, filwaqt li jiġu rispettati d-drittijiet fundamentali tal-bniedem inkluż id-dritt għall-privatezza; sabiex ikun żgurat l-użu ottimali u miftiehem tat-teknoloġiji disponibbli għall-benefiċċju tas-sigurtà ċivili Ewropea, sabiex tiġi stimulata l-koperazzjoni tal-fornituri u l-utenti għal soluzzjonijiet ta' sigurtà ċivili, tittejjeb il-kompetittività ta' l-industrija Ewropea tas-sigurtà u jiġu prodotti riżultati ta' riċerka orjentati lejn missjoni sabiex jitnaqqsu d-distakki fis-sigurtà.
Motivazzjoni
Is-sigurtà fl-Ewropa hija prerekwiżit għall-prosperità u l-libertà. L-Istrateġija ta' l-UE għas-Sigurtà: “Ewropa Sigura f'Dinja Aħjar”, adottata mill-Kunsill Ewropew, tindirizza l-ħtieġa għal strateġija komprensiva għas-sigurtà li tkopri l-miżuri ta' sigurtà sew fl-oqsma ċivili kif ukoll tad-difiża.
Riċerka relatata mas-sigurtà hija modulu importanti sabiex jinkiseb livell għoli ta' sigurtà fiż-żona ta' libertà, sigurtà u ġustizzja. Hija ser tikkontribwixxi wkoll għall-iżvilupp ta' teknoloġiji u kapaċitajiet li jappoġġaw linji politiċi Komunitarji oħra f'oqsma bħat-trasport, il-protezzjoni ċivili, l-enerġija, l-ambjent u s-saħħa. Ir-riċerka fil-qasam tas-sigurtà teħtieġ regoli ta' implimentazzjoni speċifiċi sabiex jittieħed kont tan-natura speċjali tagħha.
L-attivitajiet ta' riċerka eżistenti relatati mas-sigurtà fl-Ewropa jbatu minn frammentazzjoni ta' l-isforzi, in-nuqqas ta' massa kritika ta' skala u ambitu u n-nuqqas ta' konnessjonijiet u interoperabbiltà. L-Ewropa jeħtiġilha ttejjeb il-koerenza ta' l-isforzi tagħha billi tiżviluppa arranġamenti istituzzjonali effiċjenti u billi tistiga lid-diversi atturi nazzjonali u internazzjonali sabiex jikkoperaw u jikkoordinaw sabiex tiġi evitata d-duplikazzjoni u sabiex jiġu esplorati s-sinerġiji kull meta dan ikun possibbli. Ir-riċerka fil-qasam tas-sigurtà fil-livell Komunitarju ser iżżomm orjentament esklussivament ċivili u tiffoka fuq attivitajiet ta' valur miżjud ċar għal-livell nazzjonali. B'konsegwenza ta' dan, ir-riċerka fil-qasam tas-sigurtà ċivili fi ħdan is-Seba' Programm Kwadru ser issaħħaħ il-kompetittività ta' l-industrija Ewropea tas-sigurtà. Waqt li jkun rikonoxxut li jeżistu oqsma ta' teknoloġija ta' 'użu doppju', koordinazzjoni mill-qrib ma' l-attivitajiet ta' l-Aġenzija Ewropea tad-Difiża ser tkun meħtieġa sabiex tiġi żgurata l-komplementarità.
Ir-riċerka fil-qasam tas-sigurtà ser tenfasizza l-kapaċitajiet Ewropej rigward is-sorveljanza, id-distribuzzjoni ta' l-informazzjoni u l-għerf dwar it-theddid u l-inċidenti kif ukoll tas-sistemi għal valutazzjonijiet aħjar u kontroll tas-sitwazzjoni permezz ta' użu aħjar tas-sistemi komuni ta' TIK fl-oqsma ta' operazzjonijiet differenti.
L-attivitajiet mhux ta' difiża li jidhru hawn taħt ser jikkomplementaw u jintegraw ir-riċerka orjentata lejn it-teknoloġija u dik orjentata lejn sistemi relevanti għas-sigurtà ċivili li hija mwettqa f'temi oħra. Dawn ser ikunu orjentati lejn missjonijiet, waqt li jiżviluppaw it-teknoloġiji u l-kapaċitajiet meħtieġa mill-missjonijiet speċifiċi ta' sigurtà. Dawn huma mfassla sabiex ikunu flessibbli sabiex jiffaċċjaw theddidiet futuri għas-sigurtà li għadhom mhux magħrufa u ħtiġijiet ta' politika relatati li jistgħu jirriżultaw, filwaqt li jistimolaw l-influwenza reċiproka u l-adozzjoni ta' teknoloġiji eżistenti għas-settur tas-sigurtà ċivili, ir-riċerka Ewropea fil-qasam tas-sigurtà ser tinkoraġġixxi wkoll l-iżvilupp ta' teknoloġiji b'iktar minn użu wieħed, sabiex jitwessa' kemm jista' l-ambitu ta' l-applikazzjoni tagħhom.
Attivitajiet
|
— |
Sigurtà taċ-ċittadini: l-elaborazzjoni ta' soluzzjonijijet teknoloġiċi għall-protezzjoni ċivili, inklużi l-bijosigurtà u l-protezzjoni kontra riskji li jirriżultaw mill-kriminalità u minn attakki terroristiċi. |
|
— |
Sigurtà ta' l-infrastrutturi u s-servizzi pubbliċi: l-analiżi u t-tqegħid fis-sigurtà ta' l-infrastrutturi (p.e. fis-setturi tat-trasport, l-enerġija, it-TIK) is-sistemi u s-servizzi (inklużi servizzi finanzjarji u amministrattivi) essenzjali jew konnessi f'network, pubbliċi u privati, eżistenti u futuri. |
|
— |
Sorveljanza intelliġenti u sigurtà tal-fruntieri: riċerka ffukata fuq it-teknoloġiji u l-kapaċitajiet sabiex tissaħħaħ l-effettività u l-effiċjenza tas-sistemi, t-tagħmir, l-għodod u l-proċessi kollha kif ukoll il-metodi għal identifikazzjoni rapida meħtieġa għat-titjib tas-sigurtà tal-fruntieri ta' l-art u dawk kostali ta' l-Ewropa, inklużi kwistjonijiet ta' kontroll u sorveljanza tal-fruntieri. |
|
— |
L-irkupru tas-sigurtà f'każ ta' kriżi: riċerka ffukata fuq teknoloġiji li jipprovdu idea ġenerali ta' u appoġġ għal varji operazzjonijiet ta' maniġġar ta' emerġenza (bħall-protezzjoni ċivili, kompiti umanitarji u ta' salvataġġ), u fuq kwistjonjiet bħat-tħejjija inter-organizzattiva, il-koordinazzjoni u l-komunikazzjoni, l-arkitetturi distribwiti u l-fatturi umani. |
Dawn l-erba' oqsma ta' hawn fuq ser jingħataw appoġġ mit-temi li ġejjin ta' natura aktar transettorali li ġejjin:
|
— |
Integrazzjoni, interkonnettività u interoperabbiltà tas-sistemi ta' sigurtà: intelliġenza, ġbir ta' informazjoni u sigurtà ċivili, riċerka ffukata fuq it-teknoloġiji għat-tisħiħ ta' l-interoperabbiltà tas-sistemi, it-tagħmir, is-servizzi u l-proċessi, inklużi l-infrastrutturi ta' infurzar tal-liġi, it-tifi tan-nar, id-difiża ċivili u l-informazzjoni medika, kif ukoll fuq l-affidabbiltà, l-aspetti organizzattivi, il-protezzjoni tal-kunfidenzjalità u l-integrità ta' l-informazzjoni u t-traċċabbiltà tat-transazzjonijiet u l-operazzjonijiet kollha. |
|
— |
Sigurtà u soċjetà: riċerka orjentata lejn il-missjonijiet li ser tiffoka fuq l-analiżi soċjo-ekonomika, il-bini ta' xenarji u l-attivitajiet marbuta ma': id-dimensjonijiet kulturali, soċjali, politiċi u ekonomiċi tas-sigurtà, il-komunikazzjoni mas-soċjetà, ir-rwol tal-valuri tal-bniedem u t-tfassil ta' politika, l-ambjent psikoloġiku u soċjali tat-terroriżmu, il-perċezzjoni taċ-ċittadin tas-sigurtà, l-etika, il-protezzjoni tal-privatezza, il-previżjonijiet dwar aspetti tas-soċjetà u l-analiżi sistemika tar-riskju. Ir-riċerka ser tindirizza wkoll it-teknoloġiji li jissalvagwardjaw aħjar il-privatezza u l-libertajiet, u ser tindirizza vulnerabilitajiet u theddid ġdid, kif ukoll l-immaniġġar u l-valutazzjoni ta' l-impatt ta' konsegwenzi possibbli. |
|
— |
Koordinazzjoni u strutturar tar-riċerka dwar is-sigurtà: il-koordinazzjoni ta' l-isforzi ta' riċerka Ewropej u internazzjonali fil-qasam tas-sigurtà u l-iżvilupp ta' sinerġiji bejn ir-riċerka fl-oqsma ċivili, tas-sigurtà u tad-difiża, it-titjib tal-kondizzjonijiet legali, u t-tħeġġiġ għall-użu ottimali ta' l-infrastrutturi eżistenti. |
II. Ideat
Objettiv
Dan il-programm ser isaħħaħ id-dinamiżmu, il-kreattività u l-eċċellenza tar-riċerka Ewropea fuq il-fruntieri ta' l-għerf. Dan ser isir billi jingħata appoġġ lil proġetti ta' riċerka “mmexxija mir-riċerkatur” imwettqa fl-oqsma kollha minn timijiet individwali f'kompetizzjoni fil-livell Ewropew. Il-proġetti ser jiġu ffinanzjati abbażi ta' proposti mressqa minn riċerkaturi mis-settur privat u minn dak pubbliku dwar suġġetti ta' l-għażla tagħhom u vvalutati fuq il-kriterju waħdieni ta' l-eċċellenza kif meqjus permezz ta' reviżjoni bejn pari. Il-komunikazzjoni u d-disseminazzjoni tar-riżultati ta' riċerka huma aspett importanti ta' dan il-programm.
Motivazzjoni
Ir-riċerka “ta' quddiem” mmexxija mir-riċerkatur, fi ħdan il-qafas ta' attivitajiet mifhuma komunement bħala “riċerka bażika”, hija mutur ewlieni tal-prosperità u l-progress soċjali, minħabba li tiftaħ opportunitajiet ġodda għall-avvanz xjentifiku u teknoloġiku, u hija strumentali fil-produzzjoni ta' għerf ġdid li jwassal għal applikazzjonijiet u swieq futuri.
Minkejja l-bosta kisbiet u livell għoli ta' prestazzjoni f'għadd kbir ta' oqsma, l-Ewropa mhix qed tisfrutta bl-aħjar mod il-potenzjal ta' riċerka u r-riżorsi tagħha, u teħtieġ b'urġenza kapaċità akbar sabiex tiġġenera l-għerf u sabiex dan l-għerf jiġi tradott f'valur u tkabbir ekonomiku u soċjali.
Mekkaniżmu kompetittiv ta' finanzjament mifrux ma' l-Ewropa kollha (minbarra u mhux minflok il-finanzjament nazzjonali) għal riċerka ta' quddiem imwettqa minn timijiet individwali, li tista' tkun ta' karattru nazzjonali jew transnazzjonali, huwa komponent ċentrali taż-Żona ta' Riċerka Ewropea, li tikkomplementa attivitajiet Komunitajri u nazzjonali oħra. Ser tkun ta' għajnuna fit-tisħiħ tad-dinamiżmu u l-kapaċità ta' l-Ewropa li tiġbed lejha sew l-aħjar riċerkaturi mill-Ewropa u minn pajjiżi terzi, kif ukoll l-investiment industrijali.
Attivitajiet
Din l-azzjoni ser tirrispondi għall-oqsma l-iktar promettenti u produttivi tar-riċerka u għall-aħjar opportunitajiet għall-progress xjentifiku u teknoloġiku, fi ħdan u fost id-dixxiplini, inklużi l-inġinerija u x-xjenzi soċjali u l-umanistika. Ser titwettaq mingħajr irbit ma' l-orjentamenti tematiċi tal-partijiet l-oħra tas-Seba' Programm Kwadru, u se tagħti attenzjoni sew lir-riċerkaturi tal-ġenerazzjoni l-ġdida u lil gruppi ġodda, kif ukoll lil timijiet stabbiliti.
L-attivitajiet Komunitarji fir-riċerka ta' quddiem ser jiġu implimentati minn Kunsill Ewropew tar-Riċerka (KER), magħmul minn kunsill xjentifiku indipendenti, appoġġat minn struttura implimentattiva dedikata modesta u effettiv fl-infiq. L-immaniġġar tal-KER ser titwettaq minn persunal impjegat għal dak il-għan, inkluż uffiċjali mill-istituzzjonijiet ta' l-UE, u ser tkopri biss il-ħtiġijiet amministrattivi reali sabiex jiġu żgurati l-istabbiltà u l-kontinwità meħtieġa għal amministrazzjoni effettiva.
Il-Kunsill Xjentifiku ser ikun magħmul minn rappreżentanti mill-ogħla livell tal-komunità xjentifika Ewropea li jiżguraw diversità ta' l-oqsma ta' riċerka, li jaġixxu fil-kapaċità personali tagħhom, indipendentement mill-interessi politiċi jew interess oħra. Il-membri tiegħu ser jinħatru mill-Kummissjoni wara proċedura indipendenti ta' għażla. Huma ser jiġu maħtura għal perjodu ta' erba' snin, li jista' jiġġedded darba, abbażi ta' sistema ta' rotazzjoni li ser tiżgura l-kontinwità tal-ħidma tal-Kunsill Xjentifiku.
Il-Kunsill Xjentifiku ser, inter alia, jistabbilixxi strateġija xjentifika ġenerali, ikollu awtorità sħiħa fuq id-deċiżjonijiet dwar it-tip ta' riċerka li għandha tirċievi finanzjament u jaġixxi bħala garanti tal-kwalità ta' l-attività mill-perspettiva xjentifika. Il-kompiti tiegħu ser ikopru, b'mod partikolari, l-iżvilupp tal-programm annwali ta' ħidma, l-istabbiliment ta' proċess ta' reviżjoni bejn pari, kif ukoll il-monitoraġġ u l-kontroll tal-kwalità ta' l-implimentazzjoni tal-programm mill-perspettiva xjentifika. Huwa ser jistabbilixxi kodiċi ta' kondotta li jindirizza, inter alia, l-evitar ta' konflitti ta' interess.
L-istruttura implimentattiva dedikata ser tkun responsabbli għall-aspetti kollha ta' l-implimentazzjoni u l-esekuzzjoni tal-programm kif previst fil-programm annwali ta' ħidma. B'mod partikolari, ser timplimenta l-proċessi ta' reviżjoni bejn pari u ta' għażla skond il-prinċipji stabbiliti mill-Kunsill Xjentifiku, u ser tiżgura l-amministrazzjoni finanzjarja u xjentifika ta' l-għotjiet.
L-ispejjeż amministrattivi u tal-persunal għall-KER li għandhom x'jaqsmu mal-Kunsill Xjentifiku u struttura implimentattiva dedikata ser ikunu konsistenti ma' l-amministrazzjoni modesta u effettiv fl-infiq; in-nefqa amministrattiva ser tinżamm għal minimu, b'mod konsistenti ma' l-iżgurar tar-riżorsi meħtieġa għal implimentazzjoni ta' kwalità għolja.
Il-Kummissjoni ser taġixxi bħala garanti ta' l-awtonomija sħiħa u l-integrità tal-KER Hija ser tiżgura li l-KER ser taġixxi skond il-prinċipji ta' eċċellenza xjentifika, awtonomija, effiċjenza u trasparenza, u li jsegwi b'mod preċiż l-istrateġija u l-metodoloġija implimentattiva stabbilita mill-Kunsill Xjentifiku. Il-Kummissjoni ser tfassal, f'koperazzjoni mal-Kunsill Xjentifiku, rapport annwali dwar l-operazzjonijiet tal-KER u t-twettiq ta' l-objettivi u tippreżentah lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill.
Il-KER ser ikollu s-setgħa li jmexxi l-istudji strateġiċi tiegħu għat-tħejjija u l-appoġġ ta' l-attivitajiet operattivi tiegħu. B'mod partikolari, huwa jista' jikkonsulta ma' inizjattivi Ewropej, intergovernattivi u nazzjonali sabiex jipprogramma l-attivitajiet tiegħu fid-dawl ta' riċerka oħra fil-livell Ewropew u nazzjonali.
L-implimentazzjoni u l-ġestjoni ta' l-attività ser jiġu riveduti u evalwati fuq bażi kontinwa sabiex jiġu vvalutati l-kisbiet tagħha u sabiex jiġu aġġustati u mtejba l-proċeduri abbażi ta' l-esperjenza. Fil-kuntest ta' l-evalwazzjoni interim imsemmija fl-Artikolu 7(2) ser titwettaq ukoll reviżjoni indipendenti ta' l-istrutturi u l-mekkaniżmi tal-KER, kontra l-kriterji ta' l-eċċellenza xjentifika, l-awtonomija, l-effiċjenza u t-trasparenza u bl-involviment sħiħ tal-Kunsill Xjentifiku. Ir-reviżjoni ser tara b'mod espliċitu l-vantaġġi u l-iżvantaġġi ta' struttura bbażata fuq Aġenzija Esekuttiva u struttura bbażata fuq l-Artikolu 171 tat-Trattat. Abbażi ta' din ir-reviżjoni, dawn l-istrutturi u l-mekkaniżmi għandhom jiġu modifikati kif xieraq. Il-Kummissjoni ser tiżgura li l-ħidma preparatorja kollha meħtieġa titwettaq u tiġi ppreżentata lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill, bil-ħsieb ta' transizzjoni għal kwalunkwe struttura modifikata meħtieġa, kemm jista' jkun malajr. Ir-rapport ta' progress imsemmi fl-Artikolu 7(2), li jippreċedi l-evalwazzjoni interim, ser jagħti s-sejbiet inizjali dwar il-funzjonament tal-KER.
III. Nies
Objettiv
Li jissaħħaħ, kwantitattivament u kwalitattivament, il-potenzjal uman fir-riċerka u t-teknoloġija fl-Ewropa, billi n-nies jiġu stimolati sabiex jidħlu fil-professjoni ta' riċerkatur, billi r-riċerkaturi Ewropej jiġu inkoraġġuti sabiex jibqgħu fl-Ewropa, u billi riċerkaturi mid-dinja kollha jiġu miġbuda lejn l-Ewropa, b'tali mod li l-Ewropa ssir aktar attraenti għall-aħjar riċerkaturi. Bi tkomplija ta' l-esperjenzi bl-azzjonijiet “Marie Curie” taħt Programmi Kwadru preċedenti, dan ser isir billi jiġi stabbilit sett koerenti ta' azzjonijiet “Marie Curie”, b'kont meħud b'mod partikolari tal-valur miżjud Ewropew f'termini ta' l-impatt tagħhom fuq iż-Żona ta' Riċerka Ewropea. Dawn l-azzjonijiet ser jindirizzaw ir-riċerkaturi fl-istadji kollha tal-karriera tagħhom, mit-taħriġ inizjali fir-riċerka maħsub b'mod speċifiku għaż-żgħażagħ sa l-edukazzjoni tul il-ħajja u l-iżvilupp tal-karriera fis-setturi pubbliċi u privati. Ser isiru wkoll sforzi sabiex tiżdied il-parteċipazzjoni mir-riċerkaturi nisa, billi jiġu inkoraġġuti l-opportunitajiet indaqs fl-“Azzjonijiet Marie Curie” kollha, billi l-azzjonijiet jitfasslu b'mod tali li r-riċerkaturi jistgħu jiksbu bilanċ adegwat bejn ix-xogħol u l-ħajja u billi tiġi ffaċilitata t-tkomplija tal-karriera wara waqfa.
Motivazzjoni
Id-disponibbiltà ta' numru kbir ta' riċerkaturi mħarrġa u kwalifikati f'livell għoli huwa prerekwiżit għall-avvanz tax-xjenza u sabiex tiġi sostnuta l-innovazzjoni, iżda huwa wkoll fattur importanti sabiex jiġu attratti u sostnuti l-investimenti fir-riċerka minn entitajiet pubbliċi u privati. Fuq l-isfond ta' kompetizzoni dejjem tikber fil-livell dinji, l-iżvilupp ta' suq Ewropew miftuħ ta' l-impjiegi għar-riċerkaturi ħieles minn kull forma ta' diskriminazzjoni u d-diversifikazzjoni tal-ħiliet u tar-rotot tal-karriera tar-riċerkaturi huma ta' importanza kruċjali sabiex jiżguraw ċirkolazzjoni benefika ta' riċerkaturi u ta' l-għerf tagħhom, sew fl-Ewropa kif ukoll fid-dinja. Ser jiġu introdotti miżuri speċjali sabiex jiġu inkoraġġuti riċerkaturi fi stadju bikri u jkunu appoġġati l-istadji bikrija ta' karriera xjentifika, kif ukoll miżuri sabiex jitnaqqas l-“esodu ta' l-imħuħ”, bħal għotjiet għall-integrazzjoni mill-ġdid.
Il-mobbiltà, kemm transnazzjonali u intersettorali, inkluż li tiġi stimolata l-parteċipazzjoni industrijali u l-ftuħ ta' karrieri fir-riċerka u pożizzjonijiet akkademiċi fuq skala Ewropea, hija komponent ewlieni fiż-Żona ta' Riċerka Ewropea u hija indispensabbli sabiex jiżdiedu l-kapaċitajiet u l-prestazzjonijiet Ewropej fir-riċerka. Kompetizzjoni internazzjonali bejn ir-riċerkaturi ser tibqa' ċentrali sabiex tiġi żgurata l-għola kwalità tar-riċerka taħt din l-attività. Żieda fil-mobbiltà tar-riċerkaturi u tisħiħ tar-riżorsi ta' dawk l-istituzzjonijiet li jiġbdu lir-riċerkaturi internazzjonalment ser jinkoraġġixxu ċentri ta' eċċellenza fl-Unjoni Ewropea kollha. Sabiex jiġu żgurati t-taħriġ u l-mobbiltà fi ħdan oqsma ġodda ta' riċerka u teknoloġija, ser tiġi żgurata koordinazzjoni adegwata ma' partijiet oħra tas-Seba' Programm Kwadru u ser jitfittxu sinerġiji ma' linji politiċi Komunitarji oħra, p. eż. dwar l-edukazzjoni, il-koeżjoni u l-impjiegi. Azzjonijiet sabiex l-edukazzjoni xjentifika tintrabat mal-karrieri, u azzjonijiet ta' riċerka u koordinazzjoni dwar metodi ġodda fl-edukazzjoni xjentifika huma previsti taħt il-parti Xjenza fis-Soċjetà tal-Programm “Kapaċitajiet”.
Attivitajiet
|
— |
Taħriġ inizjali tar-riċerkaturi sabiex jittejbu l-perspettivi ta' karriera tagħhom, kemm fis-settur pubbliku kif ukoll f'dak privat, fost oħrajn permezz tat-twessiegħ tal-ħiliet xjentifiċi u ġeneriċi tagħhom, inklużi dawk relatati mat-trasferiment tat-teknoloġija u l-intraprenditorija, u billi jiġu attratti aktar persuni żgħażagħ lejn karrieri xjentifiċi. Dan ser jiġi implimentat permezz ta' Networks Marie Curie bl-objettiv ewlieni li tingħeleb il-frammentazzjoni ta', u sabiex jissaħħu fil-livell Ewropew, it-taħriġ inizjali u l-iżvilupp tal-karrieri tar-riċerkaturi. Huwa previst appoġġ għall-aħjar riċerkaturi fi stadju bikri sabiex dawn jingħaqdu ma' timijiet ta' riċerka stabbiliti. Il-membri tan-networks transnazzjonali għandhom jisfruttaw il-kompetenzi kumplementari tagħhom permezz ta' programmi integrati ta' taħriġ. L-appoġġ ser jinkludi r-reklutaġġ ta' riċerkaturi fi stadju bikri, l-organizzazzjoni ta' avvenimenti ta' taħriġ li jkunu miftuħa wkoll għal riċerkaturi minn barra n-network u akkademiċi ta' esperjenza kbira u/jew persuni f'pożizzjonijiet ta' responsabbiltà fl-industrija għat-trasferiment ta' l-għerf u għas-superviżjoni. |
|
— |
Taħriġ tul il-ħajja u żvilupp tal-karrieri sabiex jingħata appoġġ għall-izvilupp tal-karriera ta' riċerkaturi ta' esperjenza. Bil-għan li jiġu kkomplementati jew miksuba ħiliet u kompetenzi ġodda jew sabiex tissaħħaħ l-inter/multi-dixxiplinarjetà u/jew il-mobbiltà inter-settorali, huwa maħsub li jingħata appoġġ lil riċerkaturi bi bżonnijiet partikolari għal kompetenzi u abbiltajiet addizzjonali/komplementari, lil riċerkaturi li jkunu jridu jerġgħu jaqbdu karriera fir-riċerka wara waqfien fl-attività tagħhom, u għall-integrazzjoni jew l-integrazzjoni mill-ġdid ta' riċerkaturi f'pożizzjonijiet fit-tul tar-riċerka fl-Ewropa, inkluż fil-pajjiż ta' oriġini tagħhom, wara li jkunu għamlu esperjenza ta' mobbiltà transnazzjonali jew internazzjonali. Din il-linja ta' azzjoni ser tiġi implimentata kemm permezz ta' fellowships individwali li jingħataw direttament fil-livell Komunitarju kif ukoll permezz tal-ko-finanzjament ta' programmi reġjonali, nazzjonali jew internazzjonali fejn dan jissodisfa l-kriterji ta' valur miżjud Ewropew, trasparenza u ftuħ. |
Inizjalment il-metodu ta' ko-finanzjament ser jiġi implimentat fuq skala kontrollata li tippermetti li tinkiseb l-esperjenza meħtieġa.
|
— |
Toroq u sħubiji bejn l-industrija u l-akkademja: Appoġġ għal programmi ta' koperazzjoni fit-tul bejn organizzazzjonijiet mill-akkademja u mill-industrija, b'mod partikolari l-SMEs u inkluż l-industriji tradizzjonali ta' manifattura, ser timmira li tistimola l-mobbiltà intersettorali u tiżdied il-kondiviżjoni ta' l-għerf permezz ta' sħubiji konġunti ta' riċerka, appoġġati mir-reklutaġġ fis-sħubija ta' riċerkaturi ta' esperjenza, mis-sekondar ta' persunal bejn iż-żewġ setturi, u mill-organizzazzjoni ta' avvenimenti. |
|
— |
Id-dimensjoni internazzjonali: sabiex titjieb il-kwalità tar-riċerka Ewropea billi jiġu attratti talenti fir-riċerka minn barra l-Ewropa, u titrawwem kollaborazzjoni fir-riċerka għall-benefiċċju reċiproku ma' riċerkaturi minn barra l-Ewropa. Dan ser jiġi indirizzat permezz ta' fellowships internazzjonali għal riċerka barra mill-Ewropa (b'fażi ta' ritorn obbligatorju inkluż); fellowships internazzjonali lejn l-Ewropa; sħubiji għall-appoġġ ta' l-iskambju ta' riċerkaturi. Ser jingħata appoġġ ukoll għal inizjattivi komuni bejn organizzazzjonijiet Ewropej u organizzazzjonijiet minn pajjiżi ġirien ta' l-UE u minn pajjiżi li magħhom il-Komunità għandha ftehim ta' Xjenza u Teknoloġija. L-attività ser tinkludi miżuri li jilqgħu kontra r-riskju ta' “esodu ta' l-imħuħ” mill-pajjiżi li qed jiżviluppaw u mill-ekonomiji emerġenti u miżuri sabiex jinħolqu networks bejn ir-riċerkaturi Ewropej li jaħdmu barra mill-Ewropa. Dawn l-azzjonijiet ser jiġu implimentati skond l-attivitajiet internazzjonali taħt il-Programmi “Koperazzjoni” u “Kapaċitajiet”. |
|
— |
Azzjonijiet speċifiċi sabiex jagħtu appoġġ għall-ħolqien ta' suq tax-xogħol Ewropew ġenwin għar-riċerkaturi, billi jitneħħew l-ostakli għall-mobbiltà u jittejbu l-perspettivi tal-karriera tar-riċerkaturi fl-Ewropa. Miżuri ta' inċentiv għal istituzzjonijiet pubbliċi li jippromwovu l-mobbiltà, il-kwalità u l-profil tar-riċerkaturi tagħhom jiġu wkoll appoġġati. Barra minn hekk, ser jingħataw għotjiet sabiex titjieb l-kuxjenza pubblika dwar l-azzjonijiet Marie Curie u l-objettivi tagħhom. |
IV. Kapaċitajiet
Din il-parti tas-Seba' Programm Kwadru ser issaħħaħ il-kapaċitajiet ta' riċerka u innovazzjoni fl-Ewropa kollha u tiżgura użu ottimali tagħhom. Dan il-għan ser jinkiseb permezz ta':
|
— |
It-titjib kemm jista' jkun ta' l-użu u l-iżvilupp ta' infrastrutturi ta' riċerka, |
|
— |
It-tisħiħ tal-kapaċitajiet innovattivi ta' l-SMEs u l-kapaċità tagħhom li jibbenefikaw mir-riċerka, |
|
— |
Appoġġ għall-iżvilupp ta' raggruppamenti reġjonali mmexxija mir-riċerka, |
|
— |
Il-ftuħ tal-potenzjal ta' riċerka fir-reġjuni ta' konverġenza u dawk l-aktar imbiegħda ta' l-UE, |
|
— |
It-tqarrib lejn xulxin tax-xjenza u s-soċjetà għall-integrazzjoni armonjuża tax-xjenza u t-teknoloġija fis-soċjetà Ewropea, |
|
— |
Appoġġ għall-iżvilupp koerenti ta' linji politiċi dwar ir-riċerka, |
|
— |
Azzjonijiet u miżuri orizzontali ta' appoġġ għall-koperazzjoni internazzjonali. |
INFRASTRUTTURI TA' RIĊERKA
Objettiv
Li jittejjeb kemm jista' jkun l-użu u l-iżvilupp ta' l-aħjar infrastrutturi ta' riċerka eżistenti fl-Ewropa, u tingħata għajnuna sabiex jinħolqu fl-oqsma kollha tax-xjenza u t-teknoloġija infrastrutturi ta' riċerka ġodda ta' interess pan-Ewropew meħtieġa mill-komunità xjentifika Ewropea sabiex tibqa' fuq quddiem nett tal-progress tar-riċerka, u tkun kapaċi tgħin lill-industrija sabiex issaħħaħ il-bażi ta' l-għerf u l-għerf teknoloġiku tagħha.
Motivazzjoni
L-infrastrutturi ta' riċerka għandhom rwol dejjem akbar fl-avvanz fl-għerf u t-teknoloġija u l-isfruttament tagħhom. L-importanza ta' tali infrastrutturi hija diġà stabbilita sew f'oqsma bħall-enerġija, l-ispazju u l-fiżika tal-partiċelli u qed tiżdied f'oqsma oħra. Per eżempju, s-sorsi ta' radjazzjoni, id-databanks fil-ġenomika u fix-xjenzi soċjali, l-osservatorji għax-xjenzi ambjentali u spazjali, is-sistemi ta' l-imaging jew clean rooms għall-istudju u l-iżvilupp ta' materjali ġodda jew tan-nano-elettronika, huma fil-qofol tar-riċerka. Dawn huma għaljin, jeħtieġu l-iżvilupp ta' firxa wiesgħa ta' kompetenzi, u għandhom jintużaw u jiġu sfruttati minn kommunità kbira ta' xjenzati u industriji klijenti fuq skala Ewropea.
L-iżvilupp ta' approċċ Ewropew fir-rigward ta' infrastrutturi tar-riċerka, inklużi infrastrutturi elettroniċi bbażati fuq l-informatika u l-komunikazzjoni u infrastrutturi virtwali, u t-twettiq ta' attivitajiet f'dan il-qasam fil-livell ta' l-Unjoni, jistgħu jagħtu kontribut sinifikattiv sabiex tingħata spinta lill-potenzjal tar-riċerka Ewropea u l-isfruttament tiegħu u jikkontribwixxu għall-iżvilupp taż-Żona ta' Riċerka Ewropea.
Filwaqt li r-rwol ta' l-Istati Membri ser jibqa' ċentrali fl-iżvilupp u l-finanzjament ta' infrastrutturi, il-Komunità tista' u għandu jkollha rwol ta' katalizzatur u ta' lieva billi tgħin tiżgura aċċess usa' u aktar effiċjenti għal, u l-użu ta', l-infrastrutturi eżistenti fl-Istati Membri differenti, billi tistimula l-iżvilupp ta' dawn l-infrastrutturi, u n-networking tagħhom, b'mod koordinat, u billi tiġi promossa l-emerġenza ta' infrastrutturi tar-riċerka ġodda ta' interess pan-Ewropew għall-perjodu medju għal dak fit-tul. F'dan ir-rigward, il-Forum Strateġiku Ewropew dwar l-Infrastrutturi ta' Riċerka (ESFRI) għandu rwol ċentrali fl-identifikazzjoni tal-ħtiġijiet u ta' roadmap ta' infrastrutturi ta' riċerka Ewropej.
Attivitajiet
L-attivitajiet imwettqa taħt din l-intestatura ser jiġu esegwiti fil-qasam kollu tax-xjenza u tat-teknoloġija. Huma ser jiġu implimentati f'koperazzjoni mill-qrib ma' l-attivitajiet li jseħħu fl-oqsma tematiċi sabiex jiġi żgurat li l-azzjonijiet kollha mwettqa fil-livell Ewropew fil-qafas Komunitarju jwieġbu għall-ħtiġijiet għall-infrastruttura ta' riċerka fl-oqsma in kwistjoni, inkluża l-koperazzjoni internazzjonali.
L-attivitajiet ser ikunu dawn li ġejjin:
|
— |
Appoġġ għal infrastrutturi ta' riċerka eżistenti
|
|
— |
Appoġġ għal infrastrutturi ta' riċerka ġodda
|
Il-proġetti ta' infrastrutturi proposti għall-finanzjament f'dan ir-rigward ser jiġu identifikati abbażi ta' sensiela ta' kriterji inklużi b'mod partikolari:
|
— |
Inkapaċità ta' mekkaniżmi eżistenti li jiksbu l-objettiv. |
|
— |
Valur miżjud ta' appoġġ finanzjarju Komunitarju. |
|
— |
Kapaċità li jiġi offrut servizz bi tweġiba għall-ħtiġijiet ta' l-utenti mill-komunità xjentifika (akkademika u industrijali) fl-Ewropa kollha, inkluż il-valur miżjud għaż-Żona ta' Riċerka Ewropea. |
|
— |
Eċċellenza xjentifika. |
|
— |
Relevanza fil-livell internazzjonali. |
|
— |
Kontribut għal kapaċità ta' żvilupp teknoloġiku. |
|
— |
Kontribut għall-iżvilupp ta' “raggruppamenti ta' eċċellenza bbażati fuq ir-riċerka”. |
|
— |
Fattibbiltà teknoloġika u organizzattiva. |
|
— |
Possibbiltajiet għal sħubija Ewropea u impenn finanzjarju b'saħħtu u impenn ieħor ta' l-Istati Membri u tal-partijiet interessati ewlenin oħra, kif ukoll l-użu possibbli ta' self mill-BEI u tal-Fondi Strutturali. |
|
— |
L-istima ta' l-ispejjeż ta' kostruzzjoni u dawk operattivi. |
Safejn hija kkonċernata l-kostruzzjoni ta' infrastrutturi ġodda, għandu jittieħed kont tal-potenzjal għal eċċellenza xjentifika tar-reġjuni ta' konverġenza kif ukoll r-reġjuni l-aktar imbiegħda kull meta jkun il-każ. Ser tiġi żgurata il-koordinazzjoni effiċjenti ta' l-istrumenti finanzjarji Komunitarji, b'mod partikolari s-Seba' Programm Kwadru u l-fondi strutturali.
RIĊERKA GĦALL-BENEFIĊĊJU TA' L-SMEs
Objettivi
It-tisħiħ tal-kapaċità ta' innovazzjoni tal-SMEs Ewropej u l-kontribut tagħhom għall-iżvilupp ta' prodotti u swieq ġodda bbażati fuq it-teknoloġija ġdida billi tingħatalhom għajnuna sabiex jesternalizzaw ir-riċerka, iżidu l-isforzi ta' riċerka tagħhom, jestendu n-networks tagħhom, jisfruttaw aħjar ir-riżultati tar-riċerka u jiksbu l-għerf teknoloġiku, b'hekk jitnaqqas id-distakk bejn ir-riċerka u l-innovazzjoni.
Motivazzjoni
L-SMEs jinsabu fil-qofol ta' l-industrija Ewropea. Għandhom ikunu element ċentrali fis-sistema ta' l-innovazzjoni u fil-katina tat-trasformazzjoni ta' l-għerf fi prodotti, proċessi u servizzi ġodda. Quddiem kompetizzjoni li qed tikber, sew fis-suq intern kif ukoll globalment, l-SMEs Ewropej jeħtiġilhom iżidu l-għerf kif ukoll l-intensità tar-riċerka tagħhom, itejbu l-isfruttament tar-riċerka, jespandu l-attivitajiet kummerċjali tagħhom fi swieq akbar u jġibu n-networks ta' l-għerf tagħhom fuq skala internazzjonali. Il-parti l-kbira ta' l-azzjonijiet ta' l-Istati Membri relevanti għall-SMEs ma jinkoraġġux u ma jappoġġawx il-koperazzjoni trasnazzjonali fir-riċerka u t-trasferiment tat-teknoloġija. Jeħtieġ li jittieħdu azzjonijiet fil-livell ta' l-UE sabiex jikkomplementaw u jtejbu l-impatt ta' azzjonijiet meħuda fil-livelli nazzjonali u reġjonali. Minbarra l-azzjonijiet elenkati hawn taħt, il-parteċipazzjoni ta' l-SMEs ser tiġi inkoraġġita u ffaċilitata, u ser jittieħed kont tal-ħtiġijiet tagħhom tul is-Seba' Programm Kwadru.
Attivitajiet
Azzjonijiet speċifiċi f'appoġġ għall-SMEs huma maħsuba sabiex jappoġġaw lill-SMEs jew lil assoċjazzjonijiet ta' SMEs li jkunu jeħtieġu jesternalizzaw ir-riċerka: prinċipalment SMEs b'teknoloġija baxxa jew medja bi ftit jew ebda kapaċità ta' riċerka. L-SMEs b'intensità għolja ta' riċerka jistgħu jipparteċipaw bħala fornituri ta' servizzi ta' riċerka jew jesternalizzaw ir-riċerka sabiex jikkomplementaw il-kapaċità ta' riċerka fundamentali tagħhom. Ser jitwettqu azzjonijiet fil-qasam kollu tax-xjenza u tat-teknoloġija b'approċċ minn isfel 'il fuq. L-azzjonijiet ser jinkludu appoġġ ta' dimostrazzjoni u attivitajiet oħra sabiex jiffaċilitaw l-isfruttament ta' riżultati ta' riċerka, bl-iżgurar tal-komplementarità mal-Programm Kwadru dwar il-Kompetittività u l-Innovazzjoni. Il-mezzi finanzjarji ser jiġu allokati permezz ta' żewġ skemi:
|
— |
Riċerka għall-SMEs: sabiex jingħata appoġġ lil gruppi żgħar ta' SMEs innovattivi sabiex isolvu problemi teknoloġiċi komuni jew komplementari. |
|
— |
Riċerka għal assoċjazzjonijiet ta' SMEs: sabiex jingħata appoġġ lil assoċjazzjonijiet ta' SMEs u raggruppamenti ta' SMEs sabiex jiżviluppaw soluzzjonijiet tekniċi għal problemi komuni għal għadd kbir ta' SMEs f'setturi industrijali speċifiċi jew f'ħoloq speċifiċi tal-katina ta' valur. |
Il-fokus ċar se jkun li jingħata appoġġ għal proġetti ta' riċerka. Barra minn hekk, ser jingħata appoġġ għal skemi nazzjonali li jipprovdu mezzi finanzjarji lill-SMEs jew lill-assoċjazzjonijiet ta' SMEs sabiex iħejju proposti għal azzjonijiet taħt “Riċerka għall-benefiċċju ta' l-SMEs”. Matul l-implimentazzjoni tas-Seba' Programm Kwadru, il-komplementarità u s-sinerġija ser ikunu żgurati bl-azzjonijiet tal-Programm Kwadru dwar il-Kompetittività u l-Innovazzjoni.
Il-Programm Kwadru dwar il-Kompetittività u l-Innovazzjoni ser iħeġġeġ u jiffaċilita l-parteċipazzjoni ta' l-SMEs fis-Seba' Programm Kwadru permezz tas-servizzi orizzontali tiegħu f'appoġġ għan-negozji u l-innovazzjoni. Il-komplementarità u s-sinerġija ma' programmi Komunitarji oħra ser jiġu żgurati.
REĠJUNI TA' L-GĦERF
Objettivi
Li jissaħħaħ il-potenzjal ta' riċerka tar-reġjuni Ewropej, b'mod partikolari billi jitħeġġeġ u jiġi appoġġat l-iżvilupp, madwar l-Ewropa, ta' “raggruppamenti mmexxija mir-riċerka” reġjonali li jassoċjaw flimkien universitajiet, ċentri ta' riċerka, intrapriżi u awtoritajiet reġjonali.
Motivazzjoni
Ir-reġjuni kull ma jmur dejjem iżjed qed jitqiesu bħala atturi importanti fix-xenarju tar-riċerka u l-iżvilupp ta' l-UE. Il-politika tar-riċerka u l-attivitajiet fil-livell reġjonali ta' spiss iserrħu fuq l-iżvilupp ta' “raggruppamenti” li jassoċjaw flimkien atturi pubbliċi u privati. L-azzjoni pilota dwar “Reġjuni ta' Għerf” uriet id-dinamika ta' din l-evoluzzjoni u l-ħtieġa ta' appoġġ u inkoraġġament għall-iżvilupp ta' dawn l-istrutturi.
L-azzjonijiet meħuda f'dan il-qasam ser jippermettu lir-reġjuni Ewropej sabiex isaħħu l-kapaċità tagħhom għall-investiment fl-RTD u sabiex iwettqu attivitajiet ta' riċerka, filwaqt li jkabbru kemm jistgħu il-potenzjal ta' l-operaturi tagħhom għal parteċipazzjoni b'suċċess fi proġetti Ewropej ta' riċerka u jiffaċilitaw l-emerġenza ta' raggruppamenti, b'hekk jippromwovu l-iżvilupp reġjonali fl-Ewropa. Xi azzjonijiet ser jiffaċilitaw il-ħolqien ta' raggruppamenti reġjonali li jikkontribwixxu għall-iżvilupp taż-Żona ta' Riċerka Ewropea.
Attivitajiet
L-inizjattiva ġdida “Reġjuni ta' Għerf” ser tinvolvi u ġġib flimkien atturi reġjonali involuti fir-riċerka bħal universitajiet, ċentri ta' riċerka, l-industrija, awtoritajiet pubbliċi (kunsilli reġjonali jew aġenziji ta' żvilupp reġjonali). Il-proġetti ser ikopru l-analiżi konġunta ta' l-aġendi ta' riċerka ta' raggruppamenti reġjonali (f'koordinazzjoni ma' attivitajiet oħra dwar il-kwistjoni usa' ta' raggruppamenti reġjonali ta' innovazzjoni) u l-elaborazzjoni ta' sensiela ta' strumenti sabiex jindirizzawhom f'attivitajiet ta' riċerka speċifiċi, inkluż permezz ta' “konsulenza” ta' reġjuni bi profili ta' riċerka anqas żviluppati minn reġjuni ferm żviluppati u appoġġ lil Reġjuni ta' Għerf emerġenti.
Dan ser jinkludi miżuri mmirati lejn it-titjib ta' networking ta' riċerka u l-aċċess għal sorsi ta' finanzjament għar-riċerka kif ukoll integrazzjoni u konnessjoni aħjar ta' atturi fir-riċerka u istituzzjonijiet f'ekonomiji reġjonali. Dawn l-attivitajiet ser jiġu implimentati f'relazzjoni mill-qrib mal-politika reġjonali Komunitarja (il-fondi strutturali), u l-Programm Kwadru ta' Kompetittività u Innovazzjoni u l-Programmi ta' Edukazzjoni u Taħriġ.
Fil-kuntest ta' l-attività speċifika “Reġjuni ta' Għerf” ser jitfittxu sinerġiji mal-politika reġjonali Komunitarja kif ukoll mal-programmi nazzjonali u reġjonali relevanti, b'mod partikolari fir-rigward tar-reġjuni ta' konverġenza u r-reġjuni l-aktar imbiegħda.
POTENZJAL GĦAR-RIĊERKA
Objettiv
Li tiġi stimulata r-realizzazzjoni tal-potenzjal sħiħ ta' riċerka ta' l-Unjoni wara t-tkabbir permezz tal-ftuħ u l-iżvilupp ta' l-eċċellenza eżistenti u emerġenti fir-reġjuni ta' konverġenza u dawk l-aktar imbiegħda ta' l-UE (16), u li jiġi megħjun it-tisħiħ tal-kapaċitajiet tar-riċerkaturi tagħhom sabiex jipparteċipaw b'suċċess fl-attivitajiet ta' riċerka fil-livell Komunitarju.
Motivazzjoni
L-Ewropa ma tisfruttax bis-sħiħ il-potenzjal ta' riċerka tagħha, b'mod partikolari f'reġjuni anqas avvanzati mbiegħda mill-qalba Ewropea tar-riċerka u l-iżvilupp industrijali. Sabiex tingħata għajnuna lir-riċerkaturi u l-istituzzjonijiet, kemm jekk fis-settur pubbliku jew privat, ta' dawn ir-reġjuni sabiex jikkontribwixxu għall-isforz globali Ewropew fir-riċerka, filwaqt li jieħdu vantaġġ mill-għerf u l-esperjenza eżistenti f'reġjuni oħra ta' l-Ewropa, din l-azzjoni timmira li tistabbilixxi l-kondizzjonijiet li jippermettulhom jisfruttaw il-potenzjal tagħhom, u ser tgħin sabiex tiġi realizzata bis-sħiħ iż-Żona ta' Riċerka Ewropea fl-Unjoni wara t-tkabbir. L-azzjonijiet ser jibnu fuq miżuri ta' l-imgħoddi u dawk eżistenti bħaċ-Ċentri Ewropej ta' Eċċellenza taħt il-Ħames Programm Kwadru f'dawk li kienu l-pajjiżi aderenti u kandidati fil-Ħames Programm Kwadru u l-Fellowships ta' Ospitalità Marie Curie għat-Traferiment ta' l-għerf.
Attivitajiet
L-azzjonijiet f'dan il-qasam ser jinkludu appoġġ għal:
|
— |
Sekondamenti transnazzjonali miż-żewġ naħat ta' persunal ta' riċerka bejn organizzazzjonijiet magħżula fir-reġjuni ta' konverġenza, u organizzazzjoni sieħba waħda jew aktar; appoġġ għal ċentri magħżula ta' eċċellenza eżistenti jew emerġenti għar-reklutaġġ ta' riċerkaturi ta' esperjenza li jkunu ġejjin minn pajjiżi oħra. |
|
— |
L-akkwist u l-iżvilupp ta' tagħmir tar-riċerka u l-iżvilupp ta' ambjent materjali li jippermetti l-isfruttament sħiħ tal-potenzjal intellettwali preżenti fiċ-ċentri magħżula ta' eċċellenza eżistenti jew emerġenti fir-reġjuni ta' konverġenza. |
|
— |
L-organizzazzjoni ta' workshops u konferenzi sabiex jiffaċilitaw it-trasferiment ta' l-għerf; attivitajiet ta' promozzjoni kif ukoll inizjattivi li jimmiraw lejn id-disseminazzjoni u t-trasferiment ta' riżultati ta' riċerka f'pajjiżi oħra u lejnhom u fuq is-swieq internazzjonali. |
|
— |
“Faċilitajiet ta' valutazzjoni” li permezz tagħhom kwalunkwe ċentru ta' riċerka fir-reġjuni ta' konverġenza jista' jibbenefika minn valutazzjoni esperta indipendenti tal-livell tal-kwalità globali tar-riċerka u ta' l-infrastrutturi tiegħu. |
Ser jiġu mfittxija sinerġiji b'saħħithom mal-politika reġjonali Komunitarja. L-azzjonijiet li jirċievu l-appoġġ taħt din l-intestatura ser jidentifikaw il-ħtiġijiet u l-opportunitajiet għat-tisħiħ tal-kapaċitajiet ta' riċerka taċ-ċentri ta' eċċellenza emerġenti u eżistenti fir-reġjuni ta' koverġenza, li jistgħu jiġu indirizzati permezz tal-fondi strutturali u ta' koeżjoni.
Ser jiġu mfittxija wkoll sinerġiji mal-Programm Kwadru ta' Kompetittività u Innovazzjoni sabiex tiġi promossa l-kummerċjalizzazzjoni reġjonali ta' l-R&D f'kolloborazzjoni ma' l-industrija.
IX-XJENZA FIS-SOĊJETÀ
Objettiv
Sabiex tiġi stimulata, bil-ħsieb li tinbena soċjetà bbażata fuq l-għerf Ewropea li tkun miftuħa, effettiva u demokratika, l-integrazzjoni armonjuża ta' sforz xjentifiku u teknoloġiku, u ta' politika ta' riċerka assoċjata fit-tessut soċjali Ewropew, billi fuq skala Ewropea jiġu mħeġġa r-riflessjoni u d-dibattitu dwar ix-xjenza u t-teknoloġija, u r-relazzjoni tagħhom ma' l-ispektrum sħiħ tas-soċjetà u l-kultura.
Motivazzjoni
L-influwenza tax-xjenza u tat-teknoloġija fuq il-ħajja tagħna ta' kuljum qed issir dejjem iktar profonda. Madankollu, prodotti ta' l-attività soċjali u ffurmati minn fatturi soċjali u kulturali, ix-xjenza u t-teknoloġija jibqgħu dominju remot, bogħod mit-tħassib ta' kuljum tal-biċċa l-kbira tal-pubbliku u ta' dawk li jieħdu d-deċiżjonijiet dwar il-linji politiċi, u jkomplu jkunu s-suġġett ta' nuqqas ta' fehim. Kwistjonijiet kontroversjali rigward teknoloġiji emerġenti għandhom jiġu indirizzati mis-soċjetà abbażi ta' dibattitu infurmat li jwassal għal għażliet u deċiżjonijiet sodi.
Attivitajiet
L-inizjattiva sostanzjali u integrata meħuda f'dan il-qasam ser tinkludi appoġġ għal:
|
— |
It-tisħiħ u t-titjib tas-sistema Ewropea tax-xjenza, u l-indirizzar tal-kwistjonijiet li ġejjin: it-titjib ta' l-użu u l-monitoraġġ ta' l-impatt tal-parir u l-kompetenzi xjentifiċi għal tfassil ta' deċiżjonijiet (inkluż l-immaniġġar tar-riskji); il-futur tal-pubblikazzjonijiet xjentifiċi; miżuri sabiex il-pubblikazzjonijiet xjentifiċi jsiru aktar aċċessibbli għal membri tal-pubbliku li jixtiequ jikkonsultawhom; salvagwardji għal oqsma xjentifiċi miftuħa għal użu mhux xieraq; u kwistjonijiet ta' frodi, fiduċja u “regolamentazzjoni proprja”. |
|
— |
Involviment usa' bejn ir-riċerkaturi u l-pubbliku ġenerali, inkluża s-soċjetà ċivili organizzata, b'mistoqsijiet relatati max-xjenza, sabiex jiġu antiċipati u ċċarati kwistjonijiet politiċi u tas-soċjetà, inklużi dawk etiċi. |
|
— |
Ir-riflessjoni u d-dibattitu dwar ix-xjenza u t-teknoloġija u posthom fis-soċjetà, abbażi ta' dixxiplini bħall-istorja, is-soċjoloġija u l-filosofija tax-xjenza u t-teknoloġija. |
|
— |
Riċerka dwar is-sessi, inkluża l-integrazzjoni tad-dimensjoni dwar is-sessi fl-oqsma kolla tar-riċerka u l-promozzjoni tar-rwol tan-nisa fir-riċerka u fil-korpi ta' tfassil ta' deċiżjonijiet xjentifiċi. |
|
— |
Il-ħolqien ta' ambjent miftuħ li jqajjem il-kurżità dwar ix-xjenza fost iż-żgħażagħ, permezz tat-tisħiħ ta' l-edukazzjoni tax-xjenzi fil-livelli kollha, inklużi fl-iskejjel, u permezz tal-promozzjoni ta' l-interess u l-parteċipazzjoni sħiħa fix-xjenza fost iż-żgħażagħ minn kull sfond tal-ħajja. |
|
— |
It-tisħiħ tar-rwol tar-riċerka bbażata f'universitajiet u istituti ta' l-edukazzjoni ogħla oħra u l-impenn ta' dawn l-universitajiet u istituti fl-isfidi ta' globalizzazzjoni. |
|
— |
Inter-komunikazzjoni mtejba u fehim reċiproku bejn id-dinja xjentifika u l-udjenza usa' ta' dawk li jfasslu l-politika, il-medja u l-pubbliku ġenerali, permezz ta' għajnuna lix-xjenzjati sabiex jikkomunikaw aħjar u jippreżentaw il-ħidma tagħhom u permezz ta' appoġġ għall-informazzjoni xjentifika, pubblikazzjonijiet u medja. |
Dawn l-attivitajiet se jieħdu l-forma, b'mod partikolari, ta' proġetti ta' riċerka, studji, networking u skambji, okkażjonjiet u inizjattivi pubbliċi, premjijiet, stħarriġ u ġbir tad-data. F'ħafna każijiet, ser ikunu jinkludu sħubiji internazzjonali ma' organizzazzjonijiet minn pajjiżi terzi.
APPOĠĠ GĦALL-IŻVILUPP KOERENTI TA' LINJI POLITIĊI TAR-RIĊERKA
Objettivi
It-titjib ta' l-effikaċja u l-koerenza ta' linji politiċi tar-riċerka Komunitarji u nazzjonali u l-artikolazzjoni tagħhom ma' linji politiċi oħra, it-titjib ta' l-impatt tar-riċerka pubblika u r-rabtiet tagħha ma' l-industrija, u t-tisħiħ ta' l-appoġġ pubbliku u l-influwenza pożittiva fuq l-investiment minn atturi privati.
Motivazzjoni
Iż-żieda ta' l-investiment fir-riċerka u l-iżvilupp sa l-objettiv ta' 3 % u t-titjib ta' l-effikaċja tiegħu hija prijorità minn ta' fuq nett ta' l-istrateġija ta' Lisbona għat-tkabbir u l-impjiegi. Għalhekk, l-iżvilupp ta' linji politiċi effettivi sabiex jiġu influwenzati b'mod pożittiv investimenti f'riċerka pubbliċi u privati hu tħassib prinċipali ta' l-awtoritajiet pubbliċi fid-dawl tal-bżonn ta' l-aċċellerazzjoni tat-transizzjoni lejn ekonomija kompetittiva bbażata fuq l-għerf. Dan jitlob għal adattabbiltà ta' linji politiċi tar-riċerka, il-mobilizzazzjoni ta' firxa usa' ta' strumenti, il-koordinazzjoni ta' sforzi minn konfini nazzjonali għall-ieħor u l-mobilizzazzjoni ta' linji politiċi oħra sabiex jinħolqu kondizzjonijiet-kwadru aħjar għar-riċerka.
Attivitajiet
L-attivitajiet imwettqa taħt din l-intestatura ser jikkomplementaw l-attivitajiet ta' koordinazzjoni taħt il-programm “Koperazzjoni” u ser jimmiraw lejn it-titjib tal-koerenza u l-impatt ta' linji politiċi u inizjattivi reġjonali, nazzjonali u Komunitarji (p.eż il-finanzjament ta' programmi, il-leġislazzjoni, ir-rakkomandazzjonijiet u l-linji gwida). L-attivitajiet ser ikunu dawn li ġejjin:
|
— |
Il-monitoraġġ u l-analiżi ta' linji politiċi pubbliċi relatati mar-riċerka u strateġiji industrijali, inkluż l-impatt tagħhom u l-iżvilupp ta' indikaturi sabiex jiġu provduti informazzjoni u evidenza b'appoġġ għat-tfassil, l-implimentazzjoni, l-evalwazzjoni u l-koordinazzjoni transnazzjonali ta' linji politiċi. |
|
— |
It-tisħiħ, fuq bażi volontarja, tal-koordinazzjoni ta' linji politiċi tar-riċerka permezz ta' azzjonijiet għall-appoġġ ta' l-implimentazzjoni tal-metodu miftuħ ta' koordinazzjoni (OMC) u inizjattivi ta' koperazzjoni transnazzjonali minn isfel 'il fuq imwettqa fuq il-livell nazzjonali jew reġjonali dwar kwistjonijiet ta' interess komuni. |
ATTIVITAJIET TA' KOPERAZZJONI INTERNAZZJONALI
Il-Komunità Ewropea teħtieġ politika internazzjonali dwar ix-xjenza u t-teknoloġija koerenti u b'saħħitha, sabiex issir kompetittiva u sabiex ikollha rwol prinċipali fuq il-livell dinji. L-azzjonijiet internazzjonali mwettqa taħt il-programmi differenti tas-Seba' Programm Kwadru ser ikunu implimentati fil-kuntest ta' strateġija ta' koperazzjoni internazzjonali globali.
Din il-politika internazzjonali għandha tlitt objettivi interdipendenti:
|
— |
Li tagħti appoġġ għall-kompetittività Ewropea permezz ta' sħubija strateġika ma' pajjiżi terzi f'oqsma magħżula tax-xjenza u bl-ingaġġ ta' l-aqwa xjenzjati minn pajjiżi terzi sabiex jaħdmu fl-Ewropa u magħha; |
|
— |
Li tiffaċilita l-kuntatti ma' l-imsieħba f'pajjiżi terzi bil-għan li tipprovdi aċċess aħjar għar-riċerka mwettqa xi mkien ieħor fid-dinja; |
|
— |
Li tindirizza problemi speċifiċi li għandhom quddiemhom il-pajjiżi terzi, jew dawk ta' natura globali, abbażi ta' l-interess reċiproku u l-benefiċċju reċiproku. |
Il-koperazzjoni mal-pajjiżi terzi fis-Seba' Programm Kwadru ser tkun immirata, b'mod partikolari, lejn il-gruppi ta' pajjiżi li ġejjin:
|
— |
Il-pajjiżi kandidati; |
|
— |
Pajjiżi ġirien ta' l-UE, il-pajjiżi sħab tal-Mediterran, il-pajjiżi tal-Balkani tal-Punent (WBC) (17) u l-pajjiżi ta' l-Ewropa tal-Lvant u ta' l-Asja Ċentrali (EECA) (18); |
|
— |
Il-pajjiżi li qed jiżviluppaw, b'attenzjoni fuq il-ħtiġijiet partikolari ta' kull pajjiż jew reġjun ikkonċernat; (19) |
|
— |
L-ekonomiji emerġenti. |
L-azzjonijiet ta' koperazzjoni internazzjonali orjentati skond it-temi jitwettqu taħt il-programm “Koperazzjoni”. L-azzjonijiet internazzjonali fil-qasam tal-potenzjal uman isiru taħt il-programm “Nies”.
Taħt il-programm “Kapaċitajiet” ser jiġu implimentati azzjonijiet ta' appoġġ orizzontali u miżuri li jiffokaw fuq oqsma minbarra dawk marbuta ma' tema speċifika jew ma' qasam interdixxiplinari koperti fil-programm “Koperazzjoni”, u jistgħu jiġu supplimentati, f'numru limitat ta' każijiet, minn azzjonijiet ta' koperazzjoni speċifika ta' interess reċiproku. Se jsiru sforzi sabiex tittejjeb il-koerenza ta' l-attivitajiet nazzjonali permezz ta' l-appoġġ ta' l-koordinament bejn il-programmi nazzjonali dwar il-koperazzjoni xjentifika internazzjonali. B'kont meħud ta' l-esperjenza miksuba permezz ta' INTAS u filwaqt li jibnu fuq il-ħidma tagħha fil-qafas tal-koperazzjoni mal-pajjiżi ta' l-Ewropa tal-Lvant u ta' l-Asja Ċentrali, attivitajiet li jipprovdu kontinwità ser jitwettqu permezz ta' dan il-programm u l-programmi speċifiċi “Koperazzjoni” u “Nies”.
Ser tiġi żgurata l-koordinazzjoni globali ta' l-azzjonijiet ta' koperazzjoni internazzjonali taħt il-programmi differenti tas-Seba' Programm Kwadru, kif ukoll ma' strumenti Komunitarji oħra.
AZZJONIJIET MHUX NUKLEARI TAĊ-ĊENTRU KONĠUNT TA' RIĊERKA (ĊKR)
Objettiv
Li jiġi provdut appoġġ xjentifiku u tekniku mmexxi mill-klijent għall-proċess ta' tfassil tal-politika Komunitarja, bl-iżgurar ta' l-appoġġ għall-implimentazzjoni u l-monitoraġġ ta' linji politiċi eżistenti u li jwieġeb għal bżonnijiet ġodda ta' politika.
Motivazzjoni
L-indipendenza taċ-CKR mill-interessi speċjali, sew privati u sew nazzjonali, flimkien mal-kompetenzi tekniċi tiegħu, jippermettulu jiffaċilita l-komunikazzjoni u t-tkabbir tal-kunsens bejn il-partijiet interessati (assoċjazzjonijiet industrijali, gruppi ta' azzjoni ambjentali, awtoritajiet kompetenti ta' l-Istati Membri, ċentri ta' riċerka oħra, eċċ.) u dawk li jfasslu l-politika, speċjalment fuq il-livell Komunitarju. Permezz ta' l-appoġġ xjentifiku u teknoloġiku ċ-ĊKR jgħin sabiex il-proċess politiku Komunitarju jsir aktar effettiv, trasparenti u bbażat fuq ix-xjenza soda. Fejn u meta xieraq, ir-riċerka magħmula miċ-ĊKR għandha tkun koordinata mar-riċerka mwettqa taħt it-“Temi” tal-Programm Speċifiku “Koperazzjoni”, sabiex jiġu evitati sovrapożizzjoni u duplikazzjoni.
L-utilità u l-kredibbiltà ta' l-appoġġ taċ-ĊKR għal-linji politiċi Komunitarji huma marbuta mill-qrib mal-kwalità tal-kompetenzi xjentifiċi tiegħu u ma' l-integrazzjoni tiegħu fil-komunità xjentifika internazzjonali. Iċ-ĊKR għaldaqstant ser ikompli jinvesti fir-riċerka u fin-networking ma' ċentri oħra ta' eċċellenza fl-oqsma relevanti. Ser jipparteċipa f'azzjonijiet indiretti fl-oqsma kollha b'enfasi fuq sistemi komuni ta' referenza xjentifika, networking, it-taħriġ u l-mobbiltà, l-infrastrutturi tar-riċerka u l-parteċipazzjoni fil-Pjattaformi tat-Teknoloġija u l-istrumenti ta' ko-ordinazzjoni fejn għandu l-kompetenzi relevanti sabiex jipproduċi l-valur miżjud.
Iċ-ĊKR ser ikompli jippromwovi b'mod attiv l-integrazzjoni ta' l-Istati Membri l-Ġodda u l-Pajjiżi Kandidati fl-attivitajiet tiegħu, sa ma jilħqu l-istess livell ta' involviment attwali ta' l-UE15.
Attivitajiet
Il-prijoritajiet taċ-ĊKR ser ikunu f'oqsma li huma ta' importanza strateġika għall-Unjoni u fejn il-kontribut taċ-ĊKR jipprovdi valur miżjud għoli. L-appoġġ xjentifiku u tekniku għal-linji politiċi Komunitarji ser ikomplu jingħataw f'oqsma ċentrali bħall-iżvilupp sostenibbli, il-bidla fil-klima, l-ikel, l-enerġija, it-trasport, il-kimiċi, metodi alternattivi ta' ttestjar fuq l-annimali, il-politika tar-riċerka, it-teknoloġiji ta' l-informatika, metodi u materjal ta' referenza, il-bijoteknoloġija, ir-riskji, il-perikli u l-impatti soċjo-ekonomiċi. It-tkabbir ser ikun fl-oqsma ta' interess ewlieni għall-Komunità:
|
— |
Il-prosperità f'soċjetà li sserraħ fuq l-għerf
|
|
— |
Is-solidarjetà u l-immaniġġar responsabbli tar-riżorsi
|
|
— |
Libertà, sigurtà u ġustizzja
|
|
— |
L-Ewropa bħala sieħba dinjija
|
(1) Fis-Seba' Programm Kwadruta' Qafas kollu, “SMEs” għandhom jinftiehmu li jinkludu mikro-intrapriżi
(2) B'mod partikolari ma' l-attivitajiet imwettqa mill-istruttuta intergovernattiva EUREKA. Barra minn hekk, l-esperjenza miksuba minn raggruppamenti EUREKA jistgħu jkunu relevanti għal Inizjattivi Teknoloġiċi Konġunti f'oqsma relatati
(3) Dan se jinkludi l-appoġġ finanzjarju għall-attivitajiet ta' amministrazzjoni u koordinazzjoni tal-COST.
(4) It-terminu “bijo-ekonomija” jinkludi l-industriji u s-setturi ekonomiċi kollha li jipproduċu, jimmaniġġaw u jisfruttaw b'xi mod ieħor ir-riżorsi bijoloġiċi u s-servizzi relatati, l-industriji tal-provvista jew tal-konsumatur relatati, bħall-agrikoltura, l-industrija alimentari, is-sajd, il-foresterija, eċċ.
(5) “Ix-xjenzi tal-ħajja u l-bijoteknoloġija — Strateġija għall-Ewropa” — COM(2002) 0027.
(6) Ir-riċerka komplementari rigward l-immaniġġar sostenibbli u l-konservazzjoni tar-riżorsi naturali hija ttrattata taħt it-tema “L-Ambjent (inkluża l-Bidla fil-Klima)”.
(7) COM (2000) 0769.
(8) COM (2005) 0265.
(9) COM (2006) 0105.
(10) Ir-riċerka komplementari relatata mal-produzzjoni u l-użu ta' riżorsi bijoloġiċi hija indirizzata taħt it-tema “Ikel, Agrikoltura u Bijoteknoloġija”.
(11) L-aġendi ta' riċerka tal-Pjattaformi Teknoloġiċi Ewropej fit-Teknoloġija relevanti ser jitqiesu fl-attivitajiet differenti.
(12) COM (2001) 0370.
(13) L-industrija Ewropea ta' l-aeronawtika tinvesti 14 % tal-fatturat tagħha fir-riċerka, l-industrija Ewropea tal-karrozzi kważi 5 % tal-fatturat tagħha; u l-vantaġġ kompetittiv ta' l-industrija ta' l-UE tal-bini tal-vapuri jistrieħ għal kollox fuq l-RTD.
(14) ACARE: Kunsill Konsultattiv għar-Riċerka Aeronawtika fl-Ewropa. Imniedi fl-2001, u huwa l-ewwel eżempju operattiv ta' Pjattaforma Teknoloġika; ERRAC: Kunsill Konsultattiv għar-Riċerka Ewropea fil-Ferroviji; ERTRAC: Kunsill Konsultattiv għar-Riċerka Ewropea fit-Trasport bit-Toroq; Pjattaforma Teknoloġika WATERBORNE.
(15) L-ESFRI tnieda f'April 2002. ESFRI jġib flimkien rappreżentanti mill-25 Stat Membru ta' l-UE, maħtura mill-Ministri inkarigati mir-Riċerka, u rappreżentant mill-Kummissjoni Ewropea. Il-pajjiżi assoċjati mal-Programmi Kwadru għar-Riċerka ġew mistiedna jissieħbu fl-2004.
(16) Ir-reġjuni ta' konverġenza huma dawk imsemmija fl-Artikolu 5 tal-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1083/2006 tal-11 ta' Lulju 2006 li jistabbilixxi d-dispożizzjonijiet ġenerali dwar il-Fond Ewropew għall-Iżvilupp Reġjonali, il-Fond Soċjali Ewropew u l-Fond ta' Koeżjoni (ĠU L 210, 31.7.2006, p. 25-78.). Dan jinkludi r-reġjuni ta' l-objettiv ta' “konverġenza”, ir-reġjuni eliġibbli għall-finanzjament mill-fond ta' Koeżjoni, u r-reġjuni l-aktar imbiegħda.
(17) Minbarra pajjiżi kandidati assoċjati.
(18) Qabel kienu msejħa l-Istati Indipendenti Ġodda: L-Armenja, l-Azerbajġan, il-Belarus, il-Ġeorġja, il-Kazakstan, ir-Repubblika tal-Kirgistan, il-Moldova, ir-Russja, it-Taġikistan, it-Turkmenistan, l-Ukraina u l-Uzbekistan.
(19) Filwaqt li jigi nnutat li l-Amerika Latina tinkludi kemm pajjizi li qed jizviluppaw kif ukoll ekonomiji emerġenti
ANNESS II
ANALIŻI INDIKATTIVA TAL-PROGRAMMI
L-analiżi indikattiva tal-programmi hija kif ġej (f'EUR miljuni):
|
32 365 |
|
|
Saħħa |
6 050 |
|
Ikel, Agrikoltura u Bijoteknoloġija |
1 935 |
|
Teknoloġiji ta' l-Informatika u l-Komunikazzjoni |
9 110 |
|
Nano-xjenzi, Nano-teknoloġiji, Materjali u Teknoloġiji tal-Produzzjoni ġodda |
3 500 |
|
Enerġija |
2 300 |
|
Ambjent (inkluża l-Bidla fil-Klima) |
1 900 |
|
Trasport (inkluża l-Aeronawtika) |
4 180 |
|
Xjenzi Soċjo-ekonomiċi u l-Umanistika |
610 |
|
Spazju |
1 430 |
|
Sigurtà |
1 350 |
|
Ideat |
7 460 |
|
Nies |
4 728 |
|
Kapaċitajiet |
4 217 |
|
Infrastrutturi tar-Riċerka |
1 850 |
|
Riċerka għall-benefiċċju ta' l-SMEs |
1 336 |
|
Reġjuni ta' l-għerf |
126 |
|
Potenzjal għar-Riċerka |
370 |
|
Xjenza fis-Soċjetà |
280 |
|
Żvilupp koerenti ta' linji politiċi ta' riċerka |
70 |
|
Attivitajiet ta' Koperazzjoni Internazzjonali |
185 |
|
Attivitajiet mhux nukleari taċ-Ċentru Konġunt ta' Riċerka |
1 751 |
|
Total |
50 521 |
Dispożizzjonijiet speċjali li jikkonċernaw il-Faċilità Finanzjarja għat-Tqassim tar-Riskju (RSFF)
Il-baġits indikattivi għall-programmi “Koperazzjoni” u “Kapaċitajiet” jinkludu kontributi lill-Bank Ewropew għall-Investiment (BEI) għall-istabbiliment ta' l-RSFF msemmija fl-Anness III. Id-deċiżjonijiet tal-Kunsill li jadottaw il-programmi speċifiċi li jikkontribwixxu ser jistabbilixxu, inter alia, il-modalitajiet ta' implimentazzjoni li taħthom il-Kummissjoni ser tiddeċiedi dwar l-allokazzjoni mill-ġdid għal attivitajiet oħra tal-Programm Kwadru tal-kontribut tal-Komunità għall-RSFF u d-dħul li hi tiġġenera, li mhumiex użati mill-BEI.
Is-Seba' Programm Kwadru ser jikkontribwixxi ammont sa biljun EURO għall-RSFF li għandu jkun ikkomparat ma' ammont ekwivalenti mill-BEI. Huwa ser jiġi mill-programm “Koperazzjoni” (sa 800 miljun EURO b'kontribut proporzjonali tal-prijoritajiet tematiċi kollha, minbarra xjenzi u l-istudji umanistiċi) u l-programm “Kapaċitajiet” (sa 200 miljun EURO mil-linja ta' l-infrastruttura tar-riċerka).
L-ammont ser ikun magħmul disponibbli progressivament lill-BEI b'kont meħud tal-livell tat-talba.
Sabiex tiġi żgurata tnedija rapida b'massa kritika ta' riżorsi, ammont li jlaħħaq l-EUR 500 miljun ser ikun progressivament allokat fil-baġit għall-perjodu sa l-evalwazzjoni interim tas-Seba' Programm Kwadru, imsemmi fl-Artikolu 7 (2) ta' din id-Deċiżjoni.). Ir-riżultati ta' l-evalwazzjoni interim ser jittieħdu f'kont meta jiġi allokat l-ammont għall-perjodu li jifdal.
(1) Inklużi Inizjattivi Konġunti fit-Teknoloġija (inkluż il-pjan finanzjarju, eċċ.) u l-parti mill-attivitajiet ta' koordinazzjoni u ta' koperazzjoni internazzjonali li għandhom jiġu ffinanzjati f'dawn it-temi.
(2) L-għan ser ikun li għall-inqas 15 % mill-finanzjament disponibbli taħt il-parti “Koperazzjoni” tal-programm imorru għall-SMEs
ANNESS III
SKEMI TA' FINANZJAMENT
Azzjonijiet Indiretti
L-attivitajiet appoġġati mis-Seba' Programm Kwadru ser jiġu ffinanzjati permezz ta' firxa ta' “Skemi ta' finanzjament”. Dawn l-iskemi ser jintużaw, sew individwalment kif ukoll flimkien, sabiex jiffinanzjaw azzjonijiet implimentati taħt il-Programm Kwadru.
Id-deċiżjonijiet għal programmi speċifiċi, programmi ta' ħidma u sejħiet għal proposti ser jispeċifikaw, skond u meta jkun xieraq:
|
— |
It-tip(i) ta' skema(i) użata(i) għall-finanzjament ta' azzjonijiet differenti; |
|
— |
Il-kategoriji ta' parteċipanti (bħal ma huma organizzazzjonijiet tar-riċerka, universitajiet, industriji, SMEs, awtoritajiet pubbliċi) li jistgħu jibbenefikaw minnu; |
|
— |
It-tipi ta' attivitajiet (bħal riċerka u żvilupp teknoloġiku, dimostrazzjoni, ġestjoni, taħriġ, disseminazzjoni, u attivitajiet oħra relatati) li jistgħu jiġu ffinanzjati minn kull waħda minnhom. |
Fejn jistgħu jintużaw skemi ta' finanzjament differenti, il-programmi ta' ħidma jistgħu jispeċifikaw l-iskema ta' finanzjament li għandha tintuża għas-suġġett li dwaru jkunu mistiedna proposti.
L-iskemi ta' finanzjament huma dawn li ġejjin:
|
a) |
B'appoġġ ta' azzjonijiet li huma implimentati primarjament abbażi ta' sejħiet għall-proposti:
|
|
b) |
B'appoġġ għal azzjonijiet implimentati abbażi ta' deċiżjonijiet meħuda mill-Kunsill u mill-Parlament Ewropew (jew mill-Kunsill f'konsultazzjoni mal-Parlament Ewropew), ibbażati fuq proposta mill-Kummissjoni, il-Komunità ser tipprovdi l-appoġġ finanzjarju għal inizjattivi fuq skala kbira u ffinanzjati minn għadd ta' sorsi.
|
Il-Komunità ser timplimenta l-iskemi ta' finanzjament identifikati f'parti a) hawn fuq f'konformità mad-dispożizzjonijiet tar-regolament li għandu jiġi adottat skond l-Artikolu 167 tat-Trattat, l-istrumenti relevanti ta' għajnuna mill-Istat, b'mod partikolari l-qafas Komunitarju dwar l-għajnuniet mill-istat għar-riċerka u l-iżvilupp, kif ukoll ir-regolamenti internazzjonali f'dan il-qasam. Konformement ma' dan il-qafas internazzjonali, ser ikun meħtieġ li jkun possibbli li l-iskala u l-forma tal-parteċipazzjoni finanzjarja jiġu aġġustati fuq bażi ta' każ b'każ, b'mod partikolari jekk ikun disponibbli l-finanzjament minn sorsi oħra tas-settur pubbliku, inklużi sorsi oħra Komunitarji ta' finanzjament bħall-BEI.
Minbarra l-provvista ta' appoġġ finanzjarju dirett lill-parteċipanti f'azzjonijiet RTD, il-Komunità ser ittejjeb l-aċċess tagħhom għall-finanzjament tad-dejn permezz ta' “Faċilità Finanzjarja għat-Tqassim tar-Riskju” billi tipprovdi kontribuzzjoni lill-BEI. Il-BEI għandu juża l-kontribut tal-Komunità, li ser ikun sħab fil-kondiviżjoni tar-riskju, għall-kontribuzzjoni tal-forniment u l-allokazzjoni kapitali tal-finanzjament ta' self u garanzija mir-riżorsi tiegħu stess. Mhux ser ikun hemm responsabbiltà ulterjuri għall-baġit tal-Komunità. Suġġett għal u skond il-modalitajiet li jridu jiġu stabbiliti mir-regolament adottat skond l-Artikolu 167 tat-Trattat u d-deċiżjonijiet tal-Kunsill li jadottaw il-programmi speċifiċi, dan il-mekkaniżmu ser jippermetti lill-BEI iżid l-ammont ta' finanzjament għall-azzjonijiet RTD Ewropej (bħalma huma inizjattivi konġunti fit-teknoloġija, proġetti kbar -inklużi l-proġetti Eureka, u infrastrutturi ġodda tar-riċerka u proġetti mmexxija mill-SMEs ) sabiex jgħin sabiex jingħelbu defiċjenzi tas-suq.
Fil-każ ta' parteċipanti f'azzjoni indiretta stabbilita f'reġjun li jkun baqa' lura fl-iżvilupp (ir-reġjuni ta' konverġenza u dawk l-iktar imbiegħda (1)), finanzjament addizzjonali mill-fondi strutturali ser ikun mmobilizzat kulfejn dan ikun possibbli u xieraq. Fil-każ tal-parteċipazzjoni ta' entitajiet mill-pajjiżi kandidati, taħt kondizzjonijiet simili tista' tingħata kontribuzzjoni addizzjonali mill-istrumenti finanzjarji ta' qabel l-adeżjoni. Rigward azzjonijiet fil-parti ta' “infrastrutturi tar-riċerka” tal-programm “kapaċitajiet” fis-Seba' Programm Kwadru, l-arranġamenti dettaljati għall-finanzjament għal dawn ser jiġi ddefinit bil-ħsieb li tiġi żgurata l-komplementarità effettiva bejn il-finanzjament Komunitarju tar-riċerka u strumenti oħra nazzjonali u Komunitarji, b'mod speċjali l-fondi strutturali.
Azzjonijiet diretti
Il-Komunità ser tniedi attivitajiet li jiġu implimentati miċ-Ċentru Konġunt ta' Riċerka, li jissejħu azzjonijiet diretti.
(1) Ir-reġjuni ta' konverġenza huma dawk imsemmija fl-Artikolu 5 tar-Regolament (KE) Nru 1083/2006. Dan jinkludi r-reġjuni ta' l-objettiv ta' “konverġenza”, ir-reġjuni eliġibbli għall-finanzjament mill-fond ta' Koeżjoni, u r-reġjuni l-iktar imbiegħda.
DIKJARAZZJONI TAR-RAĠUNIJIET TAL-KUNSILL
I. INTRODUZZJONI
|
1. |
Fil-15 ta' April 2005, il-Kummissjoni ssottomettiet lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill il-proposti tagħha għal Deċiżjoni tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar is-Seba' Programm Kwadru tal-Komunità Ewropea għal attivitajiet ta' riċerka, ta' żvilupp teknoloġiku u ta' dimostrazzjoni (2007-2013), u għal Deċiżjoni tal-Kunsill dwar is-Seba' Programm Kwadru tal-Komunità Ewropea ta' l-Enerġija Atomika (Euratom) għal attivitajiet ta' riċerka nukleari u taħriġ (2007-2011) (1). |
|
2. |
Din il-proposta hija bbażata fuq l-Artikolu 166(1) tat-Trattat KE. |
|
3. |
Il-Kumitat Ekonomiku u Soċjali ta l-Opinjoni tiegħu fil-15 ta' Diċembru 2005 (2). Il-Kumitat tar-Reġjuni ta l-Opinjoni tiegħu fis-17 ta' Novembru 2005 (3). |
|
4. |
Il-Parlament Ewropew ta l-Opinjoni tiegħu dwar il-proposta fil-15 ta' Ġunju 2006 (4). |
|
5. |
Il-Kunsill adotta l-pożizzjoni komuni tiegħu dwar is-Seba' Programm Kwadru tal-Komunità Ewropea għal attivitajiet ta' riċerka, ta' żvilupp teknoloġiku u ta' dimostrazzjoni (2007-2013) fil-25 ta' Settembru 2006, skond l-Artikolu 251 tat-Trattat (5). |
II. SFOND U GĦAN TAL-PROPOSTA
|
a) |
B'konformità mat-Titolu XVIII tat-Trattat KE (Artikoli 163–173), il-Komunità ser twettaq attivitajiet dwar riċerka u żvilupp teknoloġiku. B'mod partikolari:
|
|
b) |
Il-Kunsill Ewropew f'Lisbona f'Marzu 2000, f'Santa Maria de Feira f'Ġunju 2000 u fi Stokkolma f'Marzu 2001 adotta konklużjonijiet immirati lejn l-istabbiliment rapidu ta' Żona Ewropea ta' Riċerka u Innovazzjoni (ŻERI) bil-ħsieb li sa l-2010 l-UE ssir l-aktar ekonomija kompetittiva u dinamika bbażata fuq il-konoxxenza b'ħila ta' tkabbir ekonomiku sostenibbli, b'aktar impjiegi u b'impjiegi aħjar u b'koeżjoni soċjali akbar. It-tnedija mill-ġdid ta' l-Istrateġija ta' Lisbona mwettqa fl-2005, u r-rapport tal-grupp ta' livell għoli ta' esperti indipendenti presjedut minn Esko Aho, li kien mogħti l-mandat tiegħu mill-Kapijiet ta' Stat u Gvern Ewropej f'laqgħa f'Hampton Courts, ikkonfermat il-validità ta' l-istrateġija fir-rigward tar-riċerka xjentifika, l-iżvilupp teknoloġiku u l-innovazzjoni. Fuq din il-bażi, il-Kummissjoni pproponiet li s-Seba' Programm Kwadru għandu, sabiex jissodisfa l-objettivi mniżżla fit-Trattat u jikkontribwixxi għall-proċess ta' Lisbona billi jgħin biex iż-ŻERI ssir realtà u jippermetti koordinazzjoni miftuħa sabiex titwettaq kooperazzjoni adatta f'attivitajiet ta' riċerka S/T fil-livell nazzjonali u f'dak Ewropew, jkollu l-karatteristiċi ġodda li ġejjin:
|
III. ANALIŻI TAL-POŻIZZJONI KOMUNI
A. Osservazzjonijiet ġenerali
Il-pożizzjoni komuni tal-Kunsill tirrifletti sew kemm il-proposta tal-Kummissjoni kif ukoll l-opinjoni tal-Parlament Ewropew fir-rigward ta' l-istruttura, il-kontenut xjentifiku u teknoloġiku, il-mezzi ta' implimentazzjoni tal-Programm Kwadru kif ukoll l-ammont finanzjarju u t-tqassim indikattiv tiegħu.
Matul l-eżaminazzjoni tiegħu tal-proposta tal-Kummissjoni, il-Kunsill prova jinkorpora sa l-aktar punt possibbli l-emendi tal-Parlament Ewropew, sabiex ikun rifless il-livell konsiderevoli ta' kunses bejn iż-żewġ korpi leġislattivi, filwaqt li fl-istess ħin tkun rispettata d-direzzjoni ġenerali tal-proposta tal-Kummissjoni. Għal dan il-għan, il-Kunsill segwa ċerti prinċipji ta' gwida:
|
(1) |
ir-rikonoxximent tar-rwol tal-Programm Kwadru bħala strument għall-kisba ta' objettivi Komunitarji prinċipali, b'konsiderazzjoni tal-fatt li l-biċċa l-kbira ta' l-isforzi ta' riċerka u żvilupp teknoloġiku huma ffinanzjati mill-Istati Membri fil-livell nazzjonali; |
|
(2) |
il-ħtieġa għal sforz ta' riċerka Komunitarju ffokat li joħloq massa kritika ta' ħila u valur miżjud Ewropew, filwaqt li tkun żgurata kopertura profonda suffiċjenti ta' temi rilevanti taħt is-suġġetti magħżula għal riċerka Komunitarja; |
|
(3) |
il-ħtieġa li l-isforz iffokat fuq oqsma ta' riċerka tematiċi ċentrali jkun ikkumplimentat permezz tal-forniment ta' appoġġ flessibbli għall-politika Komunitarja u billi jiġi permess rispons għall-ħtiġijiet xjentifiċi u teknoloġiċi emerġenti fl-ambjent ta' riċerka li qed jevolvi rapidament, filwaqt li jiġu stabbiliti l-parametri adatti għal tali flessibbiltà sabiex tkun żgurata l-kjarezza legali; |
|
(4) |
il-ħtieġa għall-implimentazzjoni tal-Programm Kwadru bl-użu ta' strumenti adatti għall-kisba tal-massa kritika ta' ħila u valur miżjud Ewropew fl-attivitajiet ta' riċerka, filwaqt li tkun żgurata transizzjoni mingħajr xkiel mis-Sitt Programm Kwadru u s-salvagwardja tal-possibbiltà għall-partijiet/l-entitajiet interessati kollha li jieħdu sehem f'riċerka Komunitarja dment li l-kriterja ta' eċċellenza xjentifika tkun sodisfatti; |
|
(5) |
il-ħtieġa li tingħata importanza akbar lis-sħubija pubblika-privata fil-livelli kollha, inkluż l-appoġġ imtejjeb sew għar-riċerka u l-iżvilupp teknoloġiku ta' l-SMEs kif ukoll aġendi ta' riċerka strateġiċi għall-perijodu fit-tul ta' setturi sħaħ ta' l-industrija bħal dawk definiti minn Pjattaformi Ewropej tat-Teknoloġija u — fi ftit każijiet magħżula b'attenzjoni — l-istabbiliment ta' Inizjattivi Konġunti ta' Teknoloġija; |
|
(6) |
il-ħtieġa għal kjarezza, b'mod partikolari billi jiġi pprovdut il-livell meħtieġ ta' dettall, kemm f'termini ta' kontenut u finanzjament S/T, filwaqt li ma jintesiex il-fatt li l-Programm Kwadru għandu jiġi implimentat permezz ta' programmi speċifiċi li, min-natura tagħhom stess, jipprevedu modalitajiet ta' implimentazzjoni aktar dettaljati. |
B. Kummenti speċifiċi
1. Emendi prinċipali għall-proposta tal-Kummissjoni
a) Kwistjonijiet etiċi
Fir-rigward ta' kwistjonijiet etiċi, il-Kunsill qabel mal-linja ssuġġerita mill-Parlament Ewropew fl-opinjoni ta' l-ewwel qari tiegħu: ir-regoli fir-rigward ta' l-etika fis-Seba' Programm Kwadru, u b'mod partikolari fir-rigward tar-riċerka fiċ-ċelluli staminali embrijoniċi tal-bniedem, issa huma stabbiliti b'mod ċar fit-test ta' l-Artikolu 6 tad-Deċiżjoni tal-Programm Kwadru. Barra minn hekk, il-Kummissjoni għamlitha ċara li ser iżżomm il-prattika adottata matul is-Sitt Programm Kwadru u teskludi l-attivitajiet ta' qerda ta' embrijoni tal-bniedem, inkluż għall-akkwist ta' ċelloli staminali, minn appoġġ finanzjarju Komunitarju taħt il-Programm Kwadru RŻT.
b) Kontenut xjentifiku u teknoloġiku
i. Kooperazzjoni
Filwaqt li b'mod wiesa' żamm il-proposta tal-Kummissjoni dwar il-kontenut xjentifiku u teknoloġiku tal-prijoritajiet tematiċi, il-Kunsill, fid-dawl ta' l-emendi tal-Parlament Ewropew, iċċara u estenda l-kamp ta' applikazzjoni ta' xi wħud minnhom kif ġej:
|
— |
in-numru ta' prijoritajiet kien miżjud minn disgħa għal għaxra, b'dan il-mod ir-riċerka dwar is-sigurtà ġiet separata mir-riċerka dwar l-ispazju; |
|
— |
ser tingħata attenzjoni speċjali biex jiġi żgurat li jkun hemm koordinazzjoni effettiva bejn l-oqsma tematiċi u l-oqsma xjentifiċi ta' prijorità li jirrigwardaw bosta suġġetti, bħar-riċerka fil-foresterija, il-wirt kulturali, ix-xjenzi u t-teknoloġiji tal-baħar; |
|
— |
sabiex jingħata appoġġ lil riċerka li timmira lejn l-identifikazzjoni jew l-esplorazzjoni ulterjuri ta' opportunitajiet xjentifiċi u teknoloġiċi f'qasam partikolari, kif ukoll fit-taħlita tagħhom ma' oqsma u dixxiplini rilevanti oħra, teknoloġiji futuri u emerġenti u ħtiġijiet ta' politika mhux previsti ser ikunu indirizzati b'mod trasparenti u flessibbli, permezz ta' appoġġ speċifiku għal proposti ta' riċerka spontanji, inkluż għal sejħiet konġunti, sabiex ikunu mrawma ideat ġodda u użi radikalment ġodda u sabiex jiġu esplorati possibbiltajiet ġodda f'roadmaps ta' riċerka, b'mod partikolari b'rabta ma' potenzjal għal skoperti sinifikattivi; |
|
— |
id-disseminazzjoni u t-trasferiment tal-konoxxenza ser ikunu prijoritizzati sabiex jiġi ffaċilitat l-użu tar-riżultati mill-industrija, minn dawk li jfasslu l-politika u mis-soċjetà, b'restrizzjonijiet adatti għas-suġġett tas-sigurtà minħabba l-aspetti ta' kunfidenzjalità ta' l-attivitajiet tiegħu; |
|
— |
ser tingħata attenzjoni partikolari biex tiġi żgurata parteċipazzjoni adegwata ta' SMEs. Għal dan il-għan, u li jirrifletti b'mod wiesa' l-fehmiet tal-Parlament Ewropew, l-għan ser ikun li mill-inqas 15 % mill-finanzjament disponibbli taħt il-parti “Kooperazzjoni” tal-programm ikunu jistgħu jmorru għall-SMEs. Il-Kunsill irrikonoxxa wkoll ir-rwol tal-Pjattaformi Teknoloġiċi Ewropej iżda fl-istess ħin, madankollu, m'huwiex qed jissuġġerixxi li jirċievu finanzjament dirett, minħabba li approċċ ibbażat fuq proġetti huwa aktar xieraq biex jintlaħaq dan il-għan; |
|
— |
fir-rigward ta' l-Inizjattivi Teknoloġiċi Konġunti (ITK), il-Kunsill aċċetta l-emenda tal-Parlament Ewropew li żżid kriterji supplimentari fir-rigward tal-ħolqien tagħhom. Għadaqstant, in-natura ta' l-ITKs għandha tkun definita b'mod ċar, b'mod partikolari fir-rigward ta' kwistjonijiet li jirrigwardaw l-impenji finanzjarji, it-tul ta' l-impenn tal-parteċipanti, ir-regoli għad-dħul u l-ħruġ tal-kuntratti tagħhom, u d-drittijiet ta' proprjetà intelletwali. Barra minn hekk, ser isiru sforzi qawwija sabiex tkun żgurata l-ħidma trasparenti tagħhom u li kwalunkwe allokazzjoni ta' finanzjament Komunitarju mill-ITKs isseħħ abbażi tal-prinċipji ta' eċċellenza u kompetizzjoni; |
|
— |
fl-ewwel prijorità (Saħħa), bi tweġiba għat-tħassib espress mill-Parlament Ewropew, ġie aċċettat kamp ta' applikazzjoni ta' riċerka aktar wiesa', b'mod partikolari inkluż riċerka post-ġenomika; għodda preventiva ġdida għal mediċina riġenerattiva; approċċi ta' forniment ġodda; immudellar ta' sistemi kumplessi; mard relatat ma' l-età inkluża d-dimenzja; l-epatite Ċ u epidemiji li potenzjalment qed jitfaċċaw ġodda bħas-SARS; mard rewmatojde u musko-skeletriku; aspetti tal-mediċina palljativa; sigurtà tal-pazjenti u użu aħjar tal-mediċina inkluż aspetti ta' farmakoviġilanza u mediċini kumplimentari u alternattivi xjentifikament ittestjati; riċerka f'sistemi tal-kura tas-saħħa inkluż strateġiji ta' kura fid-dar u valutazzjoni ta' l-ispiża, l-effiċjenza u l-benefiċċji ta' interventi differenti; riċerka dwar l-istil ta' ħajja u fatturi ambjentali u l-interazzjoni tagħhom ma' medikamenti; |
|
— |
fit-tieni prijorità (ikel, agrikoltura u bijoteknoloġija), l-objettiv ġie mwessa' sabiex jinkludi sfidi ambjentali, akkwakultura, kuntesti tal-kosta u rispons għal ħtiġijiet djetetiċi speċifiċi tal-konsumaturi. L-attivitajiet ġew imwessa' sabiex jinkludu l-bijoinformatika, l-użu sostenibbli tal-bijodiversità, riżorsi bijoloġiċi bbażati fuq l-art inkluż il-fertilità tal-ħamrija, is-saħħa tal-pjanti u studji epidemjoloġiċi, mard marbut ma' l-ikel ta' l-annimali u theddid ieħor għas-sostenibbiltà u s-sigurtà tal-produzzjoni ta' l-ikel inkluża l-bidla fil-klima; ir-rwol tas-sajd ġie ssottolinjat b'rispons għal fehmiet tal-Parlament Ewropew; |
|
— |
fit-tielet prijorità (teknoloġiji ta' l-informazzjoni u l-komunikazzjoni). Permezz tat-tkomplija fuq l-emendi proposti mill-Parlament Ewropew, din il-prijorità ġiet imsaħħa sabiex tinkludi innovazzjoni u kreattività ta' prodotti, servizzi u proċessi; tnaqqis ta' diviżjoni diġitali u esklużjoni soċjali; ħtiġijiet ta' persuni bi bżonnijiet speċjali inkluża l-popolazzjoni li qed tixjieħ; promozzjoni ta' l-aċċessibbiltà u t-trasparenza ta' proċessi ta' governanza u żvilupp; ġestjoni u komunikazzjoni ta' RŻT; prodotti u servizzi TIK innovattivi u ta' valur għoli; attività ta' riċerka TIK ibbażata fuq il-mudell ta' żvilupp ’sors miftuħ’; diversi passaġġi ta' sfruttament u mudelli ta' negozju b'riżultat ta' riċerka TIK; fotoniċi; Free, Libre and Open Source Software (FLOSS); kwistjonijiet ta' sostenibbiltà fil-qasam ta' l-elettronika; sfruttament ta' effetti kwantum; ħażna; matematika; kooperazzjoni naturali; titjib ta' dispożizzjonijiet ta' kura tas-saħħa; spazju għal informazzjoni dwar is-saħħa għall-ġestjoni tal-konoxxenza; l-aspetti ekoloġiċi tal-mobilità; aċċess għal kontenut diġitali interattiv; |
|
— |
aċċessibilità u użu matul iż-żmien ta' riżorsi u assi xjentifiċi f'ambjent multikulturali; tisħiħ ta' l-organizzazzjonijiet u komunitajiet żgħar u ta' daqs medju; industriji tradizzjonali; u ottimizzazzjoni. Barra minn hekk, u f'kuntrast mal-proposta oriġinali tal-Kummissjoni, ir-riċerka f'Teknoloġiji Futuri u Emerġenti saret parti integrali mill-attivitajiet kollha taħt din il-prijorità u mhux sempliċiment attività unika taħt din il-prijorità. |
|
— |
fir-raba' prijorità (nano-xjenzi, nano-teknoloġiji, materjali u teknoloġiji ta' produzzjoni ġodda), il-motivazzjoni ġiet mwessa' sabiex jinkludi ġenerazzjoni ta' l-enerġija, enerġija, ċeramika u nano-mediċina. L-attivitajiet ġew estiżi biex jinkludu l-manifattura ta' materjali u komponenti bażiċi; komponenti nano-metriċi preċiżi; monitoraġġ u ssensjar; nano-kompositi; teknoloġiji ġeo u ottiċi; żraben u azzar. |
|
— |
Fil-ħames prijorità (enerġija), il-motivazzjoni u l-attivitajiet ġew imsaħħa sabiex jinkludu l-identifikazzjoni ta' soluzzjonijiet adegwati u f'waqthom għal sistemi ta' enerġija minħabba n-natura mhux infinita ta' riżervi ta' żejt konvenzjonali u gass naturali; spejjeż ta' enerġija għaċ-ċittadini u l-industriji li jkunu għall-but ta' kulħadd; referenza kemm għall-Green Paper ta' l-2005 kif ukoll dik ta' l-2006 (6), ir-rwol ta' tmexxija dinjija ta' l-Ewropa f'numru ta' teknoloġiji ta' ġenerazzjoni ta' l-enerġija u ta' effiċjenza ta' l-enerġija; produzzjoni ta' l-elettriku mill-iskart; produzzjoni ta' karburanti minn bijomassa u skart; ħażna; distribuzzjoni u użu ta' karburanti newtrali fil-karbonju, b'mod partikolari bijokarburanti għall-ġenerazzjoni ta' l-elettriku; impjanti għall-ġenerazzjoni ta' l-enerġija u/jew tas-sħana effiċjenti ħafna u kost-effettivi bi kważi żero emissjonijiet ibbażati b'mod partikolari fuq ħażna taħt l-art; żvilupp u demostrazzjoni ta' teknoloġiji oħra li jikkonvertu l-karburant solidu li jipproduċu wkoll trasportaturi ta' l-enerġija sekondarja u karburanti likwidi u gassużi; żvilupp ta' possibbiltajiet ta' ħażna ta' enerġija; tfaddil ulterjuri tal-konsum ta' l-enerġija finali u primarja għall-bini u t-trasport; l-użu ta' teknoloġiji ta' l-enerġija ġodda u rinnovabbli u miżuri u apparati ta' ġestjoni tat-talba għall-enerġija; appoġġ xjentifiku għall-iżvilupp tal-politika. Barra minn hekk, fir-rigward tal-poliġenerazzjoni, deher li kien xieraq f'dan l-istadju, minħabba riżorsi limitati, li tiġi integrata taħt l-attività 'Effiċjenza ta' l-enerġija u tfaddil' u mhux bħala attività separata kif propost mill-Parlament Ewropew. |
|
— |
fis-sitt prijorità (ambjent, inkluża l-bidla fil-klima), il-Kunsill segwa l-linja tal-Parlament Ewropew billi estenda l-objettiv sabiex jinkludi l-klima u l-addattament ta' pressjonijiet ambjentali, u l-motivazzjoni sabiex jinkludi l-kostruzzjoni u s-sajd, referenzi għall-Konvenzjoni Kwadru tan-NU dwar il-Bidla fil-Klima (UNFCC), il-Konvenzjoni tan-NU dwar il-Ġlieda kontra d-Deżertifikazzjoni u l-Konvenzjoni ta' Stokkolma dwar Sustanzi Organiċi Persistenti li Jniġġsu; kif ukoll il-kontribut ta' teknoloġiji ambjentali għal konsum u produzzjoni sostenibbli; wirt naturali; u kompetittività akbar filwaqt li fl-istess ħin ikun żgurat futur aktar sostenibbli għall-ġenerazzjonijiet li ġejjin. Il-kamp ta' applikazzjoni ta' l-attivitajiet ġie ċċarat biex jinkludi b'mod aktar espliċitu r-reġjuni polari; interazzjonijiet globali u reġjonali; l-atmosfera, l-effetti taż-żieda fil-livell tal-baħar fuq żoni kostali u l-impatt fuq żoni partikolarment sensittivi; it-titjib tal-previżjonijiet; għargħar, nirien tal-foresti, ċediment ta' l-art, valangi u avvenimenti estremi oħra bħala parti minn diżastri tal-klima; l-impatt ta' diżastri relatati ma' perikoli ġeoloġiċi u l-klima; titjib ta' strateġiji ta' ġestjoni, anki f'approċċ multi-riskju; kontroll ta' speċi aljeni invażivi, laguni; preservazzjoni ta' art; prodotti sostenibbli; protezzjoni, konservazzjoni u titjib tal-wirt kulturali, inkluż l-abitat tal-bniedem; strateġiji ta' ttestjar alternattivi b'mod partikolari l-użu ta' metodi li ma jużawx l-annimali għall-kimika industrijali; strumenti ta' valutazzjoni ta' partijiet terzi; valutazzjoni, sfruttament u ġestjoni ta' riżorsi naturali; skali differenti ta' osservazzjoni; |
|
— |
is-seba' prijorità (trasport, inkluż l-aeronawtika) ġiet imtejba biex tinkludi benefiċċji għaċ-ċittadini kollha; ir-relevanza tat-trasport fuq l-ambjent; l-interoperabbiltà u l-intermodalità tat-trasport fuq l-ilmijiet; vetturi iżgħar għal applikazzjonijiet differenti; manutenzjoni innovattiva; tiswija u spezzjoni; taħlita aċċessibbli ta' teknoloġiji; trasport sostenibbli tal-wiċċ; applikazzjonijiet tat-trasport bħaċ-ċelluli ta' l-idroġenu u ta' kombustjoni, b'kont meħud ta' konsiderazzjonijiet ta' l-effettività fl-infiq u ta' l-effiċjenza ta' l-enerġija; loġistika; mezzi tat-trasport b'livelli ta' tniġġis aktar baxxi; manutenzjoni ta' l-infrastruttura; u EGNOS; |
|
— |
it-tmien prijorità (xjenzi soċjo-ekonomiċi u l-umanitajiet) ġiet estiża biex tinkludi l-bidla demografika; definizzjoni ta' miżuri regolatorji f'oqsma kulturali, xjentifiċi u teknoloġiċi, kif ukoll fil-qasam ta' l-ugwaljanza bejn is-sessi; beni mhux tanġibbli; koeżjoni reġjonali; impatt soċjo-ekonomiku ta' linji politiċi u leġislazzjoni Ewropea; rikonċiljazzjoni tal-ħajja professjonali u tal-familja; kwistjonijiet ta' diżabbiltà; inugwaljanzi; pluraliżmu etniku u reliġjuż; żvilupp ta' reġjuni; trawwim tal-paċi; żvilupp futur ta' UE akbar; rwol tas-soċjetà ċivili; u disseminazzjoni ta' konoxxenza; |
|
— |
fid-disa' prijorità (spazju), il-motivazzjoni ġiet imwessa' biex tinkorpora l-foresterija; is-saħħa; l-effetti teknoloġiċi derivati u l-indispensabbiltà ta' applikazzjoni ta' spazju f'soċjetà ta' teknoloġija avvanzata; esplojtazzjoni effiċjenti ta' assi spazjali fil-koordinazzjoni ta' assi fil-post, inkluż assi trasportati bl-ajru; u missjonijiet kost-effettivi. L-attivitajiet ġew imwessa' biex jinkludu monitoraġġ fil-post; appoġġ għall-integrazzjoni u l-armonizzazzjoni ta' data għall-Monitoraġġ Globali għall-Ambjent u s-Sigurtà (GMES) (kemm permezz tas-satellita u fil-post, inkluż dawk ibbażati fuq l-art, fuq il-bastimenti u fl-ajru); l-iżvilupp ta' sistemi bbażati fl-ispazju għall-prevenzjoni tar-riskju u l-maniġġar tar-riskju u għal kull tip ta' emerġenzi, li jsaħħaħ il-konverġenza ma' sistemi li mhumiex spazjali; massimizzazzjoni ta' valur xjentifiku miżjud permezz ta' sinerġiji ma' inizjattivi ta' l-ESA jew aġenziji spazjali nazzjonali fil-qasam ta' l-esplorazzjoni ta' l-ispazju, u l-faċilitazzjoni ta' aċċess għal din id-data xjentifika; il-koordinazzjoni ta' sforzi għall-iżvilupp ta' teleskopji trasportati bl-ajru u ditekters, kif ukoll analiżi ta' data fix-xjenza spazjali; u l-bijo-mediċina; |
|
— |
fl-għaxar prijorità (sigurtà), l-objettiv ġie mtejjeb biex jinkludi diżastri naturali u l-privatezza. Il-motivazzjoni mwessa' tinkludi appoġġ għall-politika Komunitarja fil-qasam tas-saħħa, u l-enfażi tar-riċerka tas-sigurtà għall-kapaċitajiet Ewropej rigward is-sorveljanza, id-distribuzzjoni ta' l-informazzjoni u l-għarfien ta' theddid u inċidenti kif ukoll tas-sistemi għal valutazzjonijiet u kontroll tas-sitwazzjoni aħjar permezz ta' użu aħjar tas-sistemi komuni ta' TIK fl-oqsma ta' operazzjonijiet differenti. L-attivitajiet ġew estiżi biex jinkludu metodi għal identifikazzjoni rapida; restorazzjoni ta' sigurtà f'każ ta' kriżijiet; għotja ta' deskrizzjoni sommarja ta', u appoġġ għal diversi operazzjonijiet ta' maniġġar ta' emerġenzi; l-interkonnettività bejn sistemi ta' sigurtà; intelligence, ġbir ta' informazzjoni u sigurtà ċivili; riċerka orjentata lejn missjoni relatata mad-dimensjonijiet kulturali, soċjali, politiċi u ekonomiċi tas-sigurtà, ir-rwol tal-valuri tal-bniedem u t-tfassil ta' politika, tal-psikoloġija u l-ambjent soċjali tat-terroriżmu. |
ii. Ideat
Il-Kunsill segwa l-linja tal-Parlament Ewropew biex jippermetti ħolqien rapidu tal-Kunsill Ewropew tar-Riċerka (ERC), li jikkonsisti f'kunsill xjentifiku indipendenti u struttura implimentattiva dedikata. Billi jibni fuq l-emendi tal-PE, huwa estenda wkoll ulterjorment it-test biex jiżgura li l-ġestjoni ta' l-ERC ser titwettaq minn persunal reklutat għal dak il-għan; li l-Kunsill Xjentifiku ser jirrappreżenta diversità ta' oqsma ta' riċerka u li huma ser jinħatru għal perijodu ta' erba' snin, li jista' jiġġedded darba, abbażi ta' sistema ta' rotazzjoni; li l-Kunsill Xjentifiku ser jistabbilixxi wkoll strateġija xjentifika globali, ikollu awtorità sħiħa fuq deċiżjonijiet dwar it-tip ta' riċerka li għandha tiġi finanzjata, u jistabbilixxi wkoll kodiċi ta' kondotta li jindirizza, inter alia, l-evitar ta' konflitti ta' interessi; li l-ispejjeż amministrattivi u tal-persunal ta' l-ERC ser ikun konsistenti ma' ġestjoni modesta u kost-effettiva; li l-Kummissjoni ser tiżgura li l-ERC ser jaġixxi skond il-prinċipji ta' eċċellenza xjentifika, awtonomija, effiċjenza u trasparenza, u jfassal rapport annwali dwar l-operazzjonijiet u r-realizzazzjoni ta' objettivi ta' l-ERC u jissottomettieh lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill; u li l-ERC ser ikollu l-fakultà li jmexxi l-istudji strateġiċi tiegħu stess għat-tħejjija u l-appoġġ ta' l-attivitajiet operattivi tiegħu.
Madankollu, il-Kunsill għażel approċċ aktar flessibbli mill-Parlament Ewropew rigward l-istruttura ta' l-ERC. Għalhekk deċiżjoni dwar modifika possibbli fl-istruttura ta' l-ERC għandha tittieħed biss wara evalwazzjoni interim tal-Programm Kwadru, prevista għal mhux aktar tard mill-2010, li fil-kuntest tagħha reviżjoni indipendenti ta' l-istrutturi ta' l-ERC ser tħares espliċitament lejn il-vantaġġi u l-iżvantaġġi ta' strutturi bħal Aġenzija Eżekuttiva jew l-Artikolu 171 tat-Trattat, imqabbla ma' kriterji ta' eċċellenza xjentifika, awtonomija, effiċjenza u trasparenza.
iii. Nies
Il-Kunsill qabel mal-maġġoranza kbira ta' l-emendi tal-Parlament Ewropew Dan il-programm issa jinkludi referenza għal bini fuq esperjenza li nkisbet bl-azzjonijiet “Marie Curie” taħt il-Programmi Kwadru preċedenti u l-impatt tagħhom fuq iż-Żona ta' Riċerka Ewropea; taħriġ maħsub speċifikament għaż-żgħażagħ; parteċipazzjoni miżjuda għal riċerkaturi nisa; suq tax-xogħol Ewropew miftuħ għal riċerkaturi liberu minn kull tip ta' diskriminazzjoni; miżuri speċjali biex jinkoraġġixxu riċerkaturi fi stadju bikri u appoġġ bikri ta' karrieri xjentifiċi, kif ukoll miżuri biex inaqqsu l-esodu ta' l-imħuħ; inkoraġġiment ta' ċentri ta' eċċellenza madwar l-Unjoni Ewropea; sinerġiji ma' linji politiċi Komunitarji oħrajn; u t-twessiegħ ta' ħiliet xjentifiċi u ġeneriċi, inkluż dawk relatati mat-trasferiment ta' teknoloġija u l-intraprenditorija,
iv. Kapaċitajiet
Filwaqt li fil-biċċa l-kbira żamm mal-proposta tal-Kummissjoni, il-Kunsill iddeċieda li jinkludi l-iżvilupp koerenti ta' linji politiċi bħala attività seperata mwettqa f'din il-parti tal-Programm Kwadru minflok iżommha bħala parti orizzontali ta' attivitajiet oħrajn fil-programm “Kapaċitajiet”.
Fid-dawl ta' l-emendi tal-Parlament Ewropew, il-Kunsill kjarifika aktar il-kamp ta' applikazzjoni ta' ċertu attivitajiet, kif ġej:
|
— |
fl-attività “infrastrutturi ta' riċerka”, l-objettiv issa jirreferi għall-iżvilupp taż-Żona ta' Riċerka Ewropea. Il-kamp ta' applikazzjoni ta' attivitajiet dwar infrastutturi eżistenti ġie ċċarat biex jinkludi aċċess għal infrastrutturi ta' riċerka b'rendiment għoli ukoll għal riċerkaturi mill-industrija u l-SMEs; l-evoluzzjoni u l-iżvilupp ta' konnettività globali; standards miftuħin għal interoperabbiltà. Dwar infrastrutturi ġodda, attivitajiet tal-Komunità għandhom jiffokaw l-aktar fuq il-fażijiet preparatorji, minħabba li r-rwol ta' l-Istati Uniti ser jibqa' ċentrali fl-iżvilupp u l-finanzjament tagħhom. Fir-rigward ta' kriterji għall-finanzjament, il-Kunsill kabbar il-lista biex tinkludi kontribut għal kapaċità ta' żvilupp teknoloġiku, u għall-iżvilupp ta' 'gruppi ta' eċċellenza bbażati fuq ir-riċerka', kif ukoll il-possibbiltà li jintużaw self ta' BEI u fondi Strutturali; |
|
— |
fl-attività “riċerka għall-benefiċċju ta' l-SMEs”, il-Kunsill segwa l-linja tal-Parlament Ewropew biex jinkludi l-għeluq tad-distakk bejn ir-riċerka u l-innovazzjoni; it-titjib ta' l-esplojtazzjoni tar-riċerka; fornituri ta' riċerka; komplimentarjetà mal-Programm Kompetittività u Innovazzjoni kif ukoll ma' programmi Komunitarji oħrajn; b'rispons għal emenda mill-Parlament Ewropew, appoġġ għal “għotjiet esploratorji nazzjonali” ġie miżjud, filwaqt li l-kamp ta' applikazzjoni tiegħu ġie limitat għall-preparazzjoni ta' proposti għal azzjonijiet taħt “riċerka għall-benefiċċju ta' SMEs” minħabba li l-Kunsill qies li l-fokus ċar għandu jkun fuq appoġġ għal proġetti ta' riċerka; |
|
— |
fl-attività “reġjuni ta' konoxxenza”, il-Kunsill wessa' l-kamp ta' applikazzjoni biex tinkludi l-faċilitazzjoni ta' l-emerġenza u l-ħolqien ta' gruppi reġjonali li jikkontribwixxu għall-iżvilupp taż-Żona ta' Riċerka Ewropea; appoġġ għal Reġjuni ta' Konoxxenza emerġenti; relazzjoni ma' Fondi Strutturali; u sinerġija mal-Programmi Komunitarji u dawk nazzjonali u reġjonali rilevanti; |
|
— |
fl-attività “potenzjal ta' riċerka”, l-attivitajiet ġew kjarifikati biex jinkludu sinerġiji mal-Programm Kompetittività u Innovazzjoni sabiex tiġi promossa l-kummerċjalizzazzjoni reġjonali ta' l-R&Ż f'kollaborazzjoni ma' l-industrija; |
|
— |
fl-attività “xjenza u soċjetà”, il-Kunsill wessa' l-attivitajiet biex jinkludi miżuri li jagħmlu pubblikazzjoniijiet xjentifiċi aktar aċċessibbli għal membri tal-pubbliku li jixtiequ jikkonsultawhom; promozzjoni tar-rwol tan-nisa fir-riċerka u f'korpi ta' teħid ta' deċiżjonijiet xjentifiċi; il-ħolqien ta' ambjent miftuħ li jqajjem il-kurżità taż-żgħażagħ għax-xjenza; promozzjoni ta' parteċipazzjoni sħiħa taż-żgħażagħ fix-xjenza; inter-komunikazzjoni u fehim reċiproku mtejba bejn id-dinja xjentifika u l-pubbliku in ġenerali; preżentazzjoni aħjar tal-ħidma xjentifika; appoġġ għal pubblikazzjonijiet xjentifiċi; |
|
— |
fl-“attivitajiet ta' kooperazzjoni internazzjonali”, il-Kunsill ippreveda li l-attivitajiet, attwalment imwettqa mill-INTAS li ser jiġi stralċat sa tmiem l-2006, ser jiġu inklużi f'dan il-programm kif ukoll fil-programmi speċifiċi “Kooperazzjoni” u “Nies”. Huwa wessa' wkoll l-objettiv biex jinkludi l-faċilitazzjoni ta' kuntatti ma' msieħba f'pajjiżi terzi bil-għan li jiġi pprovdut aċċess aħjar għar-riċerka mwettqa fi mkejjen oħra fid-dinja; l-attivitajiet ser jinkludu azzjonijiet speċifiċi ta' kooperazzjoni ta' interess reċiproku. |
v. Attivitajiet mhux nukleari taċ-Ċentru Konġunt tar-Riċerka
Il-Kunsill kjarifika l-motivazzjoni għall-inklużjoni ta' koordinazzjoni ta' azzjonjiet taħt din il-parti bir-riċerka mwettqa taħt il-parti “Temi” tal-Programm Speċifiku “Kooperazzjoni” bil-għan li jiġu evitati s-sovrapożizzjoni u d-duplikazzjoni. L-attivitajiet ġew imwessa' biex jinkludu appoġġ xjentifiku/tekniku għall-iżvilupp ta' proċeduri ta' valutazzjoni tar-riskju u ta' maniġġar bħala għodda għall-proċess ta' teħid ta' deċiżjonijiet Ewropew; kompetenza u rwol fl-attivitajiet ta' riċerka fil-Monitoraġġ Globali għall-Ambjent u s-Sigurtà (GMES) u fl-iżvilupp ta' applikazzjonijiet ġodda f'dan il-qasam; u żvilupp u validazzjoni ta' strateġiji alternattivi, u b'mod partikolari metodi li ma jagħmlux użu minn annimali, fl-oqsma rilevanti kollha tar-riċerka.
ċ) Ammont globali u tqassim ta' fondi
Wara l-konklużjoni tal-Ftehim Interistituzzjonali bejn il-Parlament Ewropew, il-Kunsill u l-Kummissjoni dwar id-dixxiplina baġitarja u l-ġestjoni finanzjarja soda (7), il-baġit propost oriġinarjament għas-Seba' Programm Kwadru ta' 72.726 miljun euro kellu jitnaqqas filwaqt li jżomm il-fokus u l-massa kritika xierqa. Il-Kunsill żamm il-proposta emendata tal-Kummissjoni għall-ammont globali massimu ta' EUR 50 521 miljun, b'konformità ma' l-opinjoni tal-Parlament Ewropew. Il-Kunsill madankollu ppropona aġġustamenti għat-tqassim ta' din iċ-ċifra, kif ġej:
|
— |
Fil-parti “Kooperazzjoni”, il-Kunsill segwa l-linja ta' l-emendi tal-Parlament Ewropew biex iżid il-finanzjament għal temi tematiċi li għandhom potenzjal kbir għat-titjib tal-kompetittività Ewropea, b'mod partikolari fir-rigward ta' l-ewwel (saħħa), il-ħames (enerġija) u t-tmien prijorità (xjenzi soċjo-ekonomiċi u l-umanitajiet), iżda mhux sa l-istess punt. Wara li t-tema “sigurtà u spazju” ġiet maqsuma f'żewġ prijoritajiet separati, il-Kunsill iddeċieda li jassenja EUR 80 miljun inqas għas-sigurtà milli għall-ispazju peress li huwa jikkunsidra li l-kompetenza Komunitarja f'dan il-qasam jibqgħu limitati; |
|
— |
Fil-parti “Kapaċitajiet”, il-Kunsill segwa l-linja meħuda mill-Parlament Ewropew li jnaqqas il-finanzjament propost għal “infrastrutturi ta' riċerka” u minflok iżid b'mod sostanzjali l-finanzjament għal “riċerka għall-benefiċċju ta' l-SMEs”. Minkejja dan, il-Kunsill jikkunsidra li attivitajiet fil-parti “Kapaċitajiet” jikkonsistu f'element essenzjali tal-Programm Kwadru peress li jappoġġaw aspetti ċentrali tal-kapaċitajiet ta' riċerka u innovazzjoni Ewropej; għaldaqstant tnaqqsilhom ammont ħafna inqas minn dak previst mill-Parlament Ewropew; |
|
— |
Rigward “Ideat” u “Nies”, il-Kunsill żamm il-finanzjament kif propost mill-Kummissjoni, u b'hekk ma segwiex l-emendi tal-Parlament Ewropew li żiedu l-finanzjament għal dawn iż-żewġ partijiet tal-Programm Kwadru għall-ispejjeż ta' “Kapaċitajiet”. |
2. Il-pożizzjoni tal-Kunsill dwar l-emendi tal-Parlament Ewropew
Il-pożizzjoni komuni tal-Kunsill tinkorpora numru kbir ta' l-emendi tal-Parlament Ewropew (232 mit-326 emendi suġġeriti), fis-sħiħ, fis-sustanza jew parzjalment, kultant f'forma modifikata jew f'post differenti, u spiss fil-forma proposta mill-Kummissjoni fil-proposta modifikata tagħha, kif imfisser hawn fuq.
|
(a) |
Il-pożizzjoni komuni tal-Kunsill tinkorpora l-emendi li ġejjin, fis-sħiħ jew fis-sustanza:
|
|
(b) |
Il-Kunsill inkorpora fil-prinċipju, jew parzjalment, l-emendi li ġejjin:
|
|
(ċ) |
Il-Kunsill segwa l-Kummissjoni f'li ma jinkorporax l-emendi li ġejjin:
|
IV. KONKLUŻJONI
Fl-istabbiliment tal-pożizzjoni komuni, il-Kunsill ħa kont sħiħ tal-proposta tal-Kummissjoni u l-opinjoni tal-Parlament Ewropew fl-ewwel qari. Numru konsiderevoli ta' emendi, fis-sħiħ jew parzjalment, ġew inkorporati fil-pożizzjoni komuni bil-għan li tiġi sodisfatta l-qalba tat-tħassib tal-Parlament Ewropew. Il-Kunsill jemmen li l-pożizzjoni komuni tiegħu tirrappreżenta test ibbilanċjat sew u huwa jistenna bil-ħerqa diskussjonijiet kostruttivi mal-Parlament Ewropew bil-ħsieb ta' l-adozzjoni rapida tas-Seba' Programm Kwadru kif ukoll il-miżuri implimentattivi tiegħu (jiġifieri Regoli ta' Parteċipazzjoni, Programmi Speċifiċi).
(1) Dok. 8087/05 RECH 80 ATO 45 COMPET 68 CODEC 266 — COM(2005) 119 finali.
(2) ĠU C 65, 17.03.2006, p. 9.
(3) ĠU C 115, 16.05.2006, p. 20.
(4) Dok. P6_TA-PROV(2006)0265.
(5) Il-Kunsill laħaq ukoll ftehim politiku dwar it-test tad-Deċiżjoni tal-Kunsill dwar is-Seba' Programm Kwadru tal-Komunità Ewropea ta' l-Enerġija Atomika (Euratom) għal attivitajiet ta' riċerka u taħriġ (2007-2011). L-adozzjoni finali ta' din id-Deċiżjoni ser isseħħ fl-istess ħin ma' l-adozzjoni finali tad-Deċiżjoni tal-Programm Kwadru tal-KE. L-abbozz tat-test ġie trasmess lill-Parlament Ewropew għal informazzjoni.
(6) Green Paper ta' l-2005 dwar l-Effiċjenza ta' l-Enerġija (COM (2005)265), Green Paper ta' l-2006 dwar strateġija Ewropea għal enerġija sostenibbli, kompetittiva u sigura (COM (2006) 105).