|
2.10.2020 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 319/2 |
REGOLAMENT TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2020/1369
tad-29 ta’ Settembru 2020
li jemenda l-Anness I tar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2658/87 dwar in-nomenklatura tat-tariffa u l-istatistika u dwar it-Tariffa Doganali Komuni ta’ Dwana
IL-KUMMISSJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2658/87, tat-23 ta’ Lulju, 1987, dwar in-nomenklatura tat-tariffa u l-istatistika u dwar it-Tariffa Doganali Komuni ta’ Dwana (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 9(1)(a) tiegħu,
Billi:
|
(1) |
Ir-Regolament (KEE) Nru 2658/87 jistabbilixxi nomenklatura għall-oġġetti (minn issa ’l quddiem imsejħa “in-Nomenklatura Magħquda” jew “in-NM”), biex fl-istess waqt jissodisfa r-rekwiżiti tat-Tariffa Doganali Komuni, l-istatistika tal-kummerċ estern tal-Unjoni, u politiki oħrajn tal-Unjoni li jikkonċernaw l-importazzjoni jew l-esportazzjoni tal-oġġetti. |
|
(2) |
Dak ir-Regolament jistabbilixxi wkoll Tariffa Integrata tal-Unjoni Ewropea (minn issa ’l quddiem imsejħa t-“TARIC”), li tissodisfa r-rekwiżiti tat-Tariffa Doganali Komuni, l-istatistika tal-kummerċ estern, il-politika kummerċjali, agrikola u politiki oħrajn tal-Unjoni dwar l-importazzjoni jew l-esportazzjoni tal-oġġetti. |
|
(3) |
Sabiex l-Unjoni timmonitorja l-istatistika relatata biss mal-importazzjoni ta’ oġġetti speċifiċi, il-ħolqien ta’ subintestaturi statistiċi fit-TARIC huwa l-aktar għodda xierqa; tali kodiċijiet statistiċi TARIC huma stabbiliti fl-Anness 10 “TARIC statistikas kodi” tat-Tielet Parti (Annessi għat-Tariffa) tal-Anness I tar-Regolament (KEE) Nru 2658/87. |
|
(4) |
Is-sitwazzjoni tal-pandemija tal-COVID-19 għadha għaddejja fl-Unjoni u għalhekk, id-domanda għal ċerti oġġetti mediċi fl-Istati Membri, b’mod partikolari l-maskri protettivi tal-wiċċ, hija għolja u l-importazzjonijiet ta’ tali oġġetti ġġib magħha sfidi addizzjonali għall-awtoritajiet doganali. |
|
(5) |
Iż-żieda fl-użu u d-domanda għall-maskri protettivi tal-wiċċ fl-Unjoni hija sinifikanti fis-sitwazzjoni attwali minħabba li l-Istati Membri qed jiġġieldu kontra t-tixrid tal-COVID-19 u l-importanza tagħhom x’aktarx li tibqa’ għolja fil-futur. |
|
(6) |
Sabiex jiġu ffaċilitati u armonizzati l-kontrolli doganali fl-Istati Membri fil-livell tal-Unjoni, huwa xieraq li jinħolqu subintestaturi addizzjonali fit-TARIC li jikkorrispondu għal livell ogħla ta’ dettall għal maskri protettivi tal-wiċċ differenti, f’konformità mal-kapaċitajiet ta’ filtrazzjoni tagħhom. Dawn is-subintestaturi addizzjonali jippermettu li issir distinzjoni aktar malajr bejn il-prodotti kkonċernati u oħrajn taħt l-istess subintestatura, u b’hekk jittaffa l-impatt ta’ dewmien possibbli fil-katina tal-provvista matul il-pandemija. |
|
(7) |
Barra minn hekk, tali subintestaturi addizzjonali tat-TARIC jenħtieġ li jinħolqu sabiex jiġi żgurat monitoraġġ aħjar tal-flussi kummerċjali ta’ dawn il-maskri protettivi tal-wiċċ. |
|
(8) |
Tali subintestaturi addizzjonali tat-TARIC jiffaċilitaw ukoll l-implimentazzjoni mill-Istati Membri tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni (UE) 2020/491 (2). Peress li l-maskri protettivi tal-wiċċ huma fost il-prodotti l-aktar importati, l-identifikazzjoni speċifika tagħhom fit-TARIC tippermetti proċess ta’ dikjarazzjoni aktar mgħaġġel billi ssir distinzjoni tat-tali prodotti minn prodotti oħrajn li bħalissa huma kklassifikati taħt l-istess subintestatura. |
|
(9) |
Għalhekk l-Anness 10 fit-Tielet Parti tal-Anness I tar-Regolament (KEE) Nru 2658/87 jenħtieġ li jiġi emendat skont dan. |
|
(10) |
Għaldaqstant, sabiex l-awtoritajiet doganali, li qed jimplimentaw id-Deċiżjoni (UE) 2020/491, jibbenefikaw minn din il-miżura mill-aktar fis possibbli u biex tiġi ffaċilitata il-katina ta’ provvista rapida tat-tali prodotti, jenħtieġ li dan ir-Regolament jidħol fis-seħħ b’urġenza. |
|
(11) |
Il-miżuri stipulati f’dan ir-Regolament huma skont l-opinjoni tal-Kumitat tal-Kodiċi Doganali, |
ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
L-Anness I tar-Regolament (KEE) Nru 2658/87 huwa emendat kif stabbilit fl-Anness ta’ dan ir-Regolament.
Artikolu 2
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ l-għada tal-jum tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fi Brussell, id-29 ta’ Settembru 2020.
Għall-Kummissjoni
F’isem il-President,
Gerassimos THOMAS
Direttur Ġenerali
Id-Direttorat Ġenerali għat-Tassazzjoni u l-Unjoni
(2) Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni (UE) 2020/491 tat-3 ta’ April 2020 dwar l-eżenzjoni mid-dazji fuq l-importazzjoni u l-eżenzjoni mill-VAT fuq l-importazzjonijiet tal-merkanzija meħtieġa biex jiġu miġġielda l-effetti tat-tifqigħa tal-COVID-19 matul l-2020 (ĠU L 103I, 3.4.2020, p. 1).
ANNESS
L-Anness I tar-Regolament (KEE) Nru 2658/87 huwa emendat kif ġej:
|
(1) |
Fit-Tieni Parti, it-Taqsima XI, il-Kapitolu 63, ir-ringiela tal-kodiċi NM 6307 90 98 hija sostitwita b’dan li ġej:
|
|
(2) |
Fit-Tielet Parti, fl-Anness 10, jiddaħħlu r-ringieli li ġejjin:
|
(*1) Kodiċijiet statistiċi: tat-TARIC: Ara l-Anness 10. ”.