|
Il-Ġurnal Uffiċjali |
MT Is-serje C |
|
C/2024/7501 |
17.12.2024 |
Avviż għall-attenzjoni tal-persuni li għalihom japplikaw il-miżuri restrittivi previsti fid-Deċiżjoni tal-Kunsill (PESK) 2024/254 u fir-Regolament tal-Kunsill (UE) 2024/287 dwar miżuri restrittivi fid-dawl tas-sitwazzjoni fil-Gwatemala
(C/2024/7501)
L-informazzjoni li ġejja qed titressaq għall-attenzjoni tal-persuni li jidhru fl-Anness tad-Deċiżjoni tal-Kunsill (PESK) 2024/254 (1) u fl-Anness I tar-Regolament tal-Kunsill (UE) 2024/287 (2) dwar miżuri restrittivi fid-dawl tas-sitwazzjoni fil-Gwatemala.
Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea ddeċieda li dawk il-persuni għandhom jibqgħu inklużi fil-lista ta' persuni, entitajiet u korpi soġġetti għall-miżuri restrittivi previsti fid-Deċiżjoni (PESK) 2024/254 u fir-Regolament (UE) 2024/287 dwar miżuri restrittivi fid-dawl tas-sitwazzjoni fil-Gwatemala. Ir-raġunijiet għad-deżinjazzjoni tal-persuni kkonċernati jidhru fl-entrati rilevanti fl-Annessi.
Qed tinġibed l-attenzjoni tal-persuni għall-possibbiltà li ssir applikazzjoni lill-awtoritajiet kompetenti tal-Istat(i) Membru/i rilevanti kif indikat fis-siti web fl-Anness II tar-Regolament (UE) 2024/287, sabiex jiksbu awtorizzazzjoni biex jużaw il-fondi friżati għal ħtiġijiet bażiċi jew ħlasijiet speċifiċi (ara l-Artikolu 3 tar-Regolament).
Il-persuni kkonċernati jistgħu jressqu talba lill-Kunsill qabel it-2 ta' Settembru 2025 , flimkien mad-dokumentazzjoni ta' sostenn, biex terġa' titqies id-deċiżjoni li jiġu inklużi fil-listi msemmija hawn fuq, fl-indirizz li ġej:
|
Kunsill tal-Unjoni Ewropea |
|
General Secretariat |
|
RELEX.1 |
|
Rue de la Loi/Wetstraat 175 |
|
1048 Bruxelles/Brussel |
|
BELGIQUE/BELGIË |
Barra minn hekk, qed tinġibed l-attenzjoni tal-persuni kkonċernati għall-possibbiltà li jikkontestaw id-deċiżjoni tal-Kunsill quddiem il-Qorti Ġenerali tal-Unjoni Ewropea, f'konformità mal-kundizzjonijiet stabbiliti fl-Artikolu 275, it-tieni paragrafu, u fl-Artikolu 263, ir-raba' u s-sitt paragrafi, tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea.
(1) ĠU L, 2024/254, 15.1.2024, ELI: http://data.europa.eu/eli/dec/2024/254/oj.
(2) ĠU L, 2024/287, 15.1.2024, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2024/287/oj.
ELI: http://data.europa.eu/eli/C/2024/7501/oj
ISSN 1977-0987 (electronic edition)