|
11.5.2023 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 167/172 |
P9_TA(2022)0415
Ebda oġġezzjoni għal att delegat: miżuri temporanji ta' emerġenza dwar ir-rekwiżiti kollaterali
Deċiżjoni tal-Parlament Ewropew tal-24 ta’ Novembru 2022 li ma ssir ebda oġġezzjoni għar-regolament delegat tal-Kummissjoni tal-21 ta' Ottubru 2022 li jemenda l-istandards tekniċi regolatorji stabbiliti fir-Regolament ta' Delega (UE) Nru 153/2013 fir-rigward ta' miżuri temporanji ta' emerġenza dwar ir-rekwiżiti kollaterali (C(2022)7536 – 2022/2908(DEA))
(2023/C 167/37)
Il-Parlament Ewropew,
|
— |
wara li kkunsidra r-regolament delegat tal-Kummissjoni (C(2022)7536), |
|
— |
wara li kkunsidra l-ittra tal-Kummissjoni tal-25 ta' Ottubru 2022, li permezz tagħha hija talbet lill-Parlament jiddikjara li mhux se joġġezzjona għar-regolament delegat, |
|
— |
wara li kkunsidra l-ittra tal-Kumitat għall-Affarijiet Ekonomiċi u Monetarji lill-President tal-Konferenza tal-Presidenti tal-Kumitati, bid-data 17 ta' Novembru 2022, |
|
— |
wara li kkunsidra l-Artikolu 290 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, |
|
— |
wara li kkunsidra r-Regolament (UE) Nru 648/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-4 ta' Lulju 2012 dwar derivati OTC, kontropartijiet ċentrali u repożitorji tad-data dwar it-tranżazzjonijiet (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 46(3) tiegħu, |
|
— |
wara li kkunsidra l-abbozz ta' standards tekniċi ta' regolamentazzjoni ppreżentati fl-14 ta' Ottubru 2022 mill-Awtorità Ewropea tat-Titoli u s-Swieq (ESMA) skont l-Artikolu 46(3), tar-Regolament (UE) Nru 648/2012, |
|
— |
wara li kkunsidra l-Artikolu 111(6) tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu, |
|
— |
wara li kkunsidra r-rakkomandazzjoni għal deċiżjoni tal-Kumitat għall-Affarijiet Ekonomiċi u Monetarji, |
|
A. |
billi r-Regolament ta' Delega tal-Kummissjoni (UE) Nru 153/2013 (2) jispeċifika, fost affarijiet oħra, il-livelli minimi tal-marġnijiet inizjali u l-lista ta' kollateral eliġibbli, kif previst fl-Artikolu 46(3) tar-Regolament (UE) Nru 648/2012; |
|
B. |
billi l-iżviluppi politiċi u tas-suq riċenti wasslu għal żidiet sinifikanti fil-livelli tal-prezzijiet u l-volatilità fis-swieq tal-enerġija, u dan skatta sejħiet għal appelli għall-marġni sostanzjali mill-kontropartijiet ċentrali biex ikopru l-iskoperturi relatati. billi dawk l-appelli għall-marġni ħolqu pressjoni ta' likwidità fuq il-kontropartijiet nonfinanzjarji, bħalma huma d-ditti tal-enerġija, li tipikament ikollhom inqas assi likwidi biex jissodisfaw ir-rekwiżiti tal-marġni, u ġegħluhom inaqqsu l-pożizzjonijiet tagħhom jew iħalluhom iħħeġġjati b'mod mhux xieraq u jesponuhom għal varjazzjonijiet ulterjuri fil-prezzijiet; |
|
C. |
billi l-Kummissjoni staqsiet lill-Awtorità Ewropea tat-Titoli u s-Swieq (ESMA), fit-13 ta' Settembru 2022 (permezz tal-ittra Ares(2022)6980063) jekk id-dispożizzjonijiet applikabbli tar-Regolament ta' Delega (UE) Nru 153/2013 għandhomx jiġu adattati temporanjament biex jittaffa parti mill-piż li jiffaċċjaw il-kumpaniji tal-enerġija bħala kontropartijiet nonfinanzjarji fl-iħħeġġjar tal-attività kummerċjali tagħhom fis-swieq finanzjarji filwaqt li jinżamm l-għan ġenerali tar-Regolament (UE) Nru 648/2012 li tiġi ppreservata l-istabbiltà finanzjarja; billi l-ESMA wieġbet fit-22 ta' Settembru 2022 (permezz tal-ittra ESMA24-436-1414) u indikat li l-garanziji bankarji kummerċjali mhux kollateralizzati biss għandhom jiġu kkunsidrati għal emendi temporanji u limitati skont ċerti kundizzjonijiet; billi fir-rapport finali tagħha l-ESMA pproponiet abbozz ta' standards tekniċi regolatorji (ESMA91-372-2466) inklużi emendi biex l-aggregazzjoni ta' kollateral eliġibbli tiġi estiża għal garanziji bankarji mhux kollateralizzati ta' kontropartijiet nonfinanzjarji li jaġixxu bħala membri tal-ikklerjar kif ukoll garanziji pubbliċi għat-tipi kollha ta' kontropartijiet; |
|
D. |
billi l-Kummissjoni għalhekk adottat ir-regolament delegat li jimmodifika temporanjament il-lista ta' kollateral eliġibbli li jista' jiġi ddepożitat mal-kontropartijiet ċentrali (CCPs) tal-Unjoni biex jiġu inklużi l-garanziji bankarji mhux kollateralizzati kif ukoll il-garanziji pubbliċi għal perjodu ta' 12-il xahar; |
|
E. |
billi r-regolament delegat għandu jidħol fis-seħħ bħala kwistjoni ta' urġenza sabiex tittaffa ż-żieda fil-pressjoni ta' likwidità fuq il-kontropartijiet nonfinanzjarji li jinnegozjaw fi swieq regolati tal-gass u tal-elettriku u jwettqu kklerjar permezz ta' CCPs ibbażati fl-Unjoni; |
|
1. |
Jiddikjara li ma joġġezzjonax għar-regolament delegat; |
|
2. |
Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex tgħaddi din id-deċiżjoni lill-Kunsill u lill-Kummissjoni. |
(1) ĠU L 201, 27.7.2012, p. 1.
(2) Ir-Regolament ta' Delega tal-Kummissjoni (UE) Nru 153/2013 tad-19 ta' Diċembru 2012 li jissupplimenta r-Regolament (UE) Nru 648/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward ta' standards tekniċi regolatorji dwar rekwiżiti għall-kontropartijiet ċentrali (ĠU L 52, 23.2.2013, p. 41).