32005H0256

Rakkomandazzjoni tal-Kunsill tat- 8 ta’ Marzu 2005 dwar il-kwittanza li trid tingħata lill-Kummissjoni fir-rigward ta' l-implimentazzjoni ta' l-operazzjonijiet tal-Fond Ewropew għall-Iżvilupp (Is-Sitt EDF) għas-sena finanzjarja 2003

Official Journal L 077 , 23/03/2005 P. 0014 - 0014
Official Journal L 159 , 13/06/2006 P. 0276 - 0276


Rakkomandazzjoni tal-Kunsill

tat- 8 ta’ Marzu 2005

dwar il-kwittanza li trid tingħata lill-Kummissjoni fir-rigward ta' l-implimentazzjoni ta' l-operazzjonijiet tal-Fond Ewropew għall-Iżvilupp (Is-Sitt EDF) għas-sena finanzjarja 2003

(2005/256/KE)

IL-KUNSILL TA’ L-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidra t-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,

Wara li kkunsidra t-Tielet Konvenzjoni ta' l-ACP-KEE, iffirmata f'Lomé fit- 8 ta' Diċembru 1984,

Wara li kkunsidra l-Ftehim Intern 86/126/KEE dwar l-għajnuna finanzjarja u amministrattiva tal-Komunità [1], u partikolarment l-Artikolu 29(3) tiegħu,

Wara li kkunsidra r-Regolament Finanzjarju tal- 11 ta' Novembru 1986 applikabbli għas-Sitt Fond Ewropew għall-Iżvilupp (Is-Sitt EDF) [2], u partikolarment l-Artikoli 66 sa 73 tiegħu,

Wara li eżamina l-kont tad-dħul u ta' l-infiq u l-balance sheet relatati mas-Sitt EDF kif kienu fil- 31 ta' Diċembru 2003 u r-rapport tal-Qorti ta' l-Awdituri għas-sena finanzjarja 2003 flimkien mar-risposti tal-Kummissjoni [3],

(1) Billi skond l-Artikolu 29(3) tal-Ftehim Intern, il-kwittanza għat-tmexxija finanzjarja tas-Sitt EDF trid jingħata lill-Kummissjoni mill-Parlament Ewropew fuq rakkomandazzjoni tal-Kunsill.

(2) Billi l-implimentazzjoni totali mill-Kummissjoni ta' l-operazzjonijiet tas-Sitt EDF matul is-sena finanzjarja 2003 kienet sodisfaċenti,

B'DAN JIRRAKKOMANDA li l-Parlament Ewropew jagħti lill-Kummissjoni kwittanza fir-rigward ta' l-implimentazzjoni ta' l-operazzjonijiet tas-Sitt EDF għas-sena finanzjarja 2003.

Magħmula fi Brussel, nhar it- 8 ta’ Marzu 2005.

Għall-Kunsill

Il-President

J.-C. Juncker

[1] ĠU L 86, 31.3.1986, p. 210. Ftehim kif emendat l-aħħar bid-Deċiżjoni 86/281/KEE (ĠU L 178, 2.7.1986, p. 13).

[2] ĠU L 325, 20.11.1986, p. 42.

[3] ĠU C 293, 30.11.2004, p. 315.

--------------------------------------------------