|
16.11.2013 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 308/254 |
DEĊIŻJONI TAL-PARLAMENT EWROPEW
tas-17 ta’ April 2013
dwar il-kwittanza għall-implimentazzjoni tal-baġit tal-Aġenzija Ewropea għall-Mediċini għas-sena finanzjarja 2011
(2013/584/UE)
IL-PARLAMENT EWROPEW,
|
— |
wara li kkunsidra l-kontijiet annwali definittivi tal-Aġenzija Ewropea għall-Mediċini għas-sena finanzjarja 2011, |
|
— |
wara li kkunsidra r-rapport tal-Qorti tal-Awdituri dwar il-kontijiet annwali tal-Aġenzija Ewropea għall-Mediċini għas-sena finanzjarja 2011, flimkien mat-tweġibiet tal-Aġenzija (1), |
|
— |
wara li kkunsidra r-rakkomandazzjoni tal-Kunsill tat-12 ta’ Frar 2013 (05753/2013 — C7-0041/2013), |
|
— |
wara li kkunsidra l-Artikolu 319 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, |
|
— |
wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 1605/2002 tal-25 ta’ Ġunju 2002 rigward ir-Regolament Finanzjarju applikabbli għall-bagit ġenerali tal-Komunitajiet Ewropej (2), u b’mod partikolari l-Artikolu 185 tiegħu, |
|
— |
wara li kkunsidra r-Regolament (UE, Euratom) Nru 966/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-25 ta’ Ottubru 2012 dwar ir-regoli finanzjarji applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Unjoni u li jħassar ir-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 1605/2002 (3), u b’mod partikolari l-Artikolu 208 tiegħu, |
|
— |
wara li kkunsidra r-Regolament (KE) Nru 726/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (4) li jistabbilixxi l-Aġenzija Ewropea għall-Mediċini, u b’mod partikolari l-Artikolu 68 tiegħu, |
|
— |
wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kummissjoni (KE, Euratom) Nru 2343/2002 tad-19 ta’ Novembru 2002 dwar ir-Regolament Finanzjarju strutturali għall-entitajiet imsemmijin fl-Artikolu 185 tar-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 1605/2002 dwar ir-Regolament Finanzjarju applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Komunitajiet Ewropej (5), u b’mod partikolari l-Artikolu 94 tiegħu, |
|
— |
wara li kkunsidra l-Artikolu 77 u l-Anness VI tar-Regoli ta’ Proċedura tiegħu, |
|
— |
wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Kontroll tal-Baġit u l-opinjoni tal-Kumitat għall-Ambjent, is-Saħħa Pubblika u s-Sikurezza tal-Ikel (A7-0098/2013), |
|
1. |
Jagħti l-kwittanza lid-Direttur Eżekuttiv tal-Aġenzija Ewropea għall-Mediċini għall-implimentazzjoni tal-baġit tal-Aġenzija għas-sena finanzjarja 2011; |
|
2. |
Jippreżenta l-kummenti tiegħu fir-riżoluzzjoni t’hawn taħt; |
|
3. |
Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi din id-deċiżjoni, kif ukoll ir-riżoluzzjoni li hi parti integrali minnha, lid-Direttur Eżekuttiv tal-Aġenzija Ewropea għall-Mediċini, lill-Kunsill, lill-Kummissjoni u lill-Qorti tal-Awdituri, u biex jiżgura li jiġu ppubblikati f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea (serje L). |
Il-President
Martin SCHULZ
Is-Segretarju Ġenerali
Klaus WELLE
(1) ĠU C 388, 15.12.2012, p. 116.
(2) ĠU L 248, 16.9.2002, p. 1.
(3) ĠU L 298, 26.10.2012, p. 1.
(4) ĠU L 136, 30.4.2004, p. 1.
(5) ĠU L 357, 31.12.2002, p. 72.
RIŻOLUZZJONI TAL-PARLAMENT EWROPEW
tas-17 ta’ April 2013
li tinkludi l-kummenti li jagħmlu parti integrali mid-deċiżjoni dwar il-kwittanza għall-implimentazzjoni tal-baġit tal-Aġenzija Ewropea għall-Mediċini għas-sena finanzjarja 2011
IL-PARLAMENT EWROPEW,
|
— |
wara li kkunsidra l-kontijiet annwali definittivi tal-Aġenzija Ewropea għall-Mediċini għas-sena finanzjarja 2011, |
|
— |
wara li kkunsidra r-rapport tal-Qorti tal-Awdituri dwar il-kontijiet annwali tal-Aġenzija Ewropea għall-Mediċini għas-sena finanzjarja 2011, flimkien mat-tweġibiet tal-Aġenzija (1), |
|
— |
wara li kkunsidra r-rakkomandazzjoni tal-Kunsill tas-12 ta’ Frar 2013 (05753/2013 – C7-0041/2013), |
|
— |
wara li kkunsidra l-Artikolu 319 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, |
|
— |
wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 1605/2002 tal-25 ta’ Ġunju 2002 rigward ir-Regolament Finanzjarju applikabbli għall-bagit ġenerali tal-Komunitajiet Ewropej (2), u b’mod partikolari l-Artikolu 185 tiegħu, |
|
— |
wara li kkunsidra r-Regolament (UE, Euratom) Nru 966/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-25 ta’ Ottubru 2012 dwar ir-regoli finanzjarji applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Unjoni u li jħassar ir-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 1605/2002 (3), u b’mod partikolari l-Artikolu 208 tiegħu, |
|
— |
wara li kkunsidra r-Regolament (KE) Nru 726/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (4) li jistabbilixxi l-Aġenzija Ewropea għall-Mediċini, u b’mod partikolari l-Artikolu 68 tiegħu, |
|
— |
wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kummissjoni (KE, Euratom) Nru 2343/2002 tad-19 ta’ Novembru 2002 dwar ir-Regolament Finanzjarju strutturali għall-entitajiet imsemmijin fl-Artikolu 185 tar-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 1605/2002 dwar ir-Regolament Finanzjarju applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Komunitajiet Ewropej (5), u b’mod partikolari l-Artikolu 94 tiegħu, |
|
— |
wara li kkunsidra l-Artikolu 77 u l-Anness VI tar-Regoli ta’ Proċedura tiegħu, |
|
— |
wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Kontroll tal-Baġit u l-opinjoni tal-Kumitat għall-Ambjent, is-Saħħa Pubblika u s-Sikurezza tal-Ikel (A7-0098/2013), |
|
A. |
billi l-Qorti tal-Awdituri affermat li kisbet assigurazzjonijiet raġonevoli li l-kontijiet annwali tal-Aġenzija Ewropea għall-Mediċini (“l-Aġenzija”) għas-sena finanzjarja 2011 huma affidabbli u li t-tranżazzjonijiet sottostanti huma legali u regolari; |
|
B. |
billi fit-23 ta’ Ottubru 2012, il-Parlament ta l-kwittanza lid-Direttur Eżekuttiv tal-Aġenzija għall-implimentazzjoni tal-baġit tagħha għas-sena finanzjarja 2010 (6), u fir-riżoluzzjoni tiegħu li takkumpanja d-deċiżjoni dwar il-kwittanza, fost affarijiet oħra:
|
|
C. |
billi l-baġit tal-Aġenzija għall-2011 kien EUR 208 863 000, li jirrappreżenta żieda nominali ta’ 0,22 % meta mqabbel mas-sena finanzjarja 2010, |
|
D. |
billi l-kontribuzzjoni kumplessiva tal-Unjoni għall-baġit tal-Aġenzija għall-2011 kienet EUR 39 765 191,39, meta mqabbla mal-EUR 36 755 652,07 fl-2010; |
Segwitu għall-kwittanza għall-2010
|
1. |
Jirrikonoxxi mill-Aġenzija li, f’dak li jirrigwarda verifika ex post tad-dikjarazzjonijiet ta’ interessi tal-esperi u l-membri tal-kumitat tagħha, kampjun rappreżentattiv tas-46 % tal-esperti li għad fadal se jiġi inkluż fil-verifika ex post li qed issir bħalissa; jinnota li verifika ġdida u aktar eżawrjenti qed tiġi żviluppata bħala riżultat tat-tagħlimiet misluta mill-verifika ex post li saret fil-kuntest tal-kwittanza għall-2010; jieħu nota tal-iskeda ta’ żmien kif komunikata mill-Aġenzija u jistenna li jiġi informat debitament dwar l-eżitu tal-verifika; |
|
2. |
Jinnota b’sodisfazzjon li taqsima speċjali li tiddeskrivi l-azzjonijiet meħuda għall-prevenzjoni u l-ġestjoni tal-kunflitti ta’ interessi għandha tiddaħħal f’kull RAA tal-Aġenzija, b’bidu mir-RAA tal-2012; |
Il-ġestjoni baġitarja u finanzjarja
|
3. |
Ifakkar li l-kontribuzzjonijiet totali tal-Unjoni ammontaw għal EUR 39 765 191,39 għall-2011, somma li tirrappreżenta żieda ta’ 8,65 % meta mqabbla mas-sena ta’ qabel; |
|
4. |
Jagħraf li l-baġit tal-Aġenzija huwa ffinanzjat sew mill-baġit tal-Unjoni kif ukoll minn imposti mħallsa mill-industrija farmaċewtika għal applikazzjonijiet għal awtorizzazzjonijiet ta’ kummerċjalizzazzjoni tal-Unjoni, u għall-ksib jew iż-żamma ta’ dawn; jirriżultalhu mill-kontijiet annwali li fl-2011, 77,7 % tad-dħul tal-Aġenzija kien stmat li kien ġej minn dħul ta’ imposti, li minn sena għal sena baqa’ jiżdied, bil-perċentwal relattiv mill-kontribuzzjoni tal-Unjoni jlaħħaq 18,3 % fl-2011 (18,8 % fl-2010, jew 14 % jekk l-irkupru tal-eċċess ikun tnaqqas mill-kontribuzzjoni totali tal-Unjoni); |
|
5. |
Josserva li f’termini ta’ approprjazzjonijiet impenjati u mħallsa, ir-rata ta’ eżekuzzjoni tal-Aġenzija hija rispettivament ta’ 95,21 % u 81,97 %, meta mqabbla ma’ 95,65 % u 79,10 % fl-2010; jitlob lill-Aġenzija biex tibqa’ taħdem ħalli ttejjeb ir-rata ta’ eżekuzzjoni tal-pagamenti; |
|
6. |
Jinnota bi tħassib li, bħal fir-rapporti preċedenti tagħha, il-Qorti tal-Awdituri nnutat il-ħtieġa li tiġi introdotta sistema ta’ remunerazzjoni għas-servizzi mogħtija mill-awtoritajiet tal-Istati Membri, abbażi tal-kostijiet reali tagħhom; jiddispjaċih li ma sar ebda progress dwar din il-kwistjoni mill-2009, meta proposta għal sistema ta’ pagament ġdida ġiet ippreżentata lill-Bord Amministrattiv iżda ma ntlaħaq l-ebda qbil; jinnota li l-Aġenzija f’Marzu 2013 se tippreżenta lill-Bord Amministrattiv proposta ġdida għal sistema ta’ pagament ġdida; jirrikonoxxi l-isforzi magħmula mill-eżekuttivi tal-Aġenzija biex iħeġġu deċiżjoni mill-Bord Amministrattiv għal reviżjoni tas-sistema ta’ remunerazzjoni tas-servizzi tal-Istati Membri abbbażi ta’ kostijiet reali; huwa konxju bis-sħiħ li l-progress batut li sar kien minħabba n-nuqqas ta’ deċiżjoni mill-Bord Amministrattiv; jilqa’, għalhekk l-approċċ meħud mill-amministrazzjoni tal-Aġenzija li titlob lill-Kummissjoni Ewropea għal aktar assistenza dwar din il-kwistjoni; iħeġġeġ lill-Aġenzija biex tinforma lill-awtorità tal-kwittanza dwar l-iżviluppi rigward din il-kwistjoni, inter alia dwar l-istat attwali fir-rigward tal-pjan ta’ azzjoni ġdid u l-pożizzjoni tal-Bord Amministrattiv dwar dan; |
L-approprjazzjonijiet riportati
|
7. |
Huwa mħasseb li, għal darb’ oħra, il-Qorti tal-Awdituri rrappurtat li approprjazzjonijiet ta’ pagament għat-Titolu II (“Nefqa amministrattiva”) li jammontaw għal EUR 9 600 000 ġew riportati għall-2012, ammont li jirrappreżenta 29 % tal-baġit tat-Titolu II, kif ukoll approprjazzjonijiet ta’ pagament li jammontaw għal EUR 10 300 000 għat-Titolu III (“Nefqa operattiva”), ammont li jirrappreżenta 34 % tal-baġit tat-Titolu III; jemmen li l-livell ta’ ammonti riportati huwa eċċessiv u jmur kontra l-prinċipju tal-annwalità; |
|
8. |
Jinnota bi tħassib id-differenza bejn il-konklużjoni tal-Qorti tal-Awdituri u t-tweġiba tal-Aġenzija rigward il-kuntratt qafas għas-servizzi tat-teknoloġija tal-Informazzjoni (IT) konkluż fl-2009, li għalihom il-Qorti kienet ikkwalifikat l-opinjoni tagħha dwar il-legalità u r-regolarità tat-transazzjonijiet sottostanti tal-kontijiet tal-Aġenzija tal-2009; jinnota li l-Qorti tal-Awdituri tikkunsidra li ż-żieda tal-limitu massimu tal-kuntratt oriġinali hija irregolari, filwaqt li l-Aġenzija tqis li l-kuntratt tal-qafas tal-IT ma kienx irregolari, u għalhekk lanqas ma tqis l-estensjoni tiegħu bħala irregolari; iħeġġeġ lill-Aġenzija biex tipprovdi aktar informazzjoni dwar il-kwistjoni u biex tieħu passi bil-għan li din il-kontradizzjoni tiġi solvuta; |
Proceduri ta’ akkwist
|
9. |
Jirrikonoxxi mill-Qorti tal-Awdituru li hemm lok għal titjib fit-trasparenza tal-proċeduri ta’ akkwist fir-rigward tal-ġustifikazzjoni tal-volumi stmati tal-kuntratt u d-definizzjoni, il-pubblikazzjoni u l-applikazzjoni tal-kriterji tal-għażla; jinnota b’sodisfazzjon li l-Aġenzija ħadet nota tal-kummenti tal-Qorti tal-Awdituri u aġġornat il-proċeduri tagħha għal finijiet ta’ trasparenza u dokumentazzjoni; |
Proċeduri ta’ reklutaġġ
|
10. |
Jinnota li fl-2011, l-Aġenzija ħabbret 15-il post vakanti għal aġenti temporanji u li, fi tmiem is-sena, l-għadd totali tal-membri tal-persunal tal-Aġenzija kien kiber minn 656 għal 689; |
|
11. |
Jirrikonoxxi mill-Qorti tal-Awdituri l-ħtieġa li titjieb it-trasparenza tal-proċeduri tal-għażla tal-persunal; jinnota bi tħassib li l-membri tal-Bord ta’ Għażla mhux dejjem ikkompletaw id-dikjarazzjonijiet tagħhom ta’ kunflitt ta’ interessi, jew inkella ma għamlux dan f’waqtu, u ma kien hemm l-ebda evidenza li ttieħdet xi azzjoni biex jiġu indirizzati l-kwistjonijiet imqajma minn dawk id-dikjarazzjonijiet; jiddispjaċih li d-dokumentazzjoni tal-proċedimenti tal-Bord ta’ Għażla mhux dejjem kienet adegwata u li ma hemm l-ebda evidenza ta’ kif ġie stabbilit il-metodu kif il-kandidati għandhom jiddaħħlu fil-lista ristretta u li l-mistoqsijiet għat-testijiet bil-miktub jew l-intervisti ġew stabbiliti qabel l-eżamijiet; |
|
12. |
Jinnota mill-Aġenzija li din ħadet nota tal-kummenti tal-Qorti tal-Awdituri u aġġornat il-proċeduri tagħha għal trasparenza u dokumentazzjoni f’waqtha; iqis li wħud mid-dispożizzjonijiet tar-Regolamenti tal-Persunal jistgħu jkunu ta’ piż amministrattiv kunsiderevoli; iħeġġeġ għalhekk lill-Kummissjoni tippermetti ċertu livell ta’ simplifikazzjoni skont l-Artikolu 110 tar-Regolamenti tal-Persunal fir-rigward tal-aġenziji; |
Kunflitt ta’ interessi
|
13. |
Jilqa’ l-fatt li l-Qorti tal-Awdituri wettqet verifika biex tevalwa l-politiki u l-proċeduri għall-ġestjoni tas-sitwazzjonijiet ta’ kunflitt ta’ interess għal erba’ aġenziji Ewropej, inkluża l-Aġenzija Ewropea għall-Mediċini, u ppreżentat ir-riżultati tagħha fir-Rapport Speċjali 15/2012; |
|
14. |
Jinnota li, skont is-sejbiet tal-Qorti tal-Awdituri, fil-ħin tat-tlestija tal-ħidma fil-post (Ottubru 2011), l-Aġenzija ma kellhiex ġestjoni adegwata tas-sitwazzjonijiet ta’ kunflitt ta’ interessi, iżda żviluppat waħda mill-aktar politiki u proċeduri avvanzati għad-dikjarazzjoni, il-valutazzjoni u l-ġestjoni tal-kunflitti ta’ interessi; |
|
15. |
Jilqa’ l-fatt li l-Aġenzija ħadet għadd ta’ passi wara r-rakkomandazzjonijiet tal-awtorità tal-kwittanza għall-2010, il-verifika tal-Qorti tal-Awdituri u l-pubblikazzjoni tar-Rapport Speċjali 15/2012, b’mod partikolari:
|
|
16. |
Iħeġġeġ lill-Awtorità biex tkompli timplimenta r-rakkomandazzjonijiet tal-Qorti tal-Awdituri ħalli tevita kwalunkwe kunflitt ta’ interessi fid-diversi strutturi ta’ governanza u operat tagħha, u biex kull sitt xhur tirrapporta lill-awtorità tal-kwittanza dwar l-implimentazzjoni tal-politiki u l-proċeduri msemmija hawn fuq, kif ukoll dwar kwalunkwe żvilupp ieħor fir-rigward tal-ġestjoni tal-kunflitt ta’ interessi; |
|
17. |
Jitlob li l-Aġenzija tibda djalogu strutturat mas-soċjetà ċivili dwar kwistjonijiet relatati mal-kunflitt ta’ interessi, tistieden lill-organizzazzjonijiet ikkonċernati biex mill-anqas darbtejn fis-sena jiddiskutu kwistjonijiet ta’ interess komuni abbażi ta’ aġenda maqbula u tinforma lill-awtorità tal-kwittanza dwar l-eżitu ta’ dawk id-deliberazzjonijiet; |
|
18. |
Jilqa’ l-impenn min-naħa tal-Aġenzija li fl-ewwel nofs tal-2013 twettaq rieżami tal-implimentazzjoni tal-politika riveduta tagħha dwar il-ġestjoni tal-kunflitti ta’ interessi u li bħalissa qed jiġi żviluppat kontroll ex ante u ex post dwar il-ġestjoni tal-kunflitti ta’ interessi li għandu jiġi implimentat fit-tieni trimestru tal-2013; jitlob li l-Aġenzija żżomm lill-awtorità ta’kwittanza informata dwar l-eżiti rispettivi tagħhom; |
|
19. |
Jilqa’ l-fatt li, wara li f’Ġunju 2012 dak li qabel kien il-Kap tas-Servizz Legali telaq mill-Aġenzija biex jaħdem, bħala avukat ta’ livell għoli, f’uffiċċju legali li huwa bbażat fl-Istati Uniti u li l-klijenti tiegħu jinkludu għadd ta’ kumpaniji farmaċewtiċi, id-Direttur Eżekuttiv tal-Aġenzija nieda rieżami ta’ xogħlu bħala Kap tas-Servizz Legali, President tal-Kumitat Konġunt, President tal-Kumitat tad-Dixxiplina u membru tal-Kumitat Konsultattiv dwar l-Akkwist u l-Kuntratti; jirrikonoxxi li ma setgħet tiġi identifikata l-ebda evidenza ta’ kunflitt ta’ interessi jew ksur tal-obbligi previsti fl-Artikoli 11 u 11a tar-Regolamenti tal-Persunal; jilqa’ l-fatt li, f’konformità mal-Artikolu 16 tar-Regolamenti tal-Persunal, id-Direttur Eżekuttiv impona xi restrizzjonijiet fuq l-attivitajiet ta’ dak li qabel kien il-Kap tas-Servizz Legali għal perjodu ta’ sentejn wara t-tluq tiegħu mill-Aġenzija; jitlob lill-Aġenzija biex tagħti lill-awtorità tal-kwittanza informazzjoni dettaljata dwar dawk ir-restrizzjonijiet; |
Awditu intern
|
20. |
Jieħu nota li saret valutazzjoni approfondita tar-riskju sabiex tiddetermina l-prijoritajiet tal-verifika u, b’riżultat, is-suġġett miftiehem tal-verifika għall-2012 kien ‘L-Ippjanar u l-Ibbaġitjar’, u s-Servizz tal-Awditjar Intern (IAS) wettaq verifika intitolata “Kontinwità tan-Negozju Operattiv fl-Aġenzija Ewropea għall-Mediċini”; |
|
21. |
Jinnota li, abbażi tar-riżultati ta’ dik il-verifika, l-IAS għamel 13-il rakkomandazzjoni, li sebgħa minnhom kienu kklassifikati bħala “importanti ħafna”, ħamsa bħala “importanti” u waħda bħala “mixtieqa”; jinnota b’sodisfazzjon li l-Bord Amministrattiv aċċetta r-rakkomandazzjonijiet kollha u li l-IAS qies li l-pjan ta’ azzjoni ppreparat mill-Aġenzija biex tirrettifika dawk ir-rakkomandazzjonijiet kien adegwat; |
|
22. |
Jinnota li l-IAS wettaq ukoll eżerċizzju ta’ valutazzjoni tar-riskju tat-Teknoloġija tal-Informazzjoni (IT) fil-forma ta’ awtovalutazzjoni tar-riskju, li tipprovdi stampa ġenerali tal-esponiment għar-riskju tal-IT; |
|
23. |
Jirrikonoxxi li fir-rigward tar-rakkomandazzjonijiet preċedenti maħruġa mill-IAS u l-implimentazzjoni tagħhom mill-Aġenzija sal-31 ta’ Diċembru 2011, hemm disgħa rakkomandazzjonijiet “importanti ħafna” miftuħa minn verifiki preċedenti, li tmienja minnhom ġew implimentati mill-Aġenzija u li qed jiġu eżaminati mill-IAS, u li l-ebda rakkomandazzjoni kritika ma baqgħet miftuħa fil-31 ta’ Diċembru 2011; |
|
24. |
Jirreferi, fir-rigward tal-osservazzjonijiet l-oħra li jakkumpanjaw id-Deċizjoni tiegħu dwar il-kwittanza, li huma ta’ natura orizzjontali, għar-riżoluzzjoni tiegħu tas-17 ta’ April 2013 (7) dwar il-prestazzjoni, il-ġestjoni finanzjarja u l-kontroll tal-aġenziji. |
(1) ĠU C 388, 15.12.2012, p. 116.
(2) ĠU L 248, 16.9.2002, p. 1.
(3) ĠU L 298, 26.10.2012, p. 1.
(4) ĠU L 136, 30.4.2004, p. 1.
(5) ĠU L 357, 31.12.2002, p. 72.
(6) ĠU L 350, 20.12.2012, p. 82.
(7) Testi adottati, P7_TA(2013)0134 (Ara paġna 374 ta' dan il-Ġurnal Uffiċjali).