|
19.2.2020 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 56/8 |
Avviż minn qabel ta’ konċentrazzjoni
(Il-Każ M.9649 — TSR Recycling/Sims Metal Management (Certain recycling assets))
Każ li jista’ jiġi kkunsidrat għal proċedura ssimplifikata
(Test b’rilevanza għaż-ŻEE)
(2020/C 56/07)
1.
Fl-10 ta’ Frar 2020, il-Kummissjoni rċeviet avviż ta’ konċentrazzjoni proposta skont l-Artikolu 4 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (1).Dan l-avviż jikkonċerna l-impriżi li ġejjin:
|
— |
TSR Recycling GmbH & Co. KG u TSR Recycling Holding GmbH (flimkien “TSR Recycling”, il-Ġermanja), li jappartjenu għall-grupp Remondis (il-Ġermanja), li finalment hija kkontrollata minn Rethmann SE & Co. KG (il-Ġermanja), |
|
— |
Mirec B.V. (in-Netherlands), Sims M+R GmbH (il-Ġermanja), Sims Recycling Solutions AB (l-Isvezja), Sims Recycling Solutions Austrian Holdings GmbH (l-Awstrija) (flimkien, il-“Kumpaniji fil-Mira”), li kollha jappartjenu għal Sims Metal Management Limited (l-Istati Uniti tal-Amerka). |
TSR Recycling takkwista, fis-sens tal-Artikolu 3(1)(b) tar-Regolament dwar l-Għaqdiet, il-kontroll waħdani tal-Kumpaniji fil-Mira kollha kemm huma.
Il-konċentrazzjoni hija mwettqa permezz ta’ xiri ta’ ishma.
2.
L-attivitajiet kummerċjali tal-impriżi kkonċernati huma:|
— |
TSR Recycling: kummerċ u pproċessar ta’ materjal mhux maħdum sekondarju għall-produtturi tal-azzar u l-industrija tal-funderiji. TSR Recycling tiġbor, taħżen u tipproċessa scrap tal-metall u dak elettroniku. TSR Recycling toffri wkoll servizzi għar-rimi tal-iskart u servizzi ambjentali. TSR Recycling tħaddem faċilitajiet tar-riċiklaġġ fil-Ġermanja u madwar l-Ewropa, |
|
— |
il-Kumpaniji fil-Mira: riċiklaġġ tal-elettronika u l-ipproċessar ta’ taħlitiet tal-metall minn proċessi ta’ riċiklaġġ differenti. Il-Kumpaniji fil-Mira jħaddmu faċilitajiet f’Bergkamen (il-Ġermanja), Eindhoven (in-Netherlands), Sint Niklaas (il-Belġju), Mullendorf (l-Awstrija) u Katrinenholm (l-Isvezja). |
3.
Wara eżami preliminari, il-Kummissjoni tqis li t-tranżazzjoni notifikata tista’ taqa’ fil-kamp ta’ applikazzjoni tar-Regolament dwar l-Għaqdiet. Madankollu, id-deċiżjoni finali dwar dan il-punt hija riżervata.Skont l-Avviż tal-Kummissjoni dwar proċedura ssimplifikata għat-trattament ta’ ċerti konċentrazzjonijiet skont ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (2) jinħtieġ li jiġi nnutat li dan il-każ jista’ jiġi kkunsidrat għal trattament skont il-proċedura stabbilita fl-Avviż.
4.
Il-Kummissjoni tistieden lil terzi persuni interessati biex jibagħtulha l-kummenti li jista’ jkollhom dwar l-operazzjoni proposta.Il-kummenti jridu jaslu għand il-Kummissjoni mhux aktar tard minn għaxart ijiem wara d-data ta’ din il-pubblikazzjoni. Jinħtieġ li r-referenza li ġejja dejjem tiġi speċifikata:
M.9649 — TSR Recycling/Sims Metal Management (Certain recycling assets)
Il-kummenti jistgħu jintbagħtu lill-Kummissjoni permezz tal-email, permezz tal-faks jew permezz tal-posta. Uża d-dettalji ta’ kuntatt ta’ hawn taħt:
Email: COMP-MERGER-REGISTRY@ec.europa.eu
Faks +32 22964301
Indirizz postali:
|
European Commission |
|
Directorate-General for Competition |
|
Merger Registry |
|
1049 Bruxelles/Brussel |
|
BELGIQUE/BELGIË |
(1) ĠU L 24, 29.1.2004, p. 1 (ir-‘“Regolament dwar l-Għaqdiet”).