|
7.4.2011 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 93/32 |
DEĊIŻJONI TAL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE
Nru 3/2011
tal-11 ta’ Frar 2011
li temenda l-Anness XIV (Kompetizzjoni) tal-Ftehim taż-ŻEE
IL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE,
Wara li kkunsidra l-Ftehim dwar iż-Żona Ekomika Ewropea, kif emendat mill-Protokoll li jaġġusta l-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea, minn issa ‘l quddiem imsejjaħ “il-Ftehim”, u b’mod partikolari l-Artikolu 98 tiegħu,
Billi:
|
(1) |
L-Anness XIV tal-Ftehim ġie emendat permezz tad-Deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE Nru 130/2010 tal-10 ta’ Diċembru 2010 (1). |
|
(2) |
Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 1217/2010 tal-14 ta’ Diċembru 2010 dwar l-applikazzjoni tal-Artikolu 101(3) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea għal ċerti kategoriji ta’ akkordji ta’ riċerka u żvilupp (2) għandu jiġi inkorporat fil-Ftehim. |
|
(3) |
Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 1218/2010 tal-14 ta’ Diċembru 2010 dwar l-applikazzjoni tal-Artikolu 101(3) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea għal kategoriji ta’akkordji ta’ speċjalizzazzjoni (3) għandu jiġi inkorporat fil-Ftehim. |
|
(4) |
Ir-Regolamenti tal-Kummissjoni (KE) Nru 2658/2000 (4) u (KE) Nru 2659/2000 (5), li ġew inkorporati fil-Ftehim, skadew fil-31 ta’ Diċembru 2010 u għalhekk għandhom jitħassru skont il-Ftehim, |
IDDEĊIEDA KIF ĠEJ:
Artikolu 1
L-Anness XIV tal-Ftehim għandu jiġi emendat kif ġej:
|
1. |
It-test tal-punt 6 (ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 2658/2000) għandu jkun mibdul b’dan li ġej: “ 32010 R 1218: Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 1218/2010 tal-14 ta’ Diċembru 2010 dwar l-applikazzjoni tal-Artikolu 101(3) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea għal ċerti kategoriji ta’ akkordji ta’ speċjalizzazzjoni (ĠU L 335, 18.12.2010, p. 43).” |
|
2. |
It-test tal-punt 7 (ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 2659/2000) għandu jkun mibdul b’dan li ġej: “32010 R 1217: Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 1217/2010 tal-14 ta’ Diċembru 2010 dwar l-applikazzjoni tal-Artikolu 101(3) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea għal ċerti kategoriji ta’ akkordji ta’ riċerka u żvilupp (ĠU L 335, 18.12.2010, p. 36).” |
Artikolu 2
It-testi tar-Regolamenti (UE) Nru 1217/2010 u (UE) Nru 1218/2010 bil-lingwa Islandiża u b’dik Norveġiża, li għandhom jiġu ppubblikati fis-Suppliment taż-ŻEE ta’ Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea, għandhom jitqiesu li huma awtentiċi.
Artikolu 3
Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fit-12 ta’ Frar 2011, sakemm in-notifiki kollha taħt l-Artikolu 103(1) tal-Ftehim ikunu saru lill-Kumitat Konġunt taż-ŻEE (*1). Din għandha tapplika mill-1 ta’ Jannar 2011.
Artikolu 4
Din id-Deċiżjoni għandha tiġi ppubblikata fit-Taqsima taż-ŻEE u fis-Suppliment taż-ŻEE ta’ Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Magħmul fi Brussell, il-11 ta’ Frar 2011.
Għall-Kumitat Konġunt taż-ŻEE
L-Aġent President
Gianluca GRIPPA
(1) ĠU L 85, 31.3.2011, p. 14.
(2) ĠU L 335, 18.12.2010, p. 36.
(3) ĠU L 335, 18.12.2010, p. 43.
(4) ĠU L 304, 5.12.2000, p. 3.
(5) ĠU L 304, 5.12.2000, p. 7.
(*1) L-ebda rekwiżiti kostituzzjonali ma huma indikati.