19.9.2018   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 332/7


Notifika minn qabel ta’ konċentrazzjoni

(Il-Każ M.9086 — 3i/Arbejdsmarkedets Tillægspension/Tampnet)

Każ li jista’ jiġi kkunsidrat għal proċedura ssimplifikata

(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)

(2018/C 332/08)

1.   

Fit-12 ta’ Settembru 2018, il-Kummissjoni rċeviet notifika ta’ konċentrazzjoni proposta skont l-Artikolu 4 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (1).

Din in-notifika tikkonċerna l-impriżi li ġejjin:

—

3i Group plc (“3i”, ir-Renju Unit),

—

Arbejdsmarkedets Tillægspension (“ATP”, id-Danimarka),

—

Brent Holding AS (“Target”, in-Norveġja).

3I u ATP jakkwistaw, fit-tifsira tal-Artikolu 3(1)(b) tar-Regolament dwar l-Għaqdiet il-kontroll waħdani tat-totalità ta’ Target.

Il-konċentrazzjoni hija mwettqa permezz ta’ xiri ta’ ishma.

2.   

L-attivitajiet kummerċjali tal-impriżi kkonċernati huma:

—   għal 3i: investitur u negozju għall-ġestjoni tal-investiment, iffokat fuq ekwità privata ta’ impriża tas-suq medju u investimenti infrastrutturali,

—   għal ATP: fornitur tal-pensjonijiet pubbliċi b’investiment prinċipali li jimmaniġġa assi tal-ATP;

—   għal Target: fornitur ta’ infrastruttura ta’ komunikazzjoni u servizzi lill-industrija offshore li topera taħt l-isem Tampnet.

3.   

Wara eżami preliminari, il-Kummissjoni tqis li t-tranżazzjoni notifikata tista’ taqa’ fil-kamp ta’ applikazzjoni tar-Regolament dwar l-Għaqdiet. Madankollu, id-deċiżjoni finali dwar dan il-punt hija riżervata.

Skont in-Notifika mill-Kummissjoni dwar proċedura simplifikata għat-trattament ta’ ċerti konċentrazzjonijiet skont ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (2) jinħtieġ li jiġi nnutat li dan il-każ jista’ jiġi kkunsidrat għal trattament skont il-proċedura stabbilita fin-Notifika.

4.   

Il-Kummissjoni tistieden lill-partijiet terzi interessati sabiex iressqu l-kummenti li jista’ jkollhom dwar l-operazzjoni proposta lill-Kummissjoni.

Il-kummenti jridu jaslu għand il-Kummissjoni mhux aktar tard minn għaxart ijiem wara d-data ta’ din il-pubblikazzjoni. Jenħtieġ li r-referenza li ġejja tiġi dejjem speċifikata:

M.9086 — 3i/Arbejdsmarkedets Tillægspension/Tampnet

Il-kummenti jistgħu jintbagħtu lill-Kummissjoni permezz tal-posta elettronika, permezz tal-faks jew bil-posta. Uża d-dettalji ta’ kuntatt ta’ hawn taħt:

Posta elettronika: COMP-MERGER-REGISTRY@ec.europa.eu

Faks: +32 22964301

Indirizz tal-posta:

European Commission

Directorate-General for Competition

Merger Registry

1049 Bruxelles/Brussel

BELGIQUE/BELGIË


(1)  ĠU L 24, 29.1.2004, p. 1 (ir-“Regolament dwar l-Għaqdiet”).

(2)  ĠU C 366, 14.12.2013, p. 5.