|
28.11.2019 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 307/47 |
DEĊIŻJONI TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2019/1970
tas-26 ta’ Novembru 2019
li temenda l-Anness II tad-Deċiżjoni 93/52/KEE fir-rigward tal-istatus ta’ uffiċjalment ħielsa mill-bruċellożi (B. melitensis) u l-Anness II tad-Deċiżjoni 2003/467/KE fir-rigward tal-istatus ta’ uffiċjalment ħielsa mill-bruċellożi ta’ ċerti reġjuni ta’ Spanja u l-Annessi I u II tad-Deċiżjoni 2008/185/KE fir-rigward tal-istatus ta’ ħielsa mill-mard u l-approvazzjoni tal-programmi ta’ eradikazzjoni għall-marda ta’ Aujeszky għal ċerti reġjuni tal-Italja
(notifikata bid-dokument C(2019) 8378)
(Test b’rilevanza għaż-ŻEE)
IL-KUMMISSJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidrat id-Direttiva tal-Kunsill 91/68/KEE tat-28 ta’ Jannar 1991 dwar il-kondizzjonijiet tas-saħħa tal-annimali li jirregolaw il-kummerċ intra-Komunitarju tan-nagħaġ u tal-mogħoż (1), u b’mod partikolari t-Taqsima II tal-Kapitolu 1 tal-Anness A tagħha,
Wara li kkunsidrat id-Direttiva tal-Kunsill 64/432/KEE tas-26 ta’ Ġunju 1964 dwar il-problemi tas-saħħa tal-annimali li jaffettwaw il-kummerċ ta’ annimali bovini u suwini ġewwa l-Komunità (2), u b’mod partikolari l-Artikoli 9(2), 10(2) u l-paragrafu 7 tal-Anness A.II tagħha,
Billi:
|
(1) |
Id-Direttiva 91/68/KEE tistabbilixxi l-kundizzjonijiet tas-saħħa tal-annimali li jirregolaw il-kummerċ tan-nagħaġ u tal-mogħoż fl-Unjoni. Din tistabbilixxi l-kundizzjonijiet li skonthom l-Istati Membri jew ir-reġjuni tagħhom jistgħu jiġu rikonoxxuti li huma uffiċjalment ħielsa mill-bruċellożi (B. melitensis) fir-rigward tal-merħliet tan-nagħaġ u tal-mogħoż. |
|
(2) |
Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 93/52/KEE (3) tipprevedi li r-reġjuni tal-Istati Membri mniżżla fl-Anness II tagħha huma rikonoxxuti li huma uffiċjalment ħielsa mill-bruċellożi (B. melitensis) fir-rigward tal-merħliet tan-nagħaġ u tal-mogħoż, skont il-kundizzjonijiet stabbiliti fid-Direttiva 91/68/KEE. |
|
(3) |
Spanja ressqet lill-Kummissjoni dokumentazzjoni li turi li l-Komunità Awtonoma ta’ Murcia, il-Provinċja ta’ Toledo tal-Komunità Awtonoma ta’ Castilla-La Mancha u l-Provinċji ta’ Huelva, Sevilla u Cordoba tal-Komunità Awtonoma ta’ Andalusia jissodisfaw il-kundizzjonijiet stabbiliti fid-Direttiva 91/68/KEE biex ikunu rikonoxxuti li huma uffiċjalment ħielsa mill-bruċellożi (B. melitensis) fir-rigward tal-merħliet tan-nagħaġ u tal-mogħoż. |
|
(4) |
Wara l-evalwazzjoni ta’ dik id-dokumentazzjoni ta’ sostenn, il-Komunità Awtonoma ta’ Murcia, il-Provinċja ta’ Toledo tal-Komunità Awtonoma ta’ Castilla-La Mancha u l-Provinċji ta’ Huelva, Sevilla u Cordoba tal-Komunità Awtonoma ta’ Andalusia għandhom jiġu rikonoxxuti li huma uffiċjalment ħielsa mill-bruċellożi (B. melitensis) fir-rigward tal-merħliet tan-nagħaġ u tal-mogħoż. |
|
(5) |
Għaldaqstant, jenħtieġ li l-Anness II tad-Deċiżjoni 93/52/KEE jiġi emendat skont dan. |
|
(6) |
Id-Direttiva 64/432/KEE tapplika għall-kummerċ ta’ annimali bovini u porċini fl-Unjoni. Din tistipula l-kundizzjonijiet li skonthom Stat Membru jew reġjun tiegħu jista’ jiġi ddikjarat uffiċjalment ħieles mill-bruċellożi fir-rigward tal-merħliet ta’ annimali bovini. |
|
(7) |
L-Artikolu 2 tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2003/467/KE (4) jipprevedi li r-reġjuni ta’ Stati Membri mniżżla fil-Kapitolu 2 tal-Anness II tagħha jiġu ddikjarati uffiċjalment ħielsa mill-bruċellożi fir-rigward tal-merħliet ta’ annimali bovini. |
|
(8) |
Spanja ppreżentat lill-Kummissjoni dokumentazzjoni li turi li l-Komunità Awtonoma ta’ Aragona u l-provinċja ta’ Leon tal-Komunità Awtonoma ta’ Castilla Y Leon jissodisfaw il-kundizzjonijiet stabbiliti fid-Direttiva 64/432/KEE biex ikunu rikonoxxuti li huma reġjuni uffiċjalment ħielsa mill-bruċellożi fir-rigward tal-merħliet ta’ annimali bovini. |
|
(9) |
Wara l-evalwazzjoni ta’ dik id-dokumentazzjoni ta’ sostenn, il-Komunità Awtonoma ta’ Aragona u l-Provinċja ta’ Leon tal-Komunità Awtonoma ta’ Castilla Y Leon għandhom ikunu rikonoxxuti li huma uffiċjalment ħielsa mill-bruċellożi fir-rigward tal-merħliet ta’ annimali bovini. |
|
(10) |
Għalhekk jenħtieġ li l-Anness II tad-Deċiżjoni 2003/467/KE jiġi emendat skont dan. |
|
(11) |
L-Artikolu 10 tad-Direttiva 64/432/KEE jipprevedi li meta Stat Membru jqis li t-territorju tiegħu, jew parti minnu, ikun ħieles mill-marda ta’ Aujeszky, jenħtieġ li dan jippreżenta d-dokumentazzjoni ta’ sostenn xierqa lill-Kummissjoni. L-istess Artikolu jipprevedi wkoll li jistgħu jintalbu garanziji addizzjonali għall-kummerċ intra-UE tal-annimali porċini. |
|
(12) |
L-Artikolu 9 tad-Direttiva 64/432/KEE jipprevedi li Stat Membru li għandu programm ta' kontroll nazzjonali obbligatorju għall-marda ta' Aujeszky għal parti mit-territorju tiegħu, jista' jippreżenta l-programm tiegħu lill-Kummissjoni għall-approvazzjoni. L-istess Artikolu jipprevedi wkoll li jistgħu jintalbu garanziji addizzjonali għall-kummerċ intra-UE tal-annimali porċini. |
|
(13) |
Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2008/185/KE (5) tistabbilixxi garanziji addizzjonali għall-moviment tal-ħnieżer bejn l-Istati Membri. Dawk il-garanziji huma marbuta mal-klassifikazzjoni tal-Istati Membri jew tar-reġjuni tagħhom skont l-istatus tal-mard tagħhom għall-marda ta' Aujeszky. |
|
(14) |
L-Anness I tad-Deċiżjoni 2008/185/KE jelenka l-Istati Membri jew ir-reġjuni tagħhom li huma ħielsa mill-marda ta’ Aujeszky. |
|
(15) |
L-Italja ressqet quddiem il-Kummissjoni dokumentazzjoni li turi konformità għar-Reġjun ta’ Friuli Venezia Giulia mal-kundizzjonijiet stabbiliti fid-Deċiżjoni 2008/185/KE sabiex jiġi rikonoxxut li huwa ħieles mill-marda ta’ Aujeszky. |
|
(16) |
Wara l-evalwazzjoni ta’ dik id-dokumentazzjoni ta’ sostenn, ir-Reġjun ta’ Friuli Venezia Giulia għandu jiġi rikonoxxut li huwa ħieles mill-marda ta’ Aujeszky |
|
(17) |
Għalhekk, jenħtieġ li l-Anness I tad-Deċiżjoni 2008/185/KE jiġi emendat skont dan. |
|
(18) |
L-Anness II tad-Deċiżjoni 2008/185/KE jelenka l-Istati Membri jew ir-reġjuni tagħhom li għandhom fis-seħħ programmi ta’ kontroll nazzjonali approvati għall-eradikazzjoni tal-marda ta’ Aujeszky. |
|
(19) |
L-Italja ppreżentat lill-Kummissjoni dokumentazzjoni ta' sostenn għall-approvazzjoni tal-programmi ta' kontroll tagħha għall-eradikazzjoni tal-marda ta' Aujeszky għar-reġjun tal-Piemonte u r-reġjun tal-Umbria u biex dawn ir-reġjuni jiġu elenkati kif dovut fl-Anness II tad-Deċiżjoni 2008/185/KE. |
|
(20) |
Wara l-evalwazzjoni tad-dokumentazzjoni ta’ sostenn, għandhom jiġu approvati l-programmi ta’ kontroll għall-eradikazzjoni tal-marda ta’ Aujeszky għar-reġjun tal-Piemonte u r-reġjun tal-Umbria. |
|
(21) |
Għalhekk jenħtieġ li l-Anness II tad-Deċiżjoni 2008/185/KE jiġi emendat skont dan. |
|
(22) |
Il-miżuri previsti f’din id-Deċiżjoni huma skont l-opinjoni tal-Kumitat Permanenti dwar il-Pjanti, l-Annimali, l-Ikel u l-Għalf. |
ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI:
Artikolu 1
L-Anness II tad-Deċiżjoni 93/52/KEE huwa emendat skont l-Anness I ta' din id-Deċiżjoni.
Artikolu 2
L-Anness II tad-Deċiżjoni 2003/467/KE huwa emendat skont l-Anness II ta' din id-Deċiżjoni.
Artikolu 3
L-Annessi I u II tad-Deċiżjoni 2008/185/KE huma sostitwiti bit-test fl-Anness III ta' din id-Deċiżjoni.
Artikolu 4
Din id-Deċiżjoni hija indirizzata lill-Istati Membri.
Magħmul fi Brussell, is-26 ta’ Novembru 2019.
Għall-Kummissjoni
Vytenis ANDRIUKAITIS
Membru tal-Kummissjoni
(1) ĠU L 46, 19.2.1991, p. 19.
(2) ĠU 121, 29.7.1964, p. 1977/64.
(3) Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 93/52/KEE tal-21 ta’ Diċembru 1992, li tieħu nota tal-konformità ta’ ċerti Stati Membri jew reġjuni mal-kundizzjonijiet li jirrigwardaw il-bruċellosi (B.melitensis) u li tagħtihom l-istatus ta’ Stat Membru jew reġjun uffiċjalment ħieles mill-marda (ĠU L 13, 21.1.1993, p. 14).
(4) Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2003/467/KE tat-23 ta’ Ġunju 2003 li tistabbilixxi l-kwalifika ta’ uffiċjalment ħielsa mit-tuberkulożi, bruċellożi u lewkożi bovina enzootika ta’ xi Stati Membri u reġjuni fl-Istati Membri rigward annimali bovini (ĠU L 156, 25.6.2003, p. 74).
(5) Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2008/185/KE tal-21 ta’ Frar 2008 dwar garanziji addizzjonali f’kummerċ intra-Komunitarju tal-majjal rigward il-marda ta’ Aujeszky, u kriterji sabiex jipprovdu informazzjoni dwar din il-marda (ĠU L 59, 4.3.2008, p. 19).
ANNESS I
Fl-Anness II tad-Deċiżjoni 93/52/KEE, l-entrata għal Spanja hija sostitwita b’dan li ġej:
“Fi Spanja:
|
— |
Il-Komunità Awtonoma ta’ Aragona, |
|
— |
Il-Komunità Awtonoma ta’ Andalusija: Il-provinċji ta’ Cadiz, Cordoba, Huelva u Sevilla, |
|
— |
Il-Komunità Awtonoma ta’ Asturias, |
|
— |
Il-Komunità Awtonoma tal-Gżejjer Baleariċi, |
|
— |
Il-Komunità Awtonoma tal-Gżejjer Kanarji, |
|
— |
Il-Komunità Awtonoma tal-Cantabria, |
|
— |
Il-Komunità Awtonoma ta’ Castilla-La Mancha, |
|
— |
Il-Komunità Awtonoma ta’ Castilla y León, |
|
— |
Il-Komunità Awtonoma tal-Katalonja, |
|
— |
Il-Komunità Awtonoma ta’ Extremadura, |
|
— |
Il-Komunità Awtonoma ta’ Galicia, |
|
— |
Il-Komunità Awtonoma ta’ La Rioja, |
|
— |
Il-Komunità Awtonoma ta’ Madrid, |
|
— |
Il-Komunità Awtonoma ta’ Murcia, |
|
— |
Il-Komunità Awtonoma ta’ Navarra, |
|
— |
Il-Komunità Awtonoma ta’ Pais Vasco, |
|
— |
Il-Komunità Awtonoma ta’ Valenzja.” |
ANNESS II
Fil-Kapitolu 2 tal-Anness II tad-Deċiżjoni 2003/467/KE, l-entrata għal Spanja hija sostitwita b'dan li ġej:
“Fi Spanja:
|
— |
Il-Komunità Awtonoma ta’ Andalusija: Il-Provinċji ta’ Almeria, Granada u Jaen, |
|
— |
Il-Komunità Awtonoma ta’ Aragona, |
|
— |
Il-Komunità Awtonoma ta’ Asturias, |
|
— |
Il-Komunità Awtonoma tal-Gżejjer Baleariċi, |
|
— |
Il-Komunità Awtonoma tal-Gżejjer Kanarji, |
|
— |
Il-Komunità Awtonoma ta’ Castilla-La Mancha, |
|
— |
Il-Komunità Awtonoma ta’ Castilla y León: Il-Provinċji ta’ Burgos, León, Soria, Valladolid u Zamora, |
|
— |
Il-Komunità Awtonoma tal-Katalonja, |
|
— |
Il-Komunità Awtonoma ta’ Galicia, |
|
— |
Il-Komunità Awtonoma ta’ La Rioja, |
|
— |
Il-Komunità Awtonoma ta’ Madrid, |
|
— |
Il-Komunità Awtonoma ta’ Murcia, |
|
— |
Il-Komunità Awtonoma ta’ Navarra, |
|
— |
Il-Komunità Awtonoma ta’ Pais Vasco, |
|
— |
Il-Komunità Awtonoma ta’ Valenzja.” |
ANNESS III
“ANNESS I
L-Istati Membri jew ir-reġjuni tagħhom li huma ħielsa mill-marda ta’ Aujeszky u fejn huwa pprojbit it-tilqim
|
Kodiċi tal-ISO |
Stat Membru |
Reġjuni |
|
BE |
Il-Belġju |
Ir-reġjuni kollha |
|
CZ |
Iċ-Ċekja |
Ir-reġjuni kollha |
|
DK |
Id-Danimarka |
Ir-reġjuni kollha |
|
DE |
Il-Ġermanja |
Ir-reġjuni kollha |
|
IE |
L-Irlanda |
Ir-reġjuni kollha |
|
FR |
Franza |
Id-dipartimenti ta’ Ain, Aisne, Allier, Alpes-de-Haute-Provence, Alpes-Maritimes, Ardèche, Ardennes, Ariège, Aube, Aude, Aveyron, Bas-Rhin, Bouches-du-Rhône, Calvados, Cantal, Charente, Charente-Maritime, Cher, Corrèze, Côte-d’Or, Côtes-d’Armor, Creuse, Deux-Sèvres, Dordogne, Doubs, Drôme, Essonne, Eure, Eure-et-Loir, Finistère, Gard, Gers, Gironde, Hautes-Alpes, Hauts-de-Seine, Haute Garonne, Haute-Loire, Haute-Marne, Hautes-Pyrénées, Haut-Rhin, Haute-Saône, Haute-Savoie, Haute-Vienne, Hérault, Indre, Ille-et-Vilaine, Indre-et-Loire, Isère, Jura, Landes, Loire, Loire-Atlantique, Loir-et-Cher, Loiret, Lot, Lot-et-Garonne, Lozère, Maine-et-Loire, Manche, Marne, Mayenne, Meurthe-et-Moselle, Meuse, Morbihan, Moselle, Nièvre, Nord, Oise, Orne, Paris, Pas-de-Calais, Pyrénées-Atlantiques, Pyrénées-Orientales, Puy-de-Dôme, Réunion, Rhône, Sarthe, Saône-et-Loire, Savoie, Seine-et-Marne, Seine-Maritime, Seine-Saint-Denis, Somme, Tarn, Tarn-et-Garonne, Territoire de Belfort, Val-de-Marne, Val-d’Oise, Var, Vaucluse, Vendée, Vienne, Vosges, Yonne, Yvelines |
|
IT |
L-Italja |
Il-Provinċja Awtonoma ta’ Bolzano Ir-Reġjun ta’ Friuli Venezia Giulia |
|
CY |
Ċipru |
Ir-reġjuni kollha |
|
LU |
Il-Lussemburgu |
Ir-reġjuni kollha |
|
HU |
L-Ungerija |
Ir-reġjuni kollha |
|
NL |
In-Netherlands |
Ir-reġjuni kollha |
|
AT |
L-Awstrija |
Ir-reġjuni kollha |
|
PL |
Il-Polonja |
Il-provinċja ta’ podlaskie f’dawn ir-reġjuni amministrattivi (powiaty): augustowski, białostocki, Białystok, bielski, hajnowski, moniecki, sejneński, siemiatycki, sokólski, suwalski, Suwałki |
|
SI |
Is-Slovenja |
Ir-reġjuni kollha |
|
SK |
Is-Slovakkja |
Ir-reġjuni kollha |
|
FI |
Il-Finlandja |
Ir-reġjuni kollha |
|
SE |
L-Iżvezja |
Ir-reġjuni kollha |
|
UK |
Ir-Renju Unit |
Ir-reġjuni kollha |
“ANNESS II
L-Istati Membri jew ir-reġjuni tagħhom li għandhom fis-seħħ programmi ta' kontroll nazzjonali approvati għall-eradikazzjoni tal-marda ta' Aujeszky
|
Kodiċi tal-ISO |
Stat Membru |
Reġjuni |
|
ES |
Spanja |
Ir-reġjuni kollha |
|
IT |
L-Italja |
Ir-Reġjun ta’ Emilia-Romagna Ir-Reġjun tal-Lombardia Ir-Reġjun tal-Piemonte Ir-Reġjun tal-Umbria Ir-Reġjun tal-Veneto |
|
LT |
Il-Litwanja |
Ir-reġjuni kollha |
|
PL |
Il-Polonja |
Il-provinċja ta’ dolnośląskie: ir-reġjuni amministrattivi kollha; Il-provinċja ta’ kujawsko-pomorskie: ir-reġjuni amministrattivi kollha; Il-provinċja ta’ lubelskie: ir-reġjuni amministrattivi kollha; Il-provinċja ta’ lubuskie: ir-reġjuni amministrattivi kollha; Il-provinċja ta’ łódzkie: ir-reġjuni amministrattivi kollha; Il-provinċja ta’ małopolskie: ir-reġjuni amministrattivi kollha; Il-provinċja ta’ mazowieckie: ir-reġjuni amministrattivi kollha; Il-provinċja ta’ opolskie: ir-reġjuni amministrattivi kollha; Il-provinċja ta’ podkarpackie: ir-reġjuni amministrattivi kollha; Il-provinċja ta’ podlaskie f’dawn ir-reġjuni amministrattivi (powiaty): grajewski, kolneński, łomżyński, Łomża, wysokomazowiecki, zambrowski. Il-provinċja ta’ pomorskie: ir-reġjuni amministrattivi kollha; Il-provinċja ta’ śląskie: ir-reġjuni amministrattivi kollha; Il-provinċja ta’ świętokrzyskie: ir-reġjuni amministrattivi kollha; Il-provinċja ta’ warmińsko-mazurskie: ir-reġjuni amministrattivi kollha; Il-provinċja ta’ wielkopolskie: ir-reġjuni amministrattivi kollha; Il-provinċja ta’ zachodniopomorskie: ir-reġjuni amministrattivi kollha. |