|
17.3.2021 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 91/14 |
REGOLAMENT TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2021/461
tas-16 ta’ Marzu 2021
li jemenda r-Regolament (KE) Nru 1235/2008 fir-rigward tad-data biex jintlaqgħu talbiet għar-rikonoxximent ta’ awtoritajiet ta’ kontroll u korpi ta’ kontroll għall-fini ta’ ekwivalenza skont l-arranġamenti għall-importazzjonijiet ta’ prodotti organiċi bbażati fuq ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 834/2007
(Test b’rilevanza għaż-ŻEE)
IL-KUMMISSJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 834/2007 tat-28 ta’ Ġunju 2007 dwar il-produzzjoni organika u t-tikkettar ta’ prodotti organiċi u li jħassar ir-Regolament (KEE) Nru 2092/91 (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 33(3) u l-Artikolu 38(d) tiegħu,
Billi:
|
(1) |
Ir-Regolament (UE) 2018/848 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (2) jistabbilixxi li l-iskema ta’ awtoritajiet ta’ kontroll u korpi ta’ kontroll rikonoxxuti mill-Kummissjoni abbażi tal-Artikolu 33(3) tar-Regolament (KE) Nru 834/2007, biex iwettqu kontrolli u joħorġu ċertifikati f’pajjiżi terzi għall-fini ta’ importazzjoni ta’ prodotti b’garanziji ekwivalenti, se tiġi sostitwita minn skema ta’ awtoritajiet ta’ kontroll u korpi ta’ kontroll rikonoxxuti mill-Kummissjoni għall-fini ta’ importazzjoni ta’ prodotti konformi. |
|
(2) |
Minħabba t-tifqigħa tal-pandemija tal-COVID-19 u l-kriżi tas-saħħa pubblika relatata magħha, id-data tal-applikazzjoni tar-Regolament (UE) 2018/848 u ċerti dati oħra msemmija f’dak ir-Regolament ġew differiti b’sena permezz tar-Regolament (UE) 2020/1693 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (3). B’riżultat ta’ dan, ir-Regolament (UE) 2018/848 se japplika mill-1 ta’ Jannar 2022. |
|
(3) |
Sabiex jiġi żgurat li l-kapaċitajiet amministrattivi neċessarji kienu disponibbli biex jipprovdu għal rikonoxximent f’waqtu ta’ awtoritajiet ta’ kontroll u ta’ korpi ta’ kontroll taħt l-iskema l-ġdida, Artikolu 11(1) tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1235/2008 (4) ġie emendat bir-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2020/25 (5) sabiex tiġi introdotta data finali biex jintlaqgħu talbiet ġodda għar-rikonoxximent ta’ awtoritajiet ta’ kontroll u korpi ta’ kontroll għall-fini ta’ ekwivalenza taħt l-iskema preċedenti. Dik id-data finali hija t-30 ta’ Ġunju 2020. |
|
(4) |
Huwa għalhekk meħtieġ li l-Artikolu 11(1) tar-Regolament (KE) Nru. 1235/2008 jiġi emendat għal darb’oħra sabiex tiġi allinjata d-data li fiha jintlaqgħu t-talbiet ġodda għar-rikonoxximent ta’ awtoritajiet ta’ kontroll u korpi ta’ kontroll għall-fini ta’ ekwivalenza taħt l-iskema ta’ importazzjoni preċedenti mad-data tal-istabbiliment tas-sistema ta’ importazzjoni ġdida fir-Regolament (UE) 2018/848. |
|
(5) |
Għalhekk ir-Regolament (KE) Nru 1235/2008 jenħtieġ li jiġi emendat skont dan. |
|
(6) |
Sabiex l-awtoritajiet ta’ kontroll u l-korpi ta’ kontroll ikkonċernati jingħataw l-opportunità li jibbenefikaw bis-sħiħ mill-perjodu ta’ żmien li fadal sat-30 ta’ Ġunju 2021, wara li l-għodda tal-IT rilevanti tkun ġiet attivata mill-ġdid, jenħtieġ li dan ir-Regolament jidħol fis-seħħ b’urġenza fil-jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea. |
|
(7) |
Il-miżuri previsti f’dan ir-Regolament huma f’konformità mal-opinjoni tal-Kumitat dwar il-produzzjoni organika, |
ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
Fl-Artikolu 11(1) tar-Regolament (KE) Nru 1235/2008 id-data “30 ta’ Ġunju 2020” hija sostitwita bid-data “30 ta’ Ġunju 2021”.
Artikolu 2
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fi Brussell, is-16 ta’ Marzu 2021.
Għall-Kummissjoni
Il-President
Ursula VON DER LEYEN
(1) ĠU L 189, 20.7.2007, p. 1.
(2) Ir-Regolament (UE) 2018/848 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-30 ta’ Mejju 2018 dwar il-produzzjoni organika u t-tikkettar ta’ prodotti organiċi u li jħassar ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 834/2007 (ĠU L 150, 14.6.2018, p. 1).
(3) Ir-Regolament (UE) 2020/1693 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-11 ta’ Novembru 2020 li jemenda r-Regolament (UE) 2018/848 fir-rigward tad-data tal-applikazzjoni tiegħu u ta’ ċerti dati oħra msemmija f’dak ir-Regolament (ĠU L 381, 13.11.2020, p. 1).
(4) Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1235/2008 tat-8 ta’ Diċembru 2008 li jistabbilixxi r-regoli dettaljati għall-implimentazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 834/2007 dwar l-arranġamenti għall-importazzjonijiet ta’ prodotti organiċi minn pajjiżi terzi (ĠU L 334, 12.12.2008, p. 25).
(5) Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2020/25 tat-13 ta’ Jannar 2020 li jemenda u jikkoreġi r-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1235/2008 li jistabbilixxi r-regoli dettaljati għall-implimentazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 834/2007 dwar l-arranġamenti għall-importazzjonijiet ta’ prodotti organiċi minn pajjiżi terzi (ĠU L 8, 14.1.2020, p. 18).