Official Journal L 094 , 28/04/1970 P. 0023 - 0023
Finnish special edition: Chapter 1 Volume 1 P. 0064
Danish special edition: Series I Chapter 1970(I) P. 0205
Swedish special edition: Chapter 1 Volume 1 P. 0064
English special edition: Series I Chapter 1970(I) P. 0228
Greek special edition: Chapter 01 Volume 1 P. 0126
Spanish special edition: Chapter 01 Volume 1 P. 0147
Portuguese special edition Chapter 01 Volume 1 P. 0147
Id-Deċiżjoni tal-Kunsill tal-21 ta' April 1970 dwar previżjonijiet finanzjarji li jkopru bosta snin (70/244/KEFA, KEE, Euratom) IL-KUNSILL TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ JIDDEĊIDI: Artikolu 1 Sabiex il-budget ta' l-Komunitajiet jitqiegħed fi kwadru ta' ppjanar bil-quddiem għal bosta snin, il-Kummissjoni għandha, ta' kull sena, wara li tirċievi l-Opinjoni tal-Kumitat responsabbli mill-Politika tal-Budget, tħejji previżjoni finanzjarja għat-tliet snin finanzjarji sussegwenti, u li turi l-implikazzjonijiet finanzjarji għall-Komunità li jirriżultaw minn Regolamenti u Deċiżjonijiet fis-seħħ u minn proposti magħmula mill-Kummissjoni lill-Kunsilll. Il-previżjoni għandha tiġi mqassma skond il-kategorija ta' nfiq. Il-Kunsill, wara li jirċevi l-Opinjoni tal-Parlament Ewropew, għandu jistudja u jivvaluta l-previżjoni. Artikolu 2 Kull sena l-Kunsill għandu, fuq bażi ta' rapport maħruġ mill-Kummissjoni, jeżamina l-livell ta' qbil bejn il-previżjoni u l-iżviluppi kif reġistrati. Artikolu 3 Hekk kif jinstab li l-infieq magħmul taħt xi kategorija jeċċedi b'mod konsiderevoli l-previżjoni, il-Kummissjoni għandha tirraporta lill-Kunsill u tissottometti proposti għal miżuri xierqa Komunitarji. Magħmula fil-Lussemburgu, fil-21 ta' April 1970. Għall-Kunsill Il-President P. Harmel --------------------------------------------------