4.10.2019   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 333/18


Notifika minn qabel ta’ konċentrazzjoni

(Il-Każ M.9358 — Broadcom/Symantec Enterprise Security Business)

Każ li jista’ jiġi kkunsidrat għal proċedura ssimplifikata

(Test b’rilevanza għaż-ŻEE)

(2019/C 333/07)

1.   

Fis-26 ta’ Settembru 2019, il-Kummissjoni rċeviet notifika ta’ konċentrazzjoni proposta skont l-Artikolu 4 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (1).

Din in-notifika tikkonċerna l-impriżi li ġejjin:

—

Broadcom Inc. (“Broadcom”, l-Istati Uniti tal-Amerka),

—

Symantec Corporation (“Symantec”, l-Istati Uniti tal-Amerka).

Broadcom takkwista, fis-sens tal-Artikolu 3(1)(b) tar-Regolament dwar l-Għaqdiet, il-kontroll waħdani ta’ partijiet minn Symantec. Il-konċentrazzjoni proposta tikkonċerna biss lin-Negozju tas-Sigurtà tal-Intrapiżi ta’ Symantec.

Il-konċentrazzjoni titwettaq permezz tax-xiri ta’ assi.

2.   

L-attivitajiet kummerċjali tal-impriżi kkonċernati huma:

—

Broadcom hija kumpanija tat-teknoloġija li tiddisinja, tiżviluppa u tissupplixxi firxa wiesgħa ta’ semikondutturi kif ukoll soluzzjonijiet tas-software għall-infrastruttura,

—

Symantec tiddisinja, timannifattura u tipprovdi software tas-sigurtà, ħażna u soluzzjonijiet ta’ ġestjoni ta’ sistemi lill-konsumaturi u lill-intrapriżi. In-Negozju tagħha tas-Sigurtà tal-Intrapriżi jikkonsisti f’taħlita ta’ prodotti, servizzi u soluzzjonijiet li jipprovdi lill-intrapriżi bi protezzjoni avvanzata kontra t-theddid u bi protezzjoni tal-informazzjoni.

3.   

Wara eżami preliminari, il-Kummissjoni tqis li t-tranżazzjoni notifikata tista’ taqa’ fil-kamp ta’ applikazzjoni tar-Regolament dwar l-Għaqdiet. Madankollu, id-deċiżjoni finali dwar dan il-punt hija riżervata.

Skont l-Avviż tal-Kummissjoni dwar proċedura ssimplifikata għat-trattament ta’ ċerti konċentrazzjonijiet skont ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (2) jinħtieġ li jiġi nnutat li dan il-każ jista’ jiġi kkunsidrat għal trattament skont il-proċedura stabbilita fl-Avviż.

4.   

Il-Kummissjoni tistieden lil terzi persuni interessati biex jibagħtulha l-kummenti li jista’ jkollhom dwar l-operazzjoni proposta.

Il-kummenti jridu jaslu għand il-Kummissjoni sa mhux aktar tard minn għaxart ijiem wara d-data ta’ din il-pubblikazzjoni. Jinħtieġ li r-referenza li ġejja dejjem tiġi speċifikata:

M.9358 — Broadcom/Symantec Enterprise Security Business

Il-kummenti jistgħu jintbagħtu lill-Kummissjoni permezz tal-email, permezz tal-faks jew permezz tal-posta. Uża d-dettalji ta’ kuntatt ta’ hawn taħt:

Email: COMP-MERGER-REGISTRY@ec.europa.eu

Faks +32 22964301

Indirizz postali:

European Commission

Directorate-General for Competition

Merger Registry

1049 Bruxelles/Brussel

BELGIQUE/BELGIË


(1)  ĠU L 24, 29.1.2004, p. 1 (ir-“Regolament dwar l-Għaqdiet”).

(2)  ĠU C 366, 14.12.2013, p. 5.