15.7.2008   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

L 187/133


DEĊIŻJONI TAL-PARLAMENT EWROPEW

ta' l-24 ta' April 2007

dwar l-għeluq tal-kontijiet ta' l-Aġenzija Ewropea għall-Mediċini għas-sena finanzjarja 2005

(2008/522/KE)

IL-PARLAMENT EWROPEW,

wara li kkunsidra l-kontijiet annwali definittivi ta' l-Aġenzija Ewropea għall-Mediċini għas-sena finanzjarja 2005 (1),

wara li kkunsidra r-rapport tal-Qorti ta' l-Awdituri dwar il-kontijiet annwali definittivi ta' l-Aġenzija Ewropea għall-Mediċini għas-sena finanzjarja 2005, flimkien mat-tweġibiet ta' l-Aġenzija (2),

wara li kkunsidra r-rakkomandazzjoni tal-Kunsill tad-data 27 ta' Frar 2007 (5711/2007 – C6-0080/2007),

wara li kkunsidra t-Trattat KE, u b'mod partikulari l-Artikolu 276 tiegħu,

wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 1605/2002 tal-25 ta' Ġunju 2002 dwar ir-Regolament Finanzjarju applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Komunitajiet Ewropej (3), u b'mod partikolari l-Artikolu 185 tiegħu,

wara li kkunsidra r-Regolament (KE) Nru 726/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-31 ta' Marzu 2004 li jistabbilixxi proċeduri Komunitarji għall-awtorizzazzjoni u s-sorveljanza ta' prodotti mediċinali għall-użu mill-bniedem u veterinarju u li jistabbilixxi l-Aġenzija Ewropea għall-Mediċini (4), u b'mod partikolari l-Artikolu 68 tiegħu,

wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kummissjoni (KE, Euratom) Nru 2343/2002 tad-19 ta' Novembru 2002 dwar ir-Regolament Finanzjarju ta' qafas għall-korpi msemmija fl-Artikolu 185 tar-Regolament (KE, Euratom) Nru 1605/2002 (5), u b'mod partikulari l-Artikolu 94 tiegħu,

wara li kkunsidra l-Artikolu 71 u l-Anness IV tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Kontroll tal-Baġit u l-opinjoni tal-Kumitat għall-Ambjent, is-Saħħa Pubblika u s-Sikurezza ta' l-Ikel (A6-0099/2007),

1.

Jinnota li l-kontijiet annwali finali ta' l-Aġenzija Ewropea għall-Mediċini huma preżentati kif ġej:

Kont ta' dħul u nfiq għas-snin finanzjarji 2004 u 2005

(f'eluf ta' Euro – EUR 1000)

 

2005

2004

Dħul

 

 

Spejjeż marbuta ma' awtorizzazzjonijiet ta' marketing

72 613

68 412

Sussidju tal-Kummissjoni inkluż il-kontribuzzjonijiet irċevutu mill-EE

22 847

20 529

Sussidju Komunitarju għal mediċini orfni

6 110

4 026

Kontribuzzjonijiet għal programmi Komunitarji

0

0

Dħul amministrattiv

3 423

1 973

Dħul varju

1 643

1 473

Total (a)

106 636

96 413

Nefqa

 

 

Nefqa ta' l-istaff

40 057

34 333

Nefqa amministrattiva

17 022

11 224

Nefqa tat-tħaddim

41 999

38 573

Deprezzament

5 333

3 650

Spejjeż oħra

104

280

Total (b)

104 515

88 060

Riżultat operattiv (c = a - b)

2 121

8 353

Riżultat finanzjarju (e)

2 257

1 160

Riżultat Ekonomiku (f = c + e)

4 378

9 513

Sors: Informazzjoni ta' l-Aġenzija – Din it-tabella tiġbor fil-qosor id-dejta provduta mill-Aġenzija fil-kontijiet annwali tagħha.

2.

Japprova l-għeluq tal-kontijiet ta' l-Aġenzija Ewropea tal-Mediċini għas-sena finanzjarja 2005;

3.

Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi din id-deciżjoni lid-direttur ta' l-Aġenzija Ewropea għall-Mediċini, lill-Kunsill, lill-Kummissjoni u lill-Qorti ta' l-Awdituri, u biex jiżgura/tiżgura li tiġi ppubblikata fil-Ġurnal Uffiċjali ta' l-Unjoni Ewropea (serje L).

Il-President

Hans-Gert PÖTTERING

Is-Segretarju Ġenerali

Harald RØMER


(1)   ĠU C 266, 31.10.2006, p. 4.

(2)   ĠU C 312, 19.12.2006, p. 12.

(3)   ĠU L 248, 16.9.2002, p. 1.Ir-Regolament emendat bir-Regolament (KE, Euratom) Nru 1995/2006 (ĠU L 390, 30.12.2006, p. 1).

(4)   ĠU L 136, 30.4.2004, p. 1.Ir-Regolament emendat bir-Regolament (KE) Nru 1901/2006 (ĠU L 378, 27.12.2006, p. 1).

(5)   ĠU L 357, 31.12.2002, p. 72.