<?xml version="1.0" encoding="UTF-8"?><CONCLUSION NNC="YES" xmlns:fmx="http://opoce" xmlns:xsi="http://www.w3.org/2001/XMLSchema-instance" xsi:noNamespaceSchemaLocation="http://formex.publications.europa.eu/schema/formex-05.58-20161101.xd"><BIB.CONCLUSION><REF.CASE FILE="n.a."><NO.CASE>C-465/15</NO.CASE></REF.CASE><NO.CELEX>62015CC0465</NO.CELEX><NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2017:35">EU:C:2017:35</NO.ECLI><NO.SEQ>0001</NO.SEQ><PAGE.FIRST.ECR>1</PAGE.FIRST.ECR><PAGE.SEQ>1</PAGE.SEQ><PAGE.LAST.ECR>11</PAGE.LAST.ECR><PAGE.TOTAL>11</PAGE.TOTAL></BIB.CONCLUSION><CURR.TITLE><PAGE.HEADER><P>KONKLUŻJONIJIET BOBEK – KAWŻA C-465/15</P><P>HÜTTENWERKE KRUPP MANNESMANN</P></PAGE.HEADER></CURR.TITLE><TITLE><TI><P><HT TYPE="UC">Konklużjonijiet tal-Avukat Ġenerali</HT></P><P><HT TYPE="UC">Bobek</HT></P><P>ippreżentati fid-<DATE ISO="20170119">19 ta’ Jannar 2017</DATE><NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0001"><P>Lingwa oriġinali: l-Ingliż.</P></NOTE></P></TI><STI><P><HT TYPE="BOLD">Kawża C‑465/15</HT></P><P>Hüttenwerke Krupp Mannesmann GmbH</P><P>vs</P><P>Hauptzollamt Duisburg</P><P><HT TYPE="NORMAL">[talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Finanzgericht Düsseldorf (qorti tal-finanzi, Düsseldorf, il-Ġermanja)]Rinviju għal deċiżjoni preliminari</HT> </P></STI></TITLE><INTERMEDIATE><INDEX IDX.CLOSE="”" SEPARATOR="" IDX.OPEN=""><KEYWORD>Tassazzjoni fuq prodotti tal-enerġija u fuq l-elettriku</KEYWORD><KEYWORD>Direttiva 2003/96/KE</KEYWORD><KEYWORD>Kamp ta’ applikazzjoni</KEYWORD><KEYWORD>Kunċett ta’ elettriku użat prinċipalment għar-riduzzjoni kimika</KEYWORD><KEYWORD>Inklużjoni tal-elettriku użat fil-fannijiet turbo għall-produzzjoni ta’ ħadid fondut grezz fil-fran tal-blast</KEYWORD></INDEX></INTERMEDIATE><CONTENTS.CONCLUSION><GR.SEQ LEVEL="1"><TITLE><TI><NP><NO.P><HT TYPE="BOLD">I.</HT></NO.P><TXT><HT TYPE="BOLD">Introduzzjoni</HT></TXT></NP></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0001"><NO.P>1.</NO.P><TXT>Hüttenwerke Krupp Mannesmann GmbH (iktar ’il quddiem ir-<QUOT.START CODE="201C" ID="QS0001" REF.END="QE0001"/>rikorrenti<QUOT.END REF.START="QS0001" CODE="201D" ID="QE0001"/> fil-kawża prinċipali) tħaddem forn tal-blast li jipproduċi l-ħadid fondut grezz. Dan il-proċess jinvolvi r-riduzzjoni kimika tal-mineral tal-ħadid biex jinħoloq il-ħadid fondut grezz, li jirrikjedi l-injezzjoni ta’ arja sħuna kkompressata fil-forn tal-blast. L-arja kkompressata hija prodotta bl-użu ta’ fannijiet turbo.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0002"><NO.P>2.</NO.P><TXT>It-tilwima fil-kawża prinċipali bejn ir-rikorrenti u l-Hauptzollamt Duisburg (awtorità tat-taxxa kompetenti, Duisburg, il-Ġermanja, iktar ’il quddiem il-<QUOT.START CODE="201C" ID="QS0002" REF.END="QE0002"/>konvenuta<QUOT.END REF.START="QS0002" CODE="201D" ID="QE0002"/>), u d-domanda magħmula mill-qorti nazzjonali, hija dwar jekk l-elettriku użat biex jitħaddmu fannijiet turbo huwiex <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0003" REF.END="QE0003"/>użat prinċipalment għat-tnaqqis ta’ kimiki [riduzzjoni kimika]<QUOT.END REF.START="QS0003" CODE="201D" ID="QE0003"/> fis-sens tal-Artikolu 2(4)(b) tad-Direttiva 2003/96/KE (iktar ’il quddiem id-<QUOT.START CODE="201C" ID="QS0004" REF.END="QE0004"/>Direttiva<QUOT.END REF.START="QS0004" CODE="201D" ID="QE0004"/>)<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0002"><P>Direttiva tal-Kunsill 2003/96/KE , tas-<DATE ISO="20031027">27 ta’ Ottubru 2003</DATE>, li tirriforma l-istruttura tal-Komunità dwar tassazzjoni fuq prodotti ta’ enerġija u elettriku (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 9, Vol. 1, p. 405).</P></NOTE>. Jekk dan huwa minnu, dan ma jkunx suġġett għat-tassazzjoni minima prevista f’din id-Direttiva.</TXT></NP.ECR></GR.SEQ><?PAGE NO="2"?><GR.SEQ LEVEL="1"><TITLE><TI><NP><NO.P><HT TYPE="BOLD">II.</HT></NO.P><TXT><HT TYPE="BOLD">Il-kuntest ġuridiku</HT></TXT></NP></TI></TITLE><GR.SEQ LEVEL="2"><TITLE><TI><NP><NO.P><HT TYPE="BOLD">A.</HT></NO.P><TXT><HT TYPE="BOLD">Id-dritt tal-Unjoni</HT></TXT></NP></TI></TITLE><GR.SEQ LEVEL="3"><TITLE><TI><NP><NO.P><HT TYPE="BOLD"><HT TYPE="ITALIC">1.</HT></HT></NO.P><TXT><HT TYPE="BOLD">Direttiva 2003/96</HT></TXT></NP></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0003"><NO.P>3.</NO.P><TXT>Il-premessi 2 sa 7 u 22 tad-Direttiva jipprovdu dan li ġej:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><CONSID><NP><NO.P><QUOT.START CODE="201C" ID="QS0005" REF.END="QE0005"/>(2)</NO.P><TXT>L-assenza ta’ proviżżjonijiet tal-Komunità li timponi rata minima ta’ tassazzjoni fuq l-elettriku u prodotti ta’ enerġija minbarra żjut minerali tista’ taffetwa ħażin il-funzjonijiet kif suppost tas-suq intern.</TXT></NP></CONSID><CONSID><NP><NO.P>(3)</NO.P><TXT>Il-funzjonijiet kif suppost tas-suq intern u s-seħħ ta’ għanijiet ta’ politiki oħra tal-Kommunità jinħtieġu livelli minimi ta’ tassazzjoni li jkunu stabbiliti fuq livell Kommunitarju għall-bosta mill-prodotti tal-enerġija, u jinkludu l-elettriku, gass naturali u faħam.</TXT></NP></CONSID><CONSID><NP><NO.P>(4)</NO.P><TXT>Differenzi sostanzjali dwar livelli nazzjonali ta’ tassazzjoni fuq l-enerġija minn Stati Membri tista’ tkun ta’ detriment għall-funzjonament kif suppost tas-suq intern.</TXT></NP></CONSID><CONSID><NP><NO.P>(5)</NO.P><TXT>L-istabbilament ta’ livelli minimi u approprijati ta’ tassazzjoni mill-Kommunità tista’ tnaqqas differenzi eżistenti ta’ tassazzjoni fil-livell nazzjonali.</TXT></NP></CONSID><CONSID><NP><NO.P>(6)</NO.P><TXT>Skond l-Artikolu 6 tat-Trattat, il-ħtiġijiet dwar il-protezzjoni ta’ l-ambjent għandhom jiġu integrati fid-definizzjoni u implimentazzjoni ta’ politiki oħra tal-Komunità.</TXT></NP></CONSID><CONSID><NP><NO.P>(7)</NO.P><TXT>Bħala sieħba tal-konvenzjoni kwadru tan-Nazzjonijiet Uniti dwar tibdil fil-klima, il-Komunità irratifikat il-Protokoll ta’ Kyoto. It-tassazzjoni fuq prodotti ta’ enerġija u, fejn xieraq, ta’ l-elettriku hija waħda mill-istrumenti disponibbli biex jinkisbu l-iskopijiet tal-Protokoll ta’ Kyoto.</TXT></NP></CONSID><P>[…]</P><CONSID><NP><NO.P>(22)</NO.P><TXT>Prodotti ta’ enerġija essenzalment għandhom ikunu suġġett għall-qafas fi ħdan il-Komunità meta jkunu użati bħala karburant li jsaħħan [kombustibbli] jew karburant għall-karozzi. Għal dan il-għan, hija fin-natura u l-loġika tas-sistema ta’ taxxa li teskludi mill-iskop ta’ dan il-qafas l-użu doppju u użu ta’ prodotti ta’ enerġija li mhux karburant kif ukoll ipproċessar tal-mineraloġija. Elettriku użata bl-istess manjiera għandha tiġi ttrattat l-istess.<QUOT.END REF.START="QS0005" CODE="201D" ID="QE0005"/></TXT></NP></CONSID></QUOT.S></P></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0004"><NO.P>4.</NO.P><TXT>L-Artikolu 1 tad-Direttiva jobbliga lill-Istati Membri li jimponu tassazzjoni fuq <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0006" REF.END="QE0006"/>prodotti ta’ enerġija u elettriku<QUOT.END REF.START="QS0006" CODE="201D" ID="QE0006"/>.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0005"><NO.P>5.</NO.P><TXT>L-Artikolu 2(1) jiddefinixxi l-prodotti ta’ enerġija b’lista ta’ Kodiċi NM, f’xi każijiet limitati għall-użu intenzjonat bħala karburanti jew kombustibbli. L-Artikolu 2(2) jikkonferma li d-Direttiva tapplika wkoll għal <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0007" REF.END="QE0007"/>[e]lettriku kif deskritt taħt Kodiċi NM 2716<QUOT.END REF.START="QS0007" CODE="201D" ID="QE0007"/>.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0006"><NO.P>6.</NO.P><TXT>L-Artikolu 2(3) jitlob li, f’ċerti każijiet, l-Istati Membri japplikaw rati ta’ tassazzjoni fuq prodotti li ma jaqgħux fi ħdan id-definizzjoni ta’ <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0008" REF.END="QE0008"/>prodotti ta’ l-enerġija<QUOT.END REF.START="QS0008" CODE="201D" ID="QE0008"/>, fejn dawk il-prodotti huma intenzjonati għall-użu, għall-bejgħ jew użati bħala karburant jew kombustibbli.</TXT></NP.ECR><?PAGE NO="3"?><NP.ECR IDENTIFIER="NP0007"><NO.P>7.</NO.P><TXT>L-Artikolu 2(4)(b) jipprovdi li d-Direttiva ma għandhiex tapplika għall-użu segwenti tal-prodotti ta’ enerġija u elettriku:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><ALINEA><LIST TYPE="OTHER"><ITEM><NP><NO.P>“—</NO.P><TXT>prodotti ta’ enerġija użati mhux bħala karburant tal-karozzi jew karburant biex isaħħan [kombustibbli],</TXT></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P>—</NO.P><TXT>użu doppju ta’ prodotti ta’ enerġija</TXT><P>Prodott ta’ l-enerġija għandu użu doppju meta jiġi użat kemm bħala karburant li jsaħħan u kif ukoll għal skopijiet oħra barra minn karburant tal-karozzi jew karburant li jsaħħan. L-użu ta’ prodotti ta’ enerġija għat-tnaqqis ta’ kimiki [riduzzjoni kimika] u fi trattamenti elettrolitiki u metallurġiki għandhom jiġu kkonsidrati bħal użu doppju.</P></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P>—</NO.P><TXT>elettriku meta huwa użat prinċipalment għat-tnaqqis ta’ kimiki u fi trattamenti elettrolitiki u metallurġiki.</TXT></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P>—</NO.P><TXT>elettriku, meta l-prezz ikun iktar minn 50 % ta’ l-ispiża tal-prodott. <QUOT.START CODE="2018" ID="QS0009" REF.END="QE0009"/>L-ispiża tal-prodott’ għandha tfisser it-total ta’ xiri ta’ oġġetti u servizzi u żżid l-ispejjeż tal-ħaddiema kif ukoll il-konsum ta’ kapital fiss, skond il-livell tan-negozju, kif definit fl-Artikolu 11. Din l-ispiża hija kkalkulata bħala medja għal kull unità. <QUOT.START CODE="2018" ID="QS0010" REF.END="QE0010"/>L-ispiża ta’ l-elettriku<QUOT.END REF.START="QS0010" CODE="2019" ID="QE0010"/> għandha tfisser il-prezz attwali tax-xiri ta’ l-elettriku jew l-ispiża tal-produzzjoni ta’ l-elettriku jekk huwa ġenerat fin-negozju,</TXT></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P>—</NO.P><TXT>trattamneti mineraloġiki</TXT></NP></ITEM></LIST><P><QUOT.START CODE="2018" ID="QS0011" REF.END="QE0011"/>Trattamenti mineraloġiki<QUOT.END REF.START="QS0011" CODE="2019" ID="QE0011"/> ifisser it-trattamneti klassifikati fin-nomenklatura NACE taħt kodiċi DI 26 <QUOT.START CODE="2018" ID="QS0012" REF.END="QE0012"/>manifattura ta’ prodotti minerali mhux metalliċi<QUOT.END REF.START="QS0012" CODE="2019" ID="QE0012"/> fir-Regolazzjoni tal-Kunsill (KEE) No 3037/90 tad-<DATE ISO="19901009">9 ta’ Ottubru 1990</DATE> fuq l-istatistika ta’ attivitajiet ekonomiċi fil-Komunità Ewropea.</P><P>Madankollu, l-Artikolu 20 għandu japplika fuq dawn il-prodotti ta’ enrġija.<QUOT.END REF.START="QS0009" CODE="201D" ID="QE0009"/></P></ALINEA></QUOT.S></P></NP.ECR></GR.SEQ></GR.SEQ></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="1"><TITLE><TI><NP><NO.P><HT TYPE="BOLD">III.</HT></NO.P><TXT><HT TYPE="BOLD">Il-fatti, il-proċedura u d-domanda preliminari</HT></TXT></NP></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0008"><NO.P>8.</NO.P><TXT>Ir-rikorrenti topera impjant tal-azzar. Fil-faċilità tal-forn tal-blast tal-impjant jiġi prodott il-ħadid fondut grezz. Il-mineral tal-ħadid huwa ttrasformat f’ħadid fondut grezz billi jitneħħa l-ossiġenu (riduzzjoni kimika). Din ir-reazzjoni sseħħ f’temperaturi għoljin u tinvolvi l-użu ta’ arja sħuna u kkompressata.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0009"><NO.P>9.</NO.P><TXT>L-arja kkompressata użata għar-riduzzjoni kimika hija ġġenerata minn fannijiet turbo u hija injettata fil-forn tal-blast.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0010"><NO.P>10.</NO.P><TXT>Ir-rikorrenti ressqet talba lill-konvenuta għal eżenzjoni fiskali skont l-Artikolu 9a tal-iStromsteuergesetz (iktar ’il quddiem l-<QUOT.START CODE="201C" ID="QS0013" REF.END="QE0013"/>iStromStG<QUOT.END REF.START="QS0013" CODE="201D" ID="QE0013"/>, il-liġi nazzjonali fuq it-tassazzjoni tal-elettriku fil-Ġermanja li tittrasponi t-tielet inċiż tal-Artikolu 2(4)(b) tad-Direttiva li jistabbilixxi waħda mill-eċċezzjonijiet għall-applikazzjoni tad-Direttiva) tal-elettriku li huwa użat għall-operat tal-fann turbo.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0011"><NO.P>11.</NO.P><TXT>Il-konvenuta ċaħdet it-talba fuq il-bażi li, skont l-Artikolu 9a(1)(4) tal-iStromStG, huwa biss l-elettriku li jkun intuża għal proċessi tar-riduzzjoni kimika li jikkwalifika għal eżenzjoni fiskali. Dan il-vantaġġ tat-taxxa seta’ jinkiseb biss jekk l-elettriku kien użat prinċipalment għar-riduzzjoni kimika. F’dan il-każ, madankollu, hija ddeċidiet li l-elettriku kien intuża primarjament biex iħaddem mutur sabiex tiġi prodotta l-arja kkompressata. L-elettriku ma wassalx għal riduzzjoni kimika tal-mineral tal-ħadid.</TXT></NP.ECR><?PAGE NO="4"?><NP.ECR IDENTIFIER="NP0012"><NO.P>12.</NO.P><TXT>Ir-rikorrenti appellat minn dik id-deċiżjoni quddiem il-konvenuta. Wieħed mill-argumenti tagħha kien li, kif speċifikat fit-tielet inċiż tal-Artikolu 2(4)(b) tagħha, id-Direttiva ma tapplikax għal elettriku li jintuża prinċipalment għar-riduzzjoni kimika. Din id-dispożizzjoni, għaldaqstant, tippermetti wkoll użu ieħor, b’mod partikolari l-produzzjoni u t-trasport ta’ arja kkompressata, li mingħajrha l-proċessi tar-riduzzjoni kimika fil-forn tal-blast ikunu impossibbli. Hija ssottomettiet li l-użu tal-elettriku li għalih ir-rikorrenti għamlet talba għal eżenzjoni fiskali ma jintemmx fil-fannijiet turbo. Il-kunċett ta’ proċess tar-riduzzjoni kimika jestendi wkoll għall-produzzjoni tal-arja kkompressata, billi din hija input essenzjali.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0013"><NO.P>13.</NO.P><TXT>L-appell ġie miċħud mill-konvenuta. Ir-rikorrenti kkontestat dik id-deċiżjoni quddiem il-Finanzgericht Düsseldorf (qorti tal-finanzi, Düsseldorf, il-Ġermanja), li ddeċidiet li tissospendi l-proċeduri quddiemha u li tagħmel lill-Qorti tal-Ġustizzja d-domanda preliminari li ġejja:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><P><QUOT.START CODE="201C" ID="QS0014" REF.END="QE0014"/>It-tielet inċiż tal-Artikolu 2(4)(b) tad-Direttiva tal-Kunsill 2003/96, li tirriforma l-istruttura tal-Komunità dwar tassazzjoni fuq prodotti ta’ enerġija u elettriku, għandu jiġi interpretat, fir-rigward tal-proċess ta’ sħana għolja għall-produzzjoni ta’ metall mhux ipproċessat [ħadid fondut grezz], fis-sens li l-kurrent li jdawwar il-fannijiet turbo għandu, huwa stess, jitqies li huwa kurrent użat prinċipalment għat-tnaqqis tal-kimika [riduzzjoni kimika]?<QUOT.END REF.START="QS0014" CODE="201D" ID="QE0014"/></P></QUOT.S></P></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0014"><NO.P>14.</NO.P><TXT>Ġew ippreżentati osservazzjonijiet bil-miktub mir-rikorrenti u mill-konvenuta fil-kawża prinċipali kif ukoll mill-Kummissjoni Ewropea. Il-partijiet ikkonċernati involuti fil-fażi bil-miktub, kif ukoll il-Gvern tar-Renju Unit, ippreżentaw osservazzjonijiet orali fis-seduta tas-<DATE ISO="20161117">17 ta’ Novembru 2016</DATE>.</TXT></NP.ECR></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="1"><TITLE><TI><NP><NO.P><HT TYPE="BOLD">IV.</HT></NO.P><TXT><HT TYPE="BOLD">Evalwazzjoni</HT></TXT></NP></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0015"><NO.P>15.</NO.P><TXT>L-Artikolu 2(4)(b) tad-Direttiva jeskludi mill-applikazzjoni tad-Direttiva l-<QUOT.START CODE="201C" ID="QS0015" REF.END="QE0015"/>elettriku meta huwa użat prinċipalment għat-tnaqqis ta’ kimiki [riduzzjoni kimika] u fi trattamenti elettrolitiki u metallurġiki<QUOT.END REF.START="QS0015" CODE="201D" ID="QE0015"/>, li jfisser li dan l-elettriku ma jkunx suġġett għat-tassazzjoni.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0016"><NO.P>16.</NO.P><TXT>Bid-domanda tagħha, il-qorti tar-rinviju tistaqsi jekk il-kunċett ta’ <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0016" REF.END="QE0016"/>għat-tnaqqis ta’ kimiki [riduzzjoni kimika]<QUOT.END REF.START="QS0016" CODE="201D" ID="QE0016"/> ikoprix l-elettriku użat għall-operat ta’ fannijiet turbo li jikkompressaw l-arja, u li mbagħad tintuża fir-riduzzjoni kimika tal-mineral tal-ħadid biex isir ħadid fondut grezz.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0017"><NO.P>17.</NO.P><TXT>Id-domanda tal-qorti nazzjonali hija bażikament dwar l-intensità tar-rabta bejn l-elettriku u r-riduzzjoni kimika. L-elettriku ma huwiex użat direttament fit-trasformazzjoni kimika tal-mineral tal-ħadid, sa fejn dan jintuża biex jitneħħa l-ossiġenu mill-mineral<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0003"><P>Dan jinsab f’kuntrast, pereżempju, mal-elettroliżi fejn l-elettriku jintuża direttament biex jissepara s-sustanzi kimiċi.</P></NOTE>. Minflok, l-elettriku jintuża biex jiġġenera input – l-arja kkompressata – għar-riduzzjoni kimika. Dan l-input huwa <HT TYPE="ITALIC">essenzjali</HT> għar-riduzzjoni kimika u huwa injettat <HT TYPE="ITALIC">direttament u immedjatament</HT> fil-forn tal-blast. Iżda dan l-użu jsir b’mod <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0017" REF.END="QE0017"/>immedjat<QUOT.END REF.START="QS0017" CODE="201D" ID="QE0017"/> u <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0018" REF.END="QE0018"/>dirett<QUOT.END REF.START="QS0018" CODE="201D" ID="QE0018"/> biżżejjed biex jitqies li huwa użu <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0019" REF.END="QE0019"/>għat-tnaqqis ta’ kimiki [riduzzjoni kimika]<QUOT.END REF.START="QS0019" CODE="201D" ID="QE0019"/>?</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0018"><NO.P>18.</NO.P><TXT>Għar-raġunijiet stipulati hawn taħt, nemmen li dan huwa minnu. Iktar ’l isfel ser nikkunsidra s-sens ordinarju tad-dispożizzjonijiet rilevanti (A), l-interpretazzjoni sistematika u teleoloġika tagħhom (B), ir-rilevanza tal-ġurisprudenza eżistenti dwar it-tieni inċiż tal-Artikolu 2(4)(b) (C), u finalment l-applikazzjoni tagħhom għal din il-kawża (D).</TXT></NP.ECR><GR.SEQ LEVEL="2"><TITLE><TI><NP><NO.P><HT TYPE="BOLD">A.</HT></NO.P><TXT><HT TYPE="BOLD">Sens ordinarju</HT></TXT></NP></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0019"><NO.P>19.</NO.P><TXT>It-tielet inċiż tal-Artikolu 2(4)(b) tad-Direttiva għadu ma ġiex interpretat mill-Qorti tal-Ġustizzja.</TXT></NP.ECR><?PAGE NO="5"?><NP.ECR IDENTIFIER="NP0020"><NO.P>20.</NO.P><TXT>Is-sens ordinarju tal-kliem elettriku <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0020" REF.END="QE0020"/>użat prinċipalment għat-tnaqqis ta’ kimiki [riduzzjoni kimika]<QUOT.END REF.START="QS0020" CODE="201D" ID="QE0020"/> jista’ ċertament jinkludi l-elettriku użat biex jitħaddmu l-fannijiet turbo. Għalkemm l-elettriku f’ċertu sens huwa użat <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0021" REF.END="QE0021"/>għal<QUOT.END REF.START="QS0021" CODE="201D" ID="QE0021"/> tidwir ta’ fann u sabiex tiġi ġġenerata l-arja kkompressata, huwa ċar li dan ma huwiex l-għan fih innifsu. L-arja kkompressata hija injettata immedjatament fil-forn tal-blast. Din tikkostitwixxi input essenzjali għar-riduzzjoni kimika tal-mineral tal-ħadid. Tabilħaqq, <HT TYPE="ITALIC">f’dak</HT> is-sens, l-elettriku ma jservi l-ebda skop ieħor għajr li jippermetti li ssir ir-riduzzjoni kimika.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0021"><NO.P>21.</NO.P><TXT>Madankollu, sempliċi interpretazzjoni tal-kelma <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0022" REF.END="QE0022"/>għal<QUOT.END REF.START="QS0022" CODE="201D" ID="QE0022"/> u l-ekwivalenti tagħha f’lingwi oħra<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0004"><P>Pereżempju bil-Franċiż: <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0023" REF.END="QE0023"/>pour<QUOT.END REF.START="QS0023" CODE="201D" ID="QE0023"/>; bl-Ispanjol: <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0024" REF.END="QE0024"/>a efectos de<QUOT.END REF.START="QS0024" CODE="201D" ID="QE0024"/>; bit-Taljan: <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0025" REF.END="QE0025"/>per<QUOT.END REF.START="QS0025" CODE="201D" ID="QE0025"/>; bl-Olandiż: <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0026" REF.END="QE0026"/>voor<QUOT.END REF.START="QS0026" CODE="201D" ID="QE0026"/>; bil-Ġermaniż: <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0027" REF.END="QE0027"/>für die Zwecke<QUOT.END REF.START="QS0027" CODE="201D" ID="QE0027"/>; biċ-Ċek: <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0028" REF.END="QE0028"/>pro účely<QUOT.END REF.START="QS0028" CODE="201D" ID="QE0028"/>.</P></NOTE>, fil-fehma tiegħi, ma tirrispondix b’mod konklużiv għad-domanda tal-qorti nazzjonali.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0022"><NO.P>22.</NO.P><TXT>Wieħed jista’ jgħid li jippersistu għadd ta’ inċertezzi testwali: id-dispożizzjoni ma tagħmilx distinzjoni espliċita bejn l-elettriku użat <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0029" REF.END="QE0029"/>direttament<QUOT.END REF.START="QS0029" CODE="201D" ID="QE0029"/> jew <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0030" REF.END="QE0030"/>indirettament<QUOT.END REF.START="QS0030" CODE="201D" ID="QE0030"/> bl-iskop ta’ riduzzjoni kimika. Lanqas ma tispeċifika li t-<QUOT.START CODE="201C" ID="QS0031" REF.END="QE0031"/>tnaqqis ta’ kimiki [riduzzjoni kimika]<QUOT.END REF.START="QS0031" CODE="201D" ID="QE0031"/> jindika r-reazzjoni fiha nnifisha u mhux il-proċess b’mod iktar wiesa’. Huwa veru li konnessjoni vaga mar-reazzjoni kimika tkun insuffiċjenti. Ovvjament, l-eżenzjoni ma tistax tkopri, pereżempju, l-elettriku użat biex taħdem il-magna tax-xorb fil-kantin tal-persunal ta’ impjant. Tali rabtiet huma dgħajfin wisq. Min-naħa l-oħra, f’dan il-każ, in-natura immedjata u essenzjali tal-produzzjoni u tal-użu tal-input – l-arja kkompressata – tagħmel ir-risposta inqas ċara.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0023"><NO.P>23.</NO.P><TXT>Għalhekk, il-sens ordinarju jibqa’ ambigwu dwar element ewlieni identifikat diġà: ir-rabta bejn l-elettriku u r-riduzzjoni kimika. Għaldaqstant, issir neċessarja interpretazzjoni sistematika u teleoloġika tal-istess dispożizzjoni.</TXT></NP.ECR></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="2"><TITLE><TI><NP><NO.P><HT TYPE="BOLD">B.</HT></NO.P><TXT><HT TYPE="BOLD">Interpretazzjoni sistematika u teleoloġika</HT></TXT></NP></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0024"><NO.P>24.</NO.P><TXT>Hawn taħt ser niffoka fuq erba’ aspetti, jiġifieri: interpretazzjoni tat-tielet inċiż fl-intier tiegħu (1), eżami tan-natura tal-Artikolu 2(4)(b) bħala eċċezzjoni għad-Direttiva jew bħala definizzjoni tal-kamp ta’ applikazzjoni tagħha (2), il-bżonn ta’ interpretazzjoni stretta biex l-effett utli tagħha (3), u interpretazzjoni parallela tat-tieni u tat-tielet inċiż tal-Artikolu 2(4)(b) (4).</TXT></NP.ECR><GR.SEQ LEVEL="3"><TITLE><TI><NP><NO.P><HT TYPE="BOLD"><HT TYPE="ITALIC">1.</HT></HT></NO.P><TXT><HT TYPE="BOLD">It-tielet inċiż fl-intier tiegħu</HT></TXT></NP></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0025"><NO.P>25.</NO.P><TXT>Bħala punt preliminari f’dan ir-rigward, u fl-intersezzjoni bejn is-sens ordinarju u l-interpretazzjoni sistematika, ikun utli li t-tielet inċiż jiġi kkunsidrat fl-intier tiegħu. Għalkemm il-qorti tar-rinviju tagħżel, b’mod speċifiku, l-eżempju ta’ <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0032" REF.END="QE0032"/>tnaqqis ta’ kimiki [riduzzjoni kimika]<QUOT.END REF.START="QS0032" CODE="201D" ID="QE0032"/> bħala s-suġġett tal-interpretazzjoni, it-tielet inċiż jirreferi wkoll għal <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0033" REF.END="QE0033"/>trattamenti elettrolitiki<QUOT.END REF.START="QS0033" CODE="201D" ID="QE0033"/> (b’riferiment għall-produzzjoni bl-elettroliżi) u għal proċessi <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0034" REF.END="QE0034"/>metallurġiki<QUOT.END REF.START="QS0034" CODE="201D" ID="QE0034"/>. L-interpretazzjoni istantanja u naturali li tiġini f’moħħi ta’ dawn it-tliet eċċezzjonijiet flimkien hija li dawn jirreferu għal tliet tipi ta’ proċessi industrijali, kif saħqet ir-rikorrenti fl-osservazzjonijiet bil-miktub tagħha.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0026"><NO.P>26.</NO.P><TXT>Fis-seduta, il-Kummissjoni ssottomettiet li, bħat-<QUOT.START CODE="201C" ID="QS0035" REF.END="QE0035"/>tnaqqis ta’ kimiki [riduzzjoni kimika]<QUOT.END REF.START="QS0035" CODE="201D" ID="QE0035"/>, il-kunċett ta’ <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0036" REF.END="QE0036"/>trattamenti […] metallurġiki<QUOT.END REF.START="QS0036" CODE="201D" ID="QE0036"/> għandu jiġi interpretat b’mod strett. Madankollu, il-Kummissjoni rrikonoxxiet ukoll li, anki f’każ ta’ tali interpretazzjoni, il-kunċett xorta waħda potenzjalment iħaddan firxa ta’ proċessi fl-industrija tal-metall (inkluża r-reduzzjoni kimika tal-minerali).</TXT></NP.ECR><?PAGE NO="6"?><NP.ECR IDENTIFIER="NP0027"><NO.P>27.</NO.P><TXT>Għal din ir-raġuni waħedha, għandi d-dubji tiegħi dwar interpretazzjoni stretta żżejjed tal-frażi <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0037" REF.END="QE0037"/>għat-tnaqqis ta’ kimiki [riduzzjoni kimika]<QUOT.END REF.START="QS0037" CODE="201D" ID="QE0037"/>, li tindika biss l-estrazzjoni speċifika ħafna tal-atomi tal-ossiġenu permezz tal-applikazzjoni diretta tal-elettriku. Għalfejn għandu jkun hemm il-bżonn imperattiv ta’ interpretazzjoni stretta ta’ terminu wieħed jekk l-istess proċess x’aktarx huwa kopert minn terminu ieħor fi ħdan l-istess eċċezzjoni?</TXT></NP.ECR></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="3"><TITLE><TI><NP><NO.P><HT TYPE="BOLD"><HT TYPE="ITALIC">2.</HT></HT></NO.P><TXT><HT TYPE="BOLD">Artikolu 2(4)(b): eċċezzjoni jew definizzjoni tal-kamp ta’ applikazzjoni?</HT></TXT></NP></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0028"><NO.P>28.</NO.P><TXT>Billi jibbażaw ruħhom fuq interpretazzjoni sistematika u teleoloġika, il-konvenuta fil-kawża prinċipali u l-Kummissjoni xorta waħda jinvokaw tali interpretazzjoni stretta tat-tielet inċiż tal-Artikolu 2(4)(b). Il-pożizzjoni bażika tagħhom hija li l-kliem <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0038" REF.END="QE0038"/>għat-tnaqqis ta’ kimiki [riduzzjoni kimika]<QUOT.END REF.START="QS0038" CODE="201D" ID="QE0038"/> jinkludi biss l-elettriku użat bħala parti mir-reazzjoni tar-riduzzjoni kimika fiha nnifisha. Għaldaqstant, dan ma jinkludix l-elettriku użat fil-fannijiet turbo, li għalhekk huwa kopert mid-Direttiva. B’kuntrast, ir-rikorrenti, kif ukoll il-Gvern tar-Renju Unit, jieħdu ħarsa iktar wiesgħa tal-kunċett u jikkonkludu li elettriku użat fil-fannijiet turbo għandu jaqa’ taħt it-tielet inċiż tal-Artikolu 2(4)(b) u jiġi eskluż mill-kamp ta’ applikazzjoni tad-Direttiva.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0029"><NO.P>29.</NO.P><TXT>Sabiex isostnu l-pożizzjonijiet tagħhom, il-konvenuta u l-Kummissjoni jargumentaw li l-fatt stess li l-Artikolu 2(4)(b) jistabbilixxi eċċezzjonijiet għar-regola ġenerali tat-tassazzjoni fuq prodotti tal-enerġija u fuq l-elettriku jfisser li dan għandu jiġi interpretat b’mod strett. F’dan ir-rigward, huma jirreferu għall-ġurisprudenza ġenerali li l-eċċezzjonijiet għandhom ikunu interpretati b’mod strett<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0005"><P>Huma jiċċitaw, pereżempju, is-sentenza tal-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20150305">5 ta’ Marzu 2015</DATE>, <NAME.CASE>Statoil Fuel &amp; Retail Eesti AS</NAME.CASE> (<NO.CASE>C‑553/13</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2015:149">EU:C:2015:149</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0039">39</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>).</P></NOTE> u għal-linja tal-ġurisprudenza li tistabbilixxi li ma kienx hemm intenzjoni leġiżlattiva li jiġu introdotti eċċezzjonijiet wisgħin għad-Direttiva<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0006"><P>Ara, pereżempju, is-sentenzi tal-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20111221">21 ta’ Diċembru 2011</DATE>, <NAME.CASE>Haltergemeinschaft LBL</NAME.CASE> (<NO.CASE>C‑250/10</NO.CASE>, mhux ippubblikata, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2011:862">EU:C:2011:862</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0023">23</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>), u tal-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20111201">1 ta’ Diċembru 2011</DATE>, <NAME.CASE>Systeme Helmholz</NAME.CASE> (<NO.CASE>C‑79/10</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2011:797">EU:C:2011:797</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0023">23</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>).</P></NOTE>.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0030"><NO.P>30.</NO.P><TXT>Filwaqt li mal-ewwel daqqa ta’ għajn dan huwa argument attraenti, meta wieħed jeżaminha iktar mill-qrib, din il-ġurisprudenza ma hijiex ta’ għajnuna kbira biex tingħata risposta għad-domanda tal-qorti nazzjonali.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0031"><NO.P>31.</NO.P><TXT>Nibda billi nissottolinja, f’dan ir-rigward, li l-Artikolu 2(4) tad-Direttiva ma jistabbilixxix lista ta’ eċċezzjonijiet. Minflok, dan jiddefinixxi l-kamp ta’ applikazzjoni tad-Direttiva. Fil-fehma tiegħi, dan joħroġ biċ-ċar minn interpretazzjoni sistematika tad-Direttiva, fejn l-Artikolu 2 jiddefinixxi l-prodotti u l-użu li għalihom tapplika d-Direttiva. L-eċċezzjonijiet u l-esklużjonijiet għal dan il-kamp ta’ applikazzjoni, iddefinit b’mod ġenerali, huma stipulati iktar tard fid-Direttiva, b’mod partikolari fl-Artikoli 17 sa 19. L-interpretazzjoni li tgħid li l-Artikolu 2(4)(b) jiddefinixxi l-kamp ta’ applikazzjoni ta’ din id-direttiva iktar milli jistipula eċċezzjonijiet hija, barra minn hekk, sostnuta mis-sentenza Fendt tal-Qorti tal-Ġustizzja (li tikkonċerna d-Direttiva 92/81/KEE<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0007"><P>Direttiva tal-Kunsill, tad-<DATE ISO="19921019">19 ta’ Ottubru 1992</DATE>, dwar l-armonizzazzjoni tal-istrutturi tad-dazji tas-sisa fuq iż-żjut minerali (<REF.DOC.OJ COLL="L" NO.OJ="316" PAGE.FIRST="12" DATE.PUB="1992">ĠU L 316, p. 12</REF.DOC.OJ>).</P></NOTE>, il-predeċessur tad-Direttiva)<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0008"><P>Sentenza tal-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20070705">5 ta’ Lulju 2007</DATE>, <NAME.CASE>Fendt Italiana</NAME.CASE> (<NO.CASE>C‑145/06 u C‑146/06</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2007:411">EU:C:2007:411</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0037">37</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>): <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0039" REF.END="QE0039"/>għalkemm iż-żjut minerali użati b’mod ieħor milli bħala karburant jew kombustibbli jaqgħu taħt il-kamp ta’ applikazzjoni tad-Direttiva 92/81, peress li dawn il-prodotti huma, hekk kif iddeċidiet il-Qorti tal-Ġustizzja fil-punti 30 u 33 tas-sentenza Il-Kummissjoni vs L-Italja, iċċitata iktar ’il fuq, eżenti b’mod obbligatorju mit-taxxa tas-sisa armonizzata, il-leġiżlatur Komunitarju, bl-adozzjoni tad-Direttiva 2003/96, kellu l-intenzjoni li jibdel din is-sistema billi jeskludi tali prodotti mill-kamp ta’ applikazzjoni ta’ din id-Direttiva<QUOT.END REF.START="QS0039" CODE="201D" ID="QE0039"/>.</P></NOTE>.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0032"><NO.P>32.</NO.P><TXT>Għal din ir-raġuni, ma nemminx li l-pożizzjoni tat-tluq għandha neċessarjament tkun li l-Artikolu 2(4)(b) għandu jingħata interpretazzjoni kemm jista’ jkun stretta. Iżda anki li kieku kellha titħaddan tali pożizzjoni tat-tluq, u li kieku, għal skopijiet prattiċi, definizzjonijiet li min-natura tagħhom stess jinkludu esklużjoni u li jirrigwardaw il-kamp ta’ applikazzjoni <HT TYPE="ITALIC">ratione materiae</HT> ta’ direttiva kellhom jiġu ekwiparati mal-eċċezzjonijiet innifishom, il-kwistjoni ewlenija tibqa’ l-istess: interpretazzjoni stretta ta’ eċċezzjoni ma għandhiex tasal sal-punt li ċċaħħad lill-eċċezzjoni minn kull tifsira u rilevanza raġonevoli.</TXT></NP.ECR></GR.SEQ><?PAGE NO="7"?><GR.SEQ LEVEL="3"><TITLE><TI><NP><NO.P><HT TYPE="BOLD"><HT TYPE="ITALIC">3.</HT></HT></NO.P><TXT><HT TYPE="BOLD">L-effett utli jitlob interpetazzjoni stretta?</HT></TXT></NP></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0033"><NO.P>33.</NO.P><TXT>Għal raġunijiet simili, lanqas ma naqbel mas-suġġeriment relatat tal-Kummissjoni li interpretazzjoni ta’ <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0040" REF.END="QE0040"/>għat-tnaqqis ta’ kimiki [riduzzjoni kimika]<QUOT.END REF.START="QS0040" CODE="201D" ID="QE0040"/> fis-sens ta’ xi ħaġa li tmur lil hinn mill-użu dirett tal-elettriku biex jitneħħa l-ossiġenu, timmina d-Direttiva sħiħa jew b’xi mod tikkomprometti irrimedjabbilment l-effett utli tagħha.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0034"><NO.P>34.</NO.P><TXT>Għalija dan huwa suġġeriment kemxejn drammatiku żżejjed. Tabilħaqq, il-Kummissjoni rtirat sa ċertu punt tali suġġeriment fis-seduta. Nixtieq infakkar li hawnhekk il-kwistjoni hija d-domanda speċifika ħafna dwar jekk l-elettriku użat biex tiġi kkompressata l-arja, li mbagħad tiġi injettata fil-forn tal-blast, jaqax fi ħdan il-kamp ta’ applikazzjoni tat-tielet inċiż tal-Artikolu 2(4)(b) tad-Direttiva. Ma huwiex ikkontestat li dik il-parti tal-proċess hija relatata b’mod intimu u hija essenzjali<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0009"><P>Essenzjalment dan kien ikkonfermat espliċitament mill-qorti tar-rinviju nnifisha.</P></NOTE> għar-riduzzjoni kimika. Tabilħaqq, il-Kummissjoni stess dehret li kienet qed issibha diffiċli tagħmel distinzjoni fl-osservazzjonijiet tagħha<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0010"><P>Għalhekk, pereżempju, kemm fl-osservazzjonijiet bil-miktub kif ukoll orali tagħha, il-Kummissjoni tirreferi għar-<QUOT.START CODE="201C" ID="QS0041" REF.END="QE0041"/>rabta mill-qrib<QUOT.END REF.START="QS0041" CODE="201D" ID="QE0041"/> li trid teżisti bejn ir-riduzzjoni kimika u l-użu tal-elettriku, li mal-ewwel daqqa ta’ għajn tista’ tkopri l-elettriku użat fil-fannijiet turbo. (Il-Kummissjoni sussegwentement ikkwalifikat din il-formulazzjoni fl-osservazzjonijiet orali tagħha).</P></NOTE>.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0035"><NO.P>35.</NO.P><TXT>Kif diġà enfasizzajt iktar ’il fuq fil-punt 32, ninsab ukoll konxju tar-riskju li interpretazzjoni stretta żżejjed tal-frazi <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0042" REF.END="QE0042"/>għat-tnaqqis ta’ kimiki [riduzzjoni kimika]<QUOT.END REF.START="QS0042" CODE="201D" ID="QE0042"/> tnaqqas il-portata tagħha biex prattikament ma tkun tinkludi xejn. Ir-riżultat jista’ jkun li l-frażi tispiċċa tkopri kważi esklużivament użu li, fi kwalunkwe każ, jaqa’ fi ħdan il-portata tal-eżenzjoni prevista għall-elettriku użat fi <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0043" REF.END="QE0043"/>trattamenti […] metallurġiki<QUOT.END REF.START="QS0043" CODE="201D" ID="QE0043"/>. Għalhekk terġa’ titqajjem l-istess domanda: jekk din kienet tabilħaqq l-intenzjoni tal-leġiżlatur, għalfejn kellu jintroduċi tliet termini differenti fil-formulazzjoni tat-tielet inċiż tal-Artikolu 2(4)(b)?</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0036"><NO.P>36.</NO.P><TXT>F’dan ir-rigward, il-Kummissjoni u l-konvenuta offrew, fl-osservazzjonijiet bil-miktub u orali tagħhom, żewġ eżempji ta’ proċessi industrijali li jinvolvu l-użu ta’ elettriku prinċipalment <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0044" REF.END="QE0044"/>għat-tnaqqis ta’ kimiki [riduzzjoni kimika]<QUOT.END REF.START="QS0044" CODE="201D" ID="QE0044"/>. Dawn l-eżempji kienu (i) fran b’ark elettriku (electric arc furnaces) u (ii) produzzjoni tal-folji tas-siliċju (silicon wafer production). Ma hijiex l-intenzjoni ta’ dawn il-konklużjonijiet li nidħol f’dibattitu ddettaljat dwar il-merti ta’ dawn l-eżempji b’mod astratt. Madankollu, fis-seduta kien ċar li kien hemm nuqqas ta’ qbil dwar jekk dawn il-proċessi industrijali jinvolvux, fil-fatt, l-użu ta’ elettriku prinċipalment <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0045" REF.END="QE0045"/>għat-tnaqqis ta’ kimiki [riduzzjoni kimika]<QUOT.END REF.START="QS0045" CODE="201D" ID="QE0045"/> u, fil-każ li dan kien minnu, jekk dawn jaqgħux ukoll taħt il-kunċett ta’ elettriku użat prinċipalment fi <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0046" REF.END="QE0046"/>trattamenti […] metallurġiki<QUOT.END REF.START="QS0046" CODE="201D" ID="QE0046"/>.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0037"><NO.P>37.</NO.P><TXT>Bħala riżultat, tibqa’ l-kwistjoni dwar jekk l-eżenzjoni prevista għall-elettriku użat prinċipalment <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0047" REF.END="QE0047"/>għat-tnaqqis ta’ kimiki [riduzzjoni kimika]<QUOT.END REF.START="QS0047" CODE="201D" ID="QE0047"/> ikollhiex xi tip ta’ rilevanza prattika fil-każ li t-tielet inċiż tal-Artikolu 2(4)(b) jingħata l-interpretazzjoni tal-Kummissjoni u tal-konvenuta.</TXT></NP.ECR></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="3"><TITLE><TI><NP><NO.P><HT TYPE="BOLD"><HT TYPE="ITALIC">4.</HT></HT></NO.P><TXT><HT TYPE="BOLD">Interpretazzjoni sistematika u <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0048" REF.END="QE0048"/>parallela<QUOT.END REF.START="QS0048" CODE="201D" ID="QE0048"/> tat-tieni u tat-tielet inċiż</HT></TXT></NP></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0038"><NO.P>38.</NO.P><TXT>Huwa possibbli li jinkiseb għarfien addizzjonali dwar l-interpretazzjoni tat-tielet inċiż tal-Artikolu 2(4)(b) bis-saħħa ta’ interpretazzjoni sistematika tat-tieni u tat-tielet inċiż ta’ din id-dispożizzjoni ikkunsidrati flimkien?</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0039"><NO.P>39.</NO.P><TXT>Il-Kummissjoni u l-konvenuta jargumentaw favur tali interpretazzjoni sistematika. Saħansitra jmorru lil hinn. Huma jinvokaw interpretazzjoni magħrufa bħala <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0049" REF.END="QE0049"/>parallela<QUOT.END REF.START="QS0049" CODE="201D" ID="QE0049"/> taż-żewġ inċiżi. Fil-fehma tagħhom, din l-interpretazzjoni parallela twassal għal interpretazzjoni pjuttost stretta tat-tielet inċiż.</TXT></NP.ECR><?PAGE NO="8"?><NP.ECR IDENTIFIER="NP0040"><NO.P>40.</NO.P><TXT>Kif ġie rrimarkat korrettament mill-konvenuta u mill-Kummissjoni, il-premessa 22 tad-Direttiva tirreferi għall-eċċezzjoni ta’ użu doppju għal prodotti tal-enerġija previsti fit-tieni inċiż tal-Artikolu 2(4)(b) u tindika li <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0050" REF.END="QE0050"/>[e]lettriku użata [użat] bl-istess manjiera għandha tiġi [għandu jiġi] ttrattat l-istess<QUOT.END REF.START="QS0050" CODE="201D" ID="QE0050"/>. It-trattament simili ta’ elettriku u prodotti tal-enerġija huwa neċessarju wkoll biex jiġu evitati distorsjonijiet mhux ġustifikati tal-kompetizzjoni, li jispiċċaw jikkompromettu, b’mod partikolari, l-insegwiment tal-għanijiet tad-Direttiva relatati mas-suq intern.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0041"><NO.P>41.</NO.P><TXT>Madankollu, minkejja l-ħtieġa ta’ trattament simili, u, b’mod iktar ġenerali, il-bżonn ovvju li tiġi żgurata l-koerenza fl-interpretazzjoni, huwa ċar li hemm differenzi sinjifikattivi ħafna bejn il-formulazzjoni u l-istruttura tat-tieni u tat-tielet inċiż tal-Artikolu 2(4)(b). Dawn id-differenzi għandhom jiġu mfissra fid-dettall hawnhekk peress li jistabbilixxu limiti ċari fuq l-interpretazzjoni <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0051" REF.END="QE0051"/>parallela<QUOT.END REF.START="QS0051" CODE="201D" ID="QE0051"/> taż-żewġ inċiżi.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0042"><NO.P>42.</NO.P><TXT>It-tieni inċiż huwa, f’ċerti aspetti, <HT TYPE="ITALIC">iktar strett</HT> mit-tielet inċiż. It-tieni inċiż japplika biss għall-użu doppju ta’ prodotti tal-enerġija. Madankollu, il-kunċett ta’ użu doppju huwa kompletament nieqes mit-tielet inċiż. Barra minn hekk, it-tieni inċiż japplika biss meta l-prodotti tal-enerġija jintużaw bħala kombustibbli (u mhux bħala karburant). Tali limitazzjoni hija nieqsa wkoll fit-tielet inċiż.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0043"><NO.P>43.</NO.P><TXT>F’aspetti oħra, it-tieni inċiż huwa <HT TYPE="ITALIC">iktar wiesa</HT>’ billi jagħti r-riduzzjoni kimika, l-elettroliżi u l-metallurġija biss bħala eżempji tal-użu doppju, filwaqt li t-tielet inċiż jippreżentahom bħala lista eżawrjenti. Barra minn hekk, it-tieni inċiż jista’ japplika anki fejn ir-riduzzjoni kimika, l-elettroliżi u l-metallurġija jikkostitwixxu biss użu minuri. It-tielet inċiż jirrikjedi li dawn jikkostitwixxu użu prinċipali.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0044"><NO.P>44.</NO.P><TXT>Dawn huma differenzi testwali sinjifikattivi u espliċiti fil-kamp ta’ applikazzjoni ta’ dawn iż-żewġ inċiżi, introdotti mil-leġiżlatur. Sa ċertu punt dawn huma inevitabbli. Il-karatteristiċi fiżiċi tal-elettriku huma differenti ħafna minn dawk ta’ prodotti tal-enerġija oħra. Waħda minn dawn id-differenzi maġġuri hija li prodotti tal-enerġija oħra jistgħu jgħaddu minn trasformazzjoni kimika, li tippermettilhom iwettqu rwol fi proċessi industrijali, xi ħaġa li hija impossibbli fil-każ tal-elettriku<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0011"><P>Ser nirritorna għal dan il-punt iktar ’il quddiem fil-kuntest tal-kawża X.</P></NOTE>. Din il-possibbiltà hija tabilħaqq ċentrali għall-espressjoni <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0052" REF.END="QE0052"/>użu doppju<QUOT.END REF.START="QS0052" CODE="201D" ID="QE0052"/> użata fl-eċċezzjoni tat-tieni inċiż tal-Artikolu 2(4)(b).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0045"><NO.P>45.</NO.P><TXT>Fil-qosor, inqis li hemm limitazzjonijiet testwali u prattiċi serji għal interpretazzjoni <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0053" REF.END="QE0053"/>parallela<QUOT.END REF.START="QS0053" CODE="201D" ID="QE0053"/> tat-tieni u tat-tielet inċiż tal-Artikolu 2(4)(b).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0046"><NO.P>46.</NO.P><TXT>Qiegħed nenfasizza dan il-punt għaliex b’mod partikolari l-Kummissjoni tuża l-interpretazzjoni parallela bħala aspett prinċipali tal-argument u tenfasizza fuqha b’mod sinjifikattivi fl-osservazzjonijiet bil-miktub tagħha. Il-Kummissjoni ssostni: (i) li t-tielet inċiż jista’ potenzjalment jinqara b’mod li jirrikjedi użu doppju; u (ii) li t-tielet inċiż jaf japplika biss jekk l-elettriku jintuża bħala kombustibbli (u mhux bħala karburant). Dan, fil-fehma tiegħi, jikkostitwixxi użu kemxejn dubjuż tal-interpretazzjoni sistemika u teleoloġika, bl-għan aħħari li jitfassal mill-ġdid it-test ta’ direttiva. Għall-finijiet taċ-ċertezza legali, tali approċċ għandu jiġi miċħud b’mod ċar.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0047"><NO.P>47.</NO.P><TXT>Minkejja dawn il-limiti ċari imposti fuq interpretazzjoni <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0054" REF.END="QE0054"/>parallela<QUOT.END REF.START="QS0054" CODE="201D" ID="QE0054"/> tat-tieni u t-tielet inċiż tal-Artikolu 2(4)(b), u t-tħassib tiegħi dwar l-approċċ kemxejn flessibbli tal-Kummissjoni għall-interpretazzjoni legali, naqbel li jista’ jinkiseb ċertu għarfien mill-ġurisprudenza eżistenti dwar it-tieni inċiż. Ser nindirizza din il-ġurisprudenza fis-sezzjoni segwenti.</TXT></NP.ECR></GR.SEQ></GR.SEQ><?PAGE NO="9"?><GR.SEQ LEVEL="2"><TITLE><TI><NP><NO.P><HT TYPE="BOLD">C.</HT></NO.P><TXT><HT TYPE="BOLD">Ġurisprudenza dwar it-tieni inċiż tal-Artikolu 2(4)(b)</HT></TXT></NP></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0048"><NO.P>48.</NO.P><TXT>Il-kawża ewlenija li hija ta’ interess hawnhekk hija l-kawża X<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0012"><P>Sentenza tat-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20141002">2 ta’ Ottubru 2014</DATE>, <NAME.CASE>X</NAME.CASE> (<NO.CASE>C‑426/12</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2014:2247">EU:C:2014:2247</NO.ECLI></REF.DOC.ECR>).</P></NOTE>. Din kienet tikkonċerna l-applikazzjoni tal-eċċezzjoni ta’ użu doppju prevista fit-tieni inċiż tal-Artikolu 2(4)(b). Ir-rikorrenti f’dik il-kawża kienet tipproduċi z-zokkor. Fil-proċess hija kienet tuża kombustibbli. Kienet tuża wkoll is-CO<HT TYPE="SUB">2</HT> prodott mill-ħruq tal-kombustibbli għal żewġ skopijiet. L-ewwel, fil-produzzjoni taz-zokkor innifsu (is-CO<HT TYPE="SUB">2</HT> huwa input essenzjali). It-tieni, hija esportat is-CO<HT TYPE="SUB">2</HT> għall-użu fil-produzzjoni tal-fertilizzanti. Il-qorti nazzjonali staqsiet jekk dawn kinux jammontaw għal użu doppju u jekk setgħux għalhekk jibbenefikaw mill-eċċezzjoni ta’ użu doppju. Il-qorti qalet li meta s-CO<HT TYPE="SUB">2</HT> intuża bħala input taz-zokkor dan kien użu doppju, imma meta kien esportat dan ma kienx.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0049"><NO.P>49.</NO.P><TXT>Fir-raġunament tagħha, li ta’ min jiġi kkwotat b’mod estensiv hawnhekk, il-Qorti tal-Ġustizzja stqarret li:<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0013"><P>Sentenza tat-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20141002">2 ta’ Ottubru 2014</DATE>, <NAME.CASE>X</NAME.CASE> (<NO.CASE>C‑426/12</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2014:2247">EU:C:2014:2247</NO.ECLI>, punti <REF.NP.ECR REF="NP0024">24</REF.NP.ECR> sa <REF.NP.ECR REF="NP0026">26</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>).</P></NOTE></TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><P><QUOT.START CODE="201C" ID="QS0055" REF.END="QE0055"/>[…] jista’ jkun hemm prodott tal-enerġija b’użu doppju li jkun is-suġġett ta’ ħruq fil-kuntest ta’ proċess ta’ produzzjoni sa fejn […] <HT TYPE="ITALIC">dan il-proċess jirnexxi biss</HT> jekk tiġi użata sustanza li hemm qbil dwarha li hija <HT TYPE="ITALIC">tista’ tiġi ġġenerata biss bil-ħruq</HT> tal-imsemmi prodott tal-enerġija.</P><P>Peress li l-prodott tal-enerġija inkwistjoni huwa użat bħala sors tal-enerġija f’dan il-proċess ta’ produzzjoni bil-għan li jinkiseb il-gass esklużivament iġġenerat mill-ħruq tal-imsemmi prodott tal-enerġija, huwa permess li jiġi kkunsidrat li din il-funzjoni ta’ sors ta’ enerġija hija tassew is-suġġett ta’ żewġ użi konkomitanti.</P><P>Min-naħa l-oħra, jekk, fil-fatti bħal dawk inkwistjoni fil-kawża prinċipali, gass iġġenerat mill-ħruq ma huwiex il-prodott meħtieġ sabiex jintemm b’suċċess il-proċess ta’ produzzjoni, iżda huwa residwu ta’ dan il-proċess li sempliċement jiġi żviluppat, ma hemmx użu doppju tal-istess prodott tal-enerġija. Għalhekk, is-sempliċi fatt li l-gass iġġenerat jikkostitwixxi materja prima f’<HT TYPE="ITALIC">proċess ta’ produzzjoni distint</HT>, bħall-produzzjoni tal-fertilizzant agrikolu, ma huwiex biżżejjed biex jitqies li hemm użu doppju tal-prodott tal-enerġija li kien is-suġġett ta’ ħruq.<QUOT.END REF.START="QS0055" CODE="201D" ID="QE0055"/> (enfasi miżjuda minni.)</P></QUOT.S></P></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0050"><NO.P>50.</NO.P><TXT>Mir-raġunament tal-Qorti tal-Ġustizzja jirriżultaw tliet punti. L-ewwel nett, il-Qorti tal-Ġustizzja tenfasizza n-natura essenzjali tal-input (<QUOT.START CODE="201C" ID="QS0056" REF.END="QE0056"/>jirnexxi biss jekk<QUOT.END REF.START="QS0056" CODE="201D" ID="QE0056"/>). It-tieni nett, jeħtieġ li l-input jiġi ġġenerat bil-ħruq tal-kombustibbli (<QUOT.START CODE="201C" ID="QS0057" REF.END="QE0057"/>biss bil-ħruq<QUOT.END REF.START="QS0057" CODE="201D" ID="QE0057"/>). It-tielet nett, jekk l-input jiġi użat f’<QUOT.START CODE="201C" ID="QS0058" REF.END="QE0058"/>proċess ta’ produzzjoni distint<QUOT.END REF.START="QS0058" CODE="201D" ID="QE0058"/>, l-eċċezzjoni ta’ użu doppju ma tkunx tapplika.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0051"><NO.P>51.</NO.P><TXT>Il-kawża YARA hija kawża oħra, iktar reċenti, relatata mat-tieni inċiż tal-Artikolu 2(4)(b) tad-Direttiva<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0014"><P>Ara d-digriet tas-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20151217">17 ta’ Diċembru 2015</DATE>, <NAME.CASE>YARA Brunsbüttel</NAME.CASE> (<NO.CASE>C‑529/14</NO.CASE>, mhux ippubblikat, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2015:836">EU:C:2015:836</NO.ECLI></REF.DOC.ECR>).</P></NOTE>.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0052"><NO.P>52.</NO.P><TXT>Dik il-kawża kienet tikkonċerna l-produzzjoni tal-ammonju. Bħala parti mill-proċess kienu jiġu prodotti gassijiet <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0059" REF.END="QE0059"/>foqra<QUOT.END REF.START="QS0059" CODE="201D" ID="QE0059"/>. Dawn imbagħad kienu jiġu mħallta mal-gass naturali u maħruqa, fejn is-sħana prodotta kienet tintuża għal numru ta’ funzjonijiet: it-tisħin u t-tnixxif tal-fwar, id-dekompożizzjoni kimika u l-evakwazzjoni tal-gassijiet ta’ skart. Id-domanda magħmula quddiem il-Qorti tal-Ġustizzja essenzjalment kienet jekk il-gassijiet naturali setgħux jibbenefikaw mill-eċċezzjoni ta’ użu doppju.</TXT></NP.ECR><?PAGE NO="10"?><NP.ECR IDENTIFIER="NP0053"><NO.P>53.</NO.P><TXT>Filwaqt li rrispondiet fin-negattiv, il-Qorti tal-Ġustizzja saħqet mill-ġdid dwar il-prinċipji bażiċi stabbiliti fil-kawża X. Hija kkonkludiet li ma kienx hemm użu doppju tal-gass naturali għal żewġ raġunijiet. L-ewwel nett, il-proċess ta’ produzzjoni seta’ jitlesta mingħajr il-gass naturali. Barra minn hekk, anki jekk dan ma setax iseħħ, ma kien hemm l-ebda trasformazzjoni tal-gass naturali fi fwar<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0015"><P>B’mod iktar speċifiku, id-digriet jipprovdi li l-fwar ma humiex sustanza li tista’ tiġi ġġenerata billi jintuża l-gass naturali biss. Ara d-digriet tas-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20151217">17 ta’ Diċembru 2015</DATE>, <NAME.CASE>YARA Brunsbüttel</NAME.CASE> (<NO.CASE>C‑529/14</NO.CASE>, mhux ippubblikat, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2015:836">EU:C:2015:836</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0028">28</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>).</P></NOTE>.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0054"><NO.P>54.</NO.P><TXT>Il-kawżi X u YARA huma interessanti b’żewġ modi. L-ewwel nett, il-kundizzjonijiet ta’ rabta diretta żviluppati mill-Qorti tal-Ġustizzja fil-kawża X, u kkonfermati f’YARA, fil-fehma tiegħi huma utli wkoll biex iservu bħala bażi biex jiġi ddeterminat meta l-elettriku huwa użat <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0060" REF.END="QE0060"/>għat-tnaqqis ta’ kimiki [riduzzjoni kimika]<QUOT.END REF.START="QS0060" CODE="201D" ID="QE0060"/>. It-tieni nett, il-kawżi jservu wkoll biex jenfasizzaw għal darba oħra l-limiti tal-aspetti paralleli bejn it-tieni u t-tielet inċiż tal-Artikolu 2(4)(b).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0055"><NO.P>55.</NO.P><TXT>Fir-rigward tal-punt tal-aħħar, jirriżulta b’mod impliċitu kemm minn YARA kif ukoll minn X li l-prodott tal-enerġija jista’ jibbenefika mill-eċċezzjoni ta’ <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0061" REF.END="QE0061"/>użu doppju<QUOT.END REF.START="QS0061" CODE="201D" ID="QE0061"/> biss sa fejn dan ikun ġie <HT TYPE="ITALIC">ttrasformat fiżikament</HT> u <HT TYPE="ITALIC">f’dak l-istat mibdul tiegħu jkun ikkontribwixxa</HT> għall-proċess ta’ produzzjoni. Kif ġie enfasizzat iktar ’il fuq, tali trasformazzjoni hija sempliċement irrilevanti fil-każ tal-elettriku. Din il-kundizzjoni għalhekk ma tistax tiġi trasposta għat-tielet inċiż.</TXT></NP.ECR></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="2"><TITLE><TI><NP><NO.P><HT TYPE="BOLD">D.</HT></NO.P><TXT><HT TYPE="BOLD">Il-kriterji u l-applikazzjoni tagħhom għal din il-kawża</HT></TXT></NP></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0056"><NO.P>56.</NO.P><TXT>B’riferiment għall-punt preċedenti u, għaldaqstant, għall-punt ewlieni ta’ din il-kawża: x’għandu jsir bil-kriterju ta’ rabta? Hemm żewġ kundizzjonijiet żviluppati fil-kawżi X u YARA li, fil-fehma tiegħi, jibqgħu rilevanti għal din il-kawża: l-<HT TYPE="ITALIC">essenzjalità</HT> u l-<HT TYPE="ITALIC">immedjatezza tal-użu</HT>.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0057"><NO.P>57.</NO.P><TXT>Sabiex jitqies bħala <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0062" REF.END="QE0062"/>użu doppju<QUOT.END REF.START="QS0062" CODE="201D" ID="QE0062"/>, il-ħruq tal-prodott tal-enerġija <HT TYPE="ITALIC">jrid jiġġenera input essenzjali</HT> għall-proċess ta’ produzzjoni. Minħabba r-raġunijiet imsemmija iktar ’il fuq, l-elettriku ma jistax jiġi <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0063" REF.END="QE0063"/>ittrasformat<QUOT.END REF.START="QS0063" CODE="201D" ID="QE0063"/> fl-input, iżda l-elettriku jrid jintuża biex dan ikun iġġenerat.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0058"><NO.P>58.</NO.P><TXT>Fir-rigward tal-<HT TYPE="ITALIC">immedjatezza</HT> tal-użu, il-kawża X tagħmilha ċara li l-eċċezzjoni ta’ użu doppju ma tistax tapplika meta l-input iġġenerat huwa esportat ’il barra mill-proċess tal-produzzjoni. Għalkemm ma hijiex ippreżentata speċifikament b’dan il-mod, YARA timplika, barra minn hekk, li l-evakwazzjoni tal-iskart ma hijiex suffiċjentement parti mill-proċess biex tiġi permessa l-applikazzjoni tal-eċċezzjoni ta’ użu doppju.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0059"><NO.P>59.</NO.P><TXT>Meta dawn il-kriterji jiġu applikati għal din il-kawża, jidher li l-elettriku użat jikkostitwixxi input <HT TYPE="ITALIC">essenzjali</HT> għar-riduzzjoni kimika. Dan huwa komponent neċessarju tagħha. Il-qorti nazzjonali tabilħaqq tikkonferma dan il-punt espliċitament fit-talba tagħha. Huwa korrett li l-elettriku nnifsu ma huwiex ittrasformat fl-input essenzjali bl-istess mod bħal, pereżempju, fil-kawża X. Madankollu, kif ġie diskuss iktar ’il fuq, dan huwa sempliċement riżultat tan-natura fiżika intrinsikament differenti tal-elettriku u ta’ prodotti tal-enerġija oħra. Minkejja dan, l-input jibqa’ kemm essenzjali kif ukoll neċessarju, u għalhekk jikkostitwixxi parti indispensabbli mill-proċess. Fil-qosor, mingħajru, ir-riduzzjoni kimika ma tkunx tista’ ssir.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0060"><NO.P>60.</NO.P><TXT>Inqis ukoll li hemm użu <HT TYPE="ITALIC">dirett u immedjat</HT> f’dan il-każ. L-arja kkompressata hija ġġenerata u użata fuq is-sit bħala parti minn proċess kontinwu ta’ riduzzjoni kimika. Għall-kuntrarju tal-kawża X, pereżempju, din ma hijiex esportata b’mod sħiħ jew parzjali, u sservi l-iskop uniku li tirrendi r-riduzzjoni kimika possibbli.</TXT></NP.ECR><?PAGE NO="11"?><NP.ECR IDENTIFIER="NP0061"><NO.P>61.</NO.P><TXT>Madankollu, qabel nikkonkludi, naħseb li huwa neċessarju wkoll li nindirizza espliċitament ftit mill-argumenti ta’ natura kundizzjonali mqajma mill-Kummissjoni u mill-konvenuta. Dawn il-partijiet argumentaw li, jekk l-elettriku użat fil-fannijiet turbo jiġi eskluż mill-applikazzjoni tad-Direttiva, dan ikollu l-konsegwenza li jiftaħ il-bieb għal kull xorta ta’ esklużjonijiet oħra. L-eżempju tal-elettriku użat biex jitħaddmu ċ-ċineg trasportatriċi biex tiġi ttrasportata materja prima oħra lejn il-forn tal-blast kien iċċitat kemm‑il darba.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0062"><NO.P>62.</NO.P><TXT>Naħseb li l-kriterji applikati hawn fuq fil-punti 59 sa 60 huma, fl-opinjoni tiegħi, iġġustifikati għaliex huma konsistenti mat-test tad-Direttiva, ma’ interpretazzjoni sistematika u teleoloġika tagħha, u anki mal-kawżi preċedenti X u YARA.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0063"><NO.P>63.</NO.P><TXT>Kif irrikonoxxiet il-Kummissjoni, l-applikazzjoni tal-Artikolu 2(4)(b) titlob evalwazzjoni każ b’każ. Għalhekk, għandi d-dubji tiegħi dwar l-estensjoni jew l-applikazzjoni b’mod astratt tal-konklużjonijiet spjegati iktar ’il fuq għal każijiet oħra. Madankollu, u filwaqt li nibqa’ fl-isfera tal-ipotetiku, għaliex ma humiex is-suġġett ta’ din il-kawża, ninsab xettiku dwar affermazzjonijiet li l-elettriku użat biex jitħaddmu ċ-ċineg trasportatriċi jista’ jkun kopert mill-eċċezzjoni. Iċ-ċineg trasportatriċi ma <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0064" REF.END="QE0064"/>jiġġenerawx<QUOT.END REF.START="QS0064" CODE="201D" ID="QE0064"/> xi tip ta’ input; huma jċaqilqu biss affarijiet minn post għall-ieħor. Lanqas ma jikkostitwixxu parti essenzjali, u għalhekk indispensabbli, tal-proċess ta’ riduzzjoni kimika. Ċertament jistgħu jkunu previsti modi jew mezzi oħra ta’ trasport. Lanqas ma hemm l-istess immedjatezza bħal fil-każ tal-arja kkompressata injettata direttament fil-forn tal-blast bħala parti mill-proċess ta’ riduzzjoni kimika.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0064"><NO.P>64.</NO.P><TXT>Għal dawn ir-raġunijiet kollha, inqis li r-risposta għad-domanda tal-qorti tar-rinviju għandha tkun kif ġej:</TXT><P>It-tielet inċiż tal-Artikolu 2(4)(b) tad-Direttiva tal-Kunsill (KE) Nru 2003/96, li tirriforma l-istruttura tal-Komunità dwar tassazzjoni fuq prodotti ta’ enerġija u elettriku, għandu jiġi interpretat, fir-rigward tal-proċess ta’ forn tal-blast għall-produzzjoni ta’ ħadid fondut grezz, fis-sens li l-elettriku li jdawwar il-fannijiet turbo għandu jitqies li huwa elettriku użat prinċipalment għar-riduzzjoni kimika.</P></NP.ECR></GR.SEQ></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="1"><TITLE><TI><NP><NO.P><HT TYPE="BOLD">V.</HT></NO.P><TXT><HT TYPE="BOLD">Konklużjoni</HT></TXT></NP></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0065"><NO.P>65.</NO.P><TXT>Fid-dawl ta’ dak li ntqal iktar ’il fuq, nipproponi li l-Qorti tal-Ġustizzja tirrispondi għad-domanda magħmula mill-Finanzgericht Düsseldorf (qorti tal-finanzi, Düsseldorf, il-Ġermanja) kif ġej:</TXT><P>It-tielet inċiż tal-Artikolu 2(4)(b) tad-Direttiva tal-Kunsill (KE) Nru 2003/96, li tirriforma l-istruttura tal-Komunità dwar tassazzjoni fuq prodotti ta’ enerġija u elettriku, għandu jiġi interpretat, fir-rigward tal-proċess ta’ forn tal-blast għall-produzzjoni ta’ ħadid fondut grezz, fis-sens li l-elettriku li jdawwar il-fannijiet turbo għandu jitqies li huwa elettriku użat prinċipalment għar-riduzzjoni kimika.</P></NP.ECR></GR.SEQ></CONTENTS.CONCLUSION></CONCLUSION>