<?xml version="1.0" encoding="UTF-8"?><CONCLUSION NNC="YES" xmlns:fmx="http://opoce" xmlns:xsi="http://www.w3.org/2001/XMLSchema-instance" xsi:noNamespaceSchemaLocation="http://formex.publications.europa.eu/schema/formex-05.58-20161101.xd"><BIB.CONCLUSION><REF.CASE FILE="n.a."><NO.CASE>C-383/19</NO.CASE></REF.CASE><NO.CELEX>62019CC0383</NO.CELEX><NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2020:1003">EU:C:2020:1003</NO.ECLI><NO.SEQ>0001</NO.SEQ><PAGE.FIRST.ECR>1</PAGE.FIRST.ECR><PAGE.SEQ>1</PAGE.SEQ><PAGE.LAST.ECR>15</PAGE.LAST.ECR><PAGE.TOTAL>15</PAGE.TOTAL></BIB.CONCLUSION><CURR.TITLE><PAGE.HEADER><P><HT TYPE="SC">Konklużjonijiet Bobek — Kawża C‑383/19</HT></P><P><HT TYPE="SC">Ubezpieczeniowy Fundusz Gwarancyjny</HT></P></PAGE.HEADER></CURR.TITLE><TITLE><TI><P><HT TYPE="UC">Konklużjonijiet tal-Avukat Ġenerali</HT></P><P><HT TYPE="UC">Bobek</HT></P><P>ippreżentati fit‑<DATE ISO="20201208">8 ta’ Diċembru 2020</DATE><NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0001"><P>Lingwa oriġinali: l-Ingliż.</P></NOTE></P></TI><STI><P>Kawża C‑383/19</P><P>Powiat Ostrowski</P><P>vs</P><P>Ubezpieczeniowy Fundusz Gwarancyjny</P><P><HT TYPE="NORMAL">(talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mis-Sąd Rejonowy w Ostrowie Wielkopolskim (il-Qorti Distrettwali ta’ Ostrów Wielkopolski, il-Polonja))</HT></P></STI></TITLE><INTERMEDIATE><INDEX IDX.CLOSE="”" SEPARATOR=" — " IDX.OPEN="“"><KEYWORD>Rinviju għal deċiżjoni preliminari</KEYWORD><KEYWORD>Approssimazzjoni tal-leġiżlazzjonijiet</KEYWORD><KEYWORD>Direttiva 2009/103/KE</KEYWORD><KEYWORD>Assigurazzjoni għar-responsabbiltà ċivili tal-vetturi bil-mutur</KEYWORD><KEYWORD>L-ewwel paragrafu tal-Artikolu 3</KEYWORD><KEYWORD>Obbligu li jiġi konkluż kuntratt ta’ assigurazzjoni għar-responsabbiltà ċivili fir-rigward tal-użu ta’ vetturi bil-mutur</KEYWORD><KEYWORD>Vettura li ma hijiex adatta sabiex tinstaq minħabba l-istat tekniku tagħha</KEYWORD><KEYWORD>Tqassim ta’ kompiti taħt l-Artikolu 267 TFUE</KEYWORD><KEYWORD>Interpretazzjoni u applikazzjoni tad-dritt tal-Unjoni</KEYWORD></INDEX></INTERMEDIATE><CONTENTS.CONCLUSION><GR.SEQ LEVEL="1"><TITLE><TI><NP><NO.P><HT TYPE="BOLD">I.</HT></NO.P><TXT><HT TYPE="BOLD">Introduzzjoni</HT></TXT></NP></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0001"><NO.P>1.</NO.P><TXT>Meta jibda u meta jintemm l-obbligu li jiġi konkluż kuntratt ta’ assigurazzjoni għar-responsabbiltà ċivili skont l-Artikolu 3 tad-Direttiva 2009/103/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-<DATE ISO="20090916">16 ta’ Settembru 2009</DATE> dwar l-assigurazzjoni kontra responsabbiltà ċivili fir-rigward tal-użu ta’ vetturi bil-mutur u l-infurzar tal-obbligu ta’ assigurazzjoni kontra din ir-responsabbiltà<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0002"><P><REF.DOC.OJ COLL="L" NO.OJ="263" PAGE.FIRST="11" DATE.PUB="2009">ĠU 2009, L 263, p. 11</REF.DOC.OJ>.</P></NOTE>?</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0002"><NO.P>2.</NO.P><TXT>Fis-sentenza tagħha Juliana, il-Qorti tal-Ġustizzja kkonstatat li <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0001" REF.END="QE0001"/>vettura li tkun irreġistrata u għalhekk ma ġietx irtirata regolarment miċ-ċirkulazzjoni, <HT TYPE="ITALIC">u</HT> li tkun adatta biex tiċċirkula, tissodisfa l-kunċett ta’ <QUOT.START CODE="2018" ID="QS0002" REF.END="QE0002"/>vettura<QUOT.END REF.START="QS0002" CODE="2019" ID="QE0002"/>, fis-sens tal-punt 1 tal-Artikolu 1, [tad-Direttiva 72/166], u ma tieqafx milli taqa’ taħt l-obbligu ta’ assigurazzjoni stabbilit fl-Artikolu 3(1) ta’ din id-direttiva<QUOT.END REF.START="QS0001" CODE="201D" ID="QE0001"/><NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0003"><P>Sentenza tal-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20180904">4 ta’ Settembru 2018</DATE>, <NAME.CASE><HT TYPE="ITALIC">Juliana</HT></NAME.CASE> (<NO.CASE>C‑80/17</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2018:661">EU:C:2018:661</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0042">42</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>, irripetut f’termini simili fil-punt 52, u fid-dispożittiv tas-sentenza). Enfasi miżjuda minni.</P></NOTE>.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0003"><NO.P>3.</NO.P><TXT>Ikkonfrontata b’xenarju fattwali li fih vettura bil-mutur ma ġietx irtirata formalment mill-użu, iżda fl-istess waqt apparentement ma kinitx adatta sabiex tinstaq minħabba l-istat tekniku dgħajjef tagħha, is-Sąd Rejonowy w Ostrowie Wielkopolskim (il-Qorti Distrettwali ta’ Ostrów Wielkopolski, il-Polonja), essenzjalment tistaqsi jekk il-Qorti tal-Ġustizzja, fis-sentenza Juliana, fil-verità kellhiex l-intenzjoni li tistabbilixxi żewġ kundizzjonijiet <HT TYPE="ITALIC">kumulattivi</HT> biex ikun hemm obbligu ta’ assigurazzjoni tal-vettura bil-mutur taħt id-Direttiva.</TXT></NP.ECR></GR.SEQ><?PAGE NO="2"?><GR.SEQ LEVEL="1"><TITLE><TI><NP><NO.P><HT TYPE="BOLD">II.</HT></NO.P><TXT><HT TYPE="BOLD">Il-kuntest ġuridiku</HT></TXT></NP></TI></TITLE><GR.SEQ LEVEL="2"><TITLE><TI><NP><NO.P><HT TYPE="BOLD"><HT TYPE="ITALIC">A.</HT></HT></NO.P><TXT><HT TYPE="BOLD"><HT TYPE="ITALIC">Id-dritt tal-Unjoni</HT></HT></TXT></NP></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0004"><NO.P>4.</NO.P><TXT>L-Artikolu 1 tad-Direttiva 2009/103 jipprovdi:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><ALINEA><P><QUOT.START CODE="201C" ID="QS0003" REF.END="QE0003"/>Għall-finijiet ta’ din id-Direttiva:</P><LIST TYPE="ARAB"><ITEM><NP><NO.P>1.</NO.P><TXT><QUOT.START CODE="2018" ID="QS0004" REF.END="QE0004"/>vettura<QUOT.END REF.START="QS0004" CODE="2019" ID="QE0004"/> tfisser kull vettura bil-mutur intiża għal vjaġġi fuq l-art u mmexxija minn qawwa mekkanika, imma li ma timxix fuq il-linji, u kull karru, kemm jekk agganċjat u kemm jekk le;</TXT></NP></ITEM></LIST><P>[…]</P><LIST TYPE="ARAB"><ITEM><NP><NO.P>4.</NO.P><TXT><QUOT.START CODE="2018" ID="QS0005" REF.END="QE0005"/>territorju li fih il-vettura normalment tkun ibbażata<QUOT.END REF.START="QS0005" CODE="2019" ID="QE0005"/> tfisser:</TXT><P><LIST TYPE="alpha"><ITEM><NP><NO.P>(a)</NO.P><TXT>it-territorju tal-Istat li tiegħu l-vettura jkollha l-pjanċa ta’ reġistrazzjoni, irrispettivament jekk il-pjanċa hijiex permanenti jew temporanja; jew</TXT></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P>(b)</NO.P><TXT>fil-każi meta l-ebda reġistrazzjoni ma tkun meħtieġa għal tip ta’ vettura imma l-vettura jkollha pjanċa tal-assigurazzjoni, jew sinjal li jiddistingwiha analogu għall-pjanċa tar-reġistrazzjoni, it-territorju tal-Istat li fih il-pjanċa jew is-sinjal ikunu maħruġa; jew</TXT></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P>(c)</NO.P><TXT>fil-każi meta la l-pjanċa tar-reġistrazzjoni u lanqas is-sinjal li jiddistingwiha ma tkun meħtieġa għal ċerti tipi ta’ vetturi, it-territorju tal-Istat li fih id-detentur huwa domiċiljat; jew</TXT></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P>(d)</NO.P><TXT>f’każi fejn il-vettura m’għandhiex pjanċa ta’ reġistrazzjoni jew għandha pjanċa li ma tkunx tikkorrispondi mal-vettura u kienet involuta f’inċident, it-territorju tal-Istat fejn l-inċident ikun seħħ, […];</TXT></NP></ITEM></LIST></P></NP></ITEM></LIST><P>[…]<QUOT.END REF.START="QS0003" CODE="201D" ID="QE0003"/></P></ALINEA></QUOT.S></P></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0005"><NO.P>5.</NO.P><TXT>L-Artikolu 3 ta’ din id-direttiva, intitolat <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0006" REF.END="QE0006"/>Assigurazzjoni obbligatorja għall-vetturi<QUOT.END REF.START="QS0006" CODE="201D" ID="QE0006"/>, jipprovdi, fl-ewwel paragrafu tiegħu:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><ALINEA><QUOT.START CODE="201C" ID="QS0007" REF.END="QE0007"/>Kull Stat Membru għandu, soġġett għall-Artikolu 5, jieħu l-miżuri kollha xierqa biex jassigura li r-responsabbiltà ċivili fir-rigward tal-użu ta’ vetturi normalment ibbażati fit-territorju tiegħu tkun koperta minn assigurazzjoni.<QUOT.END REF.START="QS0007" CODE="201D" ID="QE0007"/></ALINEA></QUOT.S></P></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0006"><NO.P>6.</NO.P><TXT>Skont l-Artikolu 5 ta’ din id-direttiva, intitolat <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0008" REF.END="QE0008"/>Deroga mill-obbligazzjonijiet fir-rigward ta’ assigurazzjoni obbligatorja tal-vetturi<QUOT.END REF.START="QS0008" CODE="201D" ID="QE0008"/>:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><PARAG IDENTIFIER="005.001"><NO.PARAG><QUOT.START CODE="201C" ID="QS0009" REF.END="QE0009"/>1.</NO.PARAG><ALINEA>Stat Membru jista’ jaġixxi b’deroga tal-Artikolu 3 fir-rigward ta’ ċerti persuni fiżiċi jew ġuridiċi, pubbliċi jew privati; il-lista ta’ dawn il-persuni għandha titfassal mill-Istat konċernat u tiġi komunikata lill-Istati Membri l-oħra u lill-Kummissjoni [Ewropea].</ALINEA><ALINEA>[…]</ALINEA></PARAG><PARAG IDENTIFIER="005.002"><NO.PARAG>2.</NO.PARAG><ALINEA>Stat Membru jista’ jaġixxi b’deroga tal-Artikolu 3 fir-rigward ta’ ċerti tipi ta’ vetturi jew ċerti vetturi li jkollhom pjanċa speċjali; il-lista tagħhom għandha titfassal mill-Istat ikkonċernat u tiġi komunikata lill-Istati Membri l-oħra u lill-Kummissjoni.</ALINEA><ALINEA>[…]<QUOT.END REF.START="QS0009" CODE="201D" ID="QE0009"/></ALINEA></PARAG></QUOT.S></P></NP.ECR><?PAGE NO="3"?><NP.ECR IDENTIFIER="NP0007"><NO.P>7.</NO.P><TXT>Fil-Kapitolu 4 tad-Direttiva 2009/103, dwar il-<QUOT.START CODE="201C" ID="QS0010" REF.END="QE0010"/>Kumpens għal kull ħsara kawżata minn vettura li ma tkunx identifikata jew vettura li għaliha l-obbligu ta’ assigurazzjoni msemmi fl-Artikolu 3 ma jkunx ġie sodisfatt<QUOT.END REF.START="QS0010" CODE="201D" ID="QE0010"/>, l-Artikolu 10, intitolat <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0011" REF.END="QE0011"/>Korp responsabbli għall-għoti ta’ kumpens<QUOT.END REF.START="QS0011" CODE="201D" ID="QE0011"/>, jistabbilixxi fl-ewwel paragrafu tiegħu li:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><PARAG IDENTIFIER="010.001"><NO.PARAG><QUOT.START CODE="201C" ID="QS0012" REF.END="QE0012"/>1.</NO.PARAG><ALINEA>Kull Stat Membru għandu jistabbilixxi jew jawtorizza korp bil-kompitu li jipprovdi kumpens, mill-inqas sal-limiti tal-obbligu ta’ assigurazzjoni għal ħsara lill-proprjetà jew danni persunali kkawżati minn vettura li ma tkunx identifikata jew vettura li għaliha l-obbligu ta’ assigurazzjoni msemmi fl-Artikolu 3 ma jkunx ġie sodisfatt.</ALINEA><ALINEA>L-ewwel subparagrafu għandu jkun mingħajr preġudizzju għad-dritt tal-Istati Membri li jqisu kumpens minn dan il-korp bħala sussidjarju jew mhux sussidjarju u d-dritt li jipprovdu għall-ħlas ta’ pretensjonijiet bejn il-korp u l-persuna jew persuni responsabbli għall-inċident u assiguraturi oħra jew korpi ta’ siġurta soċjali meħtieġa li jikkumpensaw il-vittma fir-rigward tal-istess inċident. Iżda, l-Istati Membri jistgħu ma jħallux il-korp li jagħmel il-ħlas għall-kumpens kondizzjonali fuq il-vittma li tistabbilixxi b’xi mod li l-persuna responsabbli ma tkunx tista’ jew tkun qed tirrifjuta li tħallas.</ALINEA><ALINEA>[…]<QUOT.END REF.START="QS0012" CODE="201D" ID="QE0012"/></ALINEA></PARAG></QUOT.S></P></NP.ECR></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="2"><TITLE><TI><NP><NO.P><HT TYPE="BOLD"><HT TYPE="ITALIC">B.</HT></HT></NO.P><TXT><HT TYPE="BOLD"><HT TYPE="ITALIC">Id-dritt Pollakk</HT></HT></TXT></NP></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0008"><NO.P>8.</NO.P><TXT>L-Artikolu 10(2) tal-Ustawa z dnia <DATE ISO="20030522">22 maja 2003 r.</DATE> o ubezpieczeniach obowiązkowych, Ubezpieczeniowym Funduszu Gwarancyjnym i Polskim Biurze Ubezpieczycieli Komunikacyjnych (il-Liġi tat-<DATE ISO="20030522">22 ta’ Mejju 2003</DATE> dwar l-Assigurazzjoni Obbligatorja, il-Fond ta’ Garanzija tal-Assigurazzjoni u l-Uffiċċju Pollakk tal-Assiguraturi tal-Vetturi bil-Mutur; iktar ’il quddiem, il-<QUOT.START CODE="201C" ID="QS0013" REF.END="QE0013"/>il-Liġi dwar l-Assiugrazzjoni Obbligatorja<QUOT.END REF.START="QS0013" CODE="201D" ID="QE0013"/> (Dz.U. tal-2018, pożizzjoni 473)), jipprovdi li:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><ALINEA><QUOT.START CODE="201C" ID="QS0014" REF.END="QE0014"/>Tista’ titressaq kawża quddiem qorti ordinarja intiża sabiex tiġi stabbilita l-konformità ma’, jew l-assenza, tal-obbligu ta’ assigurazzjoni.<QUOT.END REF.START="QS0014" CODE="201D" ID="QE0014"/></ALINEA></QUOT.S></P></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0009"><NO.P>9.</NO.P><TXT>Skont il-kliem tal-Artikolu 23(1) tal-Liġi dwar l-Assigurazzjoni Obbligatorja, id-detentur ta’ vettura bil-mutur huwa obbligat jikkonkludi kuntratt ta’ assigurazzjoni obbligatorja għar-responsabbiltà ċivili għal detenturi ta’ vetturi bil-mutur fir-rigward ta’ ħsara li tirriżulta mill-użu tal-vettura bil-mutur fil-pussess tiegħu jew tagħha.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0010"><NO.P>10.</NO.P><TXT>Skont l-Artikolu 31(3) tal-Liġi dwar l-Assigurazzjoni Obbligatorja:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><ALINEA><QUOT.START CODE="201C" ID="QS0015" REF.END="QE0015"/>Fil-każ ta’ mgħoddija jew ta’ trasferiment tad-dritt għall-proprjetà ta’ vettura bil-mutur irreġistrata, li d-detentur tagħha ma kkonkludiex kuntratt ta’ assigurazzjoni għar-responsabbiltà ċivili għad-detenturi ta’ vetturi bil-mutur, minkejja l-obbligu li jagħmel dan, id-detentur li lilu ġie mgħoddi jew ittrasferit id-dritt għall-proprjetà huwa obbligat jikkonkludi kuntratt ta’ assigurazzjoni għar-responsabbiltà ċivili għad-detenturi ta’ vetturi bil-mutur fid-data ta’ mgħoddija jew ta’ trasferiment tad-dritt għall-proprjetà tal-vettura bil-mutur, u sa mhux iktar tard minn meta l-vettura bil-mutur titqiegħed fiċ-ċirkulazzjoni. Jekk it-trasferiment tal-pussess ta’ vettura bil-mutur irreġistrata jkun seħħ mingħajr il-mgħoddija jew it-trasferiment tad-dritt għall-proprjetà ta’ dik il-vettura u d-detentur ta’ qabel ta’ dik il-vettura ma kienx ikkonkluda kuntratt ta’ assigurazzjoni għar-responsabbiltà ċivili għal detenturi ta’ vetturi bil-mutur, minkejja li kellu l-obbligu li jagħmel dan, id-detentur sussegwenti tal-vettura ser ikun obbligat jikkonkludi kuntratt ta’ assigurazzjoni għar-responsabbiltà ċivili għal detenturi ta’ vetturi bil-mutur fid-data ta’ teħid ta’ pussess tal-imsemmija vettura, u sa mhux iktar tard minn meta l-vettura bil-mutur titqiegħed fiċ-ċirkulazzjoni<QUOT.END REF.START="QS0015" CODE="201D" ID="QE0015"/>.</ALINEA></QUOT.S></P></NP.ECR><?PAGE NO="4"?><NP.ECR IDENTIFIER="NP0011"><NO.P>11.</NO.P><TXT>Skont l-Artikolu 84(1) tal-Liġi dwar l-Assigurazzjoni Obbligatorja, il-Fond ta’ Garanzija ta’ Assigurazzjoni huwa l-korp awtorizzat sabiex jivverifika l-osservanza tal-obbligu li jiġi konkluż kuntratt ta’ assigurazzjoni għar-responsabbiltà ċivili mid-detenturi ta’ vetturi bil-mutur. Barra minn hekk, l-Artikolu 88(7) jimponi fuq kull min jonqos milli jikkonkludi kuntratt bħal dan il-ħlas ta’ multa lill-Fond ta’ Garanzija ta’ Assigurazzjoni.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0012"><NO.P>12.</NO.P><TXT>L-Artikolu 130a(10) tal-Ustawa z dnia 20 czerwca 1997 r. Prawo o ruchu drogowym (il-Liġi tal-<DATE ISO="19970620">20 ta’ Ġunju 1997</DATE> dwar it-Traffiku fit-Triq (Dz.U. tal-2018, pożizzjoni 1990)), fil-verżjoni tagħha li tapplika għall-kawża prinċipali, jipprovdi li:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><ALINEA><QUOT.START CODE="201C" ID="QS0016" REF.END="QE0016"/>Fir-rigward ta’ vettura li tneħħiet mit-toroq, fiċ-ċirkustanzi ddefiniti fil-paragrafi 1 jew 2 [b’mod partikolari, meta l-istat tekniku tal-vettura jipperikola s-sigurtà fit-toroq jew fil-każ ta’ nuqqas ta’ osservanza tar-regoli dwar il-parkeġġ], l-istarosta (is-sindku) għandu jressaq quddiem il-qorti talba għal deċiżjoni ta’ konfiska tal-vettura lill-powiat (id-distrett), jekk il-proprjetarju jew il-persuna awtorizzata, debitament innotifikata, ma tkunx ġabret il-vettura fi żmien tliet xhur mid-data tat-tneħħija tagħha. In-notifika għandha tinkludi informazzjoni dwar il-konsegwenzi tan-nuqqas ta’ ġbir ta’ vettura.<QUOT.END REF.START="QS0016" CODE="201D" ID="QE0016"/></ALINEA></QUOT.S></P></NP.ECR></GR.SEQ></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="1"><TITLE><TI><NP><NO.P><HT TYPE="BOLD">III.</HT></NO.P><TXT><HT TYPE="BOLD">Il-fatti, il-proċedura nazzjonali u d-domandi preliminari</HT></TXT></NP></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0013"><NO.P>13.</NO.P><TXT>B’deċiżjoni tas-<DATE ISO="20180116">16 ta’ Jannar 2018</DATE>, is-Sąd Rejonowy w Ostrowie Wielkopolskim (il-Qorti Distrettwali ta’ Ostrów Wielkopolski) ordnat li vettura Renault Clio 1.5 DCI, irreġistrata fil-Polonja u li kienet tinsab f’parkeġġ mgħasses wara t-tneħħija tagħha mit-toroq pubbliċi, tiġi kkonfiskata favur awtorità governattiva lokali, il-Powiat Ostrowski (id-distrett ta’ Ostrów, iktar ’il quddiem ir-<QUOT.START CODE="201C" ID="QS0017" REF.END="QE0017"/>rikorrent<QUOT.END REF.START="QS0017" CODE="201D" ID="QE0017"/>). L-ordni ta’ konfiska saret finali fis-<DATE ISO="20180207">7 ta’ Frar 2018</DATE>, u b’hekk irrendiet lir-rikorrent proprjetarju tal-vettura.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0014"><NO.P>14.</NO.P><TXT>Fis-<DATE ISO="20180206">6 ta’ Frar 2018</DATE>, ir-rikorrent ressaq talba għan-notifika tad-deċiżjoni msemmija iktar ’il fuq akkumpanjata b’ordni ta’ eżegwibbiltà u sabiex jiġi anness it-titolu eżekuttiv. Dawn it-talbiet ġew issodisfatti fl-<DATE ISO="20180420">20 ta’ April 2018</DATE>. Wara dan, ir-rikorrent ikkonkluda kuntratt ta’ assigurazzjoni għall-vettura, li bdiet tgħodd mit-<DATE ISO="20180423">23 ta’ April 2018</DATE>.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0015"><NO.P>15.</NO.P><TXT>Mill-annessi tal-proċess jirriżulta li l-vettura inkwistjoni ġiet eżaminata minn espert fit-<DATE ISO="20180502">2 ta’ Mejju 2018</DATE>. Din l-evalwazzjoni stabbilixxiet li kien impossibbli li l-vettura tiġi mqabbda, li kienet fi stat tekniku dgħajjef, li kienet tikkostitwixxi ruttam tal-metall u li kellha valur tas-suq ta’ 400 zloty Pollakki (PLN). Fid-dawl tal-istat tekniku tagħha, ir-rikorrent ornda li l-vettura tiġi skrappjata. Il-vettura ġiet żarmata qabel ma ġiet sussegwentement imneħħija mir-reġistrazzjoni fit-<DATE ISO="20180622">22 ta’ Ġunju 2018</DATE>.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0016"><NO.P>16.</NO.P><TXT>Fil-<DATE ISO="20180925">25 ta’ Settembru 2018</DATE>, ir-rikorrent ippreżenta rikors quddiem is-Sąd Rejonowy w Ostrowie Wielkopolskim (il-Qorti Distrettwali ta’ Ostrów Wielkopolski) kontra d-deċiżjoni tal-Ubezpieczeniowy Fundusz Gwarancyjny (il-Fond ta’ Garanzija tal-Assigurazzjoni, iktar ’il quddiem il-<QUOT.START CODE="201C" ID="QS0018" REF.END="QE0018"/>konvenut<QUOT.END REF.START="QS0018" CODE="201D" ID="QE0018"/>), li fih talab li dan iħallas multa minħabba nuqqas ta’ konklużjoni ta’ kuntratt ta’ assigurazzjoni għar-responsabbiltà ċivili matul il-perijodu bejn is-<DATE ISO="20180207">7 ta’ Frar 2018</DATE> u t-<DATE ISO="20180422">22 ta’ April 2018</DATE>.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0017"><NO.P>17.</NO.P><TXT>Fid-dawl tas-sentenza Juliana, il-qorti tar-rinviju tistaqsi jekk huwiex possibbli li jiġi eskluż l-obbligu li jiġi konkluż kuntratt ta’ assigurazzjoni għar-responsabbiltà ċivili fir-rigward tal-użu ta’ vetturi bil-mutur f’sitwazzjoni fejn il-vettura inkwistjoni tkun immobilizzata fuq art privata, ġiet akkwistata mill-awtorità lokali, ma hijiex adatta sabiex tinstaq u hija intiża sabiex tiġi meqruda minħabba d-deċiżjoni tal-propjetarju tagħha.</TXT></NP.ECR><?PAGE NO="5"?><NP.ECR IDENTIFIER="NP0018"><NO.P>18.</NO.P><TXT>F’dawn iċ-ċirkustanzi, is-Sąd Rejonowy w Ostrowie Wielkopolskim (il-Qorti Distrettwali ta’ Ostrów Wielkopolski, il-Polonja) iddeċidiet li tissospendi l-proċeduri quddiemha u li tagħmel lill-Qorti tal-Ġustizzja d-domandi preliminari li ġejjin:</TXT><QUOT.S LEVEL="1"><LIST TYPE="OTHER"><ITEM><NP><NO.P><QUOT.START CODE="201C" ID="QS0019" REF.END="QE0019"/>(1)</NO.P><TXT>L-Artikolu 3 tad-Direttiva 2009/103/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-<DATE ISO="20090916">16 ta’ Settembru 2009</DATE> dwar l-assigurazzjoni kontra responsabbiltà ċivili fir-rigward tal-użu ta’ vetturi bil-mutur u l-infurzar tal-obbligu ta’ assigurazzjoni kontra din ir-responsabbiltà (<REF.DOC.OJ COLL="L" NO.OJ="263" PAGE.FIRST="11" DATE.PUB="2009">ĠU 2009, L 263, p. 11</REF.DOC.OJ>) għandu jiġi interpretat fis-sens li l-obbligu li jiġi konkluż kuntratt ta’ assigurazzjoni ta’ responsabbiltà ċivili dwar il-moviment ta’ vetturi bil-mutur ikopri wkoll is-sitwazzjoni fejn awtorità lokali — id-distrett — akkwistat, skont deċiżjoni tal-qorti, il-proprjetà ta’ vettura li ma tistax tinstaq u li tinsab fuq art privata, jiġifieri parkeġġ mgħasses mhux fit-triq prinċipali pubblika, u li, minħabba d-deċiżjoni tad-detentur tagħha, hija ddestinata li tinqered?</TXT></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P>(2)</NO.P><TXT>Jew għandu jiġi interpretat fis-sens li, f’tali ċirkustanzi, l-awtorità lokali, bħala l-proprjetarja tal-vettura, ma hijiex marbuta li jkollha assigurazzjoni tagħha, mingħajr preġudizzju għar-responsabbiltà li għandu l-fond [ta’ garanzija] lejn terzi ppreġudikati?<QUOT.END REF.START="QS0019" CODE="201D" ID="QE0019"/></TXT></NP></ITEM></LIST></QUOT.S></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0019"><NO.P>19.</NO.P><TXT>Il-konvenut, il-Gvern Ġermaniż u dak Pollakk, kif ukoll il-Kummissjoni Ewropea ppreżentaw osservazzjonijiet bil-miktub.</TXT></NP.ECR></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="1"><TITLE><TI><NP><NO.P><HT TYPE="BOLD">IV.</HT></NO.P><TXT><HT TYPE="BOLD">Analiżi</HT></TXT></NP></TI></TITLE><GR.SEQ LEVEL="2"><TITLE><TI><NP><NO.P><HT TYPE="BOLD"><HT TYPE="ITALIC">A.</HT></HT></NO.P><TXT><HT TYPE="BOLD"><HT TYPE="ITALIC">Ammissibbiltà</HT></HT></TXT></NP></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0020"><NO.P>20.</NO.P><TXT>Il-konvenut iressaq żewġ argumenti. Fl-ewwel lok, huwa jsostni li d-domandi preliminari huma inammissibbli għaliex jirrigwardaw, essenzjalment, interpretazzjoni tad-dritt nazzjonali. Fit-tieni lok, huwa jargumenta li risposta, bi tweġiba għad-dubji espressi mill-qorti tar-rinviju, tista’ fil-parti l-kbira tagħha tiġi dedotta mill-ġurisprudenza tal-Qorti tal-Ġustizzja.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0021"><NO.P>21.</NO.P><TXT>Fir-realtà, naqbel mal-konvenut fuq l-ewwel argument. Madankollu, ma naqbilx mat-tieni argument.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0022"><NO.P>22.</NO.P><TXT>Fil-fatt, permezz ta’ interpretazzjoni ta’ kunċetti legali indeterminati meħuda mid-dispożizzjonijiet tad-Direttiva 2009/103 u tad-direttivi preċedenti, il-Qorti tal-Ġustizzja ġiet mistiedna dejjem iktar sabiex effettivament tiddeċiedi azzjonijiet individwali għal responsabbiltà. F’numru ta’ każijiet bħal dawn, ma huwiex immedjatament ovvju, għall-inqas mhux għalija, kemm distinzjonijiet fattwali, li jidhru li huma marbuta mal-interpretazzjoni ta’ kunċetti ġuridiċi indeterminati inklużi fid-Direttiva, b’mod partikolari l-kunċett ta’ <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0020" REF.END="QE0020"/>vettura<QUOT.END REF.START="QS0020" CODE="201D" ID="QE0020"/> jew dak ta’ <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0021" REF.END="QE0021"/>użu ta’ vetturi<QUOT.END REF.START="QS0021" CODE="201D" ID="QE0021"/><NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0004"><P>Ara b’mod partikolari s-sentenzi reċenti tal-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20181115">15 ta’ Novembru 2018</DATE>, <NAME.CASE>BTA Baltic Insurance Company</NAME.CASE> (<NO.CASE>C‑648/17</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2018:917">EU:C:2018:917</NO.ECLI></REF.DOC.ECR>), u tal-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20190620">20 ta’ Ġunju 2019</DATE>, <NAME.CASE>Línea Directa Aseguradora</NAME.CASE> (<NO.CASE>C‑100/18</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2019:517">EU:C:2019:517</NO.ECLI></REF.DOC.ECR>). Ara wkoll id-digriet tal-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20191211">11 ta’ Diċembru 2019</DATE>, <NAME.CASE>Bueno Ruiz u Zurich Insurance</NAME.CASE> (<NO.CASE>C‑431/18</NO.CASE>, mhux ippubblikat, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2019:1082">EU:C:2019:1082</NO.ECLI></REF.DOC.ECR>).</P></NOTE>, huma verament neċessarji sabiex tiġi protetta l-unità fl-interpretazzjoni tad-dritt tal-Unjoni.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0023"><NO.P>23.</NO.P><TXT>Madankollu, il-każ preżenti huwa differenti. Kwistjoni li fil-verità hija ta’ rilevanza strutturali u usa’ hija moħbija f’saff ta’ dettall fattwali: meta <HT TYPE="ITALIC">jintemm</HT> l-obbligu li jiġi konkluż kuntratt ta’ assigurazzjoni għar-responsabbiltà ċivili skont l-Artikolu 3 tad-Direttiva 2009/103? Il-każ preżenti jirrigwarda, effettivament, l-interpretazzjoni tas-sentenza mogħtija mill-Qorti tal-Ġustizzja sentejn ilu u deċiża mill-Awla Manja dwar l-istess kwistjoni. F’dan il-kuntest, id-domandi magħmula mill-qorti tar-rinviju huma mhux biss ammissibbli, iżda fil-fatt rilevanti ħafna.</TXT></NP.ECR></GR.SEQ><?PAGE NO="6"?><GR.SEQ LEVEL="2"><TITLE><TI><NP><NO.P><HT TYPE="BOLD"><HT TYPE="ITALIC">B.</HT></HT></NO.P><TXT><HT TYPE="BOLD"><HT TYPE="ITALIC">Fuq il-mertu</HT></HT></TXT></NP></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0024"><NO.P>24.</NO.P><TXT>Permezz tal-ewwel u t-tieni domanda tagħha, li għandhom jiġu eżaminati flimkien, il-qorti tar-rinviju tixtieq tkun taf jekk l-Artikolu 3 tad-Direttiva 2009/103 għandux jiġi interpretat fis-sens li l-konklużjoni ta’ kuntratt ta’ assigurazzjoni għar-responsabbiltà ċivili fir-rigward tal-użu ta’ vetturi tibqa’ obbligatorja, anki jekk il-vettura inkwistjoni tkun tinsab fi stat tekniku fejn ma tistax tibqa’ tinstaq.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0025"><NO.P>25.</NO.P><TXT>Għaldaqstant, għalkemm iċ-ċirkustanzi fattwali fil-kawża prinċipali huma ovvjament differenti, il-Qorti tal-Ġustizzja għandha quddiemha l-istess kwistjoni ġuridika li kienet fil-qalba tas-sentenza Juliana: meta jintemm l-obbligu li vetturi bil-mutur jiġu assigurati skont l-Artikolu 3 tad-Direttiva 2009/103?</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0026"><NO.P>26.</NO.P><TXT>Ċertament, mil-lat formali, il-Qorti tal-Ġustizzja pprovdiet interpretazzjoni tal-ewwel paragrafu tal-Artikolu 3 tad-Direttiva 72/166/KEE<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0005"><P>Direttiva tal-Kunsill 72/166/KEE tal-<DATE ISO="19720424">24 ta’ April 1972</DATE> dwar l-approssimazzjoni tal-liġijiet ta’ l-Istati Membri li għandhom x’jaqsmu ma’ assigurazzjoni kontra responsabbiltà ċivili fir-rigward ta’ l-użu ta’ vetturi bil-mutur u l-infurzar ta’ l-obbligu ta’ assigurazzjoni kontra din ir-responsabbiltà (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 6, Vol. 1, p. 10), kif emendata bid-Direttiva 2005/14/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-<DATE ISO="20050511">11 ta’ Mejju 2005</DATE> (<REF.DOC.OJ COLL="L" NO.OJ="149" PAGE.FIRST="14" DATE.PUB="2005">ĠU 2005, L 149, p. 14</REF.DOC.OJ>), ikkodifikata permezz tad-Direttiva 2009/103</P></NOTE>, fis-sentenza Juliana. Madankollu, id-dispożizzjonijiet ċentrali tad-direttivi preċedenti rigward il-vetturi bil-mutur (id-Direttivi 72/166 u 84/5/KEE<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0006"><P>It-Tieni Direttiva tal-Kunsill tat-<DATE ISO="19831230">30 ta’ Diċembru 1983</DATE> dwar l-approssimazzjoni tal-liġijiet ta’ l-Istati Membri li għandhom x’jaqsmu ma’ assigurazzjoni kontra r-responsabbiltà ċivili fir-rigward ta’ l-użu ta’ vetturi bil-mutur (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 6, Vol. 7, p. 3), kif emendata bid-Direttiva 2005/14.</P></NOTE>) li l-Qorti tal-Ġustizzja rreferiet għalihom fis-sentenza Juliana, dwar id-definizzjoni ta’ <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0022" REF.END="QE0022"/>vettura<QUOT.END REF.START="QS0022" CODE="201D" ID="QE0022"/>, l-obbligu ta’ assigurazzjoni, l-eżenzjonijiet minn dak l-obbligu u l-kumpens għal ħsara kkawżata minn vettura li għaliha dan l-obbligu ma ġiex issodisfatt, huma stabbiliti fl-Artikoli 1, 3, 5 u 10, rispettivament, tad-Direttiva 2009/103. Għalhekk, il-kontenut ta’ dawn id-dispożizzjonijiet jibqa’, essenzjalment, identiku<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0007"><P>Ara ukoll it-tabella ta’ korrispondenza fl-Anness II tad-Direttiva 2009/103.</P></NOTE>.</TXT></NP.ECR><GR.SEQ LEVEL="3"><TITLE><TI><NP><NO.P><HT TYPE="ITALIC">1.</HT></NO.P><TXT><HT TYPE="ITALIC">Is-sentenza Juliana</HT></TXT></NP></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0027"><NO.P>27.</NO.P><TXT>Il-proċedura fil-kawża prinċipali f’Juliana kienet tikkonċerna s-segwenti katina ta’ avvenimenti (ta’ sfortuna): il-konvenuta kienet propjetarja ta’ vettura bil-mutur irreġistrata fil-Portugall. Hija ma kinitx għadha ssuq din il-vettura għal raġunijiet ta’ saħħa. Hija kienet ipparkjat il-karozza fil-bitħa tad-dar tagħha, mingħajr madankollu ma ħadet passi biex tirtira uffiċjalment il-karozza mill-użu. Il-karozza kienet allura rreġistrata <HT TYPE="ITALIC">u</HT> operattiva. Ġurnata minnhom, binha ħa ċ-ċwievet tal-karozza mingħajr l-għarfien tagħha, saq u kkawża inċident tat-triq fi triq pubblika. Huwa u ż-żewġ passiġġieri li kienu qegħdin jivvjaġġaw fil-karozza miegħu nqatlu.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0028"><NO.P>28.</NO.P><TXT>Il-Fond Nazzjonali għall-Kumpens, il-Fundo de Garantia Automóvel (il-Fond ta’ Garanzija għall-Vetturi bil-Mutur, il-Portugall), l-appellant fil-kawża prinċipali, ħallas kumpens fir-rigward tal-inċident lill-familji taż-żewġ passiġġieri li mietu. Il-Fond imbagħad ressaq azzjoni għall-irkupru kontra l-konvenuta, bħala l-proprjetarja tal-vettura, billi sostna li hija kellha l-obbligu li tassigura l-karozza skont l-ewwel paragrafu tad-Direttiva 72/166 (li sar, essenzjalment, l-Artikolu 3 tad-Direttiva 2009/103). F’dawk iċ-ċirkustanzi, il-qorti tar-rinviju staqsiet jekk dik id-dispożizzjoni kellhiex tiġi interpretata fis-sens li l-obbligu li jiġi konkluż kuntratt ta’ assigurazzjoni ta’ responsabbiltà ċivili dwar il-moviment ta’ vetturi bil-mutur japplika wkoll għas-sitwazzjoni fejn il-vettura, fuq l-għażla tal-propjetarju, tkun tinsab immobilizzata f’bitħa privata, barra mit-toroq pubbliċi.</TXT></NP.ECR><?PAGE NO="7"?><NP.ECR IDENTIFIER="NP0029"><NO.P>29.</NO.P><TXT>Fir-risposta tagħha għal din l-ewwel domanda, il-Qorti tal-Ġustizzja fakkret li l-kunċett ta’ <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0023" REF.END="QE0023"/>vettura<QUOT.END REF.START="QS0023" CODE="201D" ID="QE0023"/>, li diġà kien jinsab fil-punt 1 tal-Artikolu 1 tad-Direttiva 72/166, huwa fformulat fi kliem <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0024" REF.END="QE0024"/>ġenerali ħafna<QUOT.END REF.START="QS0024" CODE="201D" ID="QE0024"/> u jirreferi għal kull vettura bil-mutur intiża għal ċirkulazzjoni fuq l-art u li tista’ titqabbad permezz ta’ saħħa mekkanika. Il-Qorti tal-Ġustizzja rrilevat ukoll li l-kunċett ta’ <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0025" REF.END="QE0025"/>vettura<QUOT.END REF.START="QS0025" CODE="201D" ID="QE0025"/> għandu neċessarjament ikun oġġettiv u indipendenti mill-intenzjoni tal-proprjetarju<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0008"><P>Sentenza tal-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20180904">4 ta’ Settembru 2018</DATE>, <NAME.CASE>Juliana</NAME.CASE> (<NO.CASE>C‑80/17</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2018:661">EU:C:2018:661</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0039">39</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>.</P></NOTE>, u b’hekk ikkonfermat li l-intenzjoni suġġettiva tal-proprjetarju li ma jibqax isuq il-vettura ma hijiex rilevanti sabiex jiġi stabbilit jekk hijiex vettura jew le fis-sens tad-Direttiva.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0030"><NO.P>30.</NO.P><TXT>Għaldaqstant, il-portata tal-obbligu ta’ assigurazzjoni għandu, għal raġunijiet ta’ ċertezza legali, jiġi ddeterminat minn qabel, qabel kwalunkwe involviment possibbli ta’ vettura f’inċident<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0009"><P><HT TYPE="ITALIC">Ibid</HT>., punt 40.</P></NOTE>. Il-Qorti tal-Ġustizzja eskludiet ukoll kwalunkwe raġunament invers f’dan ir-rigward, billi stqarret li l-użu ta’ vettura fi kwalunkwe mument, kemm jekk bħala mezz ta’ trasport jew mod ieħor, ma jistax fil-fatt jiddetermina l-obbligu li jiġi konkluż kuntratt ta’ assigurazzjoni għar-responsabbiltà ċivili<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0010"><P><HT TYPE="ITALIC">Ibid</HT>., punt 41.</P></NOTE>.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0031"><NO.P>31.</NO.P><TXT>Dawk l-argumenti wasslu lill-Qorti tal-Ġustizzja sabiex tikkonkludi, f’punt 42 tas-sentenza Juliana, li <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0026" REF.END="QE0026"/>Fid-dawl ta’ dak li ntqal preċedentement, għandu jitqies li vettura li tkun irreġistrata u għalhekk ma ġietx irtirata regolarment miċ-ċirkulazzjoni, <HT TYPE="ITALIC">u</HT> li tkun adatta biex tiċċirkula, tissodisfa l-kunċett ta’ <QUOT.START CODE="2018" ID="QS0027" REF.END="QE0027"/>vettura<QUOT.END REF.START="QS0027" CODE="2019" ID="QE0027"/>, fis-sens tal-punt 1 tal-Artikolu 1, […] [tad-Direttiva 72/166], u ma tieqafx [<HT TYPE="ITALIC">għaldaqstant</HT>] milli taqa’ taħt l-obbligu ta’ assigurazzjoni stabbilit fl-Artikolu 3(1) ta’ din id-direttiva, għas-sempliċi raġuni li l-proprjetarja tagħha ma tkunx iktar bi ħsiebha ssuq u timmobilizzaha fuq art privata<QUOT.END REF.START="QS0026" CODE="201D" ID="QE0026"/><NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0011"><P>Enfasi miżjuda minni.</P></NOTE>.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0032"><NO.P>32.</NO.P><TXT>L-istess formulazzjoni hija sussegwentement irrepetuta fil-punti 52 u fid-dispożittiv tas-sentenza, li jgħid fi kliem ġenerali li “l-konklużjoni ta’ kuntratt ta’ assigurazzjoni għar-responsabbiltà ċivili fir-rigward taċ-ċirkulazzjoni ta’ vettura bil-mutur hija obbligatorja meta l-vettura kkonċernata tkun dejjem irreġistrata fi Stat Membru <HT TYPE="ITALIC">u</HT> tkun tista’ tiċċirkola<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0012"><P>Enfasi miżjuda minni.</P></NOTE>.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0033"><NO.P>33.</NO.P><TXT>Fil-każ preżenti, il-qorti tar-rinviju għandha dubji dwar jekk il-kapaċità ta’ użu ta’ vettura bħala mezz ta’ trasport tikkostitwixxix element neċessarju tad-definizzjoni tal-kunċett ta’ <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0028" REF.END="QE0028"/>vettura<QUOT.END REF.START="QS0028" CODE="201D" ID="QE0028"/> fis-sens tal-punt 1 tal-Artikolu 1 tad-Direttiva. Fi kliem ieħor, l-istat <HT TYPE="ITALIC">tekniku</HT> ta’ vettura (ruttam tal-metall u li ser tiġi skrappjata), li fl-istess waqt għadha rreġistrata <HT TYPE="ITALIC">legalment</HT> bħala karozza (l-ebda att formali tal-irtirar tagħha mill-użu għadu ma twettaq, u l-vettura hija mgħammra bi pjanċi ta’ reġistrazzjoni), huwa deċiżiv sabiex jiġi stabbilit jekk hemmx vettura li għandha, b’mod mandatorju, tiġi assigurata?</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0034"><NO.P>34.</NO.P><TXT>Il-qorti tar-rinviju tirrileva li kieku kellha ssegwi d-dikjarazzjoni tal-Qorti tal-Ġustizzja fis-sentenza Juliana, hija jkollha inevitabbilment tiddikjara li, fiċ-ċirkustanzi tal-każ preżenti, ma kienx jeżisti obbligu li jiġi konkluż kuntratt ta’ assigurazzjoni għar-responsabbiltà ċivili, <HT TYPE="ITALIC">peress li</HT> l-vettura kienet oġġettivament mhux adatta sabiex tintuża bħala vettura minħabba l-istat tekniku dgħajjef tagħha. Il-qorti tar-rinviju sussegwentement tesprimi wkoll dubji dwar jekk leġiżlazzjoni nazzjonali, b’mod partikolari l-Artikolu 23(1) tal-Liġi dwar l-Assigurazzjoni Obbligatorja, li timponi l-obbligu li jiġi konkluż kuntratt ta’ assigurazzjoni għar-responsabbiltà ċivili tad-detenturi ta’ vetturi bil-mutur għal kull vettura bil-mutur <HT TYPE="ITALIC">fil-pussess tagħhom</HT>, indipendentement mill-kwistjoni dwar jekk il-vettura hijiex adattata sabiex tintuża, hijiex kompatibbli mad-dritt tal-Unjoni.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0035"><NO.P>35.</NO.P><TXT>Fil-qosor, it-tħassib tal-qorti tar-rinviju jirrigwarda l-użu, fis-sentenza Juliana, ta’ <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0029" REF.END="QE0029"/>u<QUOT.END REF.START="QS0029" CODE="201D" ID="QE0029"/> (konġunzjoni) bejn l-<HT TYPE="ITALIC">istatus legali</HT> (reġistrazzjoni valida) u l-<HT TYPE="ITALIC">istat tekniku</HT> (adatta għas-sewqan) ta’ vettura. Dawn iż-żewġ kundizzjonijiet huma <HT TYPE="ITALIC">kumulattivi</HT>, fis-sens li ż-żewġ kundizzjonijiet għandhom jiġu ssodisfatti fl-istess waqt sabiex ikun hemm <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0030" REF.END="QE0030"/>vettura<QUOT.END REF.START="QS0030" CODE="201D" ID="QE0030"/> li għalhekk taqa’ taħt l-obbligu ta’ assigurazzjoni skont l-Artikolu 3 tad-Direttiva 2009/103?</TXT></NP.ECR><?PAGE NO="8"?><NP.ECR IDENTIFIER="NP0036"><NO.P>36.</NO.P><TXT>L-intervenjenti kollha li ppreżentaw osservazzjonijiet bil-miktub (bl-eċċezzjoni tal-Gvern Ġermaniż) jaqblu li jeżisti obbligu ta’ assigurazzjoni f’każ bħal dak preżenti, essenzjalment għaliex il-vettura inkwistjoni ma ġietx irtirata formalment miċ-ċirkulazzjoni. Il-Gvern Ġermaniż jissuġġerixxi li, għalkemm l-Artikolu 3 tad-Direttiva 2009/103 ma jimponix tali obbligu, huwa ma jipprekludix lil Stat Membru milli jadotta miżuri iktar stretti, bħal dawk adottati mill-Polonja fil-każ preżenti. Għalhekk, fi kwalunkwe każ, skont il-Gvern Ġermaniż, l-Artikolu 3 tad-Direttiva ma jipprekludix il-leġiżlazzjoni nazzjonali inkwistjoni fil-każ preżenti.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0037"><NO.P>37.</NO.P><TXT>Għar-raġunijiet esposti fid-detall fil-konklużjonijiet tiegħi fil-kawża Juliana<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0013"><P>Ara l-konklużjonijiet tiegħi fil-kawża <REF.DOC.ECR><NAME.CASE>Juliana</NAME.CASE> (<NO.CASE>C‑80/17</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2018:290">EU:C:2018:290</NO.ECLI>, punti <REF.NP.ECR REF="NP0093">93</REF.NP.ECR> sa <REF.NP.ECR REF="NP0110">110</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>).</P></NOTE>, naqbel essenzjalment mal-konvenut, il-Gvern Pollakk u l-Kummissjoni: l-obbligu ta’ assigurazzjoni għar-responsabbiltà ċivili fir-rigward tal-użu ta’ vettura bil-mutur huwa obbligatorju meta, u sakemm, il-vettura tkun <HT TYPE="ITALIC">jew</HT> irreġistrata uffiċjalment (status legali) <HT TYPE="ITALIC">jew</HT> tkun oġġettivament adatta sabiex tinstaq u qiegħda tintuża b’dan il-mod (stat fattwali). Fid-dawl tal-loġika, l-għan u l-iskop tad-Direttiva 2009/103, hemm diżġuntiv <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0031" REF.END="QE0031"/>jew<QUOT.END REF.START="QS0031" CODE="201D" ID="QE0031"/> bejn iż-żewġ stati: sabiex ikun hemm il-konsegwenza (jiġifieri sabiex ikun hemm obbligu li jiġi konkluż kuntratt ta’ assigurazzjoni), huwa biżżejjed li waħda biss miż-żewġ kundizzjonijiet isseħħ.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0038"><NO.P>38.</NO.P><TXT>Sabiex nispjega għalfejn nemmen li dan huwa l-każ, infakkar, l-ewwel nett, il-prinċipji li jiggwidaw l-interpretazzjoni tal-obbligu ta’ assigurazzjoni għar-responsabbiltà ċivili skont l-Artikolu 3 tad-direttiva (2), qabel ma nittratta s-sitwazzjonijiet individwali li jistgħu jqumu (3). Fid-dawl tar-risposta li nipproponi, l-aspetti speċifiċi ta’ dan il-każ jistgħu jiġu ttrattati b’mod relattivament rapidu (4).</TXT></NP.ECR></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="3"><TITLE><TI><NP><NO.P><HT TYPE="ITALIC">2.</HT></NO.P><TXT><HT TYPE="ITALIC">Il-prinċipji gwida</HT></TXT></NP></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0039"><NO.P>39.</NO.P><TXT>L-ewwel nett, kif irrileva ġustament il-Gvern Ġermaniż, għandu jiġi enfasizzat li la l-Artikolu 3, u lanqas ebda dispożizzjoni oħra tad-Direttiva 2009/103 ma għandhom, fir-realtà, l-għan li jistabbilixxu <HT TYPE="ITALIC">responsabbiltà</HT> f’każijiet <HT TYPE="ITALIC">individwali</HT>. Id-Direttiva tipprevedi l-<HT TYPE="ITALIC">obbligu</HT> ġenerali <HT TYPE="ITALIC">ta’ assigurazzjoni</HT>. Ma huwiex l-għan tad-Direttiva li tiddeċiedi, indirettament permezz tal-kunċett ta’ <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0032" REF.END="QE0032"/>vettura<QUOT.END REF.START="QS0032" CODE="201D" ID="QE0032"/> jew ta’ <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0033" REF.END="QE0033"/>użu ta’ vetturi<QUOT.END REF.START="QS0033" CODE="201D" ID="QE0033"/>, dwar ir-responsabbiltà għal inċident f’każ individwali.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0040"><NO.P>40.</NO.P><TXT>It-tieni nett, il-portata tal-obbligu ta’ assigurazzjoni u l-kunċetti ġuridiċi indeterminati relatati ma’ dan l-obbligu għandhom ikunu inkorporati fl-għan doppju segwit mid-Direttiva 2009/103: livell għoli ta’ protezzjoni għal vittmi ta’ inċidenti kkawżati minn vetturi bil-mutur u (b’dan il-mod) il-promozzjoni tal-moviment liberu fl-Unjoni Ewropea.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0041"><NO.P>41.</NO.P><TXT>Il-Qorti tal-Ġustizzja fakkret, kull darba li interpretat id-Direttivi<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0014"><P>Ara, b’mod partikolari, is-sentenza tal-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20180904">4 ta’ Settembru 2018</DATE>, <NAME.CASE>Juliana</NAME.CASE> (<NO.CASE>C‑80/17</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2018:661">EU:C:2018:661</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0047">47</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>), kif ukoll, l-iktar reċenti, id-digriet tal-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20191211">11 ta’ Diċembru 2019</DATE>, <NAME.CASE>Bueno Ruiz u Zürich Insurance</NAME.CASE> (<NO.CASE>C‑431/18</NO.CASE>, mhux ippublikat, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2019:1082">EU:C:2019:1082</NO.ECLI>, punti <REF.NP.ECR REF="NP0033">33</REF.NP.ECR> u <REF.NP.ECR REF="NP0034">34</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>).</P></NOTE>, l-għan li jiġi pprovdut livell għoli ta’ protezzjoni lil vittmi ta’ inċidenti kkawżati minn vetturi bil-mutur. Fil-fatt, dan l-għan prinċipali, li jeżiġi protezzjoni konsistenti tal-vittmi ta’ inċidenti kkawżati minn vetturi bil-mutur, ma huwiex biss għan minnu nnifsu, iżda huwa ugwalment essenzjali sabiex jiġi żgurat il-moviment liberu ta’ (persuni u merkanzija): huwa biss meta tiġi żgurata protezzjoni b’saħħitha tal-vittmi potenzjali ta’ inċidenti kkawżati minn vetturi bil-mutur permezz ta’ assigurazzjoni obbligatorja li l-Istati Membri jistgħu jintalbu, skont l-Artikolu 4 tad-Direttiva 2009/103, sabiex jibqgħu lura milli jwettqu kontrolli sistematiċi dwar assigurazzjoni għar-responsabbiltà ċivili fir-rigward ta’ vetturi li jidħlu fit-territorju tagħhom minn Stati Membri oħrajn.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0042"><NO.P>42.</NO.P><TXT>Dan l-għan jeżiġi interpretazzjoni <HT TYPE="ITALIC">wiesgħa</HT> tal-portata tal-obbligu li tinħareġ assigurazzjoni għar-responsabbiltà ċivili skont l-Artikolu 3 tad-direttiva. Dan huwa msaħħaħ ulterjorment bis-segwenti żewġ argumenti intrasistemiċi.</TXT></NP.ECR><?PAGE NO="9"?><NP.ECR IDENTIFIER="NP0043"><NO.P>43.</NO.P><TXT>It-tielet nett, teżisti rabta importanti, jew pjuttost korrelazzjoni diretta, bejn il-portata tal-obbligu ta’ assigurazzjoni tal-vetturi skont l-Artikolu 3 tad-Direttiva 2009/103 u l-portata tal-obbligu li jitħallas kumpens mill-korpi nazzjonali ta’ kumpens skont l-Artikolu 10(1) ta’ din id-direttiva. Il-portata potenzjali ta’ intervent tal-korp ta’ kumpens skont id-Direttiva tikkoinċidi mal-obbligu ta’ assigurazzjoni. Sakemm Stat Membru ma jestendix fuq inizjattiva tiegħu stess il-portata tal-intervent tal-fond nazzjonali ta’ kumpens, dan il-fond huwa mitlub, skont id-Direttiva, li jħallas kumpens biss għall-ħsara kkawżata minn vettura mhux identifikata jew minn vettura fir-rigward ta’ liema l-obbligu ta’ asigurazzjoni tagħha previst fl-Artikolu 3 ma jkunx ġie ssodisfatt.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0044"><NO.P>44.</NO.P><TXT>Din il-konnessjoni hija kruċjali għall-istruttura u l-iskop fl-intier tagħhom tad-Direttiva: kieku ma kienx hemm obbligu ta’ assigurazzjoni skont l-Artikolu 3 tad-Direttiva, kienet tkun biss ir-responsabbiltà personali (mhux assigurata) tal-persuna li kkawżat l-inċident li tkun tista’ tiġi invokata. Il-fond ta’ kumpens ikun ugwalment mhux obbligat li jaġixxi peress li l-obbligu ta’ assigurazzjoni skont l-Artikolu 3 ġie fil-fatt issodisfatt (ma kien hemm l-ebda obbligu). Għalhekk, sa fejn ma jeżisti l-ebda obbligu ta’ assigurazzjoni, ir-riskji jiġu sostnuti fl-intier tagħhom mill-vittma tal-inċident. Sitwazzjoni bħal din ċertament ma tikkostitwixxix protezzjoni ta’ livell għoli għall-vittmi ta’ inċidenti kkawżati minn vetturi bil-mutur<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0015"><P>Fid-dettall, ara l-konklużjonijiet tiegħi fil-kawża <REF.DOC.ECR><NAME.CASE>Juliana</NAME.CASE> (<NO.CASE>C‑80/17</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2018:290">EU:C:2018:290</NO.ECLI>, punti <REF.NP.ECR REF="NP0031">31</REF.NP.ECR>sa <REF.NP.ECR REF="NP0036">36</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>).</P></NOTE>.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0045"><NO.P>45.</NO.P><TXT>Ir-raba’ nett, anki jekk effettivament twassal għal interpretazzjoni pjuttost wiesgħa tal-kunċett <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0034" REF.END="QE0034"/>vettura<QUOT.END REF.START="QS0034" CODE="201D" ID="QE0034"/> jew tal-użu tagħha, it-tħassib li l-obbligu ta’ assigurazzjoni jmur, b’mod perikoluż, ’il bogħod wisq ma huwiex fondat.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0046"><NO.P>46.</NO.P><TXT>Minn naħa, hemm l-Artikolu 5 tad-Direttiva 2009/103. Skont din id-dispożizzjoni, l-Istati Membri jistgħu jillimitaw il-kamp ta’ applikazzjoni tal-obbligu ta’ assigurazzjoni billi jeskludu jew il-vetturi li jappartjenu lil ċerti persuni fiżiċi jew ġuridiċi, pubbliċi jew privati; jew ċerti tipi ta’ vettura; jew ċerti vetturi mgħammra bi pjanċi speċjali. F’dan il-każ, l-Artikolu 5 tad-Direttiva 2009/103 jipprevedi wkoll li l-Istat Membru, fil-każ ta’ deroga, għandu jinnomina l-awtorità jew il-korp kompetenti, jew saħansitra il-fond ta’ garanzija kompetenti, li jkun inkarigat li jipprovdi kumpens lill-vittmi ta’ inċidenti kkawżati minn vetturi li jibbenefikaw minn eżenzjonijiet. B’dan il-mod, huwa żgurat mill-ġdid li l-ebda vettura ma tinstaq mingħajr ma tkun koperta minn assigurazzjoni jew skema ta’ kumpens<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0016"><P>Il-konklużjonijiet tiegħi fil-kawża <REF.DOC.ECR><NAME.CASE>Juliana</NAME.CASE> (<NO.CASE>C‑80/17</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2018:290">EU:C:2018:290</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0107">107</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>).</P></NOTE>.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0047"><NO.P>47.</NO.P><TXT>Min-naħa l-oħra, filwaqt li tinsisti kategorikament fuq l-osservanza tal-obbligu ta’ assigurazzjoni b’mod ġenerali, id-Direttiva ma tipprekludix flessibbiltà raġonevoli fir-rigward tas-sistemi pubbliċi ta’ reġistrazzjoni (tneħħija ta’ reġistrazzjoni <HT TYPE="ITALIC">ratione temporis</HT> jew staġjonali, jew sospensjoni ta’ reġistrazzjoni ta’ vetturi li jinstaqu biss matul ċerti perijodi), jew ugwalment fir-rigward tas-settur tal-assigurazzjoni (primjums ta’ assigurazzjoni ddifferenzjati għal vetturi rarament misjuqa). Il-qofol jibqa’ l-istess: riskji ddifferenzjati jistgħu jwasslu għal assigurazzjoni ta’ tip differenti, iżda ċertament ma jkollhomx l-effett li jeskludu kompletament l-obbligu ta’ assigurazzjoni<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0017"><P>Il-konklużjonijiet tiegħi fil-kawża <REF.DOC.ECR><NAME.CASE>Juliana</NAME.CASE> (<NO.CASE>C‑80/17</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2018:290">EU:C:2018:290</NO.ECLI>, punti <REF.NP.ECR REF="NP0088">88</REF.NP.ECR> sa <REF.NP.ECR REF="NP0089">89</REF.NP.ECR> u <REF.NP.ECR REF="NP0100">100</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>).</P></NOTE>.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0048"><NO.P>48.</NO.P><TXT>Il-ħames u l-aħħar nett, dawn il-kunsiderazzjonijiet kollha jsostnu interpretazzjoni wiesgħa tal-kunċett ta’ <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0035" REF.END="QE0035"/>użu ta’ vetturi<QUOT.END REF.START="QS0035" CODE="201D" ID="QE0035"/> u għaldaqstant portata wiesgħa tal-obbligu li tiġi assigurata tali vettura skont l-Artikolu 3 tad-Direttiva 2009/103. Fil-fatt, il-kunċett ta’ <QUOT.START CODE="2018" ID="QS0036" REF.END="QE0036"/>vettura<QUOT.END REF.START="QS0036" CODE="2019" ID="QE0036"/> ma huwiex konness mal-użu reali tal-vettura inkwistjoni f’mument speċifiku<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0018"><P>Sentenza tal-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20180904">4 ta’ Settembru 2018</DATE>, <NAME.CASE>Juliana</NAME.CASE> (<NO.CASE>C‑80/17</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2018:661">EU:C:2018:661</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0038">38</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR> u l-ġurisprudenza ċċitata). Ara, fl-istess sens, is-sentenzi tal-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20140904">4 ta’ Settembru 2014</DATE>, <NAME.CASE>Vnuk</NAME.CASE> (<NO.CASE>C‑162/13</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2014:2146">EU:C:2014:2146</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0033">33</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>), u tat-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20171128">28 ta’ Novembru 2017</DATE>, <NAME.CASE>Rodrigues de Andrade</NAME.CASE> (<NO.CASE>C‑514/16</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2017:908">EU:C:2017:908</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0011">11</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>).</P></NOTE>. L-obbligu li jiġi konkluż kuntratt ta’ assigurazzjoni skont l-Artikolu 3 tad-Direttiva 2009/103 huwa oġġettiv u indipendenti mill-intenzjoni tal-propjetarju<?PAGE NO="10"?> (f’dak il-mument speċifiku)<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0019"><P>Sentenza tal-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20180904">4 ta’ Settembru 2018</DATE>, <NAME.CASE>Juliana</NAME.CASE> (<NO.CASE>C‑80/17</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2018:661">EU:C:2018:661</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0039">39</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>).</P></NOTE>. Kif eżattament vettura kienet qiegħda tintuża fil-mument speċifiku li fih seħħ inċident hija kwistjoni sabiex tiġi ddeterminata (<HT TYPE="ITALIC">ex post</HT>) ir-responsabbiltà individwali f’kull wieħed minn dawk il-każijiet individwali, iżda mhux sabiex jiġi ddefinit (<HT TYPE="ITALIC">ex ante</HT>) jekk kien jew ma kienx hemm obbligu sabiex tiġi konkluża assigurazzjoni fl-ewwel lok. Dawn huma kwistjonijiet differenti<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0020"><P>Sabiex niċċara b’eżempju: jekk Hulk jaqbad karozza pparkjata fi triq f’belt (Ewropea) biex jiġġieled kontra invażjoni aljena, u, peress li huwa Hulk, jikkawża ħsara mhux biss lill-aljeni, iżda lil proprjetà oħra f’dik it-triq peress li uża l-karozza bħala arma, huwa raġonevoli li jiġi preżunt li din il-vettura, li kienet ipparkjata hemm għal ftit sigħat mill-propjetarju tagħha sakemm huwa kien qiegħed jaħdem fil-bini fil-qrib, kienet vettura suġġetta għall-obbligu (kontinwu) li tkun assigurata. Il-fatt li, f’idejn il-Hulk u f’dak il-mument preċiż, dak l-<QUOT.START CODE="201C" ID="QS0037" REF.END="QE0037"/>użu [speċifiku] ta’ vettura<QUOT.END REF.START="QS0037" CODE="201D" ID="QE0037"/> bil-kemm kien jammonta għal <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0038" REF.END="QE0038"/>kwalunkwe użu ta’ vettura konsistenti mal-funzjoni normali ta’ dik il-vettura<QUOT.END REF.START="QS0038" CODE="201D" ID="QE0038"/>, jiġifieri bħala <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0039" REF.END="QE0039"/>mezz ta’ trasport<QUOT.END REF.START="QS0039" CODE="201D" ID="QE0039"/>, huwa ċertament rilevanti sabiex <HT TYPE="ITALIC">tiġi assenjata responsabbiltà</HT> għal ħsara kkawżata fil-każ individwali, loġikament bl-esklużjoni li l-assigurazzjoni tal-vettura bil-mutur tiġi mitluba tħallas għall-ħsara, iżda mhux għall-<HT TYPE="ITALIC">eżistenza</HT> kontinwa <HT TYPE="ITALIC">tal-obbligu</HT> sabiex jiġi konkluż kuntratt għar-responsabbiltà ċivili taħt l-Artikolu 3 tad-Direttiva 2009/103.</P></NOTE>.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0049"><NO.P>49.</NO.P><TXT>Għaldaqstant, il-kwistjoni dwar jekk vettura hijiex, f’mument speċifiku, effettivament adatta sabiex tintuża jew sabiex tinstaq hija irrilevanti sabiex jiġi ddeterminat jekk din tikkorrispondix oġġettivament għall-kunċett ta’ <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0040" REF.END="QE0040"/>vettura<QUOT.END REF.START="QS0040" CODE="201D" ID="QE0040"/>. F’ċirkustanzi fejn vettura jkollha bżonn tiswija sostanzjali u għalhekk ma tkunx adatta sabiex tinstaq, din il-vettura ma titlifx il-kwalità oġġettiva tagħha ta’ vettura, fis-sens tal-Artikolu 1(1) tad-Direttiva 2009/103.</TXT></NP.ECR></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="3"><TITLE><TI><NP><NO.P><HT TYPE="ITALIC">3.</HT></NO.P><TXT><HT TYPE="ITALIC">Il-portata tas-sentenza <HT TYPE="NORMAL">Juliana</HT>: <QUOT.START CODE="2018" ID="QS0041" REF.END="QE0041"/>u<QUOT.END REF.START="QS0041" CODE="2019" ID="QE0041"/> jew <QUOT.START CODE="2018" ID="QS0042" REF.END="QE0042"/>jew<QUOT.END REF.START="QS0042" CODE="2019" ID="QE0042"/>?</HT></TXT></NP></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0050"><NO.P>50.</NO.P><TXT>Kien għal dawn ir-raġunijiet li fil-kawża Juliana, ipproponejt li l-Qorti tal-Ġustizzja tagħti portata pjuttost wiesgħa lill-obbligu ta’ assigurazzjoni previst mid-Direttiva jew Direttivi, li jkun, fl-istess waqt, suġġett għal grad raġonevoli ta’ kontinwità, prevedibbiltà, stabbiltà, u għaldaqstant ċertezza legali.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0051"><NO.P>51.</NO.P><TXT>F’termini speċifiċi, jiena ssuġġerejt li, l-ewwel nett, sakemm vettura tkun u tibqa’ rreġistrata fi Stat Membru, u l-ebda miżura uffiċjali ma tkun ittieħdet sabiex tiġi sospiża jew imwaqqfa r-reġistrazzjoni tagħha, jeżisti obbligu ta’ assigurazzjoni. Għalhekk, l-istatus <HT TYPE="ITALIC">legali</HT> formali huwa tabilħaqq deċiżiv<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0021"><P>Il-konklużjonijiet tiegħi fil-kawża <REF.DOC.ECR><NAME.CASE>Juliana</NAME.CASE> (<NO.CASE>C‑80/17</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2018:290">EU:C:2018:290</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0095">95</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>).</P></NOTE>.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0052"><NO.P>52.</NO.P><TXT>It-tieni nett, il-kwistjoni tal-istat <HT TYPE="ITALIC">tekniku</HT> oġġettiv ta’ vettura tqum <HT TYPE="ITALIC">biss</HT> fir-rigward tal-vetturi li huma adattati għal u effettivament użati għat-trasport fuq l-art, iżda li <HT TYPE="ITALIC">ma humiex irreġistrati</HT>. F’dan ir-rigward, osservajt li d-Direttiva 72/166, u l-istess jgħodd fil-każ tad-Direttiva 2009/103, ma tissuġġettax il-kunċett ta’ vettura, jew l-użu tagħha, għar-reġistrazzjoni nazzjonali<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0022"><P>Il-konklużjonijiet tiegħi fil-kawża <REF.DOC.ECR><NAME.CASE>Juliana</NAME.CASE> (<NO.CASE>C‑80/17</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2018:290">EU:C:2018:290</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0099">99</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>).</P></NOTE>. Fil-fatt, il-loġika ġenerali ta’ dawn l-istrumenti hija iktar sempliċi: dik li hija oġġettivament vettura, u x’qiegħed jinstaq u jiġi użat bħala tali, jista’ jikkawża ħsara, u għandu jiġi assigurat. Il-kunsiderazzjoni prinċipali tibqa’ li jiġi żgurat livell għoli ta’ protezzjoni għall-vittmi involuti f’inċidenti kkawżati minn vetturi bil-mutur.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0053"><NO.P>53.</NO.P><TXT>Għalhekk, huwa pjuttost ċar li jista’ jkun hemm obbligu ta’ assigurazzjoni skont id-Direttiva 2009/103 anki għal vetturi li, filwaqt li ma jkunux irreġistrati, huma oġġettivament vetturi li qegħdin jintużaw bħala tali u li jistgħu jikkawżaw ħsara. Madankollu, fid-dawl tax-xenarju fattwali inkwistjoni fil-kawża Juliana, li fih il-vettura inkwistjoni kienet kemm irreġistrata (l-istatus <HT TYPE="ITALIC">legali</HT>) <HT TYPE="ITALIC">kif ukoll</HT> adatta sabiex tinstaq, u fil-fatt kienet qiegħda tinstaq (l-istat <HT TYPE="ITALIC">mekkaniku</HT>), jiena ma komplejtx bir-raġunament tiegħi dwar l-eventwali nuqqas ta’ qbil bejn l-istatus legali u l-istat tekniku ta’ vettura, peress li dan ma kienx neċessarju fil-kuntest ta’ dak il-każ<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0023"><P>Il-konklużjonijiet tiegħi fil-kawża <REF.DOC.ECR><NAME.CASE>Juliana</NAME.CASE> (<NO.CASE>C‑80/17</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2018:290">EU:C:2018:290</NO.ECLI>, punti <REF.NP.ECR REF="NP0103">103</REF.NP.ECR> sa <REF.NP.ECR REF="NP0110">110</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>).</P></NOTE>.</TXT></NP.ECR><?PAGE NO="11"?><NP.ECR IDENTIFIER="NP0054"><NO.P>54.</NO.P><TXT>Madankollu, fid-dawl tal-prinċipji gwida li jirregolaw il-loġika u l-istruttura tad-direttivi preċedenti u, issa, tad-Direttiva 2009/103, il-portata tal-obbligu ta’ assigurazzjoni fil-prinċipju dejjem tikkoinċidi <HT TYPE="ITALIC">għall-inqas</HT> <HT TYPE="ITALIC">mar</HT>-reġistrazzjoni uffiċjali tal-vettura fi Stat Membru, jiġifieri ċ-ċertifikazzjoni formali li tgħid li oġġett huwa effettivament vettura awtorizzata sabiex tintuża fit-toroq pubbliċi. Barra minn hekk, kien b’mod deliberat li jiena ma eskludejtx sitwazzjonijiet li fihom vettura, li għal raġuni jew oħra, ma tkunx irreġistrata, xorta waħda tista’ tkun vettura fis-sens tad-Direttiva 2009/103.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0055"><NO.P>55.</NO.P><TXT>Skont din l-interpretazzjoni tal-portata tal-obbligu ta’ assigurazzjoni, ir-relazzjoni loġika bejn l-istatus <HT TYPE="ITALIC">legali</HT> u l-istat <HT TYPE="ITALIC">mekkaniku</HT> tkun waħda ta’ <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0043" REF.END="QE0043"/>jew<QUOT.END REF.START="QS0043" CODE="201D" ID="QE0043"/> (diżġuntiv). Id-Direttiva tinkludi obbligu ta’ assigurazzjoni <HT TYPE="ITALIC">jekk</HT> i) il-karozza tiġi rreġistrata; jew (ii) tista’ tintuża bħala vettura u effettivament tintuża bħala tali; jew (iii) il-karozza hija rreġistrata u tintuża bħala vettura<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0024"><P>Naturalment dawn il-kategoriji u r-raġunament li huma jagħtu lok għalih f’dawn il-konklużjonijiet huma primarjament rilevanti għas-sistemi nazzjonali li jqiegħdu l-obbligu ta’ assigurazzjoni ta’ vettura fuq il-<HT TYPE="ITALIC">propjetarju</HT> tal-vettura, li, kif nifhimha jien, huwa l-każ fil-Polonja. L-evalwazzjoni tkun kemxejn differenti (fir-rigward tal-formulazzjoni tagħha, iżda mhux fir-rigward tal-prinċipju) għal sistemi li jimponu l-obbligu sabiex tiġi konkluża assigurazzjoni skont l-Artikolu 3 tad-Direttiva 2009/103 fuq <HT TYPE="ITALIC">utenti/sewwieqa</HT> – ara wkoll il-konklużjonijiet tiegħi fil-kawża <REF.DOC.ECR><NAME.CASE>Juliana</NAME.CASE> (<NO.CASE>C‑80/17</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2018:290">EU:C:2018:290</NO.ECLI>, punti <REF.NP.ECR REF="NP0025">25</REF.NP.ECR> sa <REF.NP.ECR REF="NP0027">27</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>).</P></NOTE>.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0056"><NO.P>56.</NO.P><TXT>Madankollu, huwa minnu li, fis-sentenza tagħha, il-Qorti tal-Ġustizzja ddistingwixxiet diversi drabi biss varjant tat-tielet xenarju, permezz ta’ konġuntiv <QUOT.START CODE="2018" ID="QS0044" REF.END="QE0044"/>u<QUOT.END REF.START="QS0044" CODE="2019" ID="QE0044"/> bejn iż-żewġ stati, li jidhru li jistabbilixxu kundizzjoni kumulattiva, riprodotta sussegwentement inkwantu regola ġenerali fid-dispożittiv tas-sentenza.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0057"><NO.P>57.</NO.P><TXT>Fid-dawl tal-fatt li l-Qorti tal-Ġustizzja qablet b’mod espliċitu ma’ diversi argumenti prinċipali li jiena għamilt<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0025"><P>Sentenza tal-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20180904">4 ta’ Settembru 2018</DATE>, <NAME.CASE>Juliana</NAME.CASE> (<NO.CASE>C‑80/17</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2018:661">EU:C:2018:661</NO.ECLI>, punti <REF.NP.ECR REF="NP0039">39</REF.NP.ECR> u <REF.NP.ECR REF="NP0046">46</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>).</P></NOTE>, li kienu jifformaw il-bażi tar-raġunament, ikun effettivament sorprendenti jekk, fir-rigward tas-soluzzjoni adottata, kien ikollha l-intenzjoni li tifformula l-obbligu ta’ assigurazzjoni (b’mod ġenerali) b’mod daqstant strett. Meqjusa f’dan il-kuntest, l-affermazzjonijiet magħmula fil-punti 42, 52, kif ukoll fid-dispożittiv tas-sentenza Juliana forsi jistgħu jitqiesu mhux fis-sens li l-Qorti tal-Ġustizzja qiegħda tistabbilixxi kriterji ġenerali għall-eżistenza ta’ obbligu ta’ assigurazzjoni, iżda pjuttost fis-sens li tagħti risposta fattwalment limitata u stretta <HT TYPE="ITALIC">għall-fatti speċifiċi</HT> esposti mill-qorti tar-rinviju.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0058"><NO.P>58.</NO.P><TXT>Fir-rigward ta’ dawn iċ-ċirkustanzi fattwali, fil-punti 25, 27 u 34 tas-sentenza Juliana jitfakkar li d-dubji tal-qorti tar-rinviju joriġinaw mill-fatt li l-vettura kienet immobilizzata fuq art privata u użata mingħajr l-għarfien jew l-awtorizzazzjoni tal-proprjetarju tagħha.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0059"><NO.P>59.</NO.P><TXT>Peress li l-ewwel domanda preliminari kienet intiża sabiex jiġu ddeterminati l-limiti tal-obbligu għal assigurazzjoni obbligatorja meta l-vettura kkonċernata tkun, biss fuq l-għażla esklużiva tal-proprjetarju tagħha li ma jkunx għad għandu l-intenzjoni li jsuqha, ipparkjata f’art privata, il-Qorti tal-Ġustizzja ppreċiżat li dan l-obbligu ma huwiex marbut mal-użu tal-vettura jew mal-kwistjoni dwar jekk il-vettura kkonċernata kkawżatx jew le ħsara<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0026"><P>Ara s-sentenza tal-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20180904">4 ta’ Settembru 2018</DATE>, <NAME.CASE>Juliana</NAME.CASE> (<NO.CASE>C‑80/17</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2018:661">EU:C:2018:661</NO.ECLI>, punti <REF.NP.ECR REF="NP0040">40</REF.NP.ECR> u <REF.NP.ECR REF="NP0041">41</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>).</P></NOTE>.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0060"><NO.P>60.</NO.P><TXT>Huwa f’dak il-kuntest fattwali speċifiku li l-Qorti tal-Ġustizzja kkunsidrat, fil-punt 42 tas-sentenza Juliana, li vettura li hija rreġistrata u li għalhekk ma ġietx irtirata uffiċjalment mill-użu, <HT TYPE="ITALIC">u</HT> li hija adatta sabiex tinstaq, ma tiqafx tkun suġġetta għall-obbligu ta’ assigurazzjoni.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0061"><NO.P>61.</NO.P><TXT>Għalhekk, meqjusa f’dak il-kuntest, iż-żewġ proposti relatati, rispettivament, mal-istatus legali u mal-istat mekkaniku tal-vettura, possibbilment ma kinux intiżi sabiex jistabbilixxu żewġ kundizzjonijiet kumulattivi, iżda pjuttost li sempliċement jirriflettu s-sitwazzjoni fattwali fil-kawża prinċipali.</TXT></NP.ECR><?PAGE NO="12"?><NP.ECR IDENTIFIER="NP0062"><NO.P>62.</NO.P><TXT>Hija l-Qorti tal-Ġustizzja li għandha, fl-aħħar mill-aħħar, tiċċara jekk din l-interpretazzjoni hijiex korretta. Madankollu, nixtieq inżid diversi argumenti addizzjonali f’dak li jirrigwarda r-raġuni għaliex, jekk kellha tiġi stabbilita rabta loġika bejn l-istatus legali u l-istat mekkaniku ta’ vettura b’rabta mat-tul tal-obbligu ta’ assigurazzjoni skont l-Artikolu 3 tad-Direttiva 2009/103, din ir-rabta għandha pjuttost tkun <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0045" REF.END="QE0045"/>jew<QUOT.END REF.START="QS0045" CODE="201D" ID="QE0045"/> u mhux <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0046" REF.END="QE0046"/>u<QUOT.END REF.START="QS0046" CODE="201D" ID="QE0046"/>.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0063"><NO.P>63.</NO.P><TXT>Kif tirrileva ġustament il-qorti tar-rinviju, iċ-ċirkustanzi fattwali tal-kawża prinċipali huma differenti minn dawk li taw lok għas-sentenza Juliana. Kundizzjoni waħda biss minn dawk imsemmija mill-Qorti tal-Ġustizzja hija ssodisfatta: l-ewwel kundizzjoni legali jew amministrattiva li tikkonċerna r-reġistrazzjoni tal-vettura.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0064"><NO.P>64.</NO.P><TXT>Għaldaqstant, b’mod ġenerali, iż-żewġ elementi msemmija fis-sentenza Juliana, jiġifieri l-istatus legali u l-istat mekkaniku ta’ vettura, jistgħu jwasslu għal erba’ xenarji differenti: (i) vettura li hija rreġistrata u li hija adatta sabiex tinstaq; (ii) vettura li hija rreġistrata iżda ma hijiex adatta sabiex tinstaq; (iii) vettura li ma hijiex irreġistrata iżda li hija adatta sabiex tinstaq; u (iv) vettura li ma hijiex irreġistrata u lanqas ma hija adatta tinstaq.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0065"><NO.P>65.</NO.P><TXT>B’mod konformi mas-sentenza Juliana tal-Qorti tal-Ġustizzja, huwa evidenti li l-obbligu ta’ assigurazzjoni ta’ vettura huwa preżenti fl-<HT TYPE="ITALIC">ewwel</HT> xenarju, indipendentement mill-intenzjoni tal-proprjetarju jew mill-kwistjoni dwar jekk il-vettura inkwistjoni hijiex immobilizzata fuq art privata, jew minn kull varjazzjoni fattwali oħra. Sakemm hija ma tikkonkretizzax ruħha f’passi formali, l-intenzjoni suġġettiva tal-proprjetarju ta’ vettura li tkun fi stat perfettament tajjeb sabiex tinstaq hija irrilevanti.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0066"><NO.P>66.</NO.P><TXT>Bl-istess mod, fir-<HT TYPE="ITALIC">raba</HT>’ xenarju, li fih l-ebda waħda miż-żewġ kundizzjonijiet ma hija ssodisfatta, peress li l-vettura la hija rreġistrata u lanqas ma hija adatta sabiex tinstaq, huwa ugwalment evidenti li l-obbligu ta’ assigurazzjoni ma huwiex preżenti. Fejn ma hemmx vettura, ma hemm xejn li għandu jiġi assigurat.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0067"><NO.P>67.</NO.P><TXT>Madankollu, kif tosserva l-qorti tar-rinviju, ma huwiex ċar jekk l-obbligu ta’ assigurazzjoni ta’ vettura huwiex preżenti meta l-proprjetarju tal-vettura jsib ruħu fit-tieni jew fit-tielet xenarju li fih waħda biss miż-żewġ kundizzjonijiet hija ssodisfatta.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0068"><NO.P>68.</NO.P><TXT>Fil-fehma tiegħi, ir-risposta għandha tkun fl-affermattiv fiż-żewġ xenarji.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0069"><NO.P>69.</NO.P><TXT>Fir-rigward tat-<HT TYPE="ITALIC">tielet</HT> xenarju, jista’ ċertament ikun hemm vetturi (mezz ta’ trasport li jissodisfa l-kundizzjonijiet kollha li oġġettivament jikkostitwixxu vettura) li ma humiex irreġistrati. Il-kwistjoni kruċjali ssir id-domanda għalfejn ma humiex assigurati. Forsi b’mod xi ftit sorprendenti, il-każijiet tal-vetturi li jinstaqu meta ma jkunux assigurati, u dan <HT TYPE="ITALIC">bi ksur</HT> tal-leġiżlazzjoni nazzjonali, ma humiex tant problematiċi mil-lat strutturali, fir-rigward tal-protezzjoni tal-vittmi. Jekk dawn jinstaqu bi ksur tal-leġiżlazzjoni nazzjonali dwar assigurazzjoni tal-karozzi, huma jkunu qegħdin jinstaqu, għaldaqstant, illegalment. Madankollu, is-salvagwardja tal-fond ta’ kumpens xorta japplika għaliex kull ħsara kkawżata tkun ġiet ikkawżata minn <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0047" REF.END="QE0047"/>vettura li għaliha l-obbligu ta’ assigurazzjoni msemmi fl-Artikolu 3 ma jkunx ġie sodisfatt<QUOT.END REF.START="QS0047" CODE="201D" ID="QE0047"/> skont l-Artikolu 10(1) tad-Direttiva 2009/103.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0070"><NO.P>70.</NO.P><TXT>Il-problema strutturali vera, mill-perspettiva tad-Direttiva, huma karozzi li jistgħu potenzjalment jinstaqu legalment skont id-dritt nazzjonali mingħajr ma jkun hemm obbligu ta’ assigurazzjoni. B’dan il-mod, definizzjoni stretta tal-portata tal-obbligu ta’ assigurazzjoni skont l-Artikolu 3 jkollha riperkussjonijiet diretti fuq l-Artikolu 10(1) tad-Direttiva 2009/103, sa fejn konsegwentement jiġi aċċettat li karozzi li ma jkunux assigurati u li għalihom lanqas il-fond ta’ kumpens ma jkun obbligat li jintervjeni u jipprovdi salvagwardja, jinstaqu legalment.</TXT></NP.ECR><?PAGE NO="13"?><NP.ECR IDENTIFIER="NP0071"><NO.P>71.</NO.P><TXT>Għal din ir-raġuni, is-sempliċi eżistenza oġġettiva ta’ vettura, flimkien mal-użu attwali tagħha, għandu jkun jista’ jiskatta l-obbligu ta’ assigurazzjoni skont l-Artikolu 3 tad-Direttiva 2009/103, mhux iktar tard mill-mument li fih vettura tibda tintuża bħala tali fis-sens tal-Artikolu 1(1) tad-Direttiva 2009/103. B’hekk, jekk nibni <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0048" REF.END="QE0048"/>Batmobile<QUOT.END REF.START="QS0048" CODE="201D" ID="QE0048"/> id-dar, li jkollha l-karatteristiċi tekniċi kollha ta’ vettura, u mbagħad, minflok ma noqgħod nammiraha fis-salott tiegħi, insuqha, l-obbligu ta’ assigurazzjoni jibda oġġettivament mill-ewwel użu tagħha bħala vettura, anki jekk jiena ma rreġistrajthiex formalment.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0072"><NO.P>72.</NO.P><TXT>Madankollu, huwa ċertament raġonevoli li jiġi ssuġġerit li l-punt ta’ skattar f’tali sitwazzjoni speċifika huwa, l-iktar tard, l-ewwel użu tal-apparat bħala vettura, u mhux neċessarjament is-sempliċi kostruzzjoni tagħha (u lanqas il-fatt li potenzjalment din hija adatta sabiex tinstaq). B’hekk, jekk il-Batmobile li jiena bnejt (jew, bħala eżempju forsi iktar realistiku, karozza antika li jiena rrestawrajt), ser tibqa’ dejjem limitata għas-salott tiegħi (jew pjuttost fil-garaxx tiegħi), mingħajr ma qatt tinstaq (jiġifieri, użata bħala vettura), allura ma tistax tipperikola lil ħadd bħala vettura. Madankollu, mill-mument li fih tibda tinstaq u għalhekk użata bħala vettura, hija għandha tiġi assigurata skont l-Artikolu 3 tad-Direttiva 2009/103<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0027"><P>Filwaqt li naturalment jibqa’ possibbli li tiġi prevista, fid-dritt nazzjonali, l-applikazzjoni ta’ obbligi ta’ assigurazzjoni ddifferenzjati għal tali tipi speċifiċi ta’ vetturi (ara iktar ’il fuq, punt 47 ta’ dawn il-konklużjonijiet).</P></NOTE>.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0073"><NO.P>73.</NO.P><TXT>Fl-aħħar nett, hemm it-<HT TYPE="ITALIC">tieni</HT> xenarju, li huwa ta’ partikularment rilevanti fil-każ preżenti: il-vettura tibqa’ rreġistrata iżda ma hijiex adatta sabiex tinstaq minħabba l-istat tekniku dgħajjef tagħha. Fil-fehma tiegħi, anki f’tali każ, l-obbligu ta’ assigurazzjoni jibqa’ applikabbli sakemm tinżamm dik ir-reġistrazzjoni. Fi kliem ieħor, huwa biss meta l-vettura tkun tneħħitilha uffiċjalment ir-reġistrazzjoni (jew ġiet sospiża, jew kienet is-suġġett ta’ kwalunkwe proċess uffiċjali u formali ieħor li jeżisti fil-livell nazzjonali għal dak il-għan), li l-obbligu ta’ assigurazzjoni jieqaf huwa wkoll milli japplika.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0074"><NO.P>74.</NO.P><TXT>Dan għandu jkun il-każ għal mill-inqas tliet raġunijiet addizzjonali.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0075"><NO.P>75.</NO.P><TXT>L-ewwel raġuni hija li r-rekwiżit li jittieħdu l-passi formali u uffiċjali xierqa għall-irtirar jew mill-inqas għas-sospensjoni tal-użu tal-vettura huwa essenzjali għaċ-ċertezza legali. Jista’ jkun hemm numru ta’ sitwazzjonijiet li fihom vettura tista’ tkun temporanjament, jew anki għal perijodu itwal, mhux adatta sabiex tinstaq jew sempliċement ma tkunx tintuża<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0028"><P>Għal iktar eżempji, ara s-sitwazzjonijiet previsti fil-punti 77 u 78 tal-konklużjonijiet tiegħi fil-kawża <REF.DOC.ECR><NAME.CASE>Juliana</NAME.CASE> (<NO.CASE>C‑80/17</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2018:290">EU:C:2018:290</NO.ECLI></REF.DOC.ECR>).</P></NOTE>. Dan ifisser li f’kull wieħed minn dawk il-perijodi l-obbligu ta’ assigurazzjoni jiddekadi għall-imsemmi perijodu? L-istat veru ta’ vettura jinbidel minn vettura għal mhux vettura sempliċement għaliex il-propjetarju tagħha ma impenjax ruħu sabiex isewwiha? Jistgħu allura l-individwi anki jitolbu, għall-perijodi ta’ żmien li fihom il-karozza tagħhom kienet fil-fatt mhux adatta sabiex tinstaq, tnaqqis jew maħfra ta’ parti mill-primjums tal-assigurazzjoni tagħhom?</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0076"><NO.P>76.</NO.P><TXT>It-tieni raġuni tirrigwarda l-element ta’ prova. Min ikollu jiċċertifika li l-vettura hija fil-fatt f’tali stat mekkaniku li ma tistax tinstaq? Kif isir dan? Ikun permezz ta’ awtoċertifikazzjoni jew tkun neċessarja ittra mingħand il-mekkanik tiegħi? Jew inkella jkun biżżejjed affidavit mill-ġar tiegħi, fejn jaħlef li l-karozza kienet wieqfa fil-bitħa tiegħi bla roti fuqha? Apparti l-problemi prattiċi kollha u l-kumplessità ta’ tali provi, il-fatt prinċipali jibqa’ li dawn ikunu totalment mhux neċessarji. Għaliex jeħtieġ, fl-ewwel lok, li jkun hemm tali kunsiderazzjonijiet jekk l-unika ħaġa li għandha ssir hija li l-proprjetarju tal-vettura jirregola l-istatus legali tal-vettura skont l-allegat stat fattwali tagħha u, għaldaqstant, ineħħi r-reġistrazzjoni tal-vettura, jew f’dan ir-rigward jieħu kwalunkwe passi amministrattivi xierqa oħra skont id-dritt nazzjonali għal dan il-għan, b’mod temporanju jew permanenti?</TXT></NP.ECR><?PAGE NO="14"?><NP.ECR IDENTIFIER="NP0077"><NO.P>77.</NO.P><TXT>It-tielet u l-aħħar nett, f’kuntest bħal dan, obbligu kkonċepit b’tali mod jipprovdi ugwalment l-inċentivi t-tajbin. Permezz tal-obbligu kontinwu li titħallas assigurazzjoni sakemm ma jkun ittieħed l-ebda pass uffiċjali, huwa jinkoraġġixxi indirettament lill-proprjetarji tal-vetturi sabiex jieħdu debitament ħsieb il-beni tagħhom. Naturalment, hija kompletament l-għażla tal-proprjetarju jekk isewwix karozza difettuża, ibigħha fl-istat li tinsab fih, ibigħha bħala ruttam tal-metall peress li ma tistax tissewwa, jew sempliċement jipparkjaha fi triq jew fil-bitħa ta’ dak li jkun. Jekk, madankollu, xi waħda minn dawn l-għażliet iwasslu għat-tmiem tal-<QUOT.START CODE="201C" ID="QS0049" REF.END="QE0049"/>ħajja uffiċjali<QUOT.END REF.START="QS0049" CODE="201D" ID="QE0049"/> ta’ vettura, l-obbligu għandu jitqiegħed fuq il-propjetarju sabiex iwettaq il-proċeduri uffiċjali sabiex titneħħa r-reġistrazzjoni billi, pereżempju, jagħti l-pjanċi tar-reġistrazzjoni jew jikseb kwalunkwe forma ta’ ċertifikazzjoni pubblika xierqa, anki temporanja, li tikkonferma li l-vettura ġiet irtirata mill-użu.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0078"><NO.P>78.</NO.P><TXT>B’dan il-mod, il-proprjetarju tal-vettura naturalment jgħaddi mit-tieni xenarju għar-raba’ xenarju deskritt iktar ’il fuq fejn l-obbligu li tiġi assigurata l-vettura inkwistjoni jieqaf jeżisti. Inkella, l-obbligu ta’ assigurazzjoni għandu jinżamm.</TXT></NP.ECR></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="3"><TITLE><TI><NP><NO.P><HT TYPE="ITALIC">4.</HT></NO.P><TXT><HT TYPE="ITALIC">Applikazzjoni għall-każ preżenti</HT></TXT></NP></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0079"><NO.P>79.</NO.P><TXT>It-tieni xenarju deskritt iktar ’il fuq jagħti risposta ċara għad-domanda magħmula mill-qorti tar-rinviju. Fil-fehma tiegħi, ma hemm l-ebda dubju li l-obbligu ta’ assigurazzjoni jista’ jkompli jeżisti sakemm ma jkun ittieħed ebda pass mir-rikorrent sabiex jiċċertifika uffiċjalment l-istat tekniku tal-vettura inkwistjoni, b’mod li jirrendiha mhux adatta għall-użu, billi jneħħilha uffiċjalment r-reġistrazzjoni jew billi jieħu kwalunkwe pass ieħor li huwa xieraq sabiex il-vettura titneħħa mill-użu skont id-dritt nazzjonali.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0080"><NO.P>80.</NO.P><TXT>Lil hinn minn din id-dikjarazzjoni ġenerali dwar il-portata tal-obbligu ta’ assigurazzjoni skont l-Artikolu 3 tad-Direttiva 2009/103, speċifikament it-tmiem ta’ dan l-obbligu, ma naħsibx li l-Qorti tal-Ġustizzja tista’ tkun ta’ iktar għajnuna għall-qorti tar-rinviju.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0081"><NO.P>81.</NO.P><TXT>L-ewwel nett, iċ-ċirkustanzi fattwali speċifiċi identifikati mill-qorti tar-rinviju fid-deċiżjoni tar-rinviju tagħha u fl-ewwel domanda tagħha (il-vettura miksuba mid-distrett wara deċiżjoni tal-qorti; il-fatt li hija li tinsab f’art privata jiġifieri parkeġġ mgħasses u mhux fit-triq pubblika; il-fatt li, minħabba d-deċiżjoni tal-propjetarju tagħha, hija ddestinata li tinqered) huma utli sabiex jesponu u juru s-sitwazzjoni fil-kawża prinċipali. Madankollu, dawn ma humiex rilevanti għall-interpretazzjoni tad-dritt tal-Unjoni inkwistjoni.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0082"><NO.P>82.</NO.P><TXT>Id-Direttiva 2009/103, u b’mod partikolari l-Artikolu 3 tagħha, teżiġi sempliċement li l-Istati Membri jistabbilixxu qafas komprensiv u b’saħħtu ta’ assigurazzjoni obbligatorja għall-vetturi, sabiex tiġi pprovduta salvagwardja uniformi lill-vittmi potenzjali involuti f’inċidenti kkawżati minn vetturi bil-mutur. Sakemm l-għan prinċipali jinkiseb, u peress li, mil-lat strutturali, ma huwiex possibli għal vetturi li jinstaqu legalment fi Stat Membru fejn ma jkunux suġġetti għall-obbligu ta’ assigurazzjoni, u f’liema każ ma josservaw la l-Artikolu 3 u lanqas l-Artikolu 10(1) tad-Direttiva 2009/103, huwa naturali li l-Istati Membri jkunu jistgħu jimplimentaw soluzzjonijiet iddifferenzjati. Dan jimplika li ċerta diversità hija permessa f’termini ta’ eżiti individwali ta’ każijiet fattwalment differenti, jew ukoll ta’ każijiet fejn il-fatti jkunu simili.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0083"><NO.P>83.</NO.P><TXT>It-tieni nett, fil-kuntest ta’ din id-diversità ammissibbli ta’ approċċi u ta’ soluzzjonijiet, jista’ dejjem ikun hemm sitwazzjonijiet mhux tas-soltu. Dan jidher li huwa parzjalment minnu f’dan il-każ preżenti, fejn il-Renault Clio 1.5 DCI inkwistjoni ma setgħetx effettivament, taħt id-dritt nazzjonali, tiġi assigurata mir-rikorrent sakemm ma jkun jikseb il-prova uffiċjali ta’ proprjetà, u li din il-prova uffiċjali fil-fatt ġiet ittardjata apparentement minħabba n-nuqqas ta’ azzjoni ta’ persuna oħra. F’dan il-kuntest u fid-dawl tal-fatt li l-vettura kienet tinsab f’parking mgħasses u fi kwalunkwe każ ma kinitx adatta sabiex tinstaq, jista’ effettivament jidher kemxejn stramb li jintalab il-ħlas tal-assigurazzjoni dovuta f’dan il-każ partikolari.</TXT></NP.ECR><?PAGE NO="15"?><NP.ECR IDENTIFIER="NP0084"><NO.P>84.</NO.P><TXT>Fi kwalunkwe każ, tas-soltu jew mhux, ma hijiex il-Qorti tal-Ġustizzja li għandha tiddeċiedi fuq talbiet individwali ta’ assigurazzjoni magħmula fuq il-livell nazzjonali. Skont l-Artikolu 267 TFUE, il-Qorti tal-Ġustizzja tista’ tintalab tipprovdi l-<HT TYPE="ITALIC">interpretazzjoni</HT> ta’ kull att tad-dritt tal-Unjoni. Madankollu, l-<HT TYPE="ITALIC">applikazzjoni</HT> tad-dritt tal-Unjoni għal każijiet konkreti, <HT TYPE="ITALIC">a fortiori</HT> l-applikazzjoni tal-liġijiet nazzjonali adottati fil-kuntest tad-diskrezzjoni tal-Istati Membri sabiex jimplimentaw il-qafas tal-Unjoni, taqa’ taħt il-kompiti fdati lill-qrati nazzjonali.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0085"><NO.P>85.</NO.P><TXT>F’dan it-tqassim ta’ kompiti, huwa ċertament il-kompitu tal-Qorti tal-Ġustizzja li tippreċiża l-qafas ġenerali tal-Artikolu 3 tad-Direttiva 2009/103 u tiddetermina x’inhi eżattament il-portata <HT TYPE="ITALIC">ratione materiae</HT> u <HT TYPE="ITALIC">ratione temporis</HT> tal-obbligu li jiġi konkluż kuntratt ta’ assigurazzjoni għal responsabbiltà ċivili skont din id-dispożizzjoni, eżaminata u interpretata fil-kuntest ġenerali ta’ din id-direttiva. Madankollu, wara li tkun wettqet dan il-kompitu ta’ interpretazzjoni, jekk ikun il-każ anki flimkien ma’ numru ta’ indikazzjonijiet dwar kif għandha tiġi evalwata l-(in)kompatibbiltà tar-regoli nazzjonali li jittrasponu dan l-obbligu, l-applikazzjoni ta’ dawn ir-regoli għal każijiet individwali u d-deċiżjoni dwar dawn il-każijiet huma l-kompitu tal-qorti nazzjonali.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0086"><NO.P>86.</NO.P><TXT>Għalhekk, ladarba ngħatat interpretazzjoni tal-Artikolu 3 tad-Direttiva 2009/103, li fid-dawl tagħha jidher li ma hemm xejn li mhux xieraq fil-leġiżlazzjoni nazzjonali applikabbli fil-każ preżenti, ngħidha kif inhi, fil-fehma tiegħi, ma tikkonċernax lill-Qorti tal-Ġustizzja l-kwistjoni dwar min eżattament eventwalment ser jispiċċa jħallas l-assigurazzjoni tar-Renault Clio 1.5 DCI għall-perijodu ta’ bejn is-<DATE ISO="20180207">7 ta’ Frar 2018</DATE> u t-<DATE ISO="20180422">22 ta’ April 2018</DATE> meta, wara deċiżjoni tal-qorti, il-Powiat Ostrowski kisbet il-proprjetà ta’ din il-vettura li ma kinitx adatta sabiex tinstaq u kienet tinsab fuq art privata, jiġifieri parkeġġ mgħasses, iżda mhux fi triq pubblika, u li minħabba d-deċiżjoni tal-propjetarju tagħha, hija ddestinata li tinqered.</TXT></NP.ECR></GR.SEQ></GR.SEQ></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="1"><TITLE><TI><NP><NO.P><HT TYPE="BOLD">V.</HT></NO.P><TXT><HT TYPE="BOLD">Konklużjoni</HT></TXT></NP></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0087"><NO.P>87.</NO.P><TXT>Nipproponi li l-Qorti tal-Ġustizzja tirrispondi għad-domandi preliminari magħmula mis-Sąd Rejonowy w Ostrowie Wielkopolskim (il-Qorti Distrettwali ta’ Ostrów Wielkopolski, il-Polonja) bil-mod segwenti:</TXT><P><LIST TYPE="NDASH"><ITEM><P>L-Artikolu 3 tad-Direttiva 2009/103/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-<DATE ISO="20090916">16 ta’ Settembru 2009</DATE> dwar l-assigurazzjoni kontra responsabbiltà ċivili fir-rigward tal-użu ta’ vetturi bil-mutur u l-infurzar tal-obbligu ta’ assigurazzjoni kontra din ir-responsabbiltà, għandu jiġi interpretat fis-sens li l-konklużjoni ta’ kuntratt ta’ assigurazzjoni għar-responsabbiltà ċivili fir-rigward tal-użu ta’ vettura bil-mutur hija obbligatorja meta l-vettura tkun irreġistrata uffiċjalment jew tintuża bħala vettura.</P></ITEM></LIST></P></NP.ECR></GR.SEQ></CONTENTS.CONCLUSION></CONCLUSION>