|
Il-Ġurnal Uffiċjali |
MT Is-serje L |
|
2024/2617 |
8.10.2024 |
REGOLAMENT TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2024/2617
tal-1 ta’ Ottubru 2024
dwar il-klassifikazzjoni ta’ ċerti oġġetti fin-Nomenklatura Magħquda
IL-KUMMISSJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament (UE) Nru 952/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-9 ta’ Ottubru 2013 li jistabbilixxi l-Kodiċi Doganali tal-Unjoni (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 57(4) u l-Artikolu 58(2) tiegħu,
Billi:
|
(1) |
Biex tiġi żgurata l-applikazzjoni uniformi tan-Nomenklatura Magħquda annessa mar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2658/87 (2), jeħtieġ li jiġu adottati miżuri li jikkonċernaw il-klassifikazzjoni tal-oġġetti msemmija fl-Anness ta’ dan ir-Regolament. |
|
(2) |
Ir-Regolament (KEE) Nru 2658/87 stabbilixxa r-regoli ġenerali għall-interpretazzjoni tan-Nomenklatura Magħquda. Dawn ir-regoli japplikaw ukoll għal kwalunkwe nomenklatura oħra li hija totalment jew parzjalment ibbażata fuqha jew li żżid xi suddiviżjoni addizzjonali magħha, u li hija stabbilita minn dispożizzjonijiet speċifiċi tal-Unjoni, bl-għan li jkun hemm l-applikazzjoni ta’ tariffi u ta’ miżuri oħra relatati mal-kummerċ tal-oġġetti. |
|
(3) |
Skont dawk ir-regoli ġenerali, l-oġġetti deskritti fil-kolonna (1) tat-tabella stabbilita fl-Anness jenħtieġ li jiġu kklassifikati taħt il-kodiċi NM indikat fil-kolonna (2), minħabba r-raġunijiet stabbiliti fil-kolonna (3) ta’ dik it-tabella. |
|
(4) |
Jixraq li jiġi previst li l-informazzjoni vinkolanti dwar it-tariffi maħruġa għall-oġġetti kkonċernati minn dan ir-Regolament li ma tikkonformax ma’ dan ir-Regolament, tkun tista’ tibqa’ tiġi invokata mid-detentur, għal ċertu perjodu, f’konformità mal-Artikolu 34(9) tar-Regolament (UE) Nru 952/2013. Dak il-perjodu jenħtieġ li jkun ta’ 3 xhur. |
|
(5) |
Il-miżuri previsti f’dan ir-Regolament huma skont l-opinjoni tal-Kumitat tal-Kodiċi Doganali, |
ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
L-oġġetti deskritti fil-kolonna (1) tat-tabella stabbilita fl-Anness għandhom ikunu kklassifikati fin-Nomenklatura Magħquda taħt il-kodiċi NM indikat fil-kolonna (2) ta’ dik it-tabella.
Artikolu 2
L-informazzjoni vinkolanti dwar it-tariffi li ma tikkonformax ma’ dan ir-Regolament tista’ tibqa’ tiġi invokata f’konformità mal-Artikolu 34(9) tar-Regolament (UE) Nru 952/2013 għal perjodu ta’ 3 xhur mid-data tad-dħul fis-seħħ ta’ dan ir-Regolament.
Artikolu 3
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fi Brussell, l-1 ta’ Ottubru 2024.
Għall-Kummissjoni
Gerassimos THOMAS
Direttur Ġenerali
Direttorat Ġenerali għat-Tassazzjoni u l-Unjoni Doganali
(1) ĠU L 269, 10.10.2013, p. 1, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2013/952/oj.
(2) Ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2658/87 tat-23 ta’ Lulju 1987 dwar in-nomenklatura tat-tariffa u l-istatistika u dwar it-Tariffa Doganali Komuni ta’ Dwana (ĠU L 256, 7.9.1987, p. 1, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/1987/2658/oj).
ANNESS
|
Deskrizzjoni tal-oġġetti |
Klassifikazzjoni (Kodiċi NM) |
Raġunijiet |
||||||||||||||||||||||
|
(1) |
(2) |
(3) |
||||||||||||||||||||||
|
L-hekk imsejjaħ projettur b’tuner f’housing wieħed b’daqs ta’ madwar 53 × 13 × 34 cm, jikkonsisti fi projettur li juża t-teknoloġija tal-laser għall-ipproċessar diġitali tad-dawl (DLP, digital light processing) u tuner tat-televiżjoni inkorporat. Il-prodott għandu l-karatteristiċi u l-interfaċċi ewlenin li ġejjin:
Il-prodott jista’ jirċievi sinjali tat-televiżjoni permezz tat-tuner tat-televiżjoni inkorporat u sinjali video permezz ta’ kompjuter jew smartphone. Sussegwentement, jista’ jirriproduċi dawn is-sinjali bħala immaġnijiet ta’ projezzjoni. Huwa ddisinjat biex juri video u immaġnijiet fissi fuq skrin ta’ projezzjoni estern (mhux inkorporat u mhux ippreżentat mal-projettur) jew fuq ħajt. (Ara l-istampi) (*1) |
8528 72 10 |
Il-klassifikazzjoni hija determinata mir-Regoli Ġenerali 1 u 6 għall-interpretazzjoni tan-Nomenklatura Magħquda u mill-kliem tal-kodiċijiet NM 8528 , 8528 72 u 8528 72 10 . Il-projettur jinkorpora tuner tat-televiżjoni; għalhekk jitqies bħala apparat ta’ riċezzjoni għat-televiżjoni. (Ara wkoll in-Noti ta’ Spjegazzjoni tas-Sistema Armonizzata (NSSA) tal-intestatura 8528 , it-tielet paragrafu). Għalkemm ma jinkorporax monitor jew skrin, il-projettur jitqies bħala apparat ta’ wiri tal-video, peress li fih it-teknoloġija DLP li tippermetti li l-apparat juri direttament video jew immaġnijiet fissi billi jipprojettahom fuq skrin ta’ projezzjoni estern jew fuq ħajt. Konsegwentament il-klassifikazzjoni taħt is-subintestatura 8528 71 hija eskluża. (Ara wkoll l-NSSA tal-intestatura 8528 , il-punt (D)). Minħabba l-karatteristiċi oġġettivi tiegħu, il-prodott jitqies bħala tagħmir ta’ projezzjoni li jinkorpora apparat ta’ riċezzjoni għat-televiżjoni. (Ara wkoll in-Noti ta’ Spjegazzjoni tan-Nomenklatura Magħquda tas-subintestatura 8528 72 10 ). Għaldaqstant, il-projettur b’tuner għandu jiġi kklassifikat taħt il-kodiċi NM 8528 72 10 , bħala tagħmir għall-projezzjoni televiżiva. |
||||||||||||||||||||||
|
|
||||||||||||||||||||||||
|
|
||||||||||||||||||||||||
(*1) L-istampi huma purament għall-informazzjoni.
ELI: http://data.europa.eu/eli/reg_impl/2024/2617/oj
ISSN 1977-074X (electronic edition)