|
27.7.2020 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 241/13 |
REGOLAMENT TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2020/1093
tal-24 ta’ Lulju 2020
li jemenda r-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) Nru 686/2012 li jalloka lill-Istati Membri, għall-finijiet tal-proċedura ta’ tiġdid, l-evalwazzjoni tas-sustanzi attivi li l-approvazzjoni tagħhom tiskadi bejn il-31 ta’ Marzu 2025 u s-27 ta’ Diċembru 2028
(Test b’rilevanza għaż-ŻEE)
IL-KUMMISSJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament (KE) Nru 1107/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-21 ta’ Ottubru 2009 dwar it-tqegħid fis-suq ta’ prodotti għall-protezzjoni tal-pjanti u li jħassar id-Direttivi tal-Kunsill 79/117/KEE u 91/414/KEE (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 19 tiegħu,
Billi:
|
(1) |
Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 686/2012 (2) jalloka l-evalwazzjoni tas-sustanzi attivi lil Stat Membru relatur u lil Stat Membru korelatur, għall-finijiet tal-proċedura ta’ tiġdid. Billi l-evalwazzjoni tas-sustanzi attivi li l-approvazzjoni tagħhom tiskadi bejn il-31 ta’ Marzu 2025 u s-27 ta’ Diċembru 2028 għadha ma ġietx allokata lil Stat Membru relatur jew lil Stat Membru korelatur, jixraq li din l-allokazzjoni ssir. |
|
(2) |
Jenħtieġ li dik l-allokazzjoni ssir b’tali mod li jinkiseb bilanċ fir-rigward tad-distribuzzjoni tar-responsabbiltajiet u tal-ħidma bejn l-Istati Membri. |
|
(3) |
Għalhekk, jenħtieġ li r-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) Nru 686/2012 jiġi emendat skont dan. |
|
(4) |
Il-miżuri previsti f’dan ir-Regolament huma skont l-opinjoni tal-Kumitat Permanenti dwar il-Pjanti, l-Annimali, l-Ikel u l-Għalf, |
ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) Nru 686/2012 huwa emendat f’konformità mal-Anness ta’ dan ir-Regolament.
Artikolu 2
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fit-tielet jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fi Brussell, l-24 ta’ Lulju 2020.
Għall-Kummissjoni
Il-President
Ursula VON DER LEYEN
(1) ĠU L 309, 24.11.2009, p. 1.
(2) Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 686/2012 tas-26 ta’ Lulju 2012, li jalloka lill-Istati Membri, għall-finijiet tal-proċedura ta’ tiġdid, l-evalwazzjoni tas-sustanzi attivi (ĠU L 200, 27.7.2012, p. 5).
ANNESS
L-Anness tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) Nru 686/2012 huwa emendat kif ġej:
Tiżied il-Parti D li ġejja:
“Parti D
L-allokazzjoni tal-evalwazzjoni ta’ sustanzi attivi li l-approvazzjoni tagħhom tiskadi bejn il-31 ta’ Marzu 2025 u s-27 ta’ Diċembru 2028
|
Sustanza attiva |
Stat Membru Relatur |
Stat Membru Korelatur |
|
Alfa-ċipermetrin |
FR |
AT |
|
Ir-razza D747 tal-Bacillus amyloliquefaciens subsp. plantarum |
NL |
SK |
|
Ir-razza MBI 600 tal-Bacillus amyloliquefaciens |
NL |
SK |
|
Ir-razza NPP111B005 tal-Beauveria bassiana |
BE |
RO |
|
Ir-razza 147 tal-Beauveria bassiana |
BE |
RO |
|
Bentażon |
PL |
EL |
|
Taħlita Bordeaux |
IT |
PL |
|
Kromafenożid |
CZ |
MT |
|
Idrossidu tar-ram |
IT |
PL |
|
Ossidu tar-ram |
IT |
PL |
|
Ossiklorur tar-ram |
IT |
PL |
|
Ċjantraniliprol |
ES |
FI |
|
Fenpikossammid |
SE |
BG |
|
Flupiradifuron |
EL |
PL |
|
Gamma-ċjalotrina |
DE |
ES |
|
Ħalauksifen-metil |
HU |
SE |
|
Isofetammid |
PT |
IE |
|
Mandestrobin |
SE |
NO |
|
Meptildinokap |
HR |
DE |
|
Metossifenożid |
FR |
HU |
|
Ir-razza NRRL Y-27328 tal-Metschnikowia fructicola |
NL |
HR |
|
Oksatijapiprolin |
NO |
CZ |
|
Pinoksaden |
FI |
BE |
|
Propiżammid |
DK |
DE |
|
Reskalur |
IE |
PT |
|
Sulfoksaflor |
AT |
ES |
|
Taħlita ta’ terpenojdi QRD 460 |
FR |
DK |
|
Sulfat tar-ram tribażiku |
IT |
PL” |