15.9.2016   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 247/17


DEĊIŻJONI (UE, Euratom) 2016/1656 TAR-RAPPREŻENTANTI TAL-GVERNIJIET TAL-ISTATI MEMBRI

tas-7 ta' Settembru 2016

li taħtar Avukat Ġenerali fil-Qorti tal-Ġustizzja

IR-RAPPREŻENTANTI TAL-GVERNIJIET TAL-ISTATI MEMBRI TAL-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidraw it-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea, u b'mod partikolari l-Artikolu 19 tiegħu,

Wara li kkunsidraw it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b'mod partikolari l-Artikoli 253 u 255 tiegħu,

Wara li kkunsidraw it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea tal-Enerġija Atomika, u b'mod partikolari l-Artikolu 106a(1) tiegħu,

Billi:

(1)

Il-mandati ta' 14-il Imħallef u erba' Avukati Ġenerali tal-Qorti tal-Ġustizzja skadew fis-6 ta' Ottubru 2015. Barra minn hekk, id-Deċiżjoni tal-Kunsill 2013/336/UE (1) żiedet l-għadd ta' Avukati Ġenerali fil-Qorti tal-Ġustizzja għal 11, bis-seħħ mis-7 ta' Ottubru 2015.

(2)

Huwa fuq dik il-bażi li ġie nominat is-Sur Evgeni TANCHEV għall-kariga ta' Avukat Ġenerali fil-Qorti tal-Ġustizzja.

(3)

Il-kumitat stabbilit permezz tal-Artikolu 255 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea ta opinjoni dwar l-idoneità tas-Sur Evgeni TANCHEV sabiex jaqdi d-dmirijiet ta' Avukat Ġenerali fil-Qorti tal-Ġustizzja.

(4)

Għalhekk jinħtieġ li s-Sur Evgeni TANCHEV jinħatar għall-perijodu mid-data tad-dħul fis-seħħ ta' din id-Deċiżjoni sas-6 ta' Ottubru 2021,

ADOTTAW DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

Is-Sur Evgeni TANCHEV huwa b'dan maħtur Avukat Ġenerali fil-Qorti tal-Ġustizzja għall-perijodu mid-data tad-dħul fis-seħħ ta' din id-Deċiżjoni sas-6 ta' Ottubru 2021.

Artikolu 2

Din id-Deċiżjoni tidħol fis-seħħ fil-jum wara dak tal-pubblikazzjoni tagħha f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Magħmul fi Brussell, is-7 ta' Settembru 2016.

Il-President

P. JAVORČÍK


(1)  Deċiżjoni tal-Kunsill 2013/336/UE tal-25 ta' Ġunju 2013 li żżid l-għadd ta' Avukati Ġenerali fil-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea (ĠU L 179, 29.6.2013, p. 92).