|
15.4.2021 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 129/73 |
REGOLAMENT TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2021/607
tal-14 ta’ April 2021
li jimponi dazju anti-dumping definittiv fuq l-importazzjonijiet tal-aċidu ċitriku li joriġinaw mir-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina kif estiż għall-importazzjonijiet tal-aċidu ċitriku kkonsenjati mill-Malasja, kemm jekk iddikjarati bħala li joriġinaw mill-Malasja kif ukoll jekk le, wara rieżami ta’ skadenza skont l-Artikolu 11(2) tar-Regolament (UE) 2016/1036 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill
IL-KUMMISSJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament (UE) 2016/1036 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-8 ta’ Ġunju 2016 dwar il-protezzjoni kontra l-importazzjonijiet li huma l-oġġett ta’ dumping minn pajjiżi mhux membri tal-Unjoni Ewropea (1) (ir-Regolament bażiku”) u b’mod partikolari l-Artikolu 11(2) tiegħu,
Billi:
1. PROĊEDURA
1.1. L-investigazzjonijiet preċedenti u l-miżuri fis-seħħ
|
(1) |
Bir-Regolament (KE) Nru 1193/2008 (2) il-Kunsill impona dazji anti-dumping fuq l-importazzjonijiet tal-aċidu ċitriku li joriġinaw mir-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina (“RPĊ”, “iċ-Ċina” jew “il-pajjiż ikkonċernat”) (“il-miżuri oriġinali”). L-investigazzjoni li wasslet għall-impożizzjoni tal-miżuri oriġinali minn hawn ’il quddiem se tissejjaħ “l-investigazzjoni oriġinali”. Il-miżuri ħadu s-sura ta’ dazju ad valorem li jvarja bejn is-6,6 % u t-42,7 %. |
|
(2) |
Bid-Deċiżjoni 2008/899/KE (3), il-Kummissjoni Ewropea (“il-Kummissjoni”) aċċettat impenji fuq il-prezzijiet offruti minn sitt produtturi esportaturi Ċiniżi (inkluż grupp ta’ produtturi esportaturi) flimkien mal-Kamra tal-Kummerċ taċ-Ċina tal-Importaturi u tal-Esportaturi tal-Metalli, tal-Minerali u tas-Sustanzi Kimiċi (China Chamber of Commerce of Metals, Minerals & Chemicals Importers & Exporters, “CCCMC”). Il-produtturi kienu Anhui BBCA Biochemical Co., Ltd. (issa COFCO Bio-Chemical Energy (Yushu) Co., Ltd.); Laiwu Taihe Biochemistry Co., Ltd.; RZBC Co., Ltd. u RZBC (Juxian) Co., Ltd.; TTCA Co., Ltd.; Weifang Ensign Industry Co., Ltd. u Yixing Union Biochemical Co., Ltd. (issa Jiangsu Guoxin Union Energy Co., Ltd.). |
|
(3) |
Bid-Deċiżjoni 2012/501/UE (4), il-Kummissjoni rtirat l-impenn offrut minn produttur esportatur wieħed, jiġifieri Laiwu Taihe Biochemistry Co. Ltd. (“Laiwu Taihe”). |
|
(4) |
Bir-Regolament (UE) 2015/82 (5), il-Kummissjoni imponiet mill-ġdid il-miżuri anti-dumping definittivi fuq l-importazzjonijiet tal-aċidu ċitriku li joriġinaw mir-RPĊ wara rieżami ta’ skadenza (ir-“rieżami ta’ skadenza preċedenti”). |
|
(5) |
Bir-Regolament (UE) 2016/32 (6), il-Kummissjoni estendiet il-miżuri fuq l-importazzjonijiet tal-aċidu ċitriku li joriġinaw miċ-Ċina għall-importazzjonijiet tal-aċidu ċitriku kkonsenjat mill-Malasja, kemm jekk iddikjarat li joriġina mill-Malasja kif ukoll jekk le. |
|
(6) |
Bir-Regolament (UE) 2016/704 (7), il-Kummissjoni rtirat l-impenn minn żewġ kumpaniji oħra abbażi ta’ sejbiet ta’ ksur tal-impenn u l-imprattikabbiltà tiegħu, li t-tnejn li huma ġġustifikaw l-irtirar tal-aċċettazzjoni tal-impenn. |
|
(7) |
Bir-Regolament (UE) 2018/1236 (8), il-Kummissjoni temmet l-investigazzjoni dwar l-evażjoni possibbli fuq l-importazzjonijiet tal-aċidu ċitriku li joriġinaw miċ-Ċina permezz ta’ importazzjonijiet tal-aċidu ċitriku kkonsenjat mill-Kambodja, kemm jekk iddikjarat li joriġina mill-Kambodja kif ukoll jekk le. |
|
(8) |
Id-dazji anti-dumping attwalment fis-seħħ ivarjaw bejn il-15,3 % u t-42,7 % fuq importazzjonijiet mill-produtturi esportaturi li kkooperaw u rata ta’ dazju ta’ 42,7 % japplikaw għall-importazzjonijiet mill-kumpaniji l-oħra kollha. |
1.2. Talba għal rieżami ta’ skadenza
|
(9) |
Wara l-pubblikazzjoni ta’ notifika ta’ skadenza imminenti (9), il-Kummissjoni rċeviet talba għal rieżami skont l-Artikolu 11(2) tar-Regolament bażiku. |
|
(10) |
It-talba għal rieżami tressqet fil-21 ta’ Ottubru 2019 minn N.V. Citrique Belge S.A. u Jungbunzlauer Austria AG (“l-applikanti”) f’isem il-produtturi tal-Unjoni li jirrappreżentaw 100 % tal-produzzjoni totali tal-Unjoni ta’ aċidu ċitriku. It-talba għal rieżami kienet imsejsa fuq il-bażi li l-iskadenza tal-miżuri x’aktarx twassal għal kontinwazzjoni ta’ dumping u għal rikorrenza ta’ dannu għall-industrija tal-Unjoni. |
1.3. Il-bidu ta’ rieżami ta’ skadenza
|
(11) |
Wara li ddeterminat li kienet teżisti biżżejjed evidenza għall-bidu ta’ rieżami ta’ skadenza, u wara li kkonsultat mal-Kumitat stabbilit bl-Artikolu 15(1) tar-Regolament bażiku, il-Kummissjoni nediet rieżami ta’ skadenza fir-rigward tal-importazzjonijiet ta’ aċidu ċitriku li joriġinaw miċ-Ċina skont l-Artikolu 11(2) tar-Regolament bażiku. Fl-20 ta’ Jannar 2020, il-Kummissjoni ppubblikat Notifika ta’ Bidu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea (10) (“in-Notifika ta’ Bidu”). |
1.4. Il-perjodu ta’ investigazzjoni tar-rieżami u l-perjodu taħt kunsiderazzjoni
|
(12) |
L-investigazzjoni ta’ kontinwazzjoni jew ta’ rikorrenza tad-dumping kopriet il-perjodu mill-1 ta’ Jannar 2019 sal-31 ta’ Diċembru 2019 (“il-perjodu ta’ investigazzjoni tar-rieżami” jew “RIP”). L-eżami tax-xejriet rilevanti għall-valutazzjoni tal-probabbiltà ta’ kontinwazzjoni jew ta’ rikorrenza ta’ dannu kopra l-perjodu mill-1 ta’ Jannar 2016 sal-aħħar tal-perjodu ta’ investigazzjoni tar-rieżami (“il-perjodu taħt kunsiderazzjoni”). |
1.5. Partijiet interessati
|
(13) |
Fin-Notifika ta’ Bidu, il-Kummissjoni stiednet lill-partijiet interessati jagħmlu kuntatt magħha sabiex jipparteċipaw fl-investigazzjoni. Barra minn hekk, il-Kummissjoni għarrfet speċifikament lill-applikanti, lill-produtturi esportaturi magħrufa, lill-awtoritajiet Ċiniżi, lill-importaturi u lill-utenti magħrufa dwar il-bidu tar-rieżami u stednithom jipparteċipaw. |
|
(14) |
Il-partijiet interessati kellhom ukoll l-opportunità li jikkummentaw dwar il-bidu tar-rieżami ta’ skadenza u li jitolbu smigħ mal-Kummissjoni u/jew mal-Uffiċjal tas-Smigħ fil-proċedimenti kummerċjali. |
1.6. Kampjunar
|
(15) |
Fin-Notifika ta’ Bidu, il-Kummissjoni indikat li hija tista’ tieħu kampjuni minn partijiet interessati skont l-Artikolu 17 tar-Regolament bażiku. |
1.6.1. L-ebda kampjunar tal-produtturi tal-Unjoni
|
(16) |
Fin-Notifika ta’ Bidu, il-Kummissjoni ddikjarat li ż-żewġ produtturi magħrufa tal-Unjoni, N.V. Citrique Belge S.A. u Jungbunzlauer Austria AG, kellhom jissottomettu l-kwestjonarju mimli fi żmien 37 jum mid-data tal-pubblikazzjoni tan-Notifika ta’ Bidu. Il-Kummissjoni stiednet ukoll lil produtturi oħra tal-Unjoni u lil assoċjazzjonijiet rappreżentattivi, jekk kien hemm, sabiex jippreżentaw ruħhom u jitolbu kwestjonarju. L-ebda produttur ieħor tal-Unjoni jew assoċjazzjoni rappreżentattiva ma ppreżentat ruħha. |
1.6.2. Kampjunar tal-importaturi
|
(17) |
Sabiex tiddeċiedi jekk il-kampjunar kienx meħtieġ u, jekk iva, sabiex tagħżel kampjun, il-Kummissjoni talbet lil importaturi mhux relatati jipprovdu l-informazzjoni speċifikata fin-Notifika ta’ Bidu. |
|
(18) |
Importatur mhux relatat ipprovda l-informazzjoni mitluba u qabel li jiġi inkluż fil-kampjun. Minħabba l-għadd żgħir ta’ tweġibiet, il-Kummissjoni ddeċidiet li l-kampjunar ma kienx meħtieġ. |
1.6.3. Il-kampjunar ta’ produtturi esportaturi fiċ-Ċina
|
(19) |
Biex tiddeċiedi jekk il-kampjunar kienx meħtieġ u, jekk iva, biex tagħżel kampjun, il-Kummissjoni talbet lill-produtturi esportaturi kollha fiċ-Ċina jipprovdu l-informazzjoni speċifikata fin-Notifika ta’ Bidu. Barra minn hekk, hija talbet lill-missjoni tar-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina għall-Unjoni Ewropea tidentifika u/jew tikkuntattja lil produtturi esportaturi oħra, jekk kien hemm, li setgħu kienu interessati jipparteċipaw fl-investigazzjoni. |
|
(20) |
Erba’ produtturi esportaturi fil-pajjiż ikkonċernat ipprovdew l-informazzjoni mitluba u qablu li jiġu inklużi fil-kampjun. Minħabba l-għadd żgħir ta’ tweġibiet, il-Kummissjoni ddeċidiet li l-kampjunar ma kienx meħtieġ. |
|
(21) |
B’mod ġenerali, il-kooperazzjoni tal-produtturi esportaturi Ċiniżi kienet insuffiċjenti. Fil-fatt, Laiwu Taihe, l-akbar produttur esportatur responsabbli għal aktar minn 53 % tal-esportazzjonijiet miċ-Ċina lejn l-Unjoni ma kkooperax f’dan ir-rieżami ta’ skadenza. Minflok, il-Kummissjoni użat id-data tal-erba’ produtturi esportaturi li kkooperaw. |
1.7. Tweġibiet għall-kwestjonarju
|
(22) |
Fil-bidu, il-Kummissjoni għamlet il-kwestjonarji għall-produtturi, l-importaturi, l-utenti u l-produtturi esportaturi tal-Unjoni fiċ-Ċina disponibbli fil-fajl għall-ispezzjoni mill-partijiet interessati u fuq is-sit web tad-DĠ Kummerċ (11). Barra minn hekk, il-Kummissjoni bagħtet kwestjonarju dwar l-eżistenza ta’ distorsjonijiet sinifikanti fis-sens tal-Artikolu 2(6a)(b) tar-Regolament bażiku fiċ-Ċina lill-Gvern tar-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina (“GTĊ”). |
|
(23) |
Il-Kummissjoni rċeviet tweġibiet għall-kwestjonarju mill-applikanti, importatur wieħed, erba’ utenti, u erba’ produtturi esportaturi. Il-GTĊ ma weġibx għall-kwestjonarju dwar l-eżistenza ta’ distorsjonijiet sinifikanti fiċ-Ċina. |
1.8. Verifika
|
(24) |
Minħabba t-tifqigħa tal-pandemija tal-COVID-19 u l-miżuri konsegwenti meħuda biex tiġi indirizzata t-tifqigħa kif deskritt f’avviż ippubblikat fil-fajl tal-każ (“l-Avviż dwar il-COVID-19” (12)), il-Kummissjoni ma setgħetx twettaq żjarat ta’ verifika skont l-Artikolu 16 tar-Regolament bażiku fil-bini tal-entitajiet li ppreżentaw it-tweġibiet għall-kwestjonarju. |
|
(25) |
Minflok, il-Kummissjoni wettqet kontroverifika mill-bogħod tal-informazzjoni kollha meqjusa neċessarja għad-determinazzjonijiet tagħha. Il-Kummissjoni wettqet Kontroverifiki Remoti tal-kumpaniji/partijiet li ġejjin:
|
1.9. Proċedura għad-determinazzjoni tal-valur normali skont l-Artikolu 2(6a) tar-Regolament bażiku
|
(26) |
Fid-dawl tal-evidenza suffiċjenti disponibbli fil-bidu tal-investigazzjoni li turi l-eżistenza ta’ distorsjonijiet sinifikanti fis-sens tal-punt (b) tal-Artikolu 2(6a) tar-Regolament bażiku, il-Kummissjoni qieset li kien xieraq li tibda l-investigazzjoni wara li kkunsidrat l-Artikolu 2(6a) tar-Regolament bażiku. |
|
(27) |
Konsegwentement, sabiex tiġbor id-data meħtieġa għall-applikazzjoni eventwali tal-Artikolu 2(6a) tar-Regolament bażiku, fin-Notifika ta’ Bidu l-Kummissjoni stiednet lill-produtturi esportaturi kollha fiċ-Ċina jipprovdu l-informazzjoni mitluba fl-Anness III tan-Notifika ta’ Bidu rigward l-inputs użati għall-produzzjoni tal-aċidu ċitriku. Erba’ produtturi esportaturi Ċiniżi ppreżentaw l-informazzjoni rilevanti. |
|
(28) |
Sabiex tikseb l-informazzjoni li qieset meħtieġa għall-investigazzjoni tagħha fir-rigward tal-allegati distorsjonijiet sinifikanti fis-sens tal-punt(b) tal-Artikolu 2(6a) tar-Regolament bażiku, il-Kummissjoni bagħtet ukoll kwestjonarju lill-GTĊ. Madankollu, il-GTĊ ma weġibx għal dak il-kwestjonarju. Sussegwentement, il-Kummissjoni infurmat lill-GTĊ li hija kienet se tuża l-fatti disponibbli fis-sens tal-Artikolu 18 tar-Regolament bażiku biex tiddetermina l-eżistenza tad-distorsjonijiet sinifikanti fiċ-Ċina. |
|
(29) |
Fin-Notifika ta’ Bidu, il-Kummissjoni stiednet ukoll lill-partijiet interessati kollha jressqu l-fehmiet tagħhom, jippreżentaw informazzjoni u jipprovdu evidenza ta’ sostenn rigward l-adegwatezza tal-applikazzjoni tal-Artikolu 2(6a) tar-Regolament bażiku fi żmien 37 jum mid-data tal-pubblikazzjoni tan-Notifika ta’ Bidu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea. B’reazzjoni għan-Notifika ta’ Bidu, is-CCCMC għamlet kummenti dwar l-eżistenza ta’ distorsjonijiet sinifikanti. Dawn il-kummenti ġew analizzati fid-dettall hawn taħt fil-punt 3.2. |
|
(30) |
Fin-Notifika ta’ Bidu, il-Kummissjoni speċifikat ukoll li, fid-dawl tal-evidenza disponibbli, hija jista’ jkollha bżonn tagħżel pajjiż rappreżentattiv xieraq skont l-Artikolu 2(6a)(a), l-ewwel inċiż tar-Regolament bażiku bl-iskop li tiddetermina l-valur normali abbażi ta’ prezzijiet jew valuri referenzjarji mingħajr distorsjoni. |
|
(31) |
Fil-5 ta’ Marzu 2020, il-Kummissjoni ppubblikat l-ewwel nota għall-fajl dwar is-sorsi għad-determinazzjoni tal-valur normali (“in-Nota tal-5 ta’ Marzu 2020”) biex tikseb il-fehmiet tal-partijiet interessati dwar is-sorsi rilevanti li l-Kummissjoni tista’ tuża biex tiddetermina l-valur normali, f’konformità mat-tieni paragrafu tal-Artikolu 2(6a)(e) tar-Regolament bażiku (13). F’dik in-nota, il-Kummissjoni pprovdiet lista tal-fatturi ta’ produzzjoni kollha, bħall-materjali, l-enerġija u l-manodopera użati fil-produzzjoni tal-prodott taħt rieżami mill-produtturi esportaturi. Barra minn hekk, abbażi tal-kriterji li jiggwidaw l-għażla tal-prezzijiet jew tal-valuri referenzjarji mingħajr distorsjoni, il-Kummissjoni identifikat f’dak l-istadju lill-Brażil, il-Kolombja u t-Tajlandja bħala pajjiżi rappreżentattivi possibbli. Fit-13 ta’ Marzu 2020, fuq talba tas-CCCME, il-Kummissjoni żvelat l-Anness IV tan-Nota tal-5 ta’ Marzu 2020, li fiha d-data tal-Atlas tal-Kummerċ Globali (“GTA”) (14) disponibbli għall-pubbliku li s-servizzi tal-Kummissjoni pproponew li tintuża għall-materjali tal-input u għall-prodotti sekondarji elenkati fin-Nota tal-5 ta’ Marzu 2020. |
|
(32) |
Il-Kummissjoni tat lill-partijiet interessati kollha l-opportunità li jikkummentaw. Il-Kummissjoni rċeviet kummenti mingħand erba’ produtturi esportaturi Ċiniżi, mis-CCCMC u mill-applikanti. Il-GTĊ ma pprovda l-ebda kumment. |
|
(33) |
Il-Kummissjoni indirizzat il-kummenti li rċeviet dwar in-Nota tal-5 ta’ Marzu fit-Tieni Nota dwar is-Sorsi għad-Determinazzjoni tal-Valur Normali tat-30 ta’ Novembru 2020 (“in-Nota tat-30 ta’ Novembru 2020”) (15). Il-Kummissjoni stabbiliet ukoll lista proviżorja ta’ fatturi ta’ produzzjoni u kkonkludiet li, f’dak l-istadju, kienet beħsiebha tuża lill-Kolombja bħala l-pajjiż rappreżentattiv skont l-ewwel inċiż tal-Artikolu 2(6a)(a) tar-Regolament bażiku. Il-Kummissjoni stiednet lill-partijiet interessati jikkummentaw u rċeviet kummenti mingħand l-applikanti u s-CCCMC. Dawn il-kummenti ġew analizzati fid-dettall hawn taħt fil-punti 3.3 u 3.4. |
2. PRODOTT TAĦT RIEŻAMI U PRODOTT SIMILI
2.1. Il-prodott taħt rieżami
|
(34) |
Il-prodott soġġett għal dan ir-rieżami huwa l-istess bħal dak fl-investigazzjoni oriġinali u r-rieżami ta’ skadenza preċedenti, jiġifieri l-aċidu ċitriku u ċ-ċitrat trisodiku diidrat, li bħalissa jaqa’ taħt il-kodiċijiet NM 2918 14 00 u ex 2918 15 00 (kodiċi TARIC 2918150011 u 2918150019) (“il-prodott taħt rieżami”). |
|
(35) |
L-aċidu ċitriku jintuża bħala regolatur aċidulant u tal-pH f’firxa wiesgħa ta’ applikazzjonijiet, pereżempju deterġenti għall-kura fid-djar, xorb, ikel, kożmetiċi u farmaċewtiċi. Iz-zokkor/il-melassa, it-tapjoka, il-qamħirrum jew il-glukożju (miksuba miċ-ċereali) u aġenti differenti għall-fermentazzjoni mikrobika mgħaddsa tal-karboidrati huma l-materja prima ewlenija tiegħu. |
2.2. Prodott simili
|
(36) |
Kif ġie stabbilit fl-investigazzjoni oriġinali kif ukoll fir-rieżami ta’ skadenza preċedenti, din l-investigazzjoni ta’ rieżami ta’ skadenza kkonfermat li dawn il-prodotti li ġejjin għandhom l-istess karatteristiċi fiżiċi, kimiċi u tekniċi kif ukoll l-istess użi bażiċi:
|
|
(37) |
Għalhekk, dawk il-prodotti ġew ikkunsidrati bħala prodotti simili fis-sens tal-Artikolu 1(4) tar-Regolament bażiku. |
2.3. Pretensjonijiet dwar l-ambitu tal-prodott
|
(38) |
Il-Kummissjoni ma rċeviet l-ebda pretensjoni rigward il-kamp ta’ applikazzjoni tal-prodott. Fil-kummenti tagħha dwar il-bidu, is-CCCMC innotat li l-prodott taħt rieżami kif iddefinit fin-notifika ta’ bidu jkopri t-tipi ta’ prodotti soġġetti għall-miżuri oriġinali kif ukoll it-tipi koperti mill-ewwel rieżami ta’ skadenza. |
3. DUMPING
3.1. Kummenti preliminari
|
(39) |
F’konformità mal-Artikolu 11(2) tar-Regolament bażiku, il-Kummissjoni eżaminat jekk huwiex probabbli li l-iskadenza tal-miżuri fis-seħħ twassal għal kontinwazzjoni jew għal rikorrenza tad-dumping miċ-Ċina. |
|
(40) |
Il-kapaċità ta’ produzzjoni totali ddikjarata tal-grupp ta’ produtturi esportaturi li kkooperaw kienet tammonta għal madwar 72 % tal-kapaċità ta’ produzzjoni Ċiniża totali stmata. Fid-dawl tal-livell baxx ta’ kooperazzjoni, il-Kummissjoni applikat l-Artikolu 18 u bbażat is-sejbiet tagħha dwar is-suq Ċiniż tal-aċidu ċitriku, inklużi l-produzzjoni, il-kapaċità u l-kapaċità ta’ riżerva, fuq il-fatti disponibbli. |
|
(41) |
Is-sejbiet fir-rigward tal-probabbiltà ta’ kontinwazzjoni ta’ dumping stabbiliti hawn taħt kienu bbażati b’mod partikolari fuq l-informazzjoni inkluża fit-talba għal rieżami, l-istatistika bbażata fuq id-data rrapportata lill-Kummissjoni mill-Istati Membri skont l-Artikolu 14(6) tar-Regolament bażiku (“il-bażi tad-data tal-Artikolu 14(6)”), kif ukoll fuq it-tweġibiet fil-kampjunar ipprovduti fil-mument tal-bidu u t-tweġibiet għall-kwestjonarju. Barra minn hekk, il-Kummissjoni użat sorsi oħra ta’ informazzjoni disponibbli għall-pubbliku bħall-bażijiet ta’ data GTA u l-Orbis Bureau van Dijk (16) (“Orbis”). |
3.2. Valur normali
|
(42) |
Skont l-Artikolu 2(1) tar-Regolament bażiku, “il-valur normali għandu normalment ikun ibbażat fuq il-prezzijiet imħallsa jew pagabbli, fil-kors ordinarju tal-kummerċ, minn klijenti indipendenti fil-pajjiż esportatur”. |
|
(43) |
Madankollu, skont l-Artikolu 2(6a)(a) tar-Regolament bażiku, “(f)il-każ li jiġi determinat […] li mhuwiex xieraq li jintużaw prezzijiet u kostijiet domestiċi fil-pajjiż esportatur minħabba l-eżistenza f’dak il-pajjiż ta’ distorsjonijiet sinifikanti fis-sens tal-punt (b), il-valur normali għandu jiġi kkalkolat esklużivament abbażi tal-kostijiet tal-produzzjoni u tal-bejgħ li jirriflettu prezzijiet jew valuri ta’ riferiment mingħajr distorsjoni”, u “għandu jinkludi ammont raġonevoli u mingħajr distorsjoni għal kostijiet amministrattivi, tal-bejgħ u ġenerali u għal profitti”. |
|
(44) |
Kif spjegat aktar fid-dettall hawn taħt, f’din l-investigazzjoni l-Kummissjoni kkonkludiet li, abbażi tal-evidenza disponibbli u fid-dawl tan-nuqqas ta’ kooperazzjoni mill-GTĊ, l-applikazzjoni tal-Artikolu 2(6a) tar-Regolament bażiku kienet xierqa. |
3.2.1. L-eżistenza ta’ distorsjonijiet sinifikanti
3.2.1.1. Introduzzjoni
|
(45) |
L-Artikolu 2(6a)(b) tar-Regolament bażiku jiddefinixxi “d-distorsjonijiet sinifikanti huma dawk id-distorsjonijiet li jseħħu meta prezzijiet jew kostijiet irrappurtati, inklużi l-kostijiet ta’ materji primi u ta’ enerġija, ma jkunux ir-riżultat ta’ forzi tas-suq ħieles għax ikunu affettwati minn intervent sostanzjali tal-gvern. Meta tkun valutata l-eżistenza ta’ distorsjonijiet sinifikanti għandha tingħata attenzjoni, inter alia, lill-impatt potenzjali ta’ element wieħed jew aktar mis-segwenti:
|
|
(46) |
Skont l-Artikolu 2(6a)(b) tar-Regolament bażiku, il-valutazzjoni tal-eżistenza ta’ distorsjonijiet sinifikanti fis-sens tal-Artikolu 2(6a)(a) għandha tqis, fost l-oħrajn, il-lista mhux eżawrjenti ta’ elementi fid-dispożizzjoni preċedenti. Skont l-Artikolu 2(6a)(b) tar-Regolament bażiku, fil-valutazzjoni tal-eżistenza tad-distorsjonijiet sinifikanti, għandu jitqies l-impatt potenzjali ta’ wieħed jew ta’ aktar minn dawn l-elementi fuq il-prezzijiet u l-kostijiet fil-pajjiż esportatur tal-prodott taħt rieżami. Fil-fatt, peress li dik il-lista mhijiex kumulattiva, mhux l-elementi kollha jeħtieġ li jitqiesu għal sejba ta’ distorsjonijiet sinifikanti. Barra minn hekk, l-istess ċirkostanzi fattwali jistgħu jintużaw biex tintwera l-eżistenza ta’ wieħed jew aktar mill-elementi tal-lista. Madankollu, kwalunkwe konklużjoni dwar distorsjonijiet sinifikanti fis-sens tal-Artikolu 2(6a)(a) trid issir abbażi tal-evidenza kollha disponibbli. Il-valutazzjoni globali dwar l-eżistenza ta’ distorsjonijiet tista’ tqis ukoll il-kuntest ġenerali u s-sitwazzjoni fil-pajjiż esportatur, b’mod partikolari fejn l-elementi fundamentali tal-istruttura ekonomika u amministrattiva tal-pajjiż esportatur jipprovdu lill-gvern b’setgħat sostanzjali biex jintervjeni fl-ekonomija b’tali mod li l-prezzijiet u l-kostijiet ma jkunux ir-riżultat tal-iżvilupp ħieles tal-forzi tas-suq. |
|
(47) |
L-Artikolu 2(6a)(c) tar-Regolament bażiku jipprevedi li “[f]ejn il-Kummissjoni jkollha indikazzjonijiet fondati sew tal-eżistenza potenzjali ta’ distorsjonijiet sinifikanti kif imsemmija fil-punt (b) f’ċertu pajjiż jew f’ċertu settur f’dak il-pajjiż, u fejn ikun xieraq għall-applikazzjoni effettiva ta’ dan ir-Regolament, il-Kummissjoni għandha tipproduċi, tippubblika u taġġorna regolarment rapport li jiddeskrivi ċ-ċirkostanzi tas-suq imsemmija fil-punt (b) f’dak il-pajjiż jew settur”. |
|
(48) |
Skont din id-dispożizzjoni, il-Kummissjoni ħarġet rapport tal-pajjiż dwar iċ-Ċina (minn hawn ’il quddiem “ir-Rapport” jew “ir-rapport taċ-Ċina”) (17), li juri l-eżistenza ta’ intervent sostanzjali tal-gvern f’ħafna livelli tal-ekonomija, inklużi distorsjonijiet speċifiċi f’ħafna fatturi ewlenin tal-produzzjoni (bħall-art, l-enerġija, il-kapital, il-materja prima u l-manodopera), kif ukoll f’setturi speċifiċi (bħall-azzar u s-sustanzi kimiċi). Il-partijiet interessati kienu mistiedna jirribattu, jikkummentaw jew jissupplimentaw l-evidenza inkluża fil-fajl tal-investigazzjoni fiż-żmien tal-bidu. Ir-Rapport tqiegħed fil-fajl tal-investigazzjoni fl-istadju tal-bidu. |
|
(49) |
It-talba għal rieżami sottomessa mill-applikant, minbarra li tenniet is-sejbiet li saru fir-rapport, b’mod partikolari fis-settur kimiku, kien fiha informazzjoni addizzjonali dwar il-proċedimenti anti-dumping preċedenti tal-Istati Uniti dwar l-aċidu ċitriku u b’mod partikolari s-sejbiet fil-proċediment l-aktar riċenti, kif ippubblikat fil-Memorandum dwar Kwistjonijiet u Deċiżjoni għar-Riżultati Finali tar-Rieżami Amministrattiv tad-Dazju Kumpensatorju: Aċidu Ċitriku u Ċertu Melħ taċ-Ċitrat, is-7 ta’ Diċembru 2015. B’mod partikolari, l-applikant irrefera għas-sejbiet li jikkonċernaw: il-politika tas-self (self li jitqiegħed għad-dispożizzjoni tal-industrija tal-aċidu ċitriku minn banek tal-Istat b’rati tal-imgħax anqas mir-rati kummerċjali); tnaqqis fit-taxxi fuq l-introjtu (li l-industrija tal-aċidu ċitriku tibbenefika minn tnaqqis fit-taxxi fuq l-introjtu u titlob krediti tat-taxxa fuq ix-xiri ta’ tagħmir domestiku); aċċess orħos għal materja prima awżiljarja, speċjalment is-sustanzi kimiċi, inklużi l-aċidu sulfuriku, is-soda kawstika, il-faħam bituminuż, il-karbonat tal-kalċju jew il-ġir; l-art (sejbiet dwar id-drittijiet għall-użu tal-art miksuba għal remunerazzjoni anqas minn adegwata); l-elettriku (is-sejba tad-Dipartiment tal-Kummerċ tal-Istati Uniti li l-kumpanija investigata kienet ipprovduta b’elettriku għal remunerazzjoni inqas minn dik adegwata) kif ukoll sussidji fil-forma ta’ trasferiment dirett ta’ fondi u kumpens tat-taxxa ambjentali. |
|
(50) |
Kif indikat fil-premessa (23) u (28) rispettivament, il-GTĊ la kkummenta u lanqas ma pprovda evidenza li tappoġġa jew li tirribatti l-evidenza eżistenti dwar il-fajl tal-każ, inkluż ir-Rapport u l-evidenza addizzjonali li ġiet ipprovduta mill-applikant, dwar l-eżistenza ta’ distorsjonijiet sinifikanti u/jew dwar l-adegwatezza tal-applikazzjoni tal-Artikolu 2(6a) tar-Regolament bażiku fil-każ inkwistjoni. |
|
(51) |
Il-kummenti f’dan ir-rigward waslu b’rispons għall-bidu tal-kawża mis-CCCMC f’isem il-produtturi membri li kkooperaw tas-CCCMC. |
|
(52) |
L-ewwel nett, is-CCCMC argumentat li l-Artikolu 2(6a) tar-Regolament bażiku huwa inkonsistenti mad-dritt tad-WTO. L-ewwel nett, is-CCCMC iddikjarat li l-Ftehim tad-WTO dwar l-Anti-Dumping (“ADA”) ma jirrikonoxxix il-kunċett ta’ distorsjonijiet sinifikanti fl-Artikolu 2.2 tal-ADA, li jippermetti biss il-bini tal-valur normali jekk ma jkun hemm l-ebda bejgħ fil-perkors ordinarju tal-kummerċ. Is-CCCMC osservat li dan l-Artikolu ma jsemmix li distorsjonijiet sinifikanti jippermettu l-bini tal-valur normali. It-tieni nett, is-CCCMC sostniet li anki jekk il-kunċett ta’ distorsjonijiet sinifikanti kien konformi mal-liġi tad-WTO, il-valur maħdum ikun jeħtieġ li jiġi kkalkulat skont l-Artikolu 2.2.1.1 ADA u l-interpretazzjoni tiegħu mill-Korp tal-Appell tad-WTO f’UE — Bijodiżil (DS478). It-tielet nett, is-CCCMC issottomettiet li minkejja li l-kunċett ta’ “perkors ordinarju tal-kummerċ” mhuwiex iddefinit b’mod espliċitu fl-ADA, l-Artikolu 2.2.1 jipprovdi li l-bejgħ ta’ prodott jista’ jiġi ttrattat bħala li ma jkunx fil-perkors ordinarju tal-kummerċ u injorat “biss jekk […] tali bejgħ isir f’perjodu ta’ żmien estiż fi kwantitajiet sostanzjali u jsir bi prezzijiet li ma jipprevedux l-irkupru tal-kostijiet kollha […]”. Ir-raba’ nett, l-ADA tirrikjedi li l-valur normali jrid jiġi ddeterminat abbażi tal-prezzijiet tal-bejgħ jew tal-kostijiet li jirriflettu l-livell tal-prezz jew tal-kost fil-pajjiż tal-oriġini. Għalhekk, il-prezz mibni bbażat fuq il-pajjiż rappreżentattiv ma jistax jirrifletti l-livell tal-prezz u tal-kost fil-pajjiż esportatur. Skont is-CCCMC, ma hemm l-ebda dispożizzjoni fid-dritt tad-WTO li tippermetti l-użu ta’ data minn pajjiż terz. |
|
(53) |
Il-Kummissjoni qieset li d-dispożizzjoni tal-Artikolu 2(6a) hija konsistenti b’mod sħiħ mal-obbligi tad-WTO tal-Unjoni Ewropea u mal-ġurisprudenza ċċitata mis-CCCMC. Hija l-fehma tal-Kummissjoni li, skont l-opinjoni tal-Bord tad-WTO u l-Korp tal-Appell f’UE — Bijodiżil (DS473), id-dispożizzjonijiet tar-Regolament bażiku li japplikaw b’mod ġenerali fir-rigward tal-Membri kollha tad-WTO, b’mod partikolari t-tieni subparagrafu tal-Artikolu 2(5), jippermettu l-użu ta’ data minn pajjiż terz, aġġustata kif xieraq meta tali aġġustament ikun meħtieġ u sostanzjat. L-eżistenza ta’ distorsjonijiet sinifikanti tagħmel il-kostijiet u l-prezzijiet fil-pajjiż esportatur mhux xierqa għall-bini tal-valur normali. F’dawn iċ-ċirkostanzi, din id-dispożizzjoni tipprevedi l-bini tal-kostijiet tal-produzzjoni u tal-bejgħ abbażi ta’ prezzijiet jew valuri referenzjarji mingħajr distorsjoni, inklużi dawk f’pajjiż rappreżentattiv xieraq b’livell simili ta’ żvilupp bħall-pajjiż esportatur. Għalhekk, il-Kummissjoni ċaħdet din il-pretensjoni. |
|
(54) |
It-tieni nett, is-CCCMC issottomettiet li fil-każ inkwistjoni ma hemm ebda prova ta’ distorsjonijiet sinifikanti. L-ewwel nett, il-CCCMC iddikjarat li l-applikanti ma pprovdewx biżżejjed evidenza tal-eżistenza ta’ distorsjonijiet sinifikanti li jiġġustifikaw bidu skont l-Artikolu 5(3) tar-regolament dwar ir-Regolament bażiku, b’mod partikolari minħabba li l-evidenza kienet ġenerali ħafna u mhux speċifika għall-industrija tal-aċidu ċitriku. It-tieni nett, ir-Rapport kien ippubblikat f’Diċembru 2017, filwaqt li l-RIP f’din l-investigazzjoni kien fl-2019. Għalhekk, l-evidenza miġbura fir-Rapport kienet skaduta u ma kienx jirrifletti s-sitwazzjoni tal-industrija tal-aċidu ċitriku fil-każ inkwistjoni. It-tielet nett, f’US — Miżuri Kumpensatorji (iċ-Ċina) (Artikolu 21.5) (DS437), il-Korp tal-Appell sab li “l-eżistenza ta’ distorsjoni fil-prezz li tirriżulta minn intervent tal-gvern trid tiġi stabbilita u spjegata b’mod adegwat” u li “id-determinazzjoni […] trid issir fuq bażi ta’ każ b’każ”. Għalhekk, is-CCCMC issottomettiet li r-Rapport kien sors inadegwat biex jintuża bħala evidenza fl-industrija tal-aċidu ċitriku, peress li jiddeskrivi distorsjonijiet fis-settur usa’ tal-industrija kimika. Ir-raba’ nett, is-CCCMC argumentat li l-proċedimenti anti-dumping tal-Istati Uniti msemmija mill-applikanti huma irrilevanti f’dan il-każ, peress li jikkonċernaw sejbiet li saru qabel l-RIP. |
|
(55) |
B’rispons, il-Kummissjoni fakkret li l-punt 4.1 tan-Notifika ta’ Bidu rreferiet għal għadd ta’ elementi fis-suq Ċiniż tal-aċidu ċitriku, biex tissostanzja li s-suq kien affettwat mid-distorsjonijiet fis-setturi Ċiniżi tal-materja prima, tal-petrokimiċi u tal-kimiċi. Għalhekk, il-Kummissjoni tqis li l-evidenza elenkata fin-Notifika ta’ Bidu kienet biżżejjed biex tiġġustifika l-bidu ta’ investigazzjoni abbażi tal-Artikolu 2(6a) tar-Regolament bażiku. Minbarra dan, filwaqt li s-sejbiet fl-investigazzjonijiet tad-dumping imwettqa mill-awtoritajiet ta’ pajjiżi oħra ma jikkostitwixxux awtomatikament evidenza ta’ distorsjonijiet fl-investigazzjonijiet tal-anti-dumping tal-UE, jista’ jkun fihom elementi probattivi rilevanti biex juru li hemm ċerti anormalitajiet fis-suq rilevanti tal-pajjiż esportatur, kif kien il-każ f’din iċ-ċirkostanza fir-rigward tal-industrija Ċiniża tal-aċidu ċitriku. |
|
(56) |
Fir-rigward tal-argument li r-Rapport kien skadut, il-Kummissjoni fakkret li sa issa ma ġiet ipprovduta l-ebda evidenza li turi li r-rapport huwa skadut. Għall-kuntrarju, il-Kummissjoni nnutat b’mod partikolari li l-evidenza u d-dokumenti ta’ politika ewlenin li jinsabu fir-rapport, inklużi l-pjanijiet rilevanti ta’ ħames snin u l-leġiżlazzjoni applikabbli għall-prodott taħt rieżami kienu għadhom rilevanti matul l-RIP, u li la s-CCCMC u lanqas il-partijiet l-oħra ma taw prova li dan ma kienx għadu l-każ. |
|
(57) |
Barra minn hekk, il-Kummissjoni fakkret li US — Miżuri Kumpensatorji (iċ-Ċina) (DS437) ma kienx jikkonċerna l-applikazzjoni tal-Artikolu 2(6a) tar-Regolament bażiku, li huwa l-bażi ġuridika rilevanti għad-determinazzjoni tal-valur normali f’din l-investigazzjoni. Dik it-tilwima kienet tikkonċerna sitwazzjoni fattwali differenti, u kienet tikkonċerna l-interpretazzjoni tal-Ftehim tad-WTO dwar is-Sussidji u l-Miżuri Kumpensatorji, u mhux l-ADA. Fi kwalunkwe każ, kif spjegat fil-premessi (49) u (55) hawn fuq, l-evidenza mressqa kienet relatata b’mod ċar mas-suq tal-aċidu ċitriku Ċiniż u għalhekk mal-prodott investigat fil-każ inkwistjoni. Għalhekk, din il-pretensjoni ġiet miċħuda. |
|
(58) |
Rigward l-aħħar argument tas-CCCMC li s-sejbiet fil-proċedimenti antidumping tal-Istati Uniti kienu irrilevanti f’dan il-każ, il-Kummissjoni tosserva li l-evidenza elenkata fin-Notifika ta’ Bidu mill-applikant kienet tinkludi wkoll sejbiet oħra minbarra r-riżultati tal-investigazzjonijiet tal-Istati Uniti, b’mod partikolari għadd ta’ evidenza bbażata fuq ir-Rapport. Din l-evidenza tqieset biżżejjed biex tiġġustifika l-bidu ta’ investigazzjoni fuq il-bażi tal-Artikolu 2(6a) tar-Regolament bażiku. Filwaqt li l-investigazzjoni tal-Istati Uniti saret qabel l-RIP, il-kummenti pprovduti mill-applikanti dwar il-bidu servew bħala indikazzjoni addizzjonali ta’ sostenn tal-irregolaritajiet fis-suq Ċiniż. |
|
(59) |
Barra minn hekk, is-CCCMC ippreżentat kummenti dwar l-Ewwel Nota dwar is-Sorsi għad-Determinazzjoni tal-Valur Normali. F’din is-sottomissjoni, is-CCCMC l-ewwel tenniet il-kummenti tagħha li għamlet fil-bidu. It-tieni nett, hija sostniet li skont l-Artikolu 2(6a)(a) tar-Regolament bażiku, dawk il-kostijiet tal-produzzjoni u tal-bejgħ li ntwera li kien hemm distorsjoni fihom biss jenħtieġ li jiġu sostitwiti bi prezzijiet jew valuri referenzjarji mingħajr distorsjoni. B’mod speċifiku, is-CCCMC ikkummentat li l-applikanti naqsu milli jagħtu prova li kien hemm distorsjoni fil-kostijiet lavorattivi fiċ-Ċina, u għalhekk il-Kummissjoni kellha tuża l-kostijiet lavorattivi effettivi kif irrapportat mill-produtturi esportaturi. Is-CCCMC iddikjarat li ma kienx raġonevoli li l-kostijiet lavorattivi jiġu sostitwiti ma’ dawk f’pajjiż terz, minħabba li dawn kienu influwenzati minn diversi fatturi, bħar-relazzjoni bejn il-provvista u d-domanda fis-suq ikkonċernat, il-grad ta’ awtomatizzazzjoni fil-produzzjoni u l-livell tal-prezz tal-prodott bażiku fir-reġjun fejn kienu jinsabu l-produtturi. Is-CCCMC żiedet tgħid li l-kostijiet lavorattivi varjaw mhux biss bejn pajjiżi differenti iżda wkoll bejn produtturi Ċiniżi differenti. Minbarra dan, is-CCCMC ikkummentat li l-kostijiet tal-enerġija varjaw skont diversi fatturi, inkluż it-tip ta’ enerġija u d-disponibbiltà tagħha fiż-żona, it-teknoloġija tal-ġenerazzjoni tal-enerġija, ir-relazzjoni bejn il-provvista u d-domanda, eċċ. Għalhekk, il-prezzijiet tal-enerġija f’pajjiż wieħed ma jistgħux jirriflettu l-livell tal-prezz tal-enerġija taħt il-kundizzjoni normali tas-suq f’pajjiż ieħor. |
|
(60) |
Il-Kummissjoni nnotat li ladarba jiġi ddeterminat li minħabba l-eżistenza ta’ distorsjonijiet sinifikanti għall-pajjiż esportatur skont l-Artikolu 2(6a)(b), mhuwiex xieraq li jintużaw prezzijiet u kostijiet domestiċi fil-pajjiż esportatur, il-Kummissjoni tista’ tibni normali bl-użu ta’ prezzijiet jew punti ta’ riferiment mingħajr distorsjoni f’pajjiż rappreżentattiv xieraq għal kull produttur esportatur skont l-Artikolu 2(6a)(a). L-Artikolu 2(6a)(a) jippermetti l-użu tal-kostijiet domestiċi biss jekk ikun stabbilit b’mod pożittiv li mhumiex distorti. Madankollu, il-kostijiet lavorattivi u tal-enerġija individwali u/jew kostijiet tal-input oħra tal-produzzjoni u l-bejgħ tal-prodott taħt rieżami ma setgħux jiġu stabbiliti bħala mhux distorti fid-dawl tal-evidenza disponibbli. Kif muri hawn fit-taqsimiet 3.2.1.1 sa 3.2.1.9, il-Kummissjoni stabbiliet l-eżistenza ta’ distorsjonijiet sinifikanti fl-industrija tal-aċidu ċitriku, u ma kien hemm l-ebda evidenza pożittiva dwar il-fatturi tal-produzzjoni tal-produtturi esportaturi individwali li kienu mingħajr distorsjoni. |
|
(61) |
Fi kwalunkwe każ, il-kalkolu tal-kostijiet lavorattivi u tal-enerġija kien ibbażat fuq l-ammont rispettiv ta’ manodopera u enerġija użati fil-proċess tal-manifattura kif iddikjarat mill-produtturi esportaturi. Għalhekk, l-ammont ta’ manodopera u enerġija kkorrisponda għall-użu reali ta’ dawn il-fatturi mill-produtturi Ċiniżi, filwaqt li l-kost lavorattiv u tal-enerġija biss kien sostitwit mill-valur mingħajr distorsjoni mill-pajjiż rappreżentattiv. Filwaqt li jista’ jkun minnu li l-kostijiet lavorattivi u tal-enerġija jistgħu jvarjaw sa ċertu punt bejn żoni ġeografiċi differenti, il-Kummissjoni tuża biss kostijiet li mhumiex soġġetti għal distorsjonijiet f’pajjiż rappreżentattiv xieraq skont l-Artikolu 2(6a)(a). Il-Kummissjoni ppubblikat żewġ noti għall-fajl dwar il-fatturi tal-produzzjoni li jippermettu lill-partijiet biżżejjed opportunitajiet biex jikkummentaw, inkluż billi tindika kwalunkwe anormalità possibbli jew kunsiderazzjonijiet oħra li potenzjalment jistgħu jaffettwawhom fil-pajjiż jew pajjiżi rappreżentattiv(i). F’dan il-kuntest, il-partijiet interessati ma qajmux dubji dwar il-livell tal-kostijiet lavorattivi u/jew tal-enerġija fil-pajjiż rappreżentattiv xieraq stabbiliti fin-Nota tat-30 ta’ Novembru 2020. Għalhekk, dawn il-pretensjonijiet ġew miċħuda. |
|
(62) |
It-tielet nett, is-CCCMC ikkummentat li skont l-Artikolu 2(6a)(a) tar-Regolament bażiku, il-valutazzjoni dwar l-eżistenza ta’ distorsjonijiet sinifikanti jenħtieġ li ssir għal kull produttur esportatur b’mod separat. Għalhekk, il-Kummissjoni kellha l-obbligu li tanalizza s-sitwazzjoni ta’ kull produttur Ċiniż inkluż fil-kampjun u tiddeċiedi jekk hemmx distorsjoni fi kwalunkwe wieħed mill-fatturi tal-kostijiet tal-produzzjoni u tal-bejgħ għal kull wieħed minnhom. |
|
(63) |
Il-Kummissjoni tinnota li l-eżistenza ta’ distorsjonijiet sinifikanti li jwasslu għall-applikazzjoni tal-Artikolu 2(6a) tar-Regolament bażiku hija stabbilita fuq livell nazzjonali, u b’hekk tapplika għall-produtturi esportaturi kollha f’dak il-pajjiż, kif inhu l-każ hawnhekk. Fi kwalunkwe każ, kif imsemmi fil-premessa (60), l-istess dispożizzjoni tar-Regolament bażiku tipprevedi li l-ispejjeż domestiċi jistgħu jintużaw jekk jiġi stabbilit li mhumiex affettwati minn distorsjonijiet sinifikanti, f’liema każijiet jintużaw għall-kalkolu tal-valur normali. Għalhekk, din il-pretensjoni ġiet miċħuda. |
|
(64) |
F’sottomissjonijiet separati, il-produtturi esportaturi Weifang Ensign Industry, RZBC u Jiangsu Guoxin Union Energy tennew il-pretensjonijiet li saru mis-CCCMC fl-ewwel nota. Barra minn hekk, f’sottomissjoni minn COFCO Bio-Chemical Energy (Yushu), dan il-produttur esportatur ikkummenta li l-applikazzjoni tal-Artikolu 2(6a) tar-Regolament bażiku tmur kontra d-dispożizzjoni tal-Artikolu 2.2 tal-ADA tal-ADA. |
|
(65) |
Il-Kummissjoni nnutat li l-kwistjoni tal-kompatibbiltà tal-Artikolu 2(6a) mad-dritt tad-WTO diġà ġiet spjegata fil-premessa (53) ta’ hawn fuq. |
|
(66) |
Wara d-divulgazzjoni, is-CCCMC u Weifang Ensign Industry, RZBC u Jiangsu Guoxin Union Energy, ippreżentaw sett ta’ kummenti dwar l-eżistenza ta’ distorsjonijiet sinifikanti (“it-tliet produtturi esportaturi”). |
|
(67) |
L-ewwel nett, is-CCCMC u t-tliet produtturi esportaturi tennew il-pretensjoni li l-Artikolu 2(6a) tar-Regolament bażiku huwa inkompatibbli mal-Artikoli 2.2.1.1 u 2.2 ADA u mas-sejbiet li saru fil-każijiet tad-WTO li ġejjin: UE — Bijodiżil (l-Arġentina) (sejbiet tal-Bord u AB), UE-Bijodiżil (l-Indoneżja) (sejbiet tal-Bord), Ukrajna — Nitrat tal-Ammonju (sejbiet tal-Bord u AB), l-Awstralja — Karta Kopja (sejbiet tal-Bord) u UE — Metodoloġiji tal-Aġġustament tal-Kostijiet (sejbiet tal-Bord). Dawn il-partijiet jirreferu speċifikament għas-sejbiet f’dan l-aħħar rapport tal-Bord, jiġifieri li l-allegata distorsjoni ta’ intervent/suq tal-gvern Russu ma kinitx tikkostitwixxi bażi adegwata biex jiġi konkluż li r-rekords tal-produtturi esportaturi ma kinux jirriflettu b’mod raġonevoli l-ispejjeż assoċjati mal-produzzjoni u l-bejgħ tal-prodott ikkonċernat. |
|
(68) |
Il-Kummissjoni fakkret li l-ebda wieħed mill-każijiet tad-WTO kkwotati hawn fuq ma kien jikkonċerna l-applikazzjoni tal-Artikolu 2(6a) tar-Regolament bażiku u l-kundizzjonijiet għall-applikazzjoni tiegħu. Barra minn hekk, is-sitwazzjonijiet fattwali sottostanti f’dawk il-każijiet huma kollha differenti mis-sitwazzjoni sottostanti u l-kriterji li jwasslu għall-applikazzjoni tal-metodoloġija skont din id-dispożizzjoni tar-Regolament bażiku. Fir-rigward tat-tilwima tad-WTO UE — l-Metodoloġiji tal-Aġġustament tal-Kostijiet, il-Kummissjoni fakkret li kemm l-UE kif ukoll ir-Russja appellaw is-sejbiet tal-Panel, li għalhekk mhumiex finali u għalhekk, skont il-każistika permanenti tad-WTO, ma għandhom l-ebda status legali fis-sistema tal-GATT jew tad-WTO peress li dawn ma ġewx approvati permezz ta’ deċiżjonijiet mill-Partijiet KONTRAENTI tal-GATT jew mill-Membri tad-WTO. Fi kwalunkwe każ, ir-Rapport tal-Bord ikkunsidra speċifikament id-dispożizzjonijiet fl-Artikolu 2(6a) tar-Regolament bażiku bħala barra mill-ambitu tat-tilwima. Il-Bord sab li dawn id-dispożizzjonijiet huma ta’ essenza differenti u għandhom implikazzjonijiet legali differenti mid-dispożizzjonijiet skont l-Artikolu 2(5) tar-Regolament bażiku, li kienu s-suġġett ta’ dik it-tilwima u d-dispożizzjonijiet tal-Artikolu 2(6a) ma ħadux post tal-aħħar meta ġew introdotti (18). Għalhekk, is-sejbiet li saru fil-każijiet imsemmija hawn fuq ma għandhom l-ebda rilevanza għall-applikazzjoni tal-Artikolu 2(6a), li huwa dispożizzjoni ġdida u qatt ma kien soġġett għal kwalunkwe proċediment tad-WTO, u ma jiħux post l-Artikolu 2(5) u/jew l-Artikolu 2(3). Għalhekk, dawn is-sejbiet ma għandhom l-ebda sinifikat għall-valutazzjoni tal-kompatibbiltà tal-Artikolu 2(6a) mar-regoli rilevanti tad-WTO. Għal dawn ir-raġunijiet, din il-pretensjoni ġiet miċħuda. |
|
(69) |
It-tieni, is-CCCMC u t-tliet produtturi esportaturi sostnew li minkejja s-sejbiet tad-WTO msemmija fil-premessa (67) li jikkostitwixxu parti integrali mis-sejbiet tal-UE dwar il-valur normali skont l-Artikolu 2(6a) tar-Regolament bażiku, id-divulgazzjoni ma indikat l-ebda raġunament dwar kif din id-dispożizzjoni kienet konformi mad-dispożizzjonijiet fl-Artikolu 2.2.1.1 ADA u d-dispożizzjonijiet korrispondenti tal-Artikolu 2(5) tar-Regolament bażiku. Lanqas ma indikat xi rabta bejn l-Artikolu 2(6a) u “sitwazzjoni partikolari tas-suq” potenzjali kif imsemmi fl-Artikolu 2.2 ADA u d-dispożizzjonijiet korrispondenti tal-Artikolu 2(3) tar-Regolament bażiku. Barra minn hekk, is-CCCMC u t-tliet produtturi esportaturi ddikjaraw li l-Kummissjoni naqset milli tipprovdi spjegazzjoni dwar kif l-użu mill-Kummissjoni tad-data ta’ pajjiżi terzi jkun iġġustifikat mit-tieni subparagrafu tal-Artikolu 2(5) tar-Regolament bażiku. Għalhekk, is-CCCMC u t-tliet produtturi esportaturi ddikjaraw li l-Kummissjoni naqset milli tispjega l-konsistenza legali tal-Artikolu 2(6a) mal-ġurisprudenza ċċitata tad-WTO. |
|
(70) |
Il-Kummissjoni l-ewwel fakkret li d-dispożizzjonijiet tal-Artikolu 2(5) u l-Artikolu 2(3) tar-Regolament bażiku japplikaw għall-investigazzjonijiet antidumping sakemm il-kundizzjonijiet rilevanti ta’ dawn id-dispożizzjonijiet rispettivi jiġu ssodisfati. B’kuntrast ma’ dan, id-dispożizzjonijiet tal-Artikolu 2(6a) jikkonċernaw il-każ speċifiku ta’ investigazzjonijiet ta’ prodotti li joriġinaw minn pajjiżi fejn ġiet ikkonfermata l-eżistenza ta’ distorsjonijiet sinifikanti, u fejn l-eżistenza ta’ distorsjonijiet sinifikanti tirrendi l-kostijiet u l-prezzijiet domestiċi mhux xierqa għall-fini tal-kalkolu tal-valur normali. Il-proċedura applikata skont l-Artikolu 2(6a) tar-Regolament bażiku u s-sustanza tal-valutazzjoni huma għalhekk differenti minn dawk skont l-Artikoli 2(3) u 2(5) tar-Regolament bażiku. Fit-talba tagħhom, is-CCCMC u t-tliet produtturi esportaturi jassumu li d-dispożizzjonijiet fl-Artikolu 2(6a) huma neċessarjament marbuta mad-dispożizzjonijiet fl-Artikolu 2(5) u 2(3) tar-Regolament bażiku, u jsostnu bħala riżultat li l-Kummissjoni jenħtieġ li legalment tiġġustifika l-applikazzjoni tal-metodoloġija skont l-Artikolu 2(6a) skont l-Artikoli 2(5) u/jew 2(3) tar-Regolament bażiku. Din is-suppożizzjoni mis-CCCMC u t-tliet produtturi esportaturi kienet purament spekulattiva, minħabba li l-Artikolu 2(6a) tar-Regolament bażiku jipprevedi li ladarba jiġu ssodisfati l-kundizzjonijiet rilevanti għall-applikazzjoni tagħha, trid tiġi applikata l-metodoloġija skont dan l-Artikolu. Ma hemm l-ebda rekwiżit f’din id-dispożizzjoni biex titwettaq xi analiżi legali supplimentari skont l-Artikoli 2(3) u/jew 2(5) tar-Regolament bażiku, u wisq inqas il-ġurisprudenza sottostanti tagħhom, kif jiddikjaraw b’mod żbaljat is-CCCME u t-tliet produtturi esportaturi. Dawn id-dispożizzjonijiet huma separati minn xulxin. Għalhekk, din il-pretensjoni ġiet miċħuda. |
|
(71) |
It-tielet, is-CCCMC u t-tliet produtturi esportaturi ddikjaraw li s-sejbiet tal-Bord fil-Metodoloġiji tal-Aġġustament tal-Ispejjeż tal-UE dwar l-applikazzjoni tal-Artikolu 2(5) tar-Regolament bażiku japplikaw ukoll għall-Artikolu 2(6a). Barra minn hekk, is-CCCMC u t-tliet produtturi esportaturi sostnew li d-divulgazzjoni ma għamlet l-ebda referenza għall-aġġustamenti li saru fid-data Kolombjana sabiex jiġu riflessi l-kostijiet tal-produzzjoni fiċ-Ċina, li jkun pass meħtieġ skont l-Artikolu 2.2 ADA, li jipprevedi aġġustament ta’ kwalunkwe data ta’ pajjiż terz użata mill-awtorità tal-investigazzjoni meħtieġa biex tirrifletti l-kostijiet tal-produzzjoni fil-pajjiż tal-oriġini. |
|
(72) |
Bi tweġiba, il-Kummissjoni nnotat li, kif diġà ġie spjegat fil-premessi (68) u (70), is-sejbiet li saru s’issa fl-investigazzjonijiet tad-WTO, inklużi l-Metodoloġiji ta’ Aġġustament tal-Ispejjeż tal-UE, ma kinux jikkonċernaw b’mod speċifiku l-applikazzjoni tal-Artikolu 2(6a) tar-Regolament bażiku iżda tal-Artikolu 2(5) tar-Regolament bażiku. L-aktar importanti, is-sejbiet f’dik it-tilwima mhumiex finali peress li kemm l-UE kif ukoll ir-Russja appellawhom u għalhekk, skont il-ġurisprudenza tad-WTO stabbilita, ma għandhom l-ebda status legali fil-GATT jew fis-sistema tad-WTO peress li ma ġewx approvati permezz ta’ deċiżjonijiet mill-PARTIJIET KONTRAENTI tal-GATT jew il-Membri tad-WTO. Barra minn hekk, dak ir-rapport tal-Bord iddikjara speċifikament li d-dispożizzjonijiet rispettivi mhumiex tal-istess essenza u għandhom implikazzjonijiet legali differenti mill-Artikolu 2(6a). Daqstant importanti, kif spjegat fil-premessa (53) u diskuss aktar fil-premessa (74) hawn taħt, il-ġurisprudenza rilevanti tad-WTO tippermetti l-użu ta’ data minn pajjiż terz, fejn ġustifikat. Fir-rigward tad-data Kolombjana, is-CCCMC u t-tliet produtturi esportaturi qed jerġgħu jibbażaw it-talba tagħhom fuq taħlita tad-dispożizzjonijiet fl-Artikolu 2(6a) tar-Regolament bażiku, mal-Artikolu 2(3) tar-Regolament bażiku. Kif spjegat fid-dettall hawn taħt fit-Taqsimiet minn 3.3 sa 3.8 ta’ dan ir-Regolament u fid-divulgazzjonijiet speċifiċi, il-Kummissjoni użat id-data rilevanti fil-Kolombja (jew minn sorsi oħra għal ċerti fatturi ta’ produzzjoni) f’konformità sħiħa mad-dispożizzjonijiet tal-Artikolu 2(6a) tar-Regolament bażiku. Saru ċerti aġġustamenti għall-valur rilevanti biex wieħed jasal għal prezzijiet jew punti ta’ riferiment mingħajr distorsjoni biex jinbena l-valur normali. Għalhekk, din il-pretensjoni ġiet miċħuda. |
|
(73) |
Ir-raba’ nett, is-CCCMC u t-tliet produtturi esportaturi sostnew li s-sejba żvelata mill-Kummissjoni ta’ probabbiltà ta’ kontinwazzjoni ta’ dumping fil-premessi 170-186 tad-Divulgazzjoni u l-intenzjoni tagħha li żżomm il-miżuri eżistenti ma kinitx leġittima fid-dawl tas-sejbiet tal-Bord f’UE — Metodoloġiji ta’ Aġġustament tal-Ispejjeż li jikkonċernaw l-applikazzjoni tal-Artikolu 11(3) tal-ADA. Is-CCCMC u t-tliet produtturi esportaturi ħeġġew lill-Kummissjoni tispjega u tiġġustifika fid-dettall il-pretensjoni legali tagħha fil-premessa 53 tad-divulgazzjoni li l-metodoloġija bbażata fuq l-Artikolu 2(6a) tar-Regolament bażiku hija konsistenti mad-dispożizzjonijiet u l-ġurisprudenza tal-ADA applikabbli. |
|
(74) |
Għal darb’ oħra, il-Kummissjoni tenfasizza li s-sejbiet ta’ dan ir-rapport tal-Bord tad-WTO mhumiex finali peress li ġew appellati kemm mill-UE kif ukoll mir-Russja, u għalhekk, skont il-każistika permanenti tad-WTO, ma għandhom l-ebda status legali fil-GATT jew fis-sistema tad-WTO peress li ma ġewx approvati permezz ta’ deċiżjonijiet mill-PARTIJIET KONTRAENTI tal-GATT jew il-Membri tad-WTO. Barra minn hekk, il-Bord iddeċieda b’mod espliċitu li l-Artikolu 2(6a) kien barra t-termini ta’ referenza tiegħu minħabba l-essenza u l-implikazzjonijiet legali differenti tad-dispożizzjoni meta mqabbla mal-Artikolu 2(5). Barra minn hekk, kif spjegat fil-premessa (53), il-Kummissjoni qieset li skont is-sejbiet li saru fil-każ tad-WTO UE — Bijodiżil (DS473), id-dispożizzjonijiet tar-Regolament bażiku li japplikaw b’mod ġenerali fir-rigward tal-Membri kollha tad-WTO, b’mod partikolari t-tieni subparagrafu tal-Artikolu 2(5), jippermettu l-użu ta’ data minn pajjiż terz, aġġustata kif xieraq meta tali aġġustament ikun meħtieġ u sostanzjat. Peress li ma hemm l-ebda sejbiet speċifiċi li saru mill-Korp għas-Soluzzjoni tat-Tilwim tad-WTO dwar id-dispożizzjonijiet skont l-Artikolu 2(6a), il-Kummissjoni qieset li jekk is-sejbiet li saru fil-każ UE-Bijodiżil (DS473) jitqiesu rilevanti fil-kuntest u s-sitwazzjoni differenti li jaqgħu taħt l-Artikolu 2(6a) tar-Regolament antidumping bażiku, xorta waħda jkunu kompletament konsistenti mal-possibbiltà li tintuża data barra mill-pajjiż biex jinkisbu valuri mingħajr distorsjoni f’pajjiż rappreżentattiv xieraq. Għalhekk, dan l-argument ġie miċħud. |
|
(75) |
Il-ħames, is-CCCMC u t-tliet produtturi esportaturi sostnew li mill-iskadenza tal-Protokoll tal-Adeżjoni taċ-Ċina mad-WTO f’Diċembru 2016, ma hemm l-ebda bażi legali fid-WTO biex jiġi applikat kalkolu tal-valur normali barra mill-qafas tad-WTO ADA. Għalhekk, l-UE hija marbuta bl-obbligi internazzjonali tagħha li taderixxi strettament mad-dispożizzjonijiet tal-Artikolu 2 ADA li jaffettwaw id-determinazzjoni tal-valur normali. |
|
(76) |
Il-Kummissjoni fakkret mill-bidu nett li fil-proċedimenti antidumping li jikkonċernaw prodotti miċ-Ċina, il-partijiet tat-Taqsima 15 tal-Protokoll ta’ Adeżjoni taċ-Ċina mad-WTO li ma skadewx jibqgħu japplikaw meta jiġi ddeterminat il-valur normali, kemm fir-rigward tal-istandard tal-ekonomija tas-suq kif ukoll fir-rigward tal-użu ta’ metodoloġija li mhijiex ibbażata fuq tqabbil strett mal-prezzijiet jew l-ispejjeż Ċiniżi. Barra minn hekk, il-Kummissjoni fakkret li l-Artikolu 2 (6a) tar-Regolament bażiku ġie introdott bir-Regolament (UE) 2017/2321 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (19) li jirreferi għall-Artikolu 207(2) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea bħala l-bażi ġuridika tiegħu. Kif iċċarat ukoll fil-premessa (53), id-dispożizzjonijiet tal-Artikolu 2(6a) huma konsistenti bis-sħiħ mal-obbligi internazzjonali tal-UE, inklużi r-regoli rilevanti tad-WTO. Billi l-Kummissjoni kkonkludiet fit-Taqsima 3.2.1 li huwa xieraq li jiġi applikat l-Artikolu 2(6a) tar-Regolament Bażiku f’din l-investigazzjoni u din id-dispożizzjoni hija kompletament konsistenti mar-regoli tad-WTO, din il-pretensjoni ġiet miċħuda. |
|
(77) |
Is-sitt nett, is-CCCMC u t-tliet produtturi esportaturi ddikjaraw li s-sejbiet fl-investigazzjoni kienu bbażati b’mod wiesa’ fuq ir-Rapport tal-Kummissjoni tal-2017 li ma għandux x’jaqsam speċifikament mas-settur tal-aċidu ċitriku iżda pjuttost b’mod aktar ġenerali mas-settur usa’ tal-kimika, mas-swieq upstream tal-materja prima u/jew mal-elementi tal-ekonomija Ċiniża u mal-politiki tal-gvern Ċiniż li b’mod ċar mhumiex speċifiċi għas-settur tal-aċidu ċitriku. F’dan ir-rigward, is-CCCMC u t-tliet produtturi esportaturi osservaw li skont is-sejbiet tal-Korp tal-Appell tad-WTO fl-Istati Uniti — Miżuri Kumpensatorji, il-Kummissjoni hija meħtieġa twettaq determinazzjoni każ b’każ ta’ kwalunkwe distorsjoni. Is-CCCMC u t-tliet produtturi esportaturi żiedu li ma qablux mad-dikjarazzjoni tal-Kummissjoni li dawk is-sejbiet huma irrilevanti għal dan il-każ minħabba li jikkonċernaw il-Ftehim tad-WTO dwar is-Sussidji u l-Miżuri Kumpensatorji (“ASCM”). Is-CCCMC u t-tliet produtturi esportaturi enfasizzaw li dawk is-sejbiet huma rilevanti wkoll fil-każ inkwistjoni. |
|
(78) |
Il-Kummissjoni fakkret li skont l-ASCM, il-kuntest tad-distorsjonijiet huwa indirizzat mill-perspettiva speċifika tas-sussidjar li jagħtu lok għalih favur il-produtturi esportaturi. Il-konsegwenza ta’ dawn il-proċedimenti hija l-applikazzjoni ta’ dazju kumpensatorju kkalkulat speċifikament fuq il-bażi tal-ammont ta’ sussidjar inġurjuż misjub minn awtorità investigattiva. B’kuntrast ma’ dan, fil-kuntest tal-antidumping skont l-Artikolu 2(6a) tar-Regolament bażiku, l-analiżi mhijiex iffukata fuq jekk dawn id-distorsjonijiet jammontawx għal sussidju kumpensabbli u jissodisfawx il-kundizzjonijiet rilevanti, iżda jekk humiex sinifikanti skont it-tifsira tal-Artikolu 2(6a)(b) u għalhekk jiġġustifikaw l-applikazzjoni tal-metodoloġija għall-kalkolu tal-valur normali prevista minn din id-dispożizzjoni. L-ordinament ġuridiku, is-sitwazzjonijiet u l-kuntest sottostanti huma differenti, iservu skopijiet differenti, u jagħtu lok għal konsegwenzi legali differenti. Għalhekk, il-Kummissjoni żammet il-fehma tagħha li s-sejbiet fil-każ imsemmi hawn fuq mhumiex rilevanti għall-investigazzjoni attwali u b’hekk irrifjutat din il-pretensjoni. |
|
(79) |
Fir-rigward tal-argument li r-Rapport tal-Kummissjoni tal-2017 ma jinkludix kapitolu speċifiku dwar l-aċidu ċitriku, il-Kummissjoni nnotat li l-eżistenza tad-distorsjonijiet sinifikanti li jwasslu għall-applikazzjoni tal-Artikolu 2(6a) tar-Regolament bażiku mhijiex marbuta mal-eżistenza ta’ kapitolu settorjali speċifiku li jkopri l-prodott li qed jiġi investigat. Ir-rapport jiddeskrivi tipi differenti ta’ distorsjonijiet preżenti fir-RPĊ li huma trasversali u applikabbli fl-ekonomija Ċiniża kollha u li jaffettwaw il-prezzijiet u/jew il-materja prima u l-kostijiet tal-produzzjoni tal-prodott investigat. Barra minn hekk, ir-Rapport mhuwiex l-uniku sors ta’ evidenza użat mill-Kummissjoni għad-determinazzjoni tagħha, peress li hemm elementi addizzjonali ta’ prova użati għal dan il-għan. Kif spjegat fit-taqsimiet 3.2.1.2 sa 3.2.1.9 hawn taħt, l-industrija tal-aċidu ċitriku hija soġġetta għal għadd ta’ interventi governattivi deskritti fir-Rapport (kopertura mill-Pjanijiet ta’ Ħames Snin u dokumenti oħra, distorsjonijiet fil-materja prima, distorsjonijiet finanzjarji eċċ.), li huma elenkati u msemmija b’mod espliċitu f’dan ir-Regolament. Minbarra dan, il-premessi (94), (97), (100) u (101) ta’ dan ir-Regolament iddettaljaw ukoll numru ta’ distorsjonijiet applikabbli għas-settur tal-aċidu ċitriku u/jew għall-materja prima tiegħu u għall-inputs tiegħu lil hinn mid-distorsjonijiet sinifikanti li diġà hemm fir-Rapport. Iċ-ċirkostanzi tas-suq u l-politiki u l-pjanijiet sottostanti li jwasslu għad-distorsjonijiet sinifikanti għadhom applikabbli għas-settur tal-aċidu ċitriku u għal dak tal-kostijiet tal-produzzjoni tiegħu, minkejja li r-Rapport ġie rilaxxat f’Diċembru 2017. L-ebda parti ma ressqet xi evidenza li turi l-kuntrarju. Għalhekk, dan l-argument ġie miċħud. |
|
(80) |
Is-seba’, is-CCCMC u t-tliet produtturi esportaturi argumentaw li filwaqt li l-Kummissjoni semmiet diversi kunċetti governattivi ta’ gwida u dispożizzjonijiet ta’ implimentazzjoni li jippermettu u jistgħu saħansitra espressament jagħtu mandat għal interventi tal-gvern fl-ekonomija, il-Kummissjoni naqset milli turi l-eżistenza ta’ distorsjonijiet attwali bħala konsegwenza ta’ dan. Is-CCCMC u t-tliet produtturi esportaturi żiedu li skont is-sejbiet tal-Korp tal-Appell f’US — Miżuri Kumpensatorji “l-eżistenza ta’ distorsjoni tal-prezz li tirriżulta minn intervent tal-gvern trid tiġi stabbilita u spjegata adegwatament” u li “d-determinazzjoni trid issir fuq bażi każ b’każ.” Is-CCCMC u t-tliet produtturi esportaturi argumentaw ukoll li l-analiżi tad-distorsjoni tal-prezzijiet imwettqa mill-Kummissjoni trid issir fuq produttur individwali skont il-produttur u fuq il-bażi tal-kost, minħabba li kwalunkwe eżerċizzju reali ta’ intervent governattiv jista’ jseħħ, pereżempju, f’livelli differenti ta’ gvern u fir-rigward ta’ reġjuni differenti fil-pajjiż, u b’hekk il-produtturi kollha tal-prodott investigat ma jaffettwawx bl-istess mod lill-produtturi kollha tal-prodott investigat. |
|
(81) |
Il-Kummissjoni fakkret li l-Artikolu 2(6a)(b) jiddikjara li, meta tivvaluta l-eżistenza ta’ distorsjonijiet sinifikanti, il-Kummissjoni trid tikkunsidra l-“impatt potenzjali” tal-elementi elenkati f’dak l-Artikolu. Is-sejbiet fit-taqsimiet 3.2.1.2 sa 3.2.1.9 ta’ dan ir-Regolament juru li l-produtturi Ċiniżi tal-aċidu ċitriku għandhom aċċess preferenzjali għall-finanzjament mill-Istat u li hemm distorsjonijiet fil-pajjiż kollu fir-rigward tas-sitt elementi kollha li jindikaw distorsjonijiet, kif elenkati fl-Artikolu 2(6a)(b). Għalhekk, il-preżenza ta’ tali distorsjonijiet fis-settur hija rilevanti għall-valutazzjoni tal-eżistenza ta’ distorsjonijiet skont l-Artikolu 2(6a)(b). Il-Kummissjoni fakkret ukoll li irrispettivament minn jekk il-produtturi esportaturi kinux fil-fatt affettwati minn intervent dirett mill-Istat, bħall-wasla ta’ sussidji, il-fornituri tagħhom jew atturi oħra involuti fis-swieq upstream jew downstream tal-produzzjoni tal-prodott ikkonċernat x’aktarx li kienu affettwati minn intervent mill-Istat, bħall-aċċess preferenzjali għall-finanzjament, li huwa indikatur addizzjonali li l-prezzijiet jew il-kostijiet mhumiex ir-riżultat ta’ forzi tas-suq ħieles. Fir-rigward tar-referenza għas-sejbiet tad-WTO fl-Istati Uniti — Miżuri kumpensatorji, kif spjegat fil-premessi (57) u (78), il-Kummissjoni ttenni li dawn mhumiex rilevanti fil-kuntest ta’ din l-investigazzjoni peress li jikkonċernaw l-istrument antisussidji, u fi kwalunkwe każ ma jbiddlux is-sejbiet tal-eżistenza ta’ distorsjonijiet sinifikanti skont l-Artikolu 2(6a) tar-Regolament bażiku. Għalhekk, din il-pretensjoni ġiet miċħuda. |
|
(82) |
Fl-aħħar nett, is-CCCMC u t-tliet produtturi esportaturi sostnew li d-Divulgazzjoni falliet b’mod konsistenti, kemm fir-rigward tar-referenzi tagħha għal politiki jew pjanijiet tal-gvern ġenerali kif ukoll fir-rigward tal-allegat intervent tal-gvern fis-settur tal-aċidu ċitriku speċifikament, biex jikkwotaw każijiet ta’ intervent attwali tal-gvern fl-operazzjonijiet tal-produtturi Ċiniżi tal-aċidu ċitriku bir-riżultat ta’ distorsjoni tal-prezzijiet ta’ dawn il-produtturi. Bħala eżempju, is-CCCMC u t-tliet produtturi esportaturi kkwotaw il-pjan governattiv imsemmi fil-premessa (76) tad-Divulgazzjoni li ħeġġeġ lill-produtturi tal-aċidu ċitriku biex joħolqu intrapriżi akbar permezz ta’ fużjonijiet u riorganizzazzjonijiet. Is-CCCMC u t-tliet produtturi esportaturi ddikjaraw li l-pjan imsemmi jirrigwarda biss ċerti provinċji, reġjuni jew żoni ta’ produzzjoni, li jfisser li anke l-inkoraġġiment mhuwiex estiż b’mod komprensiv għall-produtturi kollha madwar iċ-Ċina, li għal darb’ oħra jiġġustifika analiżi u divulgazzjoni bejn produttur u produttur. Barra minn hekk, is-CCCMC u t-tliet produtturi esportaturi żiedu li “inkoraġġiment” sempliċi fil-fatt mhuwiex l-istess bħal intervent attwali li jirrikjedi fużjonijiet/riorganizzazzjonijiet u l-Kummissjoni naqset milli tipprovdi eżempji ta’ intervent attwali. Fl-aħħar nett, is-CCCMC u t-tliet produtturi esportaturi ssottomettew li l-istess dokument kien jinkludi miżuri oħra, bħall-applikazzjoni ta’ standards ta’ protezzjoni ambjentali, sforzi ta’ verifika tal-produzzjoni nadifa u titjib komprensiv fil-konservazzjoni tal-enerġija u t-tnaqqis tal-emissjonijiet, it-tnaqqis tal-konsum tal-enerġija u tal-ilma, u l-promozzjoni tal-produzzjoni nadifa u r-riċiklaġġ. Dawn il-miżuri kollha jkunu raġonevolment aktar effiċjenti biex jiġu applikati jekk l-unitajiet tal-produzzjoni jkunu akbar, kif imħeġġeġ. |
|
(83) |
Il-Kummissjoni fakkret li l- “inkoraġġiment” tal-gvern ta’ ċerti azzjonijiet, bħal fużjonijiet u riorganizzazzjonijiet biex jinħolqu konglomerati akbar, mhumiex biss dikjarazzjonijiet u rakkomandazzjonijiet vojta, iżda li hemm inċentivi finanzjarji reali li jappoġġaw ir-rakkomandazzjonijiet li saru mill-gvern fil-pjanijiet uffiċjali (ara t-Taqsima 3.2.1.8 u l-premessa (110) b’ mod partikolari). Anki jekk, abbażi tal-pjan tiegħu, il-gvern Ċiniż ma jisfurzax jew jobbliga lill-kumpaniji biex jiġbru flimkien f’entitajiet akbar, quod non, fi kwalunkwe każ hemm ċerti benefiċċji finanzjarji jew kundizzjonijiet favorevoli ta’ self disponibbli għall-intrapriżi li jiddeċiedu li jsegwu r-rakkomandazzjonijiet tal-pjan, b’hekk il-forzi tas-suq ħieles li jiggwidaw lill-kumpaniji fin-nuqqas ta’ tali pjanijiet huma distorti. Fi kwalunkwe każ, l-analiżi u s-sejbiet fit-Taqsimiet 3.2.1.2 sa 3.2.1.9 ta’ dan ir-Regolament juru biċ-ċar l-eżistenza ta’ distorsjonijiet sinifikanti fis-settur tal-aċidu ċitriku, u l-fatt li dawn x’aktarx jaffettwaw lill-fornituri tal-materja prima lill-produtturi tal-prodott ikkonċernat. |
|
(84) |
Il-Kummissjoni għalhekk ipproċediet biex teżamina jekk kienx xieraq li jintużaw prezzijiet u kostijiet domestiċi fiċ-Ċina, minħabba l-eżistenza ta’ distorsjonijiet sinifikanti fis-sens tal-Artikolu 2(6a)(b) tar-Regolament bażiku. Il-Kummissjoni għamlet dan abbażi tal-evidenza disponibbli fil-fajl, inkluża l-evidenza li tinsab fir-Rapport, li hija bbażata fuq sorsi pubblikament disponibbli. Dik l-analiżi kopriet l-eżami tal-interventi sostanzjali tal-gvern fl-ekonomija Ċiniża b’mod ġenerali, iżda wkoll is-sitwazzjoni speċifika tas-suq fis-settur rilevanti, inkluż il-prodott taħt rieżami. Abbażi ta’ dan, dawn il-pretensjonijiet ġew miċħuda. |
3.2.1.2. Distorsjonijiet sinifikanti li affettwaw il-prezzijiet u l-kostijiet domestiċi fiċ-Ċina
|
(85) |
Is-sistema ekonomika Ċiniża hija bbażata fuq il-kunċett ta’ “ekonomija tas-suq soċjalista”. Dak il-kunċett huwa mnaqqax fil-Kostituzzjoni Ċiniża u jiddetermina l-governanza ekonomika taċ-Ċina. Il-prinċipju ewlieni huwa s-“sjieda pubblika soċjalista tal-mezzi ta’ produzzjoni, jiġifieri s-sjieda min-nies kollha u s-sjieda kollettiva mill-persuni li jaħdmu”. L-ekonomija tal-Istat titqies bħala “l-forza mexxejja tal-ekonomija nazzjonali” u l-Istat għandu l-mandat “li jiżgura l-konsolidazzjoni u t-tkabbir tagħha” (20). Konsegwentement, l-istruttura ġenerali tal-ekonomija Ċiniża mhux biss tippermetti interventi sostanzjali tal-gvern fl-ekonomija, iżda dawn l-interventi huma obbligatorji b’mod espliċitu. Il-kunċett tas-supremazija tas-sjieda pubblika fuq dik privata huwa mifrux fis-sistema ġuridika kollha u huwa enfasizzat bħala prinċipju ġenerali fl-atti leġiżlattivi prinċipali kollha. Il-liġi Ċiniża fil-qasam tal-proprjetà hija eżempju ewlieni: hija tirreferi għaċ-Ċina bħala li qiegħda fl-istadju primarju tas-soċjaliżmu u tafda lill-Istat bil-ħarsien tas-sistema ekonomika bażika li fiha s-sjieda pubblika għandha rwol dominanti. Forom oħrajn ta’ sjieda huma ttollerati, u l-liġi tippermettilhom jiżviluppaw flimkien mas-sjieda tal-Istat (21). |
|
(86) |
Barra minn hekk, skont id-dritt Ċiniż, l-ekonomija tas-suq soċjalista hija żviluppata taħt it-tmexxija tal-Partit Komunista Ċiniż (“CCP”). L-istrutturi tal-Istat Ċiniż u tas-CCP huma marbuta ma’ xulxin f’kull livell (legali, istituzzjonali, personali), u jiffurmaw sovrastruttura fejn ma ssirx distinzjoni bejn ir-rwoli tas-CCP u tal-Istat. Wara emenda tal-Kostituzzjoni Ċiniża f’Marzu 2018, ir-rwol ewlieni tas-CCP ingħata prominenza saħansitra akbar billi ġie affermat mill-ġdid fit-test tal-Artikolu 1 tal-Kostituzzjoni. Wara l-ewwel sentenza diġà eżistenti tad-dispożizzjoni: “[i]s-sistema soċjalista hija s-sistema bażika tar-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina” u ddaħħlet it-tieni sentenza ġdida li tgħid: “[il-]karatteristika li tiddefinixxi s-soċjaliżmu b’karatteristiċi Ċiniżi hija t-tmexxija tal-Partit Komunista taċ-Ċina.” (22) Dan juri l-kontroll mhux iddubitat u dejjem jikber tas-CCP fuq is-sistema ekonomika taċ-Ċina. Dawn it-tmexxija u l-kontroll huma inerenti għas-sistema Ċiniża u jmorru ferm lil hinn mis-sitwazzjoni abitwali f’pajjiżi oħra fejn il-gvern jeżerċita kontroll makroekonomiku ġenerali li fil-limitazzjonijiet tiegħu joperaw forzi tas-suq ħieles. |
|
(87) |
L-Istat Ċiniż iħaddem politika ekonomika intervenzjonista biex jilħaq l-għanijiet tiegħu, li jikkoinċidu mal-aġenda politika stabbilita mis-CCP minflok ma jirriflettu l-kundizzjonijiet ekonomiċi prevalenti f’suq ħieles (23). L-għodod ekonomiċi intervenzjonisti li jintużaw mill-awtoritajiet Ċiniżi huma bosta, inklużi s-sistema tal-ippjanar industrijali, is-sistema finanzjarja, kif ukoll il-livell tal-ambjent regolatorju. |
|
(88) |
L-ewwel nett, fil-livell tal-kontroll amministrattiv ġenerali, id-direzzjoni tal-ekonomija Ċiniża hija rregolata minn sistema kumplessa ta’ ppjanar industrijali li taffettwa l-attivitajiet ekonomiċi kollha fil-pajjiż. Dawn il-pjanijiet kollha jkopru matriċi komprensiva u kumplessa ta’ setturi u politiki trażversali u huma preżenti fil-livelli kollha tal-gvern. Il-pjanijiet fil-livell provinċjali huma spjegati fid-dettall, filwaqt li l-pjanijiet nazzjonali jistabbilixxu miri usa’. Il-pjanijiet jispeċifikaw ukoll il-mezzi sabiex jiġu appoġġati l-industriji/is-setturi rilevanti, kif ukoll il-perjodi ta’ żmien li fihom jeħtieġ li jintlaħqu l-objettivi. Xi pjanijiet għadhom jinkludu miri espliċiti fir-rigward tal-produzzjoni, filwaqt li din kienet karatteristika regolari fiċ-ċikli tal-ippjanar preċedenti. Skont il-pjanijiet, is-setturi u/jew il-proġetti industrijali individwali qed jiġu identifikati bħala prijoritajiet (pożittivi jew negattivi) f’konformità mal-prijoritajiet tal-gvern u l-għanijiet ta’ żvilupp speċifiċi attribwiti lilhom (ammeljorament industrijali, espansjoni industrijali, eċċ.). L-operaturi ekonomiċi, privati u dawk tal-Istat kollha kemm huma iridu jaġġustaw b’mod effettiv l-attivitajiet kummerċjali tagħhom skont ir-realtajiet imposti mis-sistema tal-ippjanar. Dan mhuwiex biss minħabba n-natura vinkolanti tal-pjanijiet iżda anke minħabba l-fatt li l-awtoritajiet Ċiniżi rilevanti fil-livelli kollha tal-gvern jaderixxu mas-sistema tal-pjanijiet u jużaw is-setgħat mogħtija lilhom skont kif ikun meħtieġ, u b’hekk jisfurzaw lill-operaturi ekonomiċi jikkonformaw mal-prijoritajiet stabbiliti fil-pjanijiet (ara wkoll it-Taqsima 3.2.1.5 ta’ hawn taħt) (24). |
|
(89) |
It-tieni nett, fil-livell tal-allokazzjoni tar-riżorsi finanzjarji, is-sistema finanzjarja taċ-Ċina hija ddominata mill-banek kummerċjali tal-Istat. Dawk il-banek, meta jkunu qed jistabbilixxu u jimplimentaw il-politika tas-self tagħhom għandhom jallinjaw lilhom infushom mal-objettivi tal-politika industrijali tal-gvern minflok ma jivvalutaw qabel kollox il-merti ekonomiċi ta’ proġett partikolari (ara wkoll it-Taqsima 3.2.1.8 ta’ hawn taħt) (25). L-istess japplika għall-komponenti l-oħrajn tas-sistema finanzjarja Ċiniża, bħas-swieq tal-ishma, is-swieq tal-bonds, is-swieq tal-ekwità privata, eċċ. Barra minn hekk, dawn il-partijiet tas-settur finanzjarju, għajr is-settur bankarju, huma istituzzjonalment u operazzjonalment stabbiliti b’mod li mhumiex xprunati biex itejbu l-funzjonament effiċjenti tas-swieq finanzjarji iżda biex jiżguraw il-kontroll u jippermettu l-intervent mill-Istat u mis-CCP (26). |
|
(90) |
It-tielet nett, fil-livell tal-ambjent regolatorju, l-interventi mill-Istat fl-ekonomija jieħdu għadd ta’ forom. Pereżempju, ir-regoli dwar l-akkwist pubbliku jintużaw regolarment sabiex jintlaħqu għanijiet ta’ politika għajr l-effiċjenza ekonomika, u b’hekk jimminaw il-prinċipji bbażati fuq is-suq fil-qasam. Il-leġiżlazzjoni applikabbli tipprevedi b’mod speċifiku li l-akkwist pubbliku għandu jsir sabiex tiġi ffaċilitata l-kisba tal-għanijiet stabbiliti mill-politiki tal-Istat. Madankollu, in-natura ta’ dawn l-għanijiet għadha mhijiex iddefinita, u għalhekk tħalli marġni ta’ apprezzament wiesa’ għall-korpi deċiżjonali (27). Bl-istess mod, fil-qasam tal-investiment, il-GTĊ iżomm kontroll u influwenza sinifikanti fuq id-destinazzjoni u d-daqs kemm tal-investiment tal-Istat kif ukoll ta’ dak privat. L-iskrinjar tal-investiment, kif ukoll diversi inċentivi, restrizzjonijiet, u projbizzjonijiet relatati mal-investiment jintużaw mill-awtoritajiet bħala għodda importanti biex jiġu appoġġati l-għanijiet tal-politika industrijali, bħaż-żamma tal-kontroll tal-Istat fuq setturi ewlenin jew it-tisħiħ tal-industrija domestika (28). |
|
(91) |
Fil-qosor, il-mudell ekonomiku Ċiniż huwa bbażat fuq ċerti assjomi bażiċi, li jipprevedu u jinkoraġġixxu bosta interventi tal-gvern. Tali interventi sostanzjali tal-gvern huma f’kunflitt mal-azzjoni libera tal-forzi tas-suq, li jirriżulta fid-distorsjoni tal-allokazzjoni effettiva tar-riżorsi f’konformità mal-prinċipji tas-suq (29). |
3.2.1.3. Distorsjonijiet sinifikanti skont l-ewwel inċiż tal-Artikolu 2(6a)(b) tar-Regolament bażiku: is-suq inkwistjoni huwa servut f’miżura sinifikanti minn intrapriżi li joperaw taħt is-sjieda, kontroll jew superviżjoni politika jew gwida tal-awtoritajiet tal-pajjiż esportatur.
|
(92) |
Fiċ-Ċina, l-intrapriżi li joperaw taħt is-sjieda, il-kontroll u/jew is-superviżjoni politika jew il-gwida tal-Istat jirrappreżentaw parti essenzjali mill-ekonomija. |
|
(93) |
Il-GTĊ u s-CCP għandhom strutturi li jiżguraw li jibqa’ jkollhom influwenza fuq l-intrapriżi, u b’mod partikolari fuq l-intrapriżi tal-Istat (SOEs). L-Istat (u f’ħafna aspetti anke s-CCP) mhux biss jifformula u jissorvelja b’mod attiv l-implimentazzjoni tal-politiki ekonomiċi ġenerali minn SOEs individwali, iżda jeżerċita wkoll id-drittijiet tiegħu li jipparteċipa fit-teħid ta’ deċiżjonijiet operazzjonali fl-SOEs. Tipikament, dan isir permezz tar-rotazzjoni ta’ uffiċjali tal-partit (cadres) bejn l-awtoritajiet tal-gvern u l-SOEs, permezz tal-preżenza ta’ membri tal-partit fuq il-korpi eżekuttivi tal-SOEs u ta’ ċelloli tal-partit fil-kumpaniji (ara wkoll it-Taqsima 3.2.1.4), kif ukoll permezz tat-tfassil tal-istruttura korporattiva tas-settur tal-SOEs (30). Inkambju, l-SOEs igawdu status partikolari fl-ekonomija Ċiniża, li jinvolvi għadd ta’ benefiċċji ekonomiċi, b’mod partikolari lqugħ mill-kompetizzjoni u aċċess preferenzjali għal inputs rilevanti, inklużi l-finanzi (31). L-elementi li jindikaw l-eżistenza ta’ kontroll mill-gvern fuq l-intrapriżi fis-settur tal-aċidu ċitriku huma żviluppati aktar fit-Taqsima 3.2.1.4 ta’ hawn taħt. |
|
(94) |
Speċifikament fis-settur tal-aċidu ċitriku, huwa evidenti ċertu grad ta’ sjieda mill-GTĊ. L-investigazzjoni wriet li mill-anqas tlieta mill-produtturi esportaturi, COFCO, Jiangsu Guoxin Union Energy u Laiwu Taihe, huma SOEs. Barra minn hekk, skont it-13-il Pjan ta’ Ħames Snin tal-Ipproċessar tal-Grani u taż-Żejt, l-industrija tal-aċidu ċitriku hija mħeġġa toħloq intrapriżi akbar permezz ta’ fużjonijiet u riorganizzazzjonijiet (32). Dan l-inkoraġġiment huwa evidenza tal-involviment tal-gvern fl-affarijiet tal-industrija. |
|
(95) |
Minħabba l-livell għoli ta’ intervent tal-gvern fl-industrija tal-aċidu ċitriku u l-prevalenza tal-SOEs f’dan is-settur, anke l-produtturi privati ma jitħallewx joperaw skont il-kundizzjonijiet tas-suq. Tabilħaqq, kemm l-intrapriżi bi sjieda pubblika kif ukoll dawk bi sjieda privata fis-settur tal-aċidu ċitriku huma soġġetti wkoll għal superviżjoni u gwida tal-politika kif stabbilit ulterjorment fit-Taqsima 3.2.1.5 ta’ hawn taħt. |
3.2.1.4. Distorsjonijiet sinifikanti skont it-tieni inċiż tal-Artikolu 2(6a)(b) tar-Regolament bażiku: il-preżenza tal-Istat f’ditti li jippermettu lill-Istat jinterferixxi fir-rigward tal-prezzijiet jew il-kostijiet
|
(96) |
Minbarra li jeżerċita kontroll fuq l-ekonomija permezz tas-sjieda ta’ SOEs u għodod oħra, il-GTĊ jinsab f’pożizzjoni li jinterferixxi mal-prezzijiet u l-kostijiet permezz tal-preżenza tal-Istat fid-ditti. Filwaqt li d-dritt għall-ħatra u t-tneħħija ta’ persunal kruċjali tal-maniġment f’SOEs mill-awtoritajiet rilevanti tal-Istat, kif previst fil-leġiżlazzjoni Ċiniża, jista’ jitqies li jirrifletti d-drittijiet ta’ sjieda korrispondenti (33), iċ-ċelloli tas-CCP fl-intrapriżi, kemm dawk tal-Istat kif ukoll dawk privati, jirrappreżentaw mezz importanti ieħor li permezz tiegħu l-Istat jista’ jinterferixxi fid-deċiżjonijiet tan-negozju. Skont il-liġi tal-kumpaniji Ċiniża, f’kull kumpanija għandha tiġi stabbilita organizzazzjoni tas-CCP (li jkollha mill-anqas tliet membri tas-CCP kif speċifikat fil-Kostituzzjoni tas-CCP (34)) u l-kumpanija għandha tipprovdi l-kundizzjonijiet meħtieġa għall-attivitajiet tal-organizzazzjoni tal-partit. Fil-passat, dan ir-rekwiżit jidher li mhux dejjem ġie segwit jew infurzat b’mod strett. Madankollu, minn tal-anqas l-2016, is-CCP saħħaħ il-pretensjonijiet tiegħu ta’ kontroll fuq id-deċiżjonijiet kummerċjali fl-SOEs bħala kwistjoni ta’ prinċipju politiku. Huwa rrapportat ukoll li s-CCP eżerċita pressjoni fuq il-kumpaniji privati biex ipoġġu l-“patrijottiżmu” l-ewwel u qabel kollox u biex isegwu d-dixxiplina tal-partit (35). Fl-2017, ġie rrapportat li kienu jeżistu ċelloli tal-partiti f’70 % ta’ madwar 1,86 miljun kumpanija privata, u dan irriżulta fi pressjoni dejjem akbar biex l-organizzazzjonijiet tas-CCP ikollhom l-aħħar kelma fir-rigward tad-deċiżjonijiet kummerċjali fil-kumpaniji rispettivi tagħhom (36). Dawn ir-regoli għandhom applikazzjoni ġenerali fl-ekonomija Ċiniża kollha, fost is-setturi kollha, inkluż għall-produtturi tal-aċidu ċitriku u għall-fornituri tal-inputs tagħhom. |
|
(97) |
Speċifikament fis-settur tal-aċidu ċitriku, kif diġà ġie indikat, uħud mill-produtturi huma proprjetà tal-Istat. Barra minn hekk, l-investigazzjoni żvelat li ħamsa mill-produtturi tal-aċidu ċitriku, inklużi COFCO, Weifang Ensign, RZBC, Jiangsu Guoxin u Laiwu Taihe Biochemistry għandhom rabtiet mas-CCP fost il-maniġment superjuri kif ukoll l-attivitajiet ta’ bini tal-partit. |
|
(98) |
Il-preżenza u l-intervent tal-Istat fis-swieq finanzjarji (ara wkoll it-Taqsima 3.2.1.8 ta’ hawn taħt) kif ukoll fil-provvista ta’ materja prima u ta’ inputs għandhom effett ta’ distorsjoni addizzjonali fuq is-suq (37). Għalhekk, il-preżenza tal-Istat fid-ditti, inkluż fl-SOEs, fis-settur tal-aċidu ċitriku u f’setturi oħra (bħas-settur finanzjarji u dak tal-inputs) tippermetti lill-GTĊ jinterferixxi fir-rigward tal-prezzijiet u mal-kostijiet. |
3.2.1.5. Distorsjonijiet sinifikanti skont it-tielet inċiż tal-Artikolu 2(6a)(b) tar-Regolament bażiku: politiki jew miżuri pubbliċi li jiddiskriminaw favur fornituri domestiċi jew li b’mod ieħor jinfluwenzaw il-forzi tas-suq ħieles
|
(99) |
Id-direzzjoni tal-ekonomija Ċiniża hija ddeterminata b’mod sinifikanti minn sistema elaborata ta’ ppjanar li tistabbilixxi l-prijoritajiet u tippreskrivi l-għanijiet li fuqhom iridu jiffukaw il-gvernijiet ċentrali u lokali. Jeżistu pjanijiet rilevanti fil-livelli kollha tal-gvern u dawn ikopru virtwalment is-setturi ekonomiċi kollha. L-objettivi stabbiliti mill-istrumenti ta’ ppjanar huma ta’ natura vinkolanti u l-awtoritajiet f’kull livell amministrattiv jimmonitorjaw l-implimentazzjoni tal-pjanijiet mil-livell korrispondenti l-aktar baxx tal-gvern. B’mod ġenerali, is-sistema tal-ippjanar fiċ-Ċina tirriżulta fit-tmexxija ta’ riżorsi lejn setturi ddeżinjati bħala strateġiċi jew inkella politikament importanti mill-gvern, minflok ma jiġu allokati f’konformità mal-forzi tas-suq (38). |
|
(100) |
Filwaqt li l-industrija tal-aċidu ċitriku fiha nnifisha mhijiex industrija ewlenija fiċ-Ċina, il-materja prima użata fil-produzzjoni tal-aċidu ċitriku hija rregolata ħafna fiċ-Ċina. Il-materja prima ewlenija, il-qamħirrum, hija soġġetta għal regolamentazzjoni intensiva. |
|
(101) |
Iċ-Ċina għandha ammonti kbar ta’ ħażniet tal-qamħirrum li jippermettu lill-gvern inaqqas jew jgħolli b’mod artifiċjali l-prezzijiet ta’ dan il-prodott bażiku billi jixtri jew ibigħ ammonti kbar ta’ qamħirrum fis-suq. Minkejja li ċ-Ċina bdiet tindirizza l-problema tar-riżervi eċċessivi tal-qamħirrum fl-2016, xorta għandha ħażniet kbar ħafna, li għandhom effett distorsiv fuq il-prezzijiet (39). Barra minn hekk, il-gvern qed jikkontrolla d-diversi aspetti tal-katina kollha tal-valur tal-qamħirrum, inklużi s-sussidji fuq il-produzzjoni tal-qamħirrum (40) u s-superviżjoni tal-ipproċessar: “l-awtoritajiet lokali kollha għandhom jespandu l-monitoraġġ u l-analiżi tal-provvista u d-domanda tal-qamħirrum fl-oqsma rilevanti, isaħħu s-superviżjoni tal-fażi tal-bini u tal-fażi ta’ wara l-bini ta’ proġetti ta’ pproċessar profond tal-qamħirrum, irawmu l-bilanċ tal-provvista u d-domanda tal-qamħirrum u jiżguraw is-sigurtà nazzjonali tal-ikel” (41). Fir-RPĊ hemm stabbiliti ukoll miżuri ta’ kontroll tal-investiment: “[i]l-preżentazzjoni għall-bini ta’ proġetti ta’ pproċessar profond ta’ qamħirrum għandha tkun soġġetta għal ġestjoni armonizzata f’konformità mal-Ordni tal-Kunsill tal-Istat Nru 673” (42). Dan l-involviment tal-gvern fil-katina tal-valur kollha kemm hi għandu potenzjalment, tal-anqas, effett distorsiv fuq il-prezzijiet. |
|
(102) |
Fil-qosor, il-GTĊ għandu miżuri stabbiliti biex iħeġġeġ lill-operaturi jikkonformaw mal-objettivi tal-ordni pubbliku li jappoġġaw lill-industriji mħeġġa, inkluża l-produzzjoni tal-qamħirrum; il-qamħirrum huwa l-materja prima ewlenija użata fil-manifattura tal-aċidu ċitriku. Dawn il-miżuri jimpedixxu lill-forzi tas-suq milli joperaw b’mod ħieles. |
3.2.1.6. Distorsjonijiet sinifikanti skont ir-raba’ inċiż tal-Artikolu 2(6a)(b) tar-Regolament bażiku: in-nuqqas, l-applikazzjoni diskriminatorja jew l-infurzar inadegwat tal-liġijiet dwar il-fallimenti, il-kumpaniji jew il-proprjetà
|
(103) |
Skont l-informazzjoni fil-fajl, is-sistema Ċiniża dwar il-falliment ma timplimentax b’mod adegwat l-objettivi ewlenin propji bħal pereżempju s-saldu ġust tal-pretensjonijiet u tad-dejn u s-salvagwardja tad-drittijiet u l-interessi legali tal-kredituri u tad-debituri. Dan jidher li huwa msejjes fil-fatt li filwaqt li l-liġi Ċiniża dwar il-falliment tiddependi b’mod formali minn prinċipji simili għal dawk applikati f’liġijiet korrispondenti ta’ pajjiżi oħra għajr iċ-Ċina, is-sistema Ċiniża hija kkaratterizzata minn nuqqas ta’ infurzar sistematiku. L-għadd ta’ fallimenti jibqa’ magħruf li huwa baxx meta mqabbel mad-daqs tal-ekonomija tal-pajjiż, mhux l-anqas minħabba li l-proċedimenti ta’ insolvenza jbatu minn għadd ta’ nuqqasijiet, li effettivament jiffunzjonaw bħala diżinċentiv għall-preżentazzjonijiet ta’ fallimenti. Barra minn hekk, ir-rwol tal-Istat fil-proċedimenti ta’ insolvenza għadu wieħed b’saħħtu u attiv, li spiss ikollu influwenza diretta fuq l-eżitu tal-proċedimenti (43). |
|
(104) |
Barra minn hekk, in-nuqqasijiet tas-sistema tad-drittijiet tal-proprjetà huma partikolarment ovvji fir-rigward tas-sjieda tad-drittijiet għall-art u għall-użu tal-art fiċ-Ċina (44). L-art kollha hija proprjetà tal-Istat Ċiniż (art rurali bi proprjetà kollettiva u art urbana tal-Istat). L-allokazzjoni tagħha għadha tiddependi biss mill-Istat. Hemm dispożizzjonijiet legali li għandhom l-għan li jallokaw id-drittijiet għall-użu tal-art b’mod trasparenti u li huma mmirati lejn il-prezzijiet tas-suq, pereżempju bl-introduzzjoni ta’ proċeduri ta’ offerti. Madankollu, dawn id-dispożizzjonijet ma jiġux irrispettati b’mod regolari, fejn ċerti akkwirenti jiksbu l-art tagħhom mingħajr ħlas jew b’rati aktar baxxi mir-rati tas-suq (45). Barra minn hekk, l-awtoritajiet spiss isegwu għanijiet politiċi speċifiċi, inkluża l-implimentazzjoni tal-pjanijiet ekonomiċi, meta jkunu qed jallokaw l-art (46). |
|
(105) |
Il-Kummissjoni kkonkludiet b’mod preliminari li l-liġijiet Ċiniżi dwar il-fallimenti, dwar il-kumpaniji u dwar il-proprjetà ma jaħdmux kif suppost, u b’hekk joħolqu distorsjonijiet billi jżommu ħajjin ditti insolventi u bl-allokazzjoni tad-drittijiet għall-użu tal-art fiċ-Ċina. Bħal setturi oħra fl-ekonomija Ċiniża, il-produtturi tal-aċidu ċitriku huma soġġetti għal dawn il-liġijiet, u għalhekk huma soġġetti għad-distorsjonijiet minn fuq għal isfel li jirriżultaw mill-applikazzjoni diskriminatorja tagħhom jew mill-infurzar inadegwat tagħhom. Din l-investigazzjoni ma żvelat xejn li jqajjem dubji dwar dawn is-sejbiet. |
|
(106) |
Fid-dawl ta’ dan ta’ hawn fuq, il-Kummissjoni kkonkludiet li kien hemm applikazzjoni diskriminatorja jew infurzar inadegwat tal-liġijiet dwar il-falliment u l-proprjetà fis-settur tal-aċidu ċitriku, inkluż fir-rigward tal-prodott taħt rieżami. |
3.2.1.7. Distorsjonijiet sinifikanti skont il-ħames inċiż tal-Artikolu 2(6a)(b) tar-Regolament bażiku: il-kostijiet tal-pagi soġġetti għal distorsjoni
|
(107) |
Sistema ta’ pagi bbażati fuq is-suq ma tistax tiżviluppa kompletament fiċ-Ċina minħabba li l-ħaddiema u l-impjegaturi huma mxekkla fid-drittijiet tagħhom għal organizzazzjoni kollettiva. Iċ-Ċina ma rratifikatx għadd ta’ konvenzjonijiet essenzjali tal-Organizzazzjoni Internazzjonali tax-Xogħol (“ILO”), b’mod partikolari dawk dwar il-libertà ta’ assoċjazzjoni u dwar in-negozjar kollettiv (47). Skont id-dritt nazzjonali, hija attiva organizzazzjoni ta’ trade union waħda biss. Madankollu, din l-organizzazzjoni mhijiex indipendenti mill-awtoritajiet tal-Istat u l-involviment tagħha fin-negozjar kollettiv u fil-protezzjoni tad-drittijiet tal-ħaddiema għadu rudimentali (48). Barra minn hekk, il-mobbiltà tal-forza tax-xogħol Ċiniża hija ristretta mis-sistema ta’ reġistrazzjoni tal-unitajiet domestiċi, li tillimita l-aċċess għall-firxa sħiħa tal-benefiċċji tas-sigurtà soċjali u oħrajn għar-residenti lokali ta’ żona amministrattiva partikolari. Dan tipikament jirriżulta f’ħaddiema li ma jkollhomx ir-reġistrazzjoni tar-residenza lokali li jsibu ruħhom f’pożizzjoni ta’ impjieg vulnerabbli u li jirċievu introjtu aktar baxx mid-detenturi tar-reġistrazzjoni tar-residenza (49). Dawk is-sejbiet iwasslu għad-distorsjoni tal-kostijiet tal-pagi fiċ-Ċina. |
|
(108) |
Ma ġiet ippreżentata l-ebda evidenza li turi li s-settur tal-aċidu ċitriku mhuwiex soġġett għas-sistema Ċiniża dwar il-liġi tax-xogħol deskritta hawn fuq. Għalhekk, is-settur tal-aċidu ċitriku huwa affettwat mid-distorsjonijiet tal-kostijiet tal-paga kemm direttament (fil-produzzjoni tal-prodott taħt rieżami jew tal-materja prima ewlenija għall-produzzjoni tiegħu) kif ukoll indirettament (f’termini ta’ aċċess għall-kapital jew għal inputs minn kumpaniji soġġetti għall-istess sistema tax-xogħol fiċ-Ċina). |
3.2.1.8. Distorsjonijiet sinifikanti skont is-sitt inċiż tal-Artikolu 2(6a)(b) tar-Regolament bażiku: l-aċċess għall-finanzi mogħti minn istituzzjonijiet li jimplimentaw objettivi ta’ ordni pubbliku jew li b’xi mod ieħor ma jaġixxux indipendentement mill-Istat
|
(109) |
L-aċċess għall-kapital għal atturi korporattivi fiċ-Ċina huwa soġġett għal diversi distorsjonijiet. |
|
(110) |
L-ewwel nett, is-sistema finanzjarja Ċiniża hija kkaratterizzata mill-pożizzjoni b’saħħitha tal-banek tal-Istat (50), li, meta jagħtu aċċess għall-finanzi, iqisu kriterji oħra għajr il-vijabbiltà ekonomika ta’ proġett. Bl-istess mod għall-SOEs mhux finanzjarji, il-banek jibqgħu marbuta mal-Istat mhux biss permezz tas-sjieda iżda wkoll permezz ta’ relazzjonijiet personali (l-ogħla eżekuttivi ta’ istituzzjonijiet finanzjarji kbar tal-Istat fl-aħħar mill-aħħar jinħatru mis-CCP) (51) u, għal darb’oħra eżatt bħal fil-każ tal-SOEs mhux finanzjarji, il-banek jimplimentaw b’mod regolari ordnijiet pubbliċi mfassla mill-gvern. B’dan, il-banek jikkonformaw ma’ obbligu legali espliċitu li jmexxu n-negozju tagħhom f’konformità mal-ħtiġijiet tal-iżvilupp ekonomiku u soċjali nazzjonali u taħt il-gwida tal-politiki industrijali tal-Istat (52). Dan jiġi amplifikat permezz ta’ regoli eżistenti addizzjonali, li jidderieġu l-finanzi lejn setturi ddeżinjati mill-gvern bħala mħeġġa jew li b’xi mod ieħor huma importanti (53). |
|
(111) |
Filwaqt li huwa rikonoxxut li diversi dispożizzjonijiet legali jirreferu għall-ħtieġa li jiġu rrispettati l-imġiba bankarja normali u r-regoli prudenzjali bħall-ħtieġa li tiġi eżaminata l-affidabbiltà kreditizja tal-mutwatarju, l-evidenza massiva, inklużi s-sejbiet li saru fl-investigazzjonijiet tad-difiża tal-kummerċ, tissuġġerixxi li dawn id-dispożizzjonijiet għandhom biss rwol sekondarju fl-applikazzjoni tad-diversi strumenti legali. |
|
(112) |
Barra minn hekk, il-klassifikazzjonijiet tal-bonds u tal-kreditu ta’ spiss ikunu distorti minħabba diversi raġunijiet, inkluż il-fatt li l-valutazzjoni tar-riskju tiġi influwenzata mill-importanza strateġika tad-ditta għall-GTĊ u mis-saħħa ta’ kull garanzija impliċita mill-gvern. L-estimi jissuġġerixxu bil-qawwa li l-klassifikazzjonijiet ta’ kreditu Ċiniżi jikkorrispondu b’mod sistematiku ma’ klassifikazzjonijiet internazzjonali aktar baxxi (54). |
|
(113) |
Dan jiġi amplifikat permezz ta’ regoli eżistenti addizzjonali, li jidderieġu l-finanzi lejn setturi ddeżinjati mill-gvern bħala mħeġġa jew li b’xi mod ieħor huma importanti (55). Dan jirriżulta fi preġudizzju li jingħata self lill-SOEs, lil ditti privati kbar u b’konnessjonijiet tajbin u lil ditti f’setturi industrijali ewlenin, li jimplika li d-disponibbiltà u l-kost tal-kapital mhumiex ugwali għall-atturi kollha fis-suq. |
|
(114) |
It-tieni nett, il-kostijiet tas-self inżammu baxxi b’mod artifiċjali biex jiġi stimolat it-tkabbir tal-investiment. Dan wassal għall-użu eċċessiv tal-investiment kapitali b’redditi dejjem aktar baxxi fuq l-investiment. Dan intwera mit-tkabbir riċenti fl-ingranaġġ korporattiv fis-settur tal-Istat minkejja tnaqqis kbir fil-profittabbiltà, li jissuġġerixxi li l-mekkaniżmi li joperaw fis-sistema bankarja ma jsegwux ir-reazzjonijiet kummerċjali normali. |
|
(115) |
It-tielet nett, għalkemm f’Ottubru 2015 inkisbet liberalizzazzjoni nominali tar-rata tal-imgħax, is-sinjali tal-prezzijiet għadhom mhumiex ir-riżultat ta’ forzi tas-suq ħieles, iżda huma influwenzati minn distorsjonijiet ikkawżati mill-gvern. Tabilħaqq, is-sehem tas-self fir-rata tal-valur referenzjarju jew taħt din ir-rata għadu jirrappreżenta 45 % tas-self kollu u jidher li żdied ir-rikors għall-kreditu mmirat, billi dan is-sehem żdied b’mod sostanzjali mill-2015 minkejja li l-kundizzjonijiet ekonomiċi marru għall-agħar. Rati tal-imgħax baxxi b’mod artifiċjali jirriżultaw fi prezzijiet eċċessivament baxxi, u konsegwentement fl-użu eċċessiv tal-kapital. |
|
(116) |
It-tkabbir kumplessiv tal-kreditu fiċ-Ċina jindika deterjorament fl-effiċjenza tal-allokazzjoni tal-kapital mingħajr l-ebda sinjal ta’ ssikkar tal-kreditu li jkun mistenni f’ambjent tas-suq mingħajr distorsjoni. Bħala riżultat, is-self improduttiv żdied b’mod rapidu fis-snin riċenti. Quddiem sitwazzjoni ta’ żieda tad-dejn f’riskju, il-GTĊ għażel li jevita l-inadempjenzi. B’konsegwenza ta’ dan, il-problemi ta’ dejn mitluf ġew indirizzati permezz ta’ riportament tad-dejn, biex b’hekk inħolqu l-hekk imsejħa kumpaniji żombi, jew permezz tat-trasferiment tas-sjieda tad-dejn (eż. permezz ta’ fużjonijiet jew ta’ skambji ta’ dejn ma’ ekwità), mingħajr ma neċessarjament titneħħa l-problema ġenerali tad-dejn jew jiġu indirizzati l-kawżi ewlenin tagħha. |
|
(117) |
Essenzjalment, minkejja l-passi riċenti li ttieħdu biex is-suq jiġi liberalizzat, is-sistema tal-kreditu korporattiv fiċ-Ċina hija affettwata minn distorsjonijiet sinifikanti bħala riżultat tar-rwol pervażiv kontinwu tal-Istat fis-swieq kapitali. |
|
(118) |
Ma ġiet ippreżentata l-ebda evidenza li turi li s-settur tal-aċidu ċitriku, u/jew il-fornituri ta’ dan is-settur ikunu eżentati mill-intervent tal-gvern imsemmi hawn fuq fis-sistema finanzjarja. Għalhekk, l-intervent sostanzjali tal-gvern fis-sistema finanzjarja jwassal biex il-kundizzjonijiet tas-suq jiġu affettwati b’mod serju fil-livelli kollha. |
3.2.1.9. In-natura sistemika tad-distorsjonijiet deskritti
|
(119) |
Il-Kummissjoni nnotat li d-distorsjonijiet deskritti fir-Rapport huma karatteristika għall-ekonomija Ċiniża. L-evidenza disponibbli turi li l-fatti u l-karatteristiċi tas-sistema Ċiniża kif deskritti hawn fuq fit-taqsimiet 3.2.1.1 sa 3.2.1.5, kif ukoll fil-Parti A tar-Rapport japplikaw fil-pajjiż kollu u fis-setturi kollha tal-ekonomija. L-istess japplika għad-deskrizzjoni tal-fatturi tal-produzzjoni kif stabbilit hawn fuq fit-taqsimiet 3.2.1.6 sa 3.2.1.8 u fil-Parti B tar-Rapport. |
|
(120) |
Il-Kummissjoni fakkret li sabiex jiġi prodott l-aċidu ċitriku, hemm bżonn ta’ firxa wiesgħa ta’ inputs, inklużi l-qamħirrum, il-patata ħelwa mnixxfa, l-aċidu sulfuriku, l-aċidu idrokloriku, il-faħam eċċ. Skont l-evidenza fil-fajl, il-biċċa l-kbira tal-produtturi esportaturi inklużi fil-kampjun kisbu l-inputs kollha tagħhom miċ-Ċina, u l-inputs importati jikkostitwixxu proporzjon negliġibbli tal-materja prima ta’ dawk il-produtturi esportaturi li jakkwistaw xi inputs barra mill-pajjiż. Meta l-produtturi tal-aċidu ċitriku jixtru jew jikkuntrattaw dawn l-inputs, il-prezzijiet li jħallsu (u li huma rreġistrati bħala l-kostijiet tagħhom) jiġu esposti b’mod ċar għall-istess distorsjonijiet sistemiċi msemmija hawn fuq. Pereżempju, il-fornituri tal-inputs iħaddmu manodopera li tkun soġġetta għal distorsjonijiet. Huma jistgħu jkunu ssellfu flus li huma soġġetti għad-distorsjonijiet fis-settur finanzjarju. Barra minn hekk, huma soġġetti għas-sistema ta’ ppjanar li tapplika fil-livelli kollha tal-gvern u tas-setturi. |
|
(121) |
B’konsegwenza ta’ dan, mhux biss il-prezzijiet tal-bejgħ domestiku tal-aċidu ċitriku mhumiex xierqa għall-użu fis-sens tal-Artikolu 2(6a)(a) tar-Regolasment bażiku, iżda l-kostijiet kollha tal-input (inklużi l-materja prima, l-enerġija, l-art, il-finanzjament, il-manodopera, eċċ.) huma wkoll affettwati minħabba li l-formazzjoni tal-prezzijiet tagħhom hija affettwata minn intervent sostanzjali tal-gvern, kif deskritt fil-Partijiet A u B tar-Rapport. Tabilħaqq, l-interventi tal-gvern deskritti fir-rigward tal-allokazzjoni tal-kapital, tal-art, tal-manodopera, tal-enerġija u tal-materja prima huma preżenti fiċ-Ċina kollha. Dan ifisser, pereżempju, li kwalunkwe input prodott fiċ-Ċina, anki jekk jikkombina diversi fatturi tal-produzzjoni, huwa espost għal distorsjonijiet sinifikanti. L-istess japplika għall-input tal-input, u l-bqija. F’din l-investigazzjoni, la l-GTĊ u lanqas il-produtturi esportaturi ma ppreżentaw ebda evidenza jew argument li juri l-kuntrarju. |
3.2.1.10. Konklużjoni
|
(122) |
L-analiżi stabbilita fit-Taqsimiet 3.2.1.2. sa 3.2.1.9., li tinkludi eżami tal-evidenza kollha disponibbli relatata mal-intervent taċ-Ċina fl-ekonomija tagħha b’mod ġenerali, kif ukoll fis-settur tal-aċidu ċitriku (inkluż il-prodott taħt rieżami) uriet li l-prezzijiet u l-kostijiet tal-prodott taħt rieżami, inklużi l-kostijiet tal-materja prima, tal-enerġija u tal-manodopera, mhumiex ir-riżultat ta’ forzi tas-suq ħieles, minħabba li huma affettwati minn intervent sostanzjali tal-gvern fis-sens tal-Artikolu 2(6a)(b) tar-Regolament bażiku kif muri mill-impatt reali jew potenzjali ta’ wieħed jew aktar mill-elementi rilevanti elenkati fih. Abbażi ta’ dan, u fin-nuqqas ta’ kooperazzjoni mill-GTĊ, il-Kummissjoni kkonkludiet li mhuwiex xieraq li jintużaw prezzijiet u kostijiet domestiċi biex jiġi stabbilit il-valur normali f’dan il-każ. |
|
(123) |
Konsegwentement, il-Kummissjoni pproċediet biex tibni l-valur normali esklużivament abbażi tal-kostijiet tal-produzzjoni u l-bejgħ li jirriflettu l-prezzijiet jew il-valuri referenzjarji mingħajr distorsjoni, jiġifieri, f’dan il-każ, abbażi tal-kostijiet korrispondenti tal-produzzjoni u l-bejgħ f’pajjiż rappreżentattiv xieraq, f’konformità mal-Artikolu 2(6a)(a) tar-Regolament bażiku, kif diskuss fit-taqsima li ġejja. |
3.3. Pajjiż rappreżentattiv
|
(124) |
Skont l-Artikolu 2(6a)(a) tar-Regolament bażiku, il-Kummissjoni għażlet pajjiż rappreżentattiv xieraq biex jiddetermina prezzijiet jew valuri referenzjarji mingħajr distorsjoni għall-kostijiet tal-produzzjoni u tal-bejgħ tal-prodott taħt rieżami abbażi tal-kriterji li ġejjin:
|
|
(125) |
Il-Kummissjoni ppubblikat żewġ noti għall-fajl dwar is-sorsi għad-determinazzjoni tal-valur normali u dwar il-pajjiż rappreżentattiv fuq din il-bażi. |
|
(126) |
Fin-Nota tal-5 ta’ Marzu 2020, il-Kummissjoni pprovdiet informazzjoni dettaljata dwar il-kriterji ta’ hawn fuq u identifikat lill-Brażil, lill-Kolombja u lit-Tajlandja bħala pajjiżi rappreżentattivi potenzjali xierqa. Il-Kummissjoni identifikat ukoll il-produtturi tal-prodott taħt rieżami fil-pajjiżi rappreżentattivi xierqa potenzjali li għalihom sabet data finanzjarja disponibbli għall-pubbliku. |
|
(127) |
Il-Kummissjoni stiednet lill-partijiet interessati jissottomettu l-kummenti tagħhom f’dan ir-rigward. Il-Kummissjoni rċeviet kummenti dwar diversi aspetti tal-għażla tal-pajjiż rappreżentattiv mis-CCCMC, l-erba’ produtturi esportaturi li kkooperaw u mill-industrija tal-Unjoni. |
|
(128) |
Fis-sottomissjonijiet tagħhom tat-23 ta’ Marzu 2020, is-CCCMC u l-erba’ produtturi esportaturi Ċiniżi indikaw li l-Brażil ikun l-aħjar pajjiż rappreżentattiv. L-ewwel nett, abbażi tal-bażi tad-data tal-Bank Dinji, l-introjtu nazzjonali gross (“ING”) tal-Brażil huwa l-eqreb ta’ dak taċ-Ċina, filwaqt li l-ING tal-Kolombja u tat-Tajlandja huwa ħafna anqas. Barra minn hekk, iż-żewġ kumpaniji fil-Brażil identifikati bħala produtturi tal-aċidu ċitriku kienu profittabbli f’dawn l-aħħar snin. Barra minn hekk, il-Brażil għandu livell adegwat ta’ protezzjoni soċjali u ambjentali. Fl-istess ħin, is-CCCMC u l-produtturi esportaturi li kkooperaw esprimew l-oppożizzjoni tagħhom għall-għażla tal-Kolombja bħala l-pajjiż rappreżentattiv xieraq. Huma sostnew li xi data dwar l-importazzjoni tal-Kolombja li tikkonċerna ċerti fatturi tal-produzzjoni ma kinitx disponibbli jew rappreżentattiva. Huma argumentaw ukoll li l-prezzijiet tal-importazzjoni tal-Kolombja ta’ xi materja prima ewlenija (jiġifieri l-aċidu sulfuriku, l-aċidu idrokloriku u l-faħam mhux maħdum) kienu sostanzjalment u mingħajr raġuni ogħla minn dawk tal-pajjiżi rappreżentattivi potenzjali l-oħra u għalhekk jenħtieġ li ma jitqisux bħala prezzijiet mingħajr distorsjoni li jistgħu jintużaw biex jinbena l-valur normali tal-aċidu ċitriku. |
|
(129) |
Is-CCCMC u l-produtturi esportaturi li kkooperaw sostnew ukoll li t-Tajlandja ma kinitx pajjiż rappreżentattiv xieraq peress li tnejn mit-tliet produtturi identifikati tal-aċidu ċitriku ma kinux profittabbli fl-2018 u t-tielet wieħed kien prinċipalment iffukat fuq is-swieq tal-esportazzjoni. |
|
(130) |
Fis-sottomissjoni tagħhom, l-industrija tal-Unjoni qieset li l-Kolombja kienet l-aktar għażla xierqa biex jiġu ddeterminati l-kostijiet mingħajr distorsjoni. Huma saħqu li d-data finanzjarja tal-kumpaniji fit-Tajlandja ma ġietx awditjata, li naqqas bil-kbir il-valur tagħha f’termini ta’ affidabbiltà. Barra minn hekk, huma sostnew li tnejn mit-tliet produtturi identifikati fit-Tajlandja kienu fil-biċċa l-kbira proprjetà ta’ kumpaniji Ċiniżi jew tal-Istat Ċiniż u li kienu orjentati lejn l-esportazzjoni. Fir-rigward tal-Brażil, l-industrija tal-Unjoni argumentat li ż-żewġ kumpaniji Brażiljani kienu jappartjenu għal gruppi u l-influwenza tal-grupp fuq id-data finanzjarja dehret diffiċli biex tiġi vvalutata, u dawn il-kumpaniji kienu jbigħu wkoll firxa varjata ta’ prodotti. |
|
(131) |
Wara li analizzat fid-dettall l-argumenti ta’ hawn fuq, il-Kummissjoni ppubblikat it-tieni Nota fit-30 ta’ Novembru 2020 li tindirizza dawn il-kummenti kollha abbażi tal-kriterji elenkati hawn fuq filwaqt li tinforma lill-partijiet interessati dwar il-konklużjonijiet preliminari tagħha. F’din in-Nota, il-Kummissjoni ddikjarat li kellha l-ħsieb li tuża lill-Kolombja bħala pajjiż rappreżentattiv xieraq jekk l-eżistenza ta’ distorsjonijiet sinifikanti tiġi kkonfermata. Il-Kummissjoni indikat ukoll li għall-kalkolu tal-valur normali tista’ tuża wkoll prezzijiet, kostijiet jew valuri referenzjarji internazzjonali xierqa mingħajr distorsjoni, u għall-kostijiet tal-bejgħ, ġenerali u amministrattivi (“SG&A”) u l-profitti mingħajr distorsjoni tista’ tqis l-alternattivi xierqa kollha disponibbli skont l-Artikolu 2(6a)(a) tar-Regolament bażiku. B’mod partikolari, peress li l-unika kumpanija Kolombjana li tipproduċi l-prodott taħt rieżami kellha profittabbiltà baxxa fl-2018 u kienet qed tagħmel it-telf fl-2017 — simili għas-sitwazzjoni għall-produtturi fit-Tajlandja u fil-Brażil, il-Kummissjoni tqis data aktar riċenti jekk tkun disponibbli u jekk turi livell raġonevoli ta’ SG&A u profittabbiltà. Il-Kummissjoni stiednet lill-partijiet interessati jikkummentaw. |
|
(132) |
Il-Kummissjoni rċeviet kummenti mingħand is-CCCMC u mingħand il-produtturi tal-Unjoni rigward in-Nota tat-30 ta’ Novembru 2020. |
|
(133) |
Fis-sottomissjoni tagħha tad-9 ta’ Diċembru 2020, is-CCCMC iddikjarat li l-Kolombja ma kinitx pajjiż rappreżentattiv xieraq, u minflok il-Brażil jenħtieġ li jintgħażel bħala l-pajjiż xieraq. Hija argumentat li l-prezzijiet aktar baxxi tal-importazzjoni tal-qamħirrum fil-Brażil kienu minħabba l-vantaġġi tad-distanzi tat-trasport u tal-kwantità minflok xi distorsjoni. Huma argumentaw ukoll li jekk il-prezzijiet tal-importazzjoni Brażiljani ma jkunux jistgħu jintużaw, jenħtieġ li jintużaw prezzijiet internazzjonali minflok ma l-Brażil jiġi eskluż kompletament mill-għażla tal-pajjiż rappreżentattiv. Is-CCCMC iddikjarat ukoll li l-Kolombja ma kinitx pajjiż rappreżentattiv xieraq peress li l-produttur identifikat kellu kostijiet operatorji mhux raġonevoli. |
|
(134) |
L-Industrija tal-Unjoni sostniet li l-Kolombja kienet l-aktar pajjiż rappreżentattiv xieraq. Minħabba li l-kumpanija Kolombjana li tipproduċi l-prodott taħt rieżami kienet qed tagħmel telf jew kellha profittabbiltà baxxa fl-2018 u anke fl-2019, u li għaliha d-data saret disponibbli fil-frattemp, wieħed mill-produtturi tal-Unjoni identifika għadd ta’ kumpaniji li jipproduċu prodott simili għall-prodott taħt rieżami. B’mod partikolari, il-produttur tal-Unjoni ffoka fuq il-kumpaniji li jimmanifatturaw ingredjenti għall-industrija tax-xorb, tat-tindif, tal-ikel, tas-saħħa u dik farmaċewtika fil-Kolombja li d-data finanzjarja tagħhom uriet livell raġonevoli ta’ SG&A u profitti f’konformità mad-dispożizzjonijiet tar-Regolament bażiku. |
|
(135) |
Il-Kummissjoni qieset bir-reqqa l-argumenti kollha mqajma mill-partijiet kollha. Fir-rigward tat-Tajlandja, il-Kummissjoni qablet mas-CCCMC u mal-produttur tal-Unjoni li mhijiex pajjiż rappreżentattiv xieraq peress li l-produtturi tal-prodott taħt rieżami qed jagħmlu telf, u/jew huma sussidjarji ta’ kumpaniji Ċiniżi, flimkien ma’ restrizzjonijiet fuq l-esportazzjoni għal ċerti fatturi ta’ produzzjoni. Barra minn hekk, il-kumpaniji li jimmanifatturaw il-prodott taħt rieżami ma wrewx livell raġonevoli ta’ SG&A u ta’ profitti. Għalhekk, it-Tajlandja ġiet miċħuda. |
|
(136) |
Il-Kummissjoni għalhekk iffukat l-analiżi tagħha fuq il-Brażil u l-Kolombja. Il-Kummissjoni l-ewwel analizzat jekk kienx hemm restrizzjonijiet fuq l-esportazzjoni jew distorsjonijiet oħra li jikkonċernaw il-fatturi ewlenin tal-produzzjoni. Il-fattur ewlieni ta’ produzzjoni tal-prodott taħt rieżami huwa l-qamħirrum, li jammonta għal aktar minn 70 % tal-kost totali tal-materjali tal-input għall-produtturi esportaturi. Il-Kummissjoni nnutat li l-kwantità ta’ importazzjonijiet ta’ qamħirrum fil-Brażil kienet tammonta biss għal 1,5 miljun tunnellata, meta mqabbla mal-produzzjoni domestika tal-qamħirrum Brażiljan ta’ aktar minn 100 miljun tunnellata (56). Is-CCCMC ikkontestat il-fatt li dawn il-kwantitajiet ta’ importazzjoni ta’ qamħirrum fil-Brażil huma baxxi. Madankollu, meta mqabbla mad-daqs tal-produzzjoni Brażiljana, dawn il-kwantitajiet ta’ importazzjoni jammontaw biss għal 1,5 % tal-produzzjoni. Minħabba din il-kwantità ta’ importazzjoni limitata ħafna meta mqabbla mal-produzzjoni domestika kbira, il-Kummissjoni vverifikat ukoll il-prezzijiet tal-importazzjoni fil-Brażil u nnutat li dawn kienu differenti b’mod sinifikanti mill-prezzijiet internazzjonali tal-qamħirrum. Fil-kummenti tagħha għan-Nota tat-30 ta’ Novembru, is-CCCMC ikkontestat li l-prezzijiet kienu jvarjaw b’mod sinifikanti u talbet informazzjoni addizzjonali dwar it-tqabbil tal-prezzijiet. Il-prezz medju internazzjonali tal-qamħirrum tal-2019 imsemmi mill-Kummissjoni fin-Nota tat-30 ta’ Novembru kien jammonta għal EUR 151/tunnellata fuq bażi FOB skont l-IndexMundi (57), filwaqt li l-prezz medju tal-importazzjoni GTA tal-qamħirrum fil-Brażil kien jammonta għal EUR 116/tunnellata biss fuq bażi FOB. Din iċ-ċifra turi b’mod ċar li l-prezzijiet tal-importazzjoni fil-Brażil kienu ferm aktar baxxi mill-indiċi tal-prezzijiet internazzjonali. |
|
(137) |
Barra minn hekk, is-CCCMC argumentat li l-prezzijiet tal-importazzjoni tal-qamħirrum kienu aktar baxxi fil-Brażil milli fil-Kolombja minħabba kostijiet tat-trasport aktar baxxi peress li l-importazzjonijiet fil-Brażil prinċipalment magħmula minn pajjiżi ġirien bħall-Arġentina u l-Paragwaj, filwaqt li l-Kolombja timporta l-qamħirrum primarjament mill-Istati Uniti u mill-Arġentina. Din l-allegazzjoni ma kinitx sostanzjata, peress li s-CCCMC ma wrietx l-oriġini u l-port tad-dħul attwali fil-pajjiżi rispettivi, u lanqas ma wriet l-inċidenza tal-kostijiet tat-trasport tal-qamħirrum fil-pajjiżi rispettivi. Għalhekk, dan l-argument ġie miċħud. |
|
(138) |
Is-CCCMC issottomettiet ukoll li l-produtturi Ċiniżi jixtru kwantità kbira tal-qamħirrum tagħhom domestikament. Għalhekk, hija sostniet li l-prezz tal-importazzjoni tal-Brażil jirrifletti aħjar is-sitwazzjoni tax-xiri tal-qamħirrum mill-produtturi Ċiniżi. Il-Kummissjoni nnutat li dan l-argument ma għandu l-ebda rilevanza għall-fatt li l-kwantitajiet tal-importazzjoni fil-Brażil huma oġġettivament baxxi meta mqabbla mad-daqs tal-produzzjoni domestika, u b’hekk idgħajjef ir-rappreżentattività tal-prezz tal-importazzjoni tal-qamħirrum fil-Brażil. Dan l-argument lanqas ma jnaqqas mill-importanza tal-konklużjoni li l-prezzijiet tal-importazzjoni fil-Brażil ivarjaw b’mod sinifikanti mill-prezzijiet internazzjonali tal-qamħirrum, li probabbilment huwa minħabba l-livell baxx ta’ importazzjonijiet u d-daqs sinifikanti tal-produzzjoni domestika. Għalhekk, dan l-argument ġie miċħud. |
|
(139) |
Barra minn hekk, is-CCCMC argumentat li, anke jekk il-prezzijiet tal-importazzjoni tal-qamħirrum fil-Brażil ma setgħux jintużaw minħabba li ma kinux rappreżentattivi, quod non, il-Brażil xorta jenħtieġ li jintgħażel bħala l-pajjiż rappreżentattiv, u jenħtieġ li jiġi applikat prezz internazzjonali xieraq mingħajr distorsjoni għall-qamħirrum minflok il-prezzijiet tal-importazzjoni fil-Brażil. |
|
(140) |
B’rispons, il-Kummissjoni nnotat li, kif spjegat aktar f’din it-taqsima, hija qieset lill-Kolombja bħala pajjiż rappreżentattiv xieraq f’din l-investigazzjoni abbażi tal-elementi rilevanti elenkati fir-Regolament bażiku, inkluża d-disponibbiltà ta’ data finanzjarja aktar xierqa għall-produtturi ta’ prodotti simili għall-aċidu ċitriku meta mqabbla mal-Brażil. Fir-rigward tal-kwantitajiet u tal-prezzijiet tal-importazzjoni Kolombjani tal-qamħirrum, skont l-IndexMundi, il-produzzjoni domestika totali tal-qamħirrum fil-Kolombja tammonta għal 1,5 miljun tunnellata filwaqt li, skont id-data tal-GTA, l-importazzjonijiet tal-qamħirrum huma madwar 5,5 miljun tunnellata, u b’hekk jammontaw għal 365 % tal-produzzjoni. Dan it-tqabbil juri li l-kwantitajiet tal-importazzjoni fil-Kolombja jidhru li huma rappreżentattivi filwaqt li jitqies id-daqs tal-produzzjoni domestika, għall-kuntrarju tal-Brażil. Fir-rigward tal-prezzijiet tal-qamħirrum, il-prezz medju tal-importazzjoni tal-qamħirrum tal-GTA fil-Kolombja għall-2019 kien ta’ EUR 174/tunnellata fuq bażi CIF, ħafna eqreb lejn il-prezz medju internazzjonali tal-qamħirrum ta’ EUR 151/tunnellata fuq bażi FOB, u konformi miegħu, meta jitqies li l-prezz internazzjonali tal-importazzjoni fuq bażi CIF ikun ogħla. Billi l-Kolombja hija kkunsidrata pajjiż rappreżentattiv xieraq f’aspetti oħra, kif spjegat aktar fid-dettall hawn taħt; il-prezzijiet tal-importazzjoni tal-qamħirrum fil-Kolombja huma fil-biċċa l-kbira konformi mal-prezzijiet internazzjonali tal-qamħirrum; u ma hemm l-ebda evidenza ta’ xi distorsjoni li taffettwa l-prezzijiet tal-qamħirrum fil-Kolombja; ma hemm l-ebda raġuni biex il-Brażil jintgħażel bħala pajjiż rappreżentattiv xieraq u biex jintuża punt ta’ riferiment internazzjonali minflok il-prezzijiet tal-importazzjoni fil-pajjiż rappreżentattiv xieraq kif preskritt mill-Artikolu 2(6a)(a), it-2 subparagrafu, l-ewwel sing. |
|
(141) |
Fir-rigward tal-fatturi tal-produzzjoni li jifdal, jeżistu restrizzjonijiet fuq l-esportazzjoni għal ċerti fatturi tal-produzzjoni fil-Brażil (rekwiżit ta’ liċenzjar tal-esportazzjoni għall-ġir) u fit-Tajlandja (rekwiżit ta’ liċenzjar tal-esportazzjoni għall-ġipsum), filwaqt li ma jeżisti l-ebda wieħed fil-Kolombja, kif ikkonfermat mil-Lista rilevanti tal-OECD (58). Filwaqt li dawn il-fatturi għandhom piż ħafna aktar limitat fil-kost tal-produzzjoni ta’ ċerti produtturi esportaturi u ma kinux japplikaw għall-produtturi esportaturi kollha, dan kien element rilevanti ieħor fl-għażla tal-pajjiż rappreżentattiv xieraq. |
|
(142) |
Għall-għażla tal-pajjiż rappreżentattiv xieraq, il-Kummissjoni eżaminat ukoll id-disponibbiltà tad-data finanzjarja pubblika għall-produtturi tal-prodott taħt rieżami fit-Tajlandja, fil-Brażil u fil-Kolombja f’konformità mar-Regolament bażiku. |
|
(143) |
Peress li t-Tajlandja ma tqisitx pajjiż rappreżentattiv xieraq kif spjegat fil-premessa (117), il-Kummissjoni ffukat l-analiżi komparattiva tagħha fuq il-Brażil u l-Kolombja. |
|
(144) |
Fir-rigward tal-Brażil u l-Kolombja, il-Kummissjoni indikat fin-Nota tal-5 ta’ Marzu l-kumpaniji li jipproduċu l-aċidu ċitriku f’dawk il-pajjiżi. F’dak iż-żmien, ma kien hemm l-ebda produttur bi profitti raġonevoli la fil-Brażil u lanqas fil-Kolombja għall-2018. |
|
(145) |
Fin-Nota tat-30 ta’ Novembru 2020, il-Kummissjoni ddikjarat li l-kumpanija Kolombjana Sucroal SA, li għaliha d-data dwar l-SG&A u l-profitti kienet disponibbli pubblikament, kienet kumpanija rappreżentattiva xierqa peress li tipproduċi l-prodott taħt rieżami u firxa ta’ prodotti l-aktar simili għall-aċidu ċitriku. Fl-istess ħin, Sucroal SA wriet livell baxx ta’ profittabbiltà fl-2018 u fl-2017 kienet qed tagħmel it-telf. |
|
(146) |
Is-sitwazzjoni kienet simili fil-Brażil, fejn il-kumpanija Brażiljana li għaliha kienet disponibbli pubblikament data finanzjarja, konglomerat kbir li jipproduċi firxa usa’ ta’ prodotti inkluż l-aċidu ċitriku, uriet profittabbiltà baxxa għall-2018. Fin-Nota tat-30 ta’ Novembru 2020, il-Kummissjoni indikat li jekk data aktar riċenti għas-sena 2019 issir disponibbli, il-Kummissjoni tista’ tuża din id-data jekk turi livell raġonevoli ta’ SG&A u profittabbiltà, jew jekk dan ma jkunx il-każ, il-Kummissjoni tikkunsidra l-alternattivi xierqa kollha disponibbli. |
|
(147) |
Wara l-pubblikazzjoni ta’ din in-Nota tat-30 ta’ Novembru 2020, id-data tal-2019 għal Sucroal SA saret disponibbli f’Orbis. Peress li fl-2019 Sucroal SA ġarrbet telf, id-data finanzjarja għal din il-kumpanija ma setgħetx titqies xierqa biex jiġi stabbilit livell mingħajr distorsjoni ta’ SG&A u profitti. |
|
(148) |
Għalhekk, il-Kummissjoni qieset alternattivi xierqa. B’mod partikolari, f’sitwazzjonijiet fejn l-ebda produttur tal-prodott taħt rieżami f’pajjiż rappreżentattiv potenzjali ma juri livell raġonevoli ta’ SG&A u profitti, il-Kummissjoni tista’ tikkunsidra produtturi ta’ prodott fl-istess kategorija ġenerali u/jew settur tal-prodott taħt rieżami b’data finanzjarja disponibbli pubblikament li turi livell raġonevoli ta’ SG&A u profitti. |
|
(149) |
Is-CCCMC sostniet li peress li Sucroal SA ġarrbet telf għas-sena 2019, il-Kolombja jenħtieġ li ma titqiesx bħala pajjiż rappreżentattiv xieraq u minflok jenħtieġ li jintuża l-Brażil. Is-CCCMC innutat li l-produttur identifikat Cargill Agricola reġa’ beda jagħmel profitt fl-2019 u għalhekk l-SG&A u l-profitt tiegħu kienu xierqa għall-ħtiġijiet tal-investigazzjoni. Madankollu, il-Kummissjoni nnutat li l-profitt ta’ Cargill Agricola kien jammonta għal anqas minn wieħed fil-mija tal-fatturat tiegħu fl-2019, u għalhekk kien saħansitra anqas mill-profitt tiegħu fl-2018. Dan il-livell baxx ta’ profitt kien f’livell simili għal dak ta’ Sucroal SA fl-istess sena u ma kienx meqjus raġonevoli. Għalhekk, dan l-argument ġie miċħud. |
|
(150) |
Fiż-żewġ settijiet ta’ kummenti tagħha, l-industrija tal-Unjoni ssuġġeriet li għandha tintuża d-data minn kumpaniji fl-istess pajjiż, li jimmanifatturaw l-istess kategorija ta’ prodotti jew li jagħmlu parti mill-istess settur tal-manifattura bħall-prodott taħt rieżami. Il-kategorija ta’ manifatturi tal-ingredjenti għall-industrija tax-xorb, tat-tindif, tal-ikel, tas-saħħa u tal-farmaċewtika fil-Kolombja ġiet issuġġerita flimkien ma’ lista ta’ ħdax-il kumpanija fl-istess settur. |
|
(151) |
Fid-dawl tal-fatti kollha tal-investigazzjoni u l-kummenti rċevuti, il-Kummissjoni fittxet il-kodiċi NAICS 325998 (Il-Manifattura tal-Prodotti Kimiċi u tal-Preparazzjonijiet Mixxellanji l-Oħra Kollha) fil-bażi tad-data Orbis. Dan huwa l-istess kodiċi użat kemm minn Cargill Agricola SA kif ukoll minn Sucroal SA. Bħala riżultat ta’ din it-tfittxija, kien hemm għadd ferm ogħla ta’ kumpaniji li juru livell raġonevoli ta’ profitti fil-Kolombja meta mqabbla mal-Brażil, li juri li d-disponibbiltà tad-data finanzjarja pubblika kienet ukoll rappreżentattiva u affidabbli fil-Kolombja. Barra minn hekk, sabiex jiġi limitat ir-riżultat ta’ din it-tfittxija għal dawk il-kumpaniji li jipproduċu prodott simili għall-aċidu ċitriku, il-Kummissjoni analizzat fid-dettall l-attività u l-produzzjoni tal-kumpaniji Kolombjani profittabbli kollha. Permezz tad-deskrizzjoni tal-attività kummerċjali tagħhom disponibbli f’Orbis, il-Kummissjoni finalment identifikat seba’ kumpaniji fil-Kolombja li jipproduċu prodotti f’kategorija simili ta’ prodotti għall-aċidu ċitriku. L-SG&A u l-profitt ta’ dawk il-kumpaniji tqiesu affidabbli. B’paragun ma’ dan, il-Kummissjoni nnutat li fil-Brażil ma kien hemm l-ebda kumpanija fl-istess qasam ta’ attività bid-data finanzjarja tal-2019 disponibbli għall-pubbliku f’Orbis. |
|
(152) |
Il-kumpaniji Kolombjani identifikati mill-Kummissjoni b’dan il-mod kienu jaqblu mal-kumpaniji identifikati mill-industrija tal-Unjoni bħala kumpaniji xierqa fl-istess kategorija u/jew settur ġenerali tal-prodott taħt rieżami. Minbarra dawk is-seba’ kumpaniji, l-industrija tal-Unjoni ssuġġeriet erba’ kumpaniji oħra fil-Kolombja, li madankollu d-data finanzjarja jew id-deskrizzjoni tal-attività għalihom ma kinitx faċilment disponibbli f’Orbis. Għalhekk, dawk il-kumpaniji ma ġewx meqjusa għall-istabbiliment tal-SG&A u tal-profitt. |
|
(153) |
Abbażi tal-elementi kollha ta’ hawn fuq, u b’mod partikolari d-data finanzjarja disponibbli u r-rappreżentattività tal-prezz tal-importazzjoni għall-qamħirrum li jirrappreżenta l-fattur ewlieni ta’ produzzjoni, il-Kummissjoni għalhekk ikkonkludiet li l-Kolombja kienet il-pajjiż rappreżentattiv xieraq għall-kalkolu tal-valur normali f’din l-investigazzjoni. |
|
(154) |
Wara d-divulgazzjoni, is-CCCMC u tliet produtturi esportaturi li kkooperaw iddubitaw l-għażla tal-Kummissjoni tal-Kolombja bħala pajjiż rappreżentattiv xieraq. Huma tennew il-pretensjoni msemmija hawn fuq li l-għażla tal-Kolombja ma kinitx raġonevoli minħabba l-fatt li l-uniku produttur tal-aċidu ċitriku Kolombjan ma kienx profittabbli matul il-perjodu ta’ investigazzjoni tar-rieżami filwaqt li produttur Brażiljan kien. Huma tennew ukoll il-pretensjoni msemmija hawn fuq li l-prezzijiet tal-qamħirrum fil-Brażil ma kinux distorti. Minħabba li dawn il-pretensjonijiet kienu diġà ġew indirizzati fil-premessi (136) u (149) ta’ dan ir-Regolament u peress li ma ġiet ipprovduta l-ebda evidenza ġdida f’dan ir-rigward, il-pretensjonijiet ġew miċħuda. |
|
(155) |
Il-partijiet imsemmija hawn fuq sostnew ukoll li l-Kummissjoni użat data dwar l-SG&A u dwar il-profittabbiltà minn kumpaniji Kolombjani f’setturi oħra ta’ prodotti mingħajr ma tat prova li dawn il-kumpaniji għandhom l-istess livell ta’ SG&A u profitt bħall-produtturi tal-aċidu ċitriku. |
|
(156) |
F’konformità mal-Artikolu 2(6a) tar-Regolament bażiku, il-valur normali għandu jinbena fuq il-bażi tal-kostijiet tal-produzzjoni u tal-bejgħ li jirriflettu prezzijiet jew valuri referenzjarji mingħajr distorsjoni meta tiġi kkonfermata l-preżenza ta’ distorsjonijiet sinifikanti. Il-valur normali maħdum għandu jinkludi ammont raġonevoli u mingħajr distorsjoni għall-SG&A u għall-profitti. Minħabba li l-SG&A u l-profitt tal-kumpanija Kolombjana Sucroal SA ma setgħux jintużaw għar-raġunijiet spjegati fil-premessi (145) u (147), il-Kummissjoni użat data għall-eqreb settur inkluż il-prodott investigat, fejn l-elementi tal-kostijiet imsemmija qabel tqiesu bħala mhux distorti u raġonevoli. Ma ġiet ipprovduta l-ebda evidenza biex tiġi kkontestata din il-konklużjoni, u b’mod partikolari li l-livell ta’ SG&A u l-profitti tal-kumpaniji Kolombjani fl-eqreb settur għall-aċidu ċitriku ma kinux raġonevoli skont l-Artikolu 2(6a)(a) tar-Regolament bażiku. |
|
(157) |
Il-Kummissjoni nnotat ukoll li, għall-kuntrarju tal-industrija tal-Unjoni, is-CCCMC u l-produtturi esportaturi li kkooperaw ma pprovdewx jew ma ssuġġerewx lista ta’ manifatturi fl-istess pajjiż rappreżentattiv potenzjali, li jimmanifatturaw l-istess kategorija jew kategorija simili ta’ prodotti jew li huma fl-istess settur tal-manifattura jew f’settur simili bħall-prodott li qed jiġi rieżaminat, li l-Kummissjoni tista’ tuża d-data finanzjarja tagħhom. |
|
(158) |
Għalhekk, u għar-raġunijiet stabbiliti fil-premessa (151), il-Kummissjoni qieset id-data finanzjarja mis-seba’ kumpaniji li identifikat fil-Kolombja li jipproduċu prodotti f’kategorija ta’ prodotti qrib tal-aċidu ċitriku bħala indikatur raġonevoli għal SG&A mingħajr distorsjoni u l-profitt li għandu jintuża fil-kostruzzjoni tal-valur normali fl-investigazzjoni. Għalhekk, il-pretensjoni tas-CCCMC u tat-tliet produtturi esportaturi li kkooperaw ma ntlaqgħetx. |
3.4. Is-sorsi użati biex jiġu stabbiliti l-kostijiet mingħajr distorsjoni
|
(159) |
Abbażi tal-informazzjoni sottomessa mill-partijiet interessati u ta’ informazzjoni rilevanti oħra disponibbli fil-fajl, il-Kummissjoni stabbiliet lista ta’ fatturi ta’ produzzjoni u sorsi bħal materjali, enerġija u manodopera użati fil-produzzjoni tal-prodott taħt rieżami mill-produtturi esportaturi. |
|
(160) |
Il-Kummissjoni identifikat ukoll is-sorsi li għandhom jintużaw sabiex jinbena l-valur normali f’konformità mal-Artikolu 2(6a)(a) tar-Regolament bażiku (GTA, l-istatistika nazzjonali, eċċ.). Fl-istess nota, il-Kummissjoni identifikat il-kodiċijiet tas-Sistema Armonizzata (SA) ta’ fatturi ta’ produzzjoni li, abbażi tal-informazzjoni pprovduta mill-partijiet interessati, inizjalment kienu meqjusa li ntużaw għall-analiżi tal-GTA. |
|
(161) |
Fin-Nota tat-30 ta’ Novembru 2020, il-Kummissjoni kkonfermat li kienet se tuża data tal-GTA biex tistabbilixxi l-kost mingħajr distorsjoni tal-fatturi ta’ produzzjoni, inkluża l-materja prima. |
3.5. Is-sorsi użati għall-kostijiet tal-elettriku, tal-ilma u lavorattivi
3.5.1. Elettriku
|
(162) |
Għall-elettriku, il-Kummissjoni użat il-formola tal-prezz faċilment disponibbli ta’ Enel, il-fornitur ewlieni tal-elettriku fil-Kolombja. Dan is-sors jipprovdi prezz medju uniku tal-elettriku fix-xahar. |
3.5.2. Ilma
|
(163) |
It-tariffa tal-ilma kienet faċilment disponibbli mill-kumpanija Acueducto, li hija responsabbli għall-provvista tal-ilma, għall-ġbir tad-dranaġġ u għat-trattament tiegħu f’Bogota. L-informazzjoni ppermettiet l-identifikazzjoni tat-tariffi applikabbli għall-utenti industrijali fil-perjodu ta’ investigazzjoni tar-rieżami. |
3.5.3. Manodopera
|
(164) |
Il-Kummissjoni użat l-istatistika tal-ILO biex tiddetermina l-pagi fil-Kolombja (59). Dawn jipprovdu informazzjoni dwar il-pagi ta’ kull xahar tal-impjegati fis-settur tal-manifattura u s-sigħat medji ta’ kull ġimgħa li nħadmu fil-Kolombja fl-2019. |
|
(165) |
Il-Kummissjoni ma rċeviet l-ebda kumment dwar is-sorsi użati biex stabbiliet il-kost mingħajr distorsjoni tal-elettriku, l-ilma u l-manodopera u għalhekk użat dawk is-sorsi biex tistabbilixxi l-valur normali. |
3.6. Sorsi użati għall-SG&A u għall-profitt
|
(166) |
Skont l-Artikolu 2(6a)(a) tar-Regolament bażiku, il-valur normali mibni jenħtieġ li jinkludi ammont raġonevoli u mingħajr distorsjoni għall-SG&A u għall-profitti. Barra minn hekk, kellu jiġi stabbilit valur għall-kostijiet ġenerali tal-manifattura biex jiġu koperti l-kostijiet mhux inklużi fil-fatturi ta’ produzzjoni. |
|
(167) |
Sabiex jiġi stabbilit valur mingħajr distorsjoni tal-SG&A u tal-profitti, il-Kummissjoni użat il-proporzjon tal-kost tal-manifattura li l-SG&A u l-profitti jirrappreżentaw fil-kumpaniji rappreżentattivi fil-Kolombja kif spjegat fit-Taqsima 3.3. |
|
(168) |
Il-valuri li jirriżultaw, espressi bħala perċentwal tad-dħul ammontaw għal 14,2 % għall-profitt u 17 % għall-SG&A. |
3.7. Materja prima
|
(169) |
Għall-materja prima u l-materjali awżiljarji kollha, il-Kummissjoni ddependiet mill-prezzijiet tal-importazzjoni fil-pajjiż rappreżentattiv. Il-prezz tal-importazzjoni fil-pajjiż rappreżentattiv ġie ddeterminat bħala l-medja ponderata tal-prezzijiet tal-bejgħ tal-importazzjonijiet mill-pajjiżi terzi kollha għajr iċ-Ċina. Il-Kummissjoni ddeċidiet li teskludi l-importazzjonijiet miċ-Ċina lejn il-pajjiż rappreżentattiv minħabba l-eżistenza ta’ distorsjonijiet sinifikanti f’konformità mal-Artikolu 2(6a)(b) tar-Regolament bażiku. Minħabba li ma hemm l-ebda evidenza li turi li l-istess distorsjonijiet ma jaffettwawx ukoll il-prodotti intiżi għall-esportazzjoni, il-Kummissjoni qieset li l-istess distorsjonijiet affettwaw dawn il-prezzijiet. Bl-istess mod, l-importazzjonijiet fil-pajjiż rappreżentattiv minn membri mhux tad-WTO elenkati fl-Anness 1 tar-Regolament (UE) 2015/755 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (60) ġew esklużi wkoll. |
|
(170) |
Sabiex tistabbilixxi l-prezz mingħajr distorsjoni tal-materja prima, kif previst fl-ewwel inċiż tal-Artikolu 2(6a)(a) tar-Regolament bażiku, il-Kummissjoni applikat id-dazji fuq l-importazzjoni rilevanti tal-pajjiż rappreżentattiv. Fi stadju aktar tard, matul il-kalkoli tal-marġni tad-dumping individwali, il-Kummissjoni żiedet il-kostijiet tat-trasport domestiku speċifiċi għall-kumpanija mal-prezz tal-importazzjoni. Il-kostijiet tat-trasport domestiku għall-materja prima kollha ġew ibbażati fuq id-data vverifikata pprovduta mill-produtturi esportaturi li kkooperaw. |
|
(171) |
Għall-materja prima b’impatt negliġibbli f’termini ta’ kostijiet, li l-kumpaniji ma rrapportawx fl-Anness III tan-Notifika ta’ Bidu, tali kostijiet ġew inklużi fil-kostijiet ġenerali tal-manifattura kif spjegat fit-taqsima 3.8. Il-fatturi tal-produzzjoni espressi bħala kostijiet ġenerali huma elenkati fid-divulgazzjonijiet speċifiċi għall-kumpanija. |
|
(172) |
Fil-kummenti tagħha tas-16 ta’ Marzu 2020, l-industrija tal-Unjoni nnutat li għal xi materja prima, jew ma kien hemm l-ebda valur medju tal-importazzjoni jew li l-valuri medji kienu jikkonċernaw kwantitajiet żgħar u għalhekk ma kinux affidabbli jew li kienu jeżistu raġunijiet oħra li wasslu għal dubji dwar l-affidabbiltà tagħhom. Huma ssuġġerew li f’dawn il-każijiet jenħtieġ li jintużaw il-valuri mill-istatistika għar-reġjun jew kif ippubblikati minn stħarriġiet tas-suq minn fornituri bħal ArgusMedia, AgroChart jew IntraTec. |
|
(173) |
Fil-kummenti tagħha tal-11 ta’ Diċembru 2020, l-industrija tal-Unjoni tenniet li fil-każ tal-Kolombja, il-kostijiet għaċ-ċifri tal-produzzjoni jistgħu jiġu ddeterminati bid-data għall-importazzjonijiet u d-data pubblika disponibbli għall-prezzijiet tal-elettriku, tal-ilma u d-data pubblika dwar il-kostijiet lavorattivi. Huma saħqu li wħud mill-valuri medji tal-importazzjoni għal fatturi ta’ kost anqas importanti dehru li huma għoljin u ssuġġerew li dawn jiġu sostitwiti b’data minn fornituri ta’ servizzi tad-data speċjalizzati. |
|
(174) |
Fis-sottomissjoni tagħha tat-23 ta’ Marzu 2020, is-CCCMC ikkummentat li wħud mill-prezzijiet tal-importazzjoni għal ċerti materjali ewlenin bħall-faħam, l-aċidu sulfuriku u l-aċidu idrokloriku fil-Kolombja kienu għoljin b’mod anormali u għalhekk ma kinux rappreżentattivi. Huma sostnew ukoll li kien hemm differenzi kbar bejn il-prezzijiet tal-importazzjoni żvelati tal-Kolombja, tat-Tajlandja u tal-Brażil u li l-prezzijiet tal-importazzjoni varjaw b’mod sinifikanti anke għall-istess materjal importat mill-istess pajjiż, li jista’ jkun minħabba differenzi fil-kwalità fl-istess kodiċi HS. Is-CCCMC talbet lill-Kummissjoni tidentifika r-raġuni għal dawn id-differenzi u biex tindirizzahom. Il-Kummissjoni qieset dan l-argument u, fejn iġġustifikat, issostitwiet il-prezzijiet tal-importazzjoni mhux rappreżentattivi biżżejjed minn sorsi affidabbli kif spjegat fit-Tabella A ta’ hawn taħt. |
|
(175) |
Is-CCCMC argumentat ukoll li peress li parti mill-materja prima użata għall-produzzjoni tal-prodott taħt rieżami tinxtara domestikament fiċ-Ċina, mhuwiex raġonevoli li sempliċement jintużaw il-prezzijiet tal-importazzjoni ta’ pajjiż terz speċifiku, peress li dawn il-prezzijiet tal-aħħar aktarx jinkludu kostijiet ogħla tat-trasport marittimu/tal-konsenja minn dawk ta’ materja prima mixtrija domestikament. Dan huwa speċjalment il-każ għal sustanzi kimiċi perikolużi bħall-aċidu sulfuriku u l-aċidu idrokloriku li għalihom jintużaw vetturi speċjali għall-konsenja. Għalhekk, is-CCCMC qieset li jridu jsiru aġġustamenti xierqa biex jiġi żgurat tqabbil ġust. |
|
(176) |
Fir-rigward ta’ dan l-argument, il-Kummissjoni nnotat li, għar-raġunijiet stabbiliti fit-taqsima 3.2.1 ta’ hawn fuq, hija tapplika l-Artikolu 2(6a) tar-Regolament bażiku fir-rieżami ta’ skadenza attwali. Għalhekk, il-Kummissjoni qed tfittex kostijiet mingħajr distorsjoni f’pajjiż rappreżentattiv xieraq biex tiżgura li l-kost applikat ma jiġix affettwat minn distorsjonijiet u jkun ibbażat fuq data disponibbli faċilment. Fin-nuqqas ta’ kwalunkwe informazzjoni ta’ distorsjonijiet possibbli fis-suq tal-pajjiż rappreżentattiv fir-rigward ta’ dawk is-sustanzi kimiċi perikolużi u fl-assenza ta’ data pprovduta mis-CCCMC biex tissostanzja l-pretensjoni tagħha dwar il-kostijiet għoljin tat-trasport, il-valuri tal-importazzjoni tal-pajjiż rappreżentattiv jitqiesu li jissodisfaw il-kriterji tal-Artikolu 2(6a) tar-Regolament baziku u li jipprovdu stima raġonevoli tal-prezz fil-pajjiż rappreżentattiv inklużi l-kostijiet tat-trasport. Barra minn hekk, billi l-inputs importati jikkompetu fis-suq domestiku tal-pajjiż rappreżentattiv f’termini ta’ prezzijiet, il-Kummissjoni qisithom bħala indikatur affidabbli. |
|
(177) |
Għalhekk, il-Kummissjoni użat il-prezzijiet tal-importazzjoni GTA fil-Kolombja. Meta dawn il-prezzijiet ma kinux rappreżentattivi jew inkella ma kinux affidabbli, intalbu valuri referenzjarji internazzjonali. Meta dawn ma kinux disponibbli, intużaw prezzijiet affidabbli minn sorsi oħra, kif spjegat fit-Tabella A ta’ hawn taħt. |
|
(178) |
Meta titqies l-informazzjoni kollha ppreżentata mill-partijiet interessati u miġbura matul il-kontroverifiki mill-bogħod, ġew identifikati l-fatturi ta’ produzzjoni u l-kodiċijiet tariffarji li ġejjin użati fil-Brażil, fil-Kolombja jew fit-Tajlandja, fejn applikabbli: Tabella A
|
3.8. Kalkolu tal-Valur Normali
|
(179) |
Sabiex tistabbilixxi l-valur normali, il-Kummissjoni ħadet il-passi li ġejjin. |
|
(180) |
L-ewwel, il-Kummissjoni stabbiliet il-kostijiet mingħajr distorsjoni tal-manifattura (li jkopru l-konsum tal-materja prima, tal-manodopera u tal-enerġija). Hija applikat il-kostijiet unitarji mingħajr distorsjoni bbażati fuq is-sorsi elenkati hawn fuq għall-konsum effettiv tal-fatturi individwali tal-produzzjoni tal-produtturi esportaturi inklużi fil-kampjun. |
|
(181) |
It-tieni nett, biex waslet għall-kostijiet tal-produzzjoni mingħajr distorsjoni, il-Kummissjoni żiedet il-kostijiet ġenerali tal-manifattura. Il-kostijiet ġenerali tal-manifattura mġarrba mill-produtturi esportaturi li kkooperaw żdiedu bil-kostijiet tal-materja prima u l-materjali awżiljarji msemmija fil-premessa (171) u sussegwentement ġew espressi bħala sehem mill-kostijiet tal-manifattura effettivament imġarrba minn kull wieħed mill-produtturi esportaturi. Dan il-perċentwal ġie applikat għall-kostijiet tal-manifattura mingħajr distorsjoni. |
|
(182) |
Fl-aħħar nett, il-Kummissjoni applikat l-SG&A u l-profitt medju ponderat ta’ seba’ produtturi Kolombjani rappreżentattivi ta’ ingredjenti għall-industrija tax-xorb, tat-tindif, tal-ikel, tas-saħħa u dik farmaċewtika għall-kalkolu ta’ hawn fuq. |
|
(183) |
Meta espressi bħala perċentwal tal-kostijiet tal-manifattura, dawn jammontaw għal 24,82 % għall-SG&A u 20,72 % għall-profitt. Meta espressi bħala perċentwal tad-dħul, dawn jammontaw għal 17 % għall-SG&A u 14,2 % għall-profitt. |
|
(184) |
Abbażi ta’ dan, il-Kummissjoni bniet il-valur normali għal kull tip ta’ prodott fuq bażi ex-works, f’konformità mal-Artikolu 2(6a)(a) tar-Regolament bażiku. Il-Kummissjoni bniet il-valur normali għal kull tip ta’ prodott għal kull wieħed mill-erba’ produtturi esportaturi li kkooperaw. |
3.9. Prezz tal-esportazzjoni
|
(185) |
Il-produtturi esportaturi li kkooperaw esportaw lejn l-Unjoni direttament lil klijenti indipendenti. Għalhekk, il-prezz tal-esportazzjoni kien il-prezz effettivament imħallas jew li jista’ jitħallas għall-prodott taħt rieżami meta mibjugħ għall-esportazzjoni lejn l-Unjoni, skont l-Artikolu 2(8) tar-Regolament bażiku. |
3.10. Tqabbil
|
(186) |
Il-Kummissjoni qabblet il-valur normali u l-prezz tal-esportazzjoni tal-produttur esportatur li kkoopera fuq bażi ex-works. |
|
(187) |
Fejn iġġustifikat mill-ħtieġa li jiġi żgurat tqabbil ġust, il-Kummissjoni aġġustat il-valur normali u/jew il-prezz tal-esportazzjoni għad-differenzi li jaffettwaw il-prezzijiet u l-komparabbiltà tal-prezzijiet, f’konformità mal-Artikolu 2(10) tar-Regolament bażiku. Abbażi ta’ dan, fejn applikabbli u ġġustifikat, saru konċessjonijiet għat-trasport, l-assigurazzjoni, l-immaniġġjar, it-tagħbija u l-kostijiet anċillari, l-ippakkjar, il-kostijiet ta’ kreditu, il-kostijiet bankarji u l-kummissjonijiet. |
3.11. Il-marġnijiet tad-dumping għall-produtturi esportaturi li kkooperaw
|
(188) |
Għall-produtturi esportaturi li kkooperaw, il-Kummissjoni qabblet il-valur normali medju ponderat ta’ kull tip tal-prodott simili mal-prezz tal-esportazzjoni medju ponderat tat-tip korrispondenti tal-prodott taħt rieżami, f’konformità mal-Artikolu 2(11) u (12) tar-Regolament bażiku. |
|
(189) |
Abbażi ta’ dan, il-marġnijiet tad-dumping medji ponderati espressi bħala perċentwal tal-prezz CIF fil-fruntiera tal-Unjoni, bid-dazju mhux imħallas, huma ogħla minn 42 % għal Weifang Ensign Industry Co., Ltd u 144 % għal COFCO Bio-Chemical Energy (Yushu) Co. Ltd. L-ebda dumping ma ġie kkalkulat għal RZBC Group (RZBC (Juxian) Co., Ltd. u n-negozjant relatat RZBC Imp. & Exp. Co., Ltd.), u lanqas għal Jiangsu Guoxin Union Energy Co. Ltd, li huma soġġetti għal impenji ta’ prezzijiet kif spjegat fil-premessa (191). |
3.12. Il-marġnijiet tad-dumping għall-produtturi esportaturi li ma kkooperawx
|
(190) |
Il-Kummissjoni stabbiliet ukoll il-marġni tad-dumping medju għall-produtturi esportaturi li ma kkooperawx. Fuq il-bażi tal-fatti disponibbli, skont l-Artikolu 18 tar-Regolament bażiku, intuża l-ogħla marġni ta’ dumping tal-produtturi li kkooperaw, mhux l-inqas minħabba l-livell konsiderevolment aktar baxx tal-prezzijiet tal-esportazzjoni minn kumpaniji li ma kkooperawx. |
3.13. Konklużjoni dwar il-kontinwazzjoni ta’ dumping
|
(191) |
B’kollox, il-maġġoranza tal-esportazzjonijiet Ċiniżi lejn l-UE (bejn 70 u 90 %) saru bi prezzijiet oġġett ta’ dumping sinifikanti matul il-perjodu tal-investigazzjoni tar-rieżami. L-esportazzjonijiet Ċiniżi li jifdal saru miż-żewġ produtturi esportaturi li kkooperaw u li għalihom ma ġie stabbilit l-ebda dumping. Dawn iż-żewġ produtturi esportaturi huma soġġetti għal impenji fuq il-prezzijiet u l-esportazzjonijiet tagħhom lejn l-Unjoni saru bil-prezz minimu tal-importazzjoni. Għalhekk, il-prezzijiet tal-esportazzjoni tagħhom lejn l-Unjoni tqiesu li huma influwenzati mill-impenji u għalhekk mhux affidabbli biżżejjed biex jintużaw għad-determinazzjoni ta’ jekk id-dumping huwiex se jkompli fil-kuntest ta’ dan ir-rieżami ta’ skadenza. |
|
(192) |
Fil-qosor, id-dumping kompla għall-maġġoranza l-kbira tal-esportazzjonijiet Ċiniżi lejn l-Unjoni. Għalhekk, il-Kummissjoni kkonkludiet li d-dumping tkompla matul il-perjodu ta’ investigazzjoni tar-rieżami. |
4. IL-PROBABBILTÀ TAL-KONTINWAZZJONI TAD-DUMPING
|
(193) |
Wara s-sejba tal-eżistenza ta’ dumping matul il-perjodu ta’ investigazzjoni tar-rieżami, il-Kummissjoni investigat il-probabbiltà ta’ kontinwazzjoni ta’ dumping f’każ li l-miżuri jiġu revokati skont l-Artikolu 11(2) tar-Regolament bażiku. Ġew analizzati l-elementi addizzjonali li ġejjin: il-kapaċità tal-produzzjoni u l-kapaċità ta’ riżerva fil-pajjiż ikkonċernat, u l-attraenza tas-suq tal-Unjoni; ir-relazzjoni bejn il-prezzijiet tal-esportazzjoni lejn pajjiżi terzi u l-livell tal-prezzijiet fl-Unjoni; u prattiki ta’ ċirkomvenzjoni. |
|
(194) |
Kif issemma hawn fuq, erba’ produtturi esportaturi Ċiniżi biss ippreżentaw ruħhom. Għalhekk, l-informazzjoni disponibbli għall-Kummissjoni dwar il-produzzjoni u l-kapaċità ta’ riżerva mill-produtturi esportaturi Ċiniżi kienet limitata. |
|
(195) |
Għal din ir-raġuni, il-maġġoranza tas-sejbiet stabbiliti hawn taħt li jikkonċernaw il-kontinwazzjoni jew ir-rikorrenza tad-dumping kellhom ikunu bbażati fuq sorsi oħra, jiġifieri, il-bażijiet ta’ data tal-Eurostat u l-GTA u l-informazzjoni mressqa mill-industrija tal-Unjoni fit-talba għal rieżami. L-analiżi ta’ dik l-informazzjoni żvelat dan li ġej. |
4.1. Il-kapaċità tal-produzzjoni u l-kapaċità ta’ riżerva fil-pajjiż ikkonċernat
|
(196) |
Abbażi biss tat-tweġibiet għall-kwestjonarju tal-produtturi esportaturi li kkooperaw, l-investigazzjoni żvelat kapaċitajiet ta’ produzzjoni żejda ta’ madwar 129 000 tunnellata, li jammontaw għal 20 sa 40 % tad-domanda tal-UE. Fl-RIP, il-kapaċità tal-produzzjoni Ċiniża totali hija stmata li hija bejn tlieta u erba’ darbiet aktar mill-konsum totali tal-UE. |
|
(197) |
Id-domanda domestika Ċiniża kienet stmata li hija madwar 465 000 tunnellata — anqas minn 24 % tal-kapaċità tal-produzzjoni tal-pajjiż. Barra minn hekk, żidiet ulterjuri ppjanati fil-kapaċità jindikaw li din tal-aħħar se tilħaq il-livell tal-konsum dinji totali fl-2021 (62) — li se jkompli jaggrava l-kapaċità żejda Ċiniża eżistenti. Dawn il-kapaċitajiet ġodda wisq probabbli se jissarrfu fi pressjoni saħansitra akbar għall-esportazzjoni, mhux l-anqas fid-dawl tad-diskrepanza bejn il-kapaċità u l-livelli msemmija hawn fuq tad-domanda domestika. Huwa improbabbli ħafna li l-konsum domestiku Ċiniż jiżdied sal-punt li jkun kapaċi jassorbi l-kapaċità eżistenti, u wisq inqas dik miżjuda. Barra minn hekk, il-preżenza ta’ miżuri diġà fis-seħħ f’għadd ta’ swieq oħra tagħmilha ferm probabbli li jkun hemm żieda sinifikanti fl-importazzjonijiet oġġett ta’ dumping jekk il-miżuri fl-Unjoni jitħassru. |
4.2. L-attraenza tas-suq tal-Unjoni
|
(198) |
L-attraenza tas-suq tal-Unjoni għall-esportazzjonijiet Ċiniżi kienet evidenti minħabba l-preżenza li kompliet u li kienet massiva anke bil-miżuri — u li tilħaq bejn 30 % u 50 % tas-sehem mis-suq tal-Unjoni. |
|
(199) |
L-attraenza tas-suq tal-Unjoni għal darb’oħra kienet ssottolinjata ulterjorment mill-fatt li investitur Ċiniż qed jibni impjant ġdid b’kapaċità li tilħaq sa 60 000 tunnellata fl-Unjoni (63). |
|
(200) |
Barra minn hekk, l-esportazzjonijiet Ċiniżi lejn swieq importanti oħra bħall-Istati Uniti, il-Brażil, il-Kolombja, l-Indja jew it-Tajlandja kienu ristretti mill-eżistenza ta’ miżuri għad-difiża tal-kummerċ. |
|
(201) |
L-attraenza tas-suq tal-Unjoni kienet ikkonfermata wkoll mill-elementi tal-prezz imsemmija hawn taħt. |
4.3. Ir-relazzjoni bejn il-prezzijiet tal-esportazzjoni lejn pajjiżi terzi u l-livell tal-prezzijiet fl-Unjoni
|
(202) |
Il-prezzijiet tal-esportazzjoni lejn pajjiżi terzi mill-erba’ kumpaniji li kkooperaw kienu bejn 20 u 40 % anqas mill-prezzijiet tal-esportazzjoni lejn l-Unjoni, u dan jerġa’ jissottolinja l-attraenza tagħha. |
4.4. Prattiki ta’ ċirkomvenzjoni
|
(203) |
Il-prattiki ta’ ċirkomvenzjoni permezz tal-Malasja, li wasslu għall-impożizzjoni ta’ dazji kontra ċ-ċirkomvenzjoni f’Jannar 2016 imsemmija fil-premessa (5), komplew jissottolinjaw l-attraenza tas-suq tal-Unjoni għall-esportazzjonijiet Ċiniżi. |
4.5. Il-prezzijiet u l-marġnijiet tad-dumping probabbli f’każ li l-miżuri jiġu mħassra
|
(204) |
Kif spjegat hawn fuq, id-dumping kompla għall-maġġoranza l-kbira tal-esportazzjonijiet Ċiniżi. |
|
(205) |
Barra minn hekk, l-indikazzjonijiet kollha kienu li l-bejgħ isir f’livelli oġġett ta’ dumping f’każ li l-miżuri jiskadu. |
|
(206) |
L-ewwel nett, il-fatt li l-kumpaniji kollha b’impriżi biegħu preċiżament bil-prezz minimu tal-importazzjoni tal-impriża, indika li l-impenn kien qed jaġixxi bħala prezz minimu. Fin-nuqqas ta’ tali valur minimu, u ffaċċjati b’kompetizzjoni minn esportazzjonijiet Ċiniżi oħra bi prezzijiet fil-medda ta’ bejn it-30 u l-40 % anqas minn dawk fl-impenn, id-ditti jkollhom ibigħu f’dik il-medda ta’ prezzijiet aktar baxxi biex jibqgħu fis-suq. Dan x’aktarx iwassal għal marġnijiet ta’ dumping ogħla għall-kumpaniji kollha soġġetti għall-impenn. |
|
(207) |
It-tieni nett, iċ-ċirkomvenzjoni tista’ titqies bħala fattur addizzjonali li jindika l-interess tal-esportaturi li jidħlu fis-suq tal-Unjoni u l-inkapaċità tagħhom li jikkompetu fis-suq tal-Unjoni f’livelli mhux oġġett ta’ dumping. Kien hemm ukoll xejra ta’ mġiba inġusta fl-ipprezzar minn ditti Ċiniżi meta jesportaw lejn swieq oħra, kif muri minn għadd kbir ta’ miżuri għad-difiża tal-kummerċ kontra l-aċidu ċitriku fil-pajjiżi terzi msemmija fil-premessa (200). |
|
(208) |
It-tielet nett, il-prezzijiet tal-esportazzjoni lejn pajjiżi terzi mill-erba’ kumpaniji li kkooperaw kienu ħafna anqas minn dawk lejn l-Unjoni, li jindika l-probabbiltà ta’ tnaqqis ulterjuri fil-prezzijiet tal-esportazzjoni u b’hekk ta’ żieda ulterjuri fil-marġnijiet tad-dumping jekk il-miżuri jiskadu. |
4.6. Konklużjoni
|
(209) |
Jekk il-miżuri jiskadu, l-analiżi ta’ hawn fuq żvelat il-kontinwazzjoni tad-dumping u l-probabbiltà qawwija ta’ żieda fil-marġnijiet tad-dumping, bi preżenza saħansitra aktar prominenti ta’ importazzjonijiet fis-suq attraenti tal-Unjoni. |
|
(210) |
Wara d-divulgazzjoni, is-CCCMC u tliet produtturi esportaturi li kkooperaw iddubitaw is-sejbiet dwar il-kapaċità żejda. Huma sostnew li abbażi tal-kalkoli proprji tal-Kummissjoni, il-kapaċitajiet żejda naqsu minn 192 000 tunnellata fl-2015 (ir-rieżami preċedenti) għal 129 000 tunnellata fl-RIP, u b’hekk jikkontradixxu s-sejba ta’ kapaċità ta’ produzzjoni żejda dejjem akbar li tissarraf fi pressjoni ogħla għall-esportazzjoni. Il-Kummissjoni nnotat li hija vvalutat il-kapaċitajiet żejda abbażi tad-data mill-produtturi esportaturi li kkooperaw. Dawn il-produtturi esportaturi li kkooperaw huma differenti mill-produtturi esportaturi li kkooperaw fir-rieżami preċedenti. Għal din ir-raġuni, it-tqabbil mis-CCCMC u t-tliet produtturi esportaturi li kkooperaw huwa żbaljat. Fi kwalunkwe każ, 129 000 tunnellata għadhom jirrappreżentaw kapaċità żejda massiva. Il-pretensjoni kienet għalhekk miċħuda. |
|
(211) |
Wara d-divulgazzjoni, is-CCCMC u tliet produtturi esportaturi li kkooperaw sostnew li l-Kummissjoni ma kinitx ivverifikat l-affidabbiltà u l-akkuratezza tal-evidenza ddikjarata dwar iż-żidiet ippjanati fil-kapaċità ppreżentati mill-industrija tal-Unjoni. Il-Kummissjoni nnotat li hija rrieżaminat bir-reqqa s-sottomissjonijiet kemm tal-industrija tal-Unjoni kif ukoll tas-CCCMC f’dan ir-rigward u r-rieżami tagħha ma sab l-ebda element li jista’ jibdel is-sejbiet tagħha kif stabbiliti fil-premessa (197). |
|
(212) |
Wara d-divulgazzjoni, is-CCCMC u tliet produtturi esportaturi li kkooperaw iddikjaraw li l-konklużjoni tal-Kummissjoni li l-prezzijiet tal-esportazzjoni lejn l-Unjoni jaqgħu għal-livelli ta’ pajjiżi terzi fin-nuqqas ta’ miżuri ġodda, hija spekulazzjoni totali. Huma sostnew ukoll li l-Kummissjoni ma pprovdiet l-ebda kwantifikazzjoni jew analiżi fir-rigward tal-konklużjoni tagħha li l-esportazzjonijiet mir-RPĊ x’aktarx jiżdiedu u jseħħu f’marġnijiet ta’ dumping ogħla fin-nuqqas ta’ miżuri. Fl-aħħar nett, huma sostnew li l-Kummissjoni ma ppreżentatx raġunament ekonomiku sod għaliex il-produtturi esportaturi Ċiniżi kienu se jwaqqgħu sostanzjalment il-prezzijiet tagħhom lejn l-Unjoni fin-nuqqas ta’ miżuri mġedda. |
|
(213) |
Bi tweġiba għal dan, il-Kummissjoni nnotat li l-investigazzjoni stabbilixxiet b’mod ċar li d-dumping ikompli anki abbażi tal-prezzijiet tal-esportazzjoni li huma msaħħa mill-PMI tal-impenji. Il-prezzijiet tal-produtturi esportaturi mhux soġġetti għal impenji kienu ferm aktar baxxi, u dan jindika b’mod ċar li l-prezzijiet x’aktarx li jonqsu fin-nuqqas ta’ impenji. Barra minn hekk, il-Kummissjoni sabet li l-prezzijiet tal-esportazzjoni lejn l-Unjoni kienu ogħla b’mod sinifikanti mill-prezzijiet tal-esportazzjoni lejn swieq oħra għall-produtturi esportaturi kollha soġġetti għal impenji, u dan jindika li s-suq tal-Unjoni jattira żieda fl-importazzjonijiet. Dawn l-elementi, flimkien mal-kapaċità żejda sinifikanti fir-RPĊ, appoġġaw b’mod ċar is-sejba li l-esportazzjonijiet lejn l-Unjoni x’aktarx li jkomplu jseħħu bi prezzijiet li huma l-oġġett ta’ dumping u b’volumi akbar jekk il-miżuri jiġu revokati. |
5. DANNU
5.1. Id-definizzjoni tal-industrija tal-Unjoni u tal-produzzjoni tal-Unjoni
|
(214) |
Il-prodott simili ġie mmanifatturat minn żewġ produtturi fl-Unjoni matul l-RIP. Dawn il-produtturi jikkostitwixxu l-“industrija tal-Unjoni” fis-sens tal-Artikolu 4(1) tar-Regolament bażiku. |
|
(215) |
Fir-rigward tal-fatt li żewġ produtturi biss jikkostitwixxu l-industrija tal-Unjoni, il-Kummissjoni ppreżentat uħud miċ-ċifri f’dan ir-Regolament bl-użu ta’ meded u/jew indiċijiet skont l-Artikolu 19 tar-Regolament bażiku sabiex tipproteġi l-informazzjoni kunfidenzjali. |
|
(216) |
Il-produzzjoni totali tal-Unjoni matul il-perjodu ta’ investigazzjoni tar-rieżami ġiet stabbilita fil-medda ta’ bejn 300 000 u 350 000 tunnellata. Il-Kummissjoni stabbiliet iċ-ċifra abbażi tat-tweġibiet għall-kwestjonarju taż-żewġ produtturi tal-Unjoni. |
5.2. Il-konsum tal-Unjoni
|
(217) |
Il-Kummissjoni stabbilixxiet il-konsum tas-suq ħieles tal-Unjoni fuq il-bażi tal-bejgħ fis-suq ħieles tal-industrija tal-Unjoni fis-suq tal-Unjoni u l-importazzjonijiet mir-RPĊ u pajjiżi terzi oħra, kif indikat fit-tweġibiet għall-kwestjonarju u l-istatistika tal-importazzjoni bbażata fuq il-bażi tad-data tal-Artikolu 14(6). |
|
(218) |
Il-konsum tal-Unjoni fis-suq ħieles żviluppa kif ġej: Tabella 1 Il-konsum tal-Unjoni (tunnellati)
|
||||||||||||||||||||
|
(219) |
Il-konsum tal-Unjoni inizjalment żdied b’7 %, u laħaq il-massimu tiegħu fl-2017 u fl-2018. Bejn l-2018 u l-perjodu ta’ investigazzjoni tar-rieżami, il-konsum naqas xi ftit, iżda baqa’ 3 % ogħla milli fil-bidu tal-perjodu taħt kunsiderazzjoni. |
|
(220) |
Ir-raġuni għaż-żieda fil-konsum tal-aċidu ċitriku kienet iż-żieda fil-konsum ta’ prodotti li jużaw il-prodott taħt rieżami f’diversi industriji bħall-ikel, id-deterġenti tad-dar, il-prodotti farmaċewtiċi u l-kożmetiċi. Barra minn hekk, il-leġiżlazzjoni li tirrikjedi s-sostituzzjoni tal-fosfati fid-deterġenti tat-tindif tad-dar wasslet għal żieda akbar fil-konsum tal-prodott taħt rieżami, peress li l-aċidu ċitriku huwa wieħed mill-aktar sostituti xierqa tal-fosfati f’dawn l-applikazzjonijiet. |
5.3. L-importazzjonijiet mill-pajjiż ikkonċernat
5.3.1. Il-volum u s-sehem mis-suq tal-importazzjonijiet mill-pajjiż ikkonċernat
|
(221) |
Il-Kummissjoni stabbiliet il-volum tal-importazzjonijiet abbażi tal-bażi tad-data tal-Artikolu 14(6). Is-sehem mis-suq tal-importazzjonijiet ġie stabbilit abbażi tal-bażi tad-data tal-Artikolu 14(6) u t-tweġibiet għall-kwestjonarju tal-industrija tal-Unjoni. |
|
(222) |
L-importazzjonijiet mill-pajjiżi kkonċernati żviluppaw kif ġej: Tabella 2 Il-volum tal-importazzjonijiet (tunnellati) u s-sehem mis-suq
|
||||||||||||||||||||||||||||||
|
(223) |
Il-volum tal-importazzjonijiet miċ-Ċina kien sinifikanti matul il-perjodu taħt kunsiderazzjoni, u baqa’ kważi fl-istess livell fil-perjodu ta’ investigazzjoni tar-rieżami meta mqabbel mal-2016. L-importazzjonijiet aktar baxxi fl-2017 u l-importazzjonijiet ogħla tal-2018 huma marbuta mal-fatt li l-aċidu ċitriku huwa prodott ittrasportat fi kwantitajiet kbar, u tali kwantità kbira daħlet fis-suq tal-Unjoni f’Jannar 2018 u għalhekk ġiet attribwita għall-importazzjonijiet tal-2018 (l-importazzjonijiet ta’ Jannar 2018 huma madwar 50 % ogħla minn Diċembru 2017). B’mod ġenerali, il-volumi tal-importazzjonijiet miċ-Ċina kienu stabbli. |
|
(224) |
Is-sehem mis-suq tal-importazzjonijiet tal-aċidu ċitriku miċ-Ċina kien sinifikanti u baqa’ fil-biċċa l-kbira fil-medda ta’ 40 %, bi tnaqqis żgħir ta’ 1,4 punti perċentwali matul il-perjodu kkunsidrat. Peress li l-importazzjonijiet minn pajjiżi oħra naqsu wkoll, kif deskritt fil-premessa (234) sa (235), il-Kummissjoni osservat li ż-żieda fid-domanda matul il-perjodu taħt kunsiderazzjoni ġiet issodisfata biż-żieda fil-produzzjoni tal-industrija tal-Unjoni. |
5.3.2. Il-prezzijiet tal-importazzjonijiet mill-pajjiż ikkonċernat u twaqqigħ tal-prezz
|
(225) |
Il-Kummissjoni stabbiliet il-prezzijiet tal-importazzjonijiet abbażi tal-bażi tad-data tal-Artikolu 14(6). Il-prezz medju tal-importazzjonijiet mill-pajjiż ikkonċernat żviluppa kif ġej: Tabella 3 Il-prezzijiet tal-importazzjoni (EUR/tunnellata)
|
||||||||||||||||||||
|
(226) |
Il-prezz tal-aċidu ċitriku importat miċ-Ċina kien stabbli matul il-perjodu taħt kunsiderazzjoni. B’mod ġenerali, il-prezz tal-aċidu ċitriku Ċiniż naqas b’5 % meta mqabbel mal-2016. Il-prezzijiet tal-importazzjoni miċ-Ċina baqgħu sostanzjalment aktar baxxi meta mqabbla mal-prezzijiet tal-Unjoni, kif rifless fit-Tabella 8. |
|
(227) |
Iż-żieda fil-prezzijiet tal-importazzjoni fl-2017 tista’ tiġi marbuta maż-żieda fil-konsum, li, kif spjegat fil-premessa (219), kienet partikolarment għolja fl-2017, minħabba l-bidla leġiżlattiva deskritta fil-premessa (220) li tikkonċerna l-fosfati. Din iż-żieda fid-domanda wasslet għal żieda fil-prezzijiet tal-importazzjoni. Il-prezzijiet imbagħad naqsu fl-2018 u fl-2019 hekk kif id-domanda ġiet aġġustata. |
|
(228) |
Il-Kummissjoni ddeterminat it-twaqqigħ tal-prezz matul il-perjodu ta’ investigazzjoni tar-rieżami billi qabblet:
|
|
(229) |
Hawn taħt jidhru żewġ livelli ta’ marġnijiet ta’ twaqqigħ, bl-ewwel waħda tkopri l-produtturi esportaturi li kkooperaw mhux soġġetti għall-impenn imsemmi fil-premessa (189). It-tieni livell jinkludi wkoll it-tliet kooperaturi li kienu soġġetti għall-impenn. Issir distinzjoni minħabba li l-prezzijiet tal-kumpaniji soġġetti għall-impenn kienu influwenzati mit-termini tal-impenn. |
|
(230) |
Għall-produtturi esportaturi li ma kkooperawx, it-twaqqigħ tal-prezz ma setax jiġi stabbilit bl-użu tal-prezzijiet għal kull tip ta’ prodott, peress li din l-informazzjoni ma kinitx disponibbli. Għalhekk, it-twaqqigħ tal-prezz ġie stabbilit billi ġew imqabbla l-prezzijiet medji ponderati ġenerali tal-bejgħ kemm għall-produtturi tal-Unjoni kif ukoll għall-produtturi esportaturi Ċiniżi li ma kkooperawx. |
|
(231) |
It-tqabbil tal-prezzijiet sar fuq bażi ta’ tip b’tip għat-tranżazzjonijiet fl-istess livell ta’ kummerċ, b’aġġustament xieraq fejn meħtieġ, u wara tnaqqis tar-ribassi u tal-iskontijiet. Ir-riżultati tat-tqabbil ġew espressi bħala perċentwal tal-fatturat tal-produtturi tal-Unjoni matul il-perjodu ta’ investigazzjoni tar-rieżami. Dawn urew marġni ta’ twaqqigħ tal-prezz medju ponderat għall-produtturi esportaturi mhux soġġetti għall-impenji ta’ aktar minn 19 %, u għall-produtturi esportaturi soġġetti għall-impenn ta’ aktar minn 10 %. |
5.4. L-importazzjonijiet minn pajjiżi terzi għajr iċ-Ċina
|
(232) |
L-importazzjonijiet tal-aċidu ċitriku minn pajjiżi terzi għajr iċ-Ċina ġew prinċipalment mill-Kambodja, mill-Kolombja u mit-Tajlandja. |
|
(233) |
Il-volum (aggregat) tal-importazzjonijiet, kif ukoll is-sehem mis-suq u x-xejriet tal-prezzijiet għall-importazzjonijiet tal-aċidu ċitriku minn pajjiżi terzi oħra żviluppaw kif ġej: Tabella 4 L-importazzjonijiet minn pajjiżi terzi
|
||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
|
(234) |
L-akbar volumi ta’ importazzjonijiet ta’ aċidu ċitriku minn pajjiżi terzi għajr iċ-Ċina matul il-perjodu taħt kunsiderazzjoni ġew mit-Tajlandja. L-importazzjonijiet mit-Tajlandja naqsu b’31 % matul il-perjodu kkunsidrat. F’kull sena tal-perjodu taħt kunsiderazzjoni, il-prezzijiet segwew ix-xejra tal-evoluzzjoni tal-prezzijiet tal-importazzjonijiet Ċiniżi, iżda kienu bejn 11 % u 15 % ogħla. |
|
(235) |
L-importazzjonijiet tal-aċidu ċitriku mill-pajjiżi terzi kollha naqsu bi 30 % matul il-perjodu taħt kunsiderazzjoni. Il-prezzijiet tagħhom kienu wkoll ogħla meta mqabbla mal-prezzijiet tal-importazzjonijiet miċ-Ċina. |
5.5. Is-sitwazzjoni ekonomika tal-industrija tal-Unjoni
5.5.1. Kummenti ġenerali
|
(236) |
Il-valutazzjoni tas-sitwazzjoni ekonomika tal-industrija tal-Unjoni kienet tinkludi evalwazzjoni tal-indikaturi ekonomiċi kollha li influwenzaw l-istat tal-industrija tal-Unjoni matul il-perjodu taħt kunsiderazzjoni. |
5.5.2. Il-produzzjoni, il-kapaċità tal-produzzjoni u l-użu tal-kapaċità
|
(237) |
Il-produzzjoni totali tal-Unjoni, il-kapaċità tal-produzzjoni u l-użu tal-kapaċità żviluppaw kif ġej matul il-perjodu kkunsidrat: Tabella 5 Il-volum ta’ produzzjoni, il-kapaċità tal-produzzjoni u l-użu tal-kapaċità tal-Unjoni
|
||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
|
(238) |
Il-volum tal-produzzjoni żdied b’9 % matul il-perjodu kkunsidrat u l-quċċata tal-produzzjoni ntlaħqet fl-2017 (meta kienet 14 % ogħla milli fl-2016). Ix-xejra tal-volum tal-produzzjoni tal-industrija tal-Unjoni ssegwi fil-biċċa l-kbira x-xejra tal-konsum tal-Unjoni. |
|
(239) |
Il-kapaċità tal-produzzjoni żdiedet b’mod kostanti matul il-perjodu taħt kunsiderazzjoni u meta mqabbla mal-2016 kienet bi 13 % ogħla fil-perjodu ta’ investigazzjoni tar-rieżami. |
|
(240) |
L-użu tal-kapaċità varja matul il-perjodu taħt kunsiderazzjoni, u laħaq l-aktar livell baxx matul il-perjodu ta’ investigazzjoni tar-rieżami, bi 3 % taħt il-livell tal-2016. |
5.5.3. Il-volum tal-bejgħ u s-sehem mis-suq
|
(241) |
Il-volum ta’ bejgħ tal-industrija tal-Unjoni u s-sehem mis-suq żviluppaw kif ġej tul il-perjodu kkunsidrat: Tabella 6 Il-volum tal-bejgħ u s-sehem mis-suq
|
|||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
|
(242) |
Il-bejgħ fis-suq kaptiv, marbut prinċipalment mal-produzzjoni ta’ speċjalitajiet u mluħa speċjali li jużaw l-aċidu ċitriku bħala materjal ta’ input, kien f’livell żgħir ta’ anqas minn 5 000 tunnellata f’kull sena tal-perjodu taħt kunsiderazzjoni u għalhekk ma kellu l-ebda influwenza notevoli fuq is-sitwazzjoni tal-industrija tal-Unjoni, inklużi l-ishma mis-suq tagħha. |
|
(243) |
Il-bejgħ żviluppa b’mod simili għax-xejra tal-produzzjoni u żdied b’10 % matul il-perjodu taħt kunsiderazzjoni, li kien fl-ogħla livell fl-2017. |
|
(244) |
Is-sehem mis-suq tal-industrija tal-Unjoni kien bejn 50 % u 64 % f’kull sena tal-perjodu taħt kunsiderazzjoni. Fil-perjodu ta’ investigazzjoni tar-rieżami dan żdied b’madwar 4 punti perċentwali. |
5.5.4. L-impjieg u l-produttività
|
(245) |
Matul il-perjodu taħt kunsiderazzjoni, l-impjiegi u l-produttività fl-Unjoni żviluppaw kif ġej: Tabella 7 L-impjieg u l-produttività fl-Unjoni
|
||||||||||||||||||||||||||||||
|
(246) |
L-għadd ta’ impjegati espress f’ekwivalenti ta’ ingaġġ full time żdied b’madwar 7 % matul il-perjodu taħt kunsiderazzjoni biex jintlaħaq il-livell ta’ aktar minn 640 impjegat fil-perjodu ta’ investigazzjoni tar-rieżami. |
|
(247) |
Il-produttività żdiedet bi ftit biss matul il-perjodu taħt kunsiderazzjoni b’madwar 2 %. F’dan ir-rigward, il-produttività hija espressa bħala għadd ta’ tunnellati għal kull għadd ta’ impjegati (ekwivalenti ta’ ingaġġ full-time) matul is-sena. |
5.5.5. Daqs tal-marġni tad-dumping u rkupru minn dumping fil-passat
|
(248) |
L-impatt tal-marġnijiet ta’ dumping attwali fuq l-industrija tal-Unjoni ttaffa mill-impenn applikabbli għal-livell tal-prezz ta’ produtturi esportaturi Ċiniżi kbar, li aġixxa bħala minimu għall-prezzijiet tal-esportazzjoni Ċiniżi rilevanti. |
|
(249) |
Għalhekk, jista’ jiġi konkluż li l-industrija tal-Unjoni rkuprat mid-dannu kkawżat mid-dumping tal-passat tal-produtturi esportaturi Ċiniżi. Matul il-perjodu taħt kunsiderazzjoni, il-proċess ta’ rkupru tal-industrija tal-Unjoni kompla kif muri minn xejra favorevoli tal-indikaturi ewlenin tad-dannu. |
5.5.6. Il-prezzijiet u l-fatturi li jaffettwaw il-prezzijiet
|
(250) |
Il-prezzijiet medji ponderati tal-bejgħ tal-unitajiet tal-produtturi tal-Unjoni lill-konsumaturi mhux relatati fl-Unjoni żviluppaw kif ġej matul il-perjodu taħt kunsiderazzjoni: Tabella 8 Il-prezzijiet tal-bejgħ fl-Unjoni
|
||||||||||||||||||||||||||||||
|
(251) |
Il-prezzijiet medji ponderati tal-bejgħ ta’ unitajiet tal-produtturi tal-Unjoni lil konsumaturi mhux relatati fl-Unjoni kienu stabbli ħafna u żdiedu b’1 % biss matul il-perjodu taħt kunsiderazzjoni. |
|
(252) |
Il-kost unitarju tal-produzzjoni varja matul il-perjodu taħt kunsiderazzjoni biex laħaq livell ogħla ta’ 5 % fil-perjodu ta’ investigazzjoni tar-rieżami meta mqabbel mal-2016. Iż-żieda fil-kostijiet ikkombinata ma’ żieda żgħira biss fil-prezzijiet irriżultat fi tnaqqis tal-profittabbiltà, kif deskritt fil-premessa (257). |
5.5.7. Kostijiet lavorattivi
|
(253) |
Il-kostijiet lavorattivi medji tal-produtturi tal-Unjoni żviluppaw kif ġej matul il-perjodu kkunsidrat: Tabella 9 Il-kostijiet lavorattivi medji għal kull impjegat
|
||||||||||||||||||||
|
(254) |
Il-kostijiet lavorattivi medji tal-produtturi tal-Unjoni żdiedu b’4 % matul il-perjodu taħt kunsiderazzjoni, anqas mill-inflazzjoni fl-Unjoni matul dan il-perjodu. |
5.5.8. Inventarji
|
(255) |
Il-livelli tal-istokk tal-produtturi tal-Unjoni żviluppaw kif ġej matul il-perjodu taħt kunsiderazzjoni: Tabella 10 L-inventarji
|
||||||||||||||||||||||||||||||
|
(256) |
L-istokkijiet tal-għeluq tal-produtturi tal-Unjoni żdiedu matul il-perjodu taħt kunsiderazzjoni. Il-livell tal-inventarji jinsab f’livell stabbli wara ż-żieda fil-bejgħ u fil-produzzjoni. Il-livell ferm aktar baxx tal-istokk kien l-eċċezzjoni għat-tmiem is-sena 2017. L-eċċezzjoni hija marbuta maż-żieda fid-domanda għall-aċidu ċitriku minħabba s-sostituzzjoni tal-fosfati fil-kompożizzjoni kimika ta’ ċerti prodotti, kif spjegat fil-premessa (220). |
5.5.9. Il-profittabbiltà, il-fluss tal-flus, l-investimenti, ir-redditu fuq l-investiment u l-kapaċità li jiġi ġġenerat kapital
|
(257) |
Matul il-perjodu taħt kunsiderazzjoni, il-profitabbiltà, il-fluss tal-flus, l-investimenti u r-redditu fuq l-investimenti tal-produtturi tal-Unjoni żviluppaw kif ġej: Tabella 11 Il-profittabbiltà, il-fluss tal-flus, l-investimenti u r-redditu fuq l-investimenti
|
|||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
|
(258) |
Il-Kummissjoni stabbiliet il-profitabbiltà tal-produtturi tal-Unjoni billi esprimiet il-profitt nett qabel it-taxxa tal-bejgħ tal-prodott simili lil konsumaturi mhux relatati fl-Unjoni bħala perċentwal tal-fatturat ta’ dak il-bejgħ. |
|
(259) |
Il-profittabbiltà matul il-perjodu taħt kunsiderazzjoni kienet fl-ogħla livell fl-2017. Iċ-ċirkostanzi eċċezzjonali kienu marbuta mas-sostituzzjoni tal-fosfati, kif deskritt fil-premessa (220) u profitabbiltà ogħla f’dik is-sena jenħtieġ li tkun marbuta ma’ żieda fid-domanda f’dik is-sena speċifika. Il-profittabbiltà ġenerali tal-industrija fil-perjodu ta’ investigazzjoni tar-rieżami kienet ogħla minn 10 %. |
|
(260) |
Il-fluss tal-flus nett huwa l-kapaċità tal-produtturi tal-Unjoni li jiffinanzjaw l-attivitajiet tagħhom stess. L-iżvilupp tiegħu baqa’ f’livelli simili matul il-perjodu taħt kunsiderazzjoni, ħlief fis-sena 2017. |
|
(261) |
Ir-redditu fuq l-investimenti huwa l-profitt espress bħala perċentwal tal-valur kontabilistiku nett tal-investimenti. L-iżvilupp tiegħu kien simili għall-iżvilupp tal-profittabbiltà, u baqa’ f’livelli sodisfaċenti matul il-perjodu taħt kunsiderazzjoni kollu. |
|
(262) |
L-ebda wieħed mill-produtturi tal-Unjoni ma rrapporta diffikultajiet fil-ġbir tal-kapital matul il-perjodu taħt kunsiderazzjoni. |
5.6. Konklużjoni dwar id-dannu
|
(263) |
Il-biċċa l-kbira tal-indikaturi tad-dannu bħall-produzzjoni, il-volum tal-bejgħ, l-impjieg, il-kapaċità, il-produttività u l-fluss tal-flus żviluppaw b’mod pożittiv. Filwaqt li x-xejra tal-indikaturi finanzjarji bħall-profitabbiltà u r-redditu fuq l-investimenti hija negattiva, il-livelli assoluti tagħhom għadhom soddisfaċenti u ma jurux sinjali ta’ dannu materjali. |
|
(264) |
Għalhekk, il-Kummissjoni kkonkludiet li l-industrija tal-Unjoni ma ġarrbitx dannu materjali fis-sens tal-Artikolu 3(5) tar-Regolament bażiku matul il-perjodu ta’ investigazzjoni tar-rieżami. |
6. IL-PROBABBILTÀ TA’ RIKORRENZA TAD-DANNU
6.1. Kummenti ġenerali
|
(265) |
Fil-premessa (262), il-Kummissjoni kkonkludiet li l-industrija tal-Unjoni ma ġarrbitx dannu materjali matul il-perjodu taħt kunsiderazzjoni, u vvalutat, f’konformità mal-Artikolu 11(2) tar-Regolament bażiku, jekk ikunx hemm probabbiltà ta’ rikorrenza ta’ dannu oriġinarjament ikkawżat mill-importazzjonijiet li huma l-oġġett ta’ dumping miċ-Ċina jekk il-miżuri kontra l-importazzjonijiet Ċiniżi jkunu tħallew jiskadu (64). |
|
(266) |
Ix-xejriet ta’ hawn fuq li jikkonċernaw il-prezzijiet u l-volumi tal-importazzjonijiet tal-prodott taħt rieżami miċ-Ċina juru li filwaqt li l-esportaturi Ċiniżi żammew preżenza mdaqqsa fis-suq tal-Unjoni, il-miżuri fis-seħħ (dazju u impenji) wasslu għal titjib fil-kundizzjonijiet tas-suq. L-industrija tal-Unjoni kienet il-benefiċjarju ewlieni ta’ dan l-iżvilupp, peress li l-preżenza fis-suq ta’ pajjiżi terzi oħra baqgħet limitata. Dan jindika li t-tneħħija tad-dannu hija prinċipalment dovuta għall-eżistenza tal-miżuri fis-seħħ. |
|
(267) |
Kif imsemmi fil-premessi (196) sa (197), il-produtturi esportaturi fir-RPĊ għandhom kapaċità żejda enormi u li qed tiżdied li tippermettilhom li jżidu l-esportazzjonijiet tagħhom b’mod rapidu ħafna. Barra minn hekk, fid-dawl tal-prezzijiet aktar profittabbli fis-suq tal-Unjoni meta mqabbla ma’ swieq tal-biċċa l-kbira tal-pajjiżi terzi, huwa probabbli li l-kwantitajiet sinifikanti attwalment esportati lejn dawk il-pajjiżi jistgħu jiġu diretti mill-ġdid lejn is-suq tal-Unjoni f’każ li l-miżuri anti-dumping jitħallew jiskadu. |
|
(268) |
Barra minn hekk, is-swieq internazzjonali ewlenin għandhom miżuri għad-difiża tal-kummerċ kontra l-aċidu ċitriku Ċiniż. Għalhekk, se jkun aktar diffiċli għall-produtturi esportaturi Ċiniżi li jbigħu f’dawk is-swieq milli f’suq tal-Unjoni mhux protett f’każ li l-miżuri anti-dumping jitħallew jiskadu. |
|
(269) |
Barra minn hekk, il-livelli tal-prezzijiet tal-esportaturi Ċiniżi waqqgħu l-prezzijiet tal-industrija tal-Unjoni b’mod sinifikanti anke bil-miżuri fis-seħħ. Mingħajr dazji, it-twaqqigħ tal-prezz mill-produtturi esportaturi mingħajr impenji jkun ta’ aktar minn 29 %. Dan ta’ hawn fuq juri l-livelli tal-prezzijiet li bihom il-produtturi esportaturi Ċiniżi x’aktarx jidħlu fis-suq tal-Unjoni fin-nuqqas ta’ miżuri. Mingħajr il-miżuri fis-seħħ, l-industrija tal-Unjoni ma tkunx tista’ żżomm il-prezzijiet tagħha, u x’aktarx iġġarrab f’telf bħal fl-investigazzjoni oriġinali. |
|
(270) |
Il-probabbiltà ta’ esportazzjonijiet Ċiniżi bi prezzijiet baxxi fin-nuqqas ta’ miżuri hija kkonfermata wkoll mill-bosta investigazzjonijiet anti-dumping dwar l-aċidu ċitriku Ċiniż f’pajjiżi oħra msemmija fil-premessa (200). |
|
(271) |
Il-kombinazzjoni tal-kapaċità għolja tal-esportazzjoni tal-produtturi Ċiniżi u prezzijiet dannużi twassal b’mod dirett għal telf rapidu tal-bejgħ tal-industrija tal-Unjoni u/jew tnaqqis fil-prezzijiet tagħha, li l-effett tagħhom iwassal għal deterjorament finanzjarju profond, li jfixkel is-sopravivenza tal-industrija tal-Unjoni — kif jidher mill-għeluq ta’ produtturi oħra tal-Unjoni, imsemmi fil-premessa (276). |
|
(272) |
Wara d-divulgazzjoni, is-CCCMC u tliet produtturi esportaturi li kkooperaw ikkummentaw fir-rigward tal-probabbiltà ta’ rikorrenza tad-dannu li żieda fl-importazzjonijiet bi prezzijiet aktar baxxi ma tagħmilx sens kummerċjali jew tas-suq, jekk il-miżuri jiskadu. Barra minn hekk, is-CCCMC sostniet ukoll li l-miżuri għad-difiża tal-kummerċ f’pajjiżi oħra ma jkollhomx impatt sinifikanti fuq it-teħid tad-deċiżjonijiet tal-produtturi esportaturi miċ-Ċina. Dawn il-pretensjonijiet la kienu sostanzjati u lanqas ma wrew b’xi mod li l-firxa wiesgħa ta’ elementi u raġunament sostantivi msemmija hawn fuq ma kinux korretti. Barra minn hekk, il-Kummissjoni osservat li l-prezzijiet tal-importazzjoni mingħajr dazji, kif muri fit-Tabella 3 huma diġà ferm taħt il-kostijiet tal-produzzjoni tal-industrija tal-Unjoni (kif muri fit-Tabella 11). Konsegwentement, anki li jinżammu dawn il-prezzijiet baxxi tal-importazzjoni jitfa’ pressjoni fuq l-industrija tal-Unjoni li x’aktarx terġa’ timmaterjalizza f’dannu. B’hekk, dawn il-pretensjonijiet ma jistgħux jiġu milqugħa. |
|
(273) |
Għalhekk, ġie konkluż li wisq probabbli n-nuqqas ta’ miżuri jwassal għal żieda sinifikanti fl-importazzjonijiet oġġett ta’ dumping miċ-Ċina bi prezzijiet dannużi u li aktarx iwassal għal rikorrenza ta’ dannu materjali. |
7. L-INTERESS TAL-UNJONI
|
(274) |
F’konformità mal-Artikolu 21 tar-Regolament bażiku, il-Kummissjoni eżaminat jekk iż-żamma tal-miżuri anti-dumping eżistenti tmurx kontra l-interess tal-Unjoni b’mod ġenerali. Id-determinazzjoni tal-interess tal-Unjoni kienet ibbażata fuq apprezzament tad-diversi interessi kollha involuti, inklużi dawk tal-industrija, tal-importaturi u tal-utenti tal-Unjoni. |
7.1. L-interess tal-industrija tal-Unjoni
|
(275) |
Iż-żewġ produtturi tal-Unjoni li flimkien jirrappreżentaw 100 % tal-produzzjoni tal-Unjoni kkooperaw f’din l-investigazzjoni. Kif iddikjarat fil-premessa (263), l-industrija tal-Unjoni rkuprat mill-ħsara kkawżata minn dumping fil-passat u l-operazzjonijiet tagħha huma vijabbli meta ma jkunux soġġetti għal kompetizzjoni inġusta minn importazzjonijiet li huma l-oġġett ta’ dumping. |
|
(276) |
L-industrija tal-Unjoni kienet qed issegwi ż-żieda fid-domanda għall-aċidu ċitriku, inklużi l-investimenti meħtieġa biex tiżdied il-kapaċità tal-produzzjoni tagħhom u qed tippjana li tespandi aktar. |
|
(277) |
Fl-istess ħin, it-tneħħija tal-miżuri x’aktarx twassal għal żieda fil-kompetizzjoni inġusta mill-importazzjonijiet Ċiniżi oġġett ta’ dumping, li thedded l-operazzjoni kontinwa tal-produtturi li jifdal f’industrija li altrimenti tkun vijabbli. Huwa mfakkar li tliet produtturi fl-Unjoni kienu għalqu qabel l-impożizzjoni tal-miżuri kontra l-importazzjonijiet Ċiniżi. |
|
(278) |
Għalhekk, il-Kummissjoni kkonkludiet li kien fl-interess tal-industrija tal-Unjoni li jinżammu l-miżuri fis-seħħ. |
7.2. L-interess ta’ importaturi mhux relatati
|
(279) |
Kif ġie ddikjarat fil-premessa (18), importatur mhux relatat wieħed biss issottometta tweġiba għall-kwestjonarju. Għalhekk ma kienx hemm wisq interess fost l-importaturi fl-investigazzjoni attwali. |
|
(280) |
L-importaturi tal-aċidu ċitriku spiss ikunu negozjanti ta’ firxa usa’ ta’ prodotti kimiċi u għalhekk mhumiex limitati għall-aċidu ċitriku. Barra minn hekk, in-negozjanti jimportaw prodotti kimiċi minn pajjiżi terzi oħra minbarra ċ-Ċina, u jwettqu negozju wkoll fi prodotti mmanifatturati mill-industrija tal-Unjoni. Għalhekk, l-impatt potenzjali taż-żamma tad-dazji fuq l-importaturi huwa mistenni li jkun limitat ħafna. |
7.3. L-interess tal-utenti
|
(281) |
Kif stabbilit fil-premessa (23), il-Kummissjoni rċeviet tweġibiet għall-kwestjonarju minn erba’ utenti mill-industrija tas-saħħa, tas-sbuħija u tal-iġjene fid-djar. Minkejja l-industrija tal-ikel u x-xorb li tikkostitwixxi l-akbar utent tal-aċidu ċitriku, l-ebda utent minn dik l-industrija ma kkoopera fl-investigazzjoni. |
|
(282) |
Għall-biċċa l-kbira tal-utenti, l-aċidu ċitriku jammonta għal parti żgħira jew saħansitra negliġibbli mill-istruttura tal-kostijiet tagħhom. F’xi tip speċifiku ta’ prodotti, b’mod partikolari fil-qasam tal-prodotti tal-iġjene fid-djar bħall-pilloli tal-magni tal-ħasil tal-platti, il-kontenut tal-aċidu ċitriku huwa ferm ogħla. |
|
(283) |
Fil-kummenti tagħhom, l-utenti li kkooperaw iddikjaraw li l-industrija tal-Unjoni rkuprat bis-sħiħ, u indikaw li mhijiex kapaċi tissodisfa bis-sħiħ id-domanda fl-Unjoni. Il-kummenti semmew ukoll li, speċjalment għal prodotti b’kontenut eċċezzjonalment għoli ta’ aċidu ċitriku, il-produzzjoni ta’ dawn il-prodotti fl-Unjoni hija anqas kompetittiva meta mqabbla ma’ pajjiżi fejn l-aċidu ċitriku mhuwiex soġġett għal dazji. L-utenti indikaw ukoll is-sitwazzjoni finanzjarja tajba tal-produtturi tal-Unjoni. |
|
(284) |
Il-miżuri eżistenti ma affettwawx id-disponibbiltà tal-aċidu ċitriku minn sorsi mhux tal-Unjoni, kif tikkonferma l-preżenza mdaqqsa kontinwa tal-esportazzjonijiet Ċiniżi. Iż-żidiet fil-kapaċità tal-produzzjoni huma ppjanati fl-Unjoni, kemm mill-produtturi tal-Unjoni kif ukoll mill-investiment Ċiniż fl-Unjoni msemmi fil-premessa (199). |
|
(285) |
Il-profittabbiltà tal-utenti li kkooperaw kienet għolja, u għall-maġġoranza l-kbira tal-utenti, l-impatt finanzjarju tal-kost tal-aċidu ċitriku bħala materja prima kien negliġibbli. Għall-utenti involuti fil-produzzjoni tat-tip ta’ prodotti li fihom kontenut ogħla ta’ aċidu ċitriku, dawk il-prodotti kienu biss parti minn portafoll ħafna usa’. Matul ir-rieżami ta’ skadenza preċedenti, meta aktar utenti kkooperaw fl-investigazzjoni, il-Kummissjoni stabbiliet li l-aċidu ċitriku jammonta għal mhux aktar minn 5 % tal-kostijiet tal-materja prima tal-utenti li jipproduċu prodotti kimiċi. Għalhekk, l-effett tal-miżuri fuq dawn l-utenti kien meqjus bħala limitat. |
|
(286) |
Kollox ma’ kollox, l-effett pożittiv tal-miżuri fuq l-industrija tal-Unjoni kien ferm akbar mill-impatt negattiv limitat tal-miżuri fis-seħħ fuq l-utenti. |
7.4. Fatturi oħra — is-sigurtà tas-sorsi tal-provvista
|
(287) |
Is-sigurtà tal-provvista hija element importanti tas-suq tal-aċidu ċitriku. Għall-maġġoranza tal-applikazzjonijiet tal-aċidu ċitriku, il-fattur tal-prezz kien negliġibbli, filwaqt li d-disponibbiltà tal-prodott taħt rieżami bħala materja prima kienet kruċjali. Fin-nuqqas ta’ miżuri, is-sopravivenza tal-industrija tal-Unjoni tkun fil-periklu, b’effetti lil hinn mill-industrija nnifisha, eż., tnaqqis fis-sorsi disponibbli ta’ provvista jew tnaqqis tal-kompetituri fis-suq. |
7.5. Konklużjoni dwar l-interess tal-Unjoni
|
(288) |
Abbażi ta’ dan ta’ hawn fuq, il-Kummissjoni kkonkludiet li ma kienx hemm raġunijiet konvinċenti tal-interess tal-Unjoni kontra ż-żamma tal-miżuri eżistenti dwar l-importazzjonijiet tal-aċidu ċitriku li joriġinaw miċ-Ċina. |
8. MIŻURI ANTI-DUMPING
|
(289) |
Abbażi tal-konklużjonijiet milħuqa mill-Kummissjoni dwar il-kontinwazzjoni ta’ dumping, ir-rikorrenza ta’ dannu u l-interess tal-Unjoni, il-miżuri anti-dumping dwar l-aċidu ċitriku miċ-Ċina jenħtieġ li jinżammu. |
|
(290) |
Fid-dawl tal-ħruġ tar-Renju Unit tal-Gran Brittanja u l-Irlanda ta’ Fuq (“UK”) mill-Unjoni Ewropea, b’effett mill-1 ta’ Jannar 2021, il-Kummissjoni analizzat ukoll l-impatt ta’ tali ħruġ fuq il-konklużjonijiet ta’ dan ir-rieżami ta’ skadenza. |
|
(291) |
F’dan ir-rigward, il-Kummissjoni nnutat li s-sehem tal-importazzjonijiet totali tal-aċidu ċitriku fir-Renju Unit mill-importazzjonijiet totali fuq bażi tal-EU-28 kien inqas minn 10 % matul il-perjodu kkunsidrat (sors: Bażi tad-data tal-14.6). La l-attraenza tas-suq tal-Unjoni u lanqas il-livell tal-prezzijiet tal-importazzjonijiet tal-prodott ikkonċernat fl-Unjoni ma jkunu affettwati mit-tnaqqis tas-suq intern għall-EU-27. |
|
(292) |
Il-bejgħ miż-żewġ produtturi uniċi tal-Unjoni lejn ir-Renju Unit kien fl-istess ordni ta’ kobor. |
|
(293) |
Għaż-żewġ produtturi esportaturi Ċiniżi fejn il-marġni tad-dumping ġie kkalkulat kif spjegat fil-premessa (189), it-tneħħija tal-bejgħ tal-esportazzjoni lejn ir-Renju Unit għall-finijiet tal-kalkolu ta’ marġni tad-dumping ma jkollhiex impatt ta’ aktar minn 1 punt perċentwali. Bħala korollarju ta’ dan, il-marġnijiet ta’ dumping għall-produtturi li ma kkooperawx ukoll ma jinbidlux. |
|
(294) |
Għalhekk, il-Kummissjoni kkonkludiet li r-riżultati ta’ din l-investigazzjoni li wasslu għaż-żamma tal-miżuri antidumping ma jvarjawx, irrispettivament minn jekk ir-Renju Unit jitqiesx għall-analiżi jew le. L-ebda parti interessata ma għamlet kummenti dwar dan il-punt. |
|
(295) |
Il-partijiet interessati kollha ġew informati bil-fatti u l-kunsiderazzjonijiet essenzjali li abbażi tagħhom kien maħsub li jiġi rrakkomandat li jibqgħu fis-seħħ il-miżuri eżistenti. Dawn ingħataw ukoll perjodu biex jagħmlu rappreżentazzjonijiet wara dak l-iżvelar. |
|
(296) |
Fid-dawl tal-Artikolu 109 tar-Regolament (UE, Euratom) 2018/1046 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (65), meta ammont ikollu jiġi rimborżat wara sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea, l-imgħax li għandu jitħallas jenħtieġ li jkun ir-rata applikata mill-Bank Ċentrali Ewropew għall-operazzjonijiet ta’ rifinanzjament ewlenin tiegħu, kif ippubblikata fis-serje C ta’ Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea fl-ewwel jum kalendarju ta’ kull xahar. |
|
(297) |
Il-miżuri previsti f’dan ir-Regolament huma f’konformità mal-opinjoni tal-Kumitat stabbilit mill-Artikolu 15(1) tar-Regolament (UE) 2016/1036, |
ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
1. Dazju anti-dumping definittiv huwa impost fuq l-importazzjonijiet tal-aċidu ċitriku u ċ-ċitrat trisodiku diidrat, li bħalissa jaqgħu taħt il-kodiċijiet NM 2918 14 00 u ex 2918 15 00 (kodiċi TARIC 2918150011 u 2918150019) u li joriġinaw mir-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina.
2. Ir-rati ta’ dazju anti-dumping definittiv applikabbli għall-prezz nett, ħieles fil-fruntiera tal-Unjoni, qabel id-dazju, tal-prodott deskritt fil-paragrafu 1 u prodott mill-kumpaniji elenkati hawn taħt għandhom ikunu kif ġej:
|
Kumpanija |
Dazju anti-dumping definittiv (%) |
Kodiċi TARIC addizzjonali |
|
COFCO Bio-Chemical Energy (Yushu) Co. Ltd — No 1 Dongfeng Avenue, Wukeshu Economic Development Zone, Changchun City 130401, PRC |
35,7 |
A874 |
|
Laiwu Taihe Biochemistry Co., Ltd. — No 89, Changjiang Street, Laiwu City, Shandong Province, PRC |
15,3 |
A880 |
|
RZBC Co., Ltd. — No 9 Xinghai West Road, Rizhao City, Shandong Province, RPĊ |
36,8 |
A876 |
|
RZBC (Juxian) Co., Ltd. — No 209 Laiyang Road, Juxian Economic Development Zone, Rizhao City, Shandong Province, PRC |
36,8 |
A877 |
|
TTCA Co., Ltd. — West, Wenhe Bridge North, Anqiu City, Shandong Province, RPĊ |
42,7 |
A878 |
|
Weifang Ensign Industry Co., Ltd. — No 1567 Changsheng Street, Changle, Weifang, Shandong Province, RPĊ |
33,8 |
A882 |
|
Jiangsu Guoxin Union Energy Co., Ltd. — No 1 Redian Road, Yixing Economic Development Zone, Jiangsu Province, RPĊ |
32,6 |
A879 |
|
Il-kumpaniji l-oħrajn kollha |
42,7 |
A999 |
3. Id-dazju anti-dumping definittiv applikabbli għall-importazzjonijiet li joriġinaw mir-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina, kif stabbilit fil-paragrafu 2, huwa b’dan estiż għall-importazzjonijiet tal-istess aċidu ċitriku u ċitrat trisodiku diidrat li jiġu kkonsenjati mill-Malasja, kemm jekk iddikjarati li joriġinaw mill-Malasja kif ukoll jekk le (kodiċijiet NM 2918 14 00 (Kodiċi TARIC 2918140010) u ex 2918 15 00 (kodiċi TARIC 2918150011).
4. L-applikazzjoni tar-rati tad-dazju individwali speċifikati għall-kumpaniji msemmija fil-paragrafu 2 għandha ssir bil-kundizzjoni li tiġi ppreżentata fattura kummerċjali valida lill-awtoritajiet doganali tal-Istati Membri, li fuqha għandha tidher dikjarazzjoni datata u ffirmata minn uffiċjal tal-entità li toħroġ tali fattura, identifikat b’ismu u l-kariga tiegħu, abbozzata kif ġej: “Jien, is-sottoskritt, niċċertifika li l-(volum) tal-(prodott taħt rieżami) mibjugħ sabiex jiġi esportat lejn l-Unjoni Ewropea u kopert minn din il-fattura ġie mmanifatturat minn (isem u indirizz tal-kumpanija) (kodiċi addizzjonali TARIC) fi [pajjiż ikkonċernat]. Jien niddikjara li l-informazzjoni pprovduta f’din il-fattura hija sħiħa u korretta .” Jekk ma tiġix ippreżentata fattura bħal din, għandu japplika d-dazju applikabbli għall-kumpaniji l-oħra kollha.
5. Sakemm ma jkunx speċifikat mod ieħor, għandhom japplikaw id-dispożizzjonijiet fis-seħħ dwar id-dazji doganali.
Artikolu 2
1. L-importazzjonijiet iddikjarati għar-rilaxx għal ċirkolazzjoni libera li huma fatturati minn kumpaniji li l-impenji tagħhom huma aċċettati mill-Kummissjoni u li l-ismijiet tagħhom huma elenkati fid-Deċiżjoni 2008/899/KE, emendata ulterjorment bid-Deċiżjoni 2012/501/UE u r-Regolament (UE) 2016/704, għandhom ikunu eżentati mid-dazju anti-dumping impost mill-Artikolu 1, bil-kundizzjoni li:
|
(a) |
jiġu manifatturati, mibgħuta u fatturati direttament mill-kumpaniji msemmija lill-ewwel klijent indipendenti fl-Unjoni; u |
|
(b) |
importazzjonijiet bħal dawn ikunu akkumpanjati minn fattura ta’ impenn li tkun fattura kummerċjali li jkun fiha mill-anqas l-elementi u d-dikjarazzjoni stipulati fl-Anness għal dan ir-Regolament; u |
|
(c) |
il-prodotti ddikjarati u ppreżentati lid-dwana jikkorrispondu bl-eżatt mad-deskrizzjoni fuq il-fattura ta’ impenn. |
2. Dejn doganali għandu jiġġarrab fil-mument ta’ aċċettazzjoni tad-dikjarazzjoni għar-rilaxx għal ċirkolazzjoni libera:
|
(a) |
kull meta jiġi stabbilit, fir-rigward tal-importazzjonijiet deskritti fil-paragrafu 1, li waħda jew aktar mill-kundizzjonijiet elenkati f’dan il-paragrafu mhumiex issodisfati; jew |
|
(b) |
meta l-Kummissjoni tirtira l-aċċettazzjoni tal-impenn tagħha skont l-Artikolu 8(9) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1225/2009 (66) permezz ta’ Regolament jew Deċiżjoni li jirreferu għal tranżazzjonijiet partikolari u tiddikjara l-fatturi ta’ impenn rilevanti bħala invalidi. |
Artikolu 3
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fi Brussell, l-14 ta’ April 2021.
Għall-Kummissjoni
Il-President
Ursula VON DER LEYEN
(1) ĠU L 176, 30.6.2016, p. 21.
(2) ĠU L 323, 3.12.2008, p. 1.
(3) ĠU L 323, 3.12.2008, p. 62.
(4) ĠU L 244, 8.9.2012, p. 27.
(7) ĠU L 122, 12.5.2016, p. 19.
(8) ĠU L 231, 14.9.2018, p. 20.
(9) ĠU C 165, 14.5.2019, p. 3.
(10) Notifika ta’ bidu ta’ rieżami ta’ skadenza tal-miżuri anti-dumping applikabbli għall-importazzjonijiet tal-aċidu ċitriku li joriġinaw mir-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina (ĠU C 18, 20.1.2020, p. 3).
(11) Link għas-sit web speċifiku għall-każ: https://trade.ec.europa.eu/tdi/case_details.cfm?id=2432
(12) Notifika disponibbli fil-fajl tal-każ bin-numru t20.002450.
(13) Notifika disponibbli fil-fajl tal-każ bin-numru t20.002149.
(14) Bażi tad-data ta’ informazzjoni dwar il-kummerċ ipprovduta minn IHS Markit, https://ihsmarkit.com/products.html
(15) Notifika disponibbli fil-fajl tal-każ bin-numru t20.007937.
(16) Bażi tad-data finanzjarja tal-kumpaniji pprovduta mill-Bureau van Dijk, www.bvdinfo.com
(17) Id-Dokument ta’ Ħidma tal-Persunal tal-Kummissjoni dwar Distorsjonijiet Sinifikanti fl-Ekonomija tar-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina għall-finijiet tal-Investigazzjonijiet dwar id-Difiża tal-Kummerċ, l-20 ta’ Diċembru 2017, SWD(2017) 483 final/2 (minn hawn ’il quddiem ir-“Rapport”).
(18) WTO DS 494, UE — Metodoloġiji tal-Aġġustament tal-Kostijiet, paragrafi 7.76, 7.80 u 7.81.
(19) ĠU L 338, 19.12.2017, p. 1.
(20) Ir-Rapport — il-Kapitolu 2, p. 6–7.
(21) Ir-Rapport — il-Kapitolu 2, p. 10.
(22) Disponibbli fuq http://www.fdi.gov.cn/1800000121_39_4866_0_7.html (ikkonsultat l-aħħar fil-15 ta’ Lulju 2019).
(23) Ir-Rapport — il-Kapitolu 2, p. 20–21.
(24) Ir-Rapport — il-Kapitolu 3, p. 41, 73–74.
(25) Ir-Rapport — il-Kapitolu 6, p. 120–121.
(26) Ir-Rapport — il-Kapitolu 6, p. 122–135.
(27) Ir-Rapport — il-Kapitolu 7, p. 167–168.
(28) Ir-Rapport — il-Kapitolu 8, p. 169–170, 200–201.
(29) Ir-Rapport — il-Kapitolu 2, p. 15–16, ir-Rapport — il-Kapitolu 4, p. 50, p. 84, ir-Rapport — il-Kapitolu 5, p. 108–9.
(30) Ir-Rapport — il-Kapitolu 3, p. 22–24 u l-Kapitolu 5, p. 97–108.
(31) Ir-Rapport — il-Kapitolu 5, p. 104–9.
(32) Ara t-13-il Pjan ta’ Ħames Snin tal-Ipproċessar tal-Qamħ u taż-Żejt, it-Taqsima IV.2.1, disponibbli online fuq http://www.gov.cn/xinwen/2017-01/03/content_5155835.htm (aċċessat l-aħħar fil-21 ta’ Diċembru 2020).
(33) Ir-Rapport — il-Kapitolu 5, p. 100–1.
(34) Ir-Rapport — il-Kapitolu 2, p. 26.
(35) Ir-Rapport — il-Kapitolu 2, p. 31–2.
(36) Disponibbli fuq https://www.reuters.com/article/us-china-congress-companies-idUSKCN1B40JU (ikkonsultat l-aħħar fil-15 ta’ Lulju 2019).
(37) Ir-Rapport — il-Kapitoli 14.1 sa 14.3.
(38) Ir-Rapport — il-Kapitolu 4, p. 41–42, 83.
(39) Ir-Rapport — il-Kapitolu 12, p. 319.
(40) Informazzjoni dwar is-sussidji disponibbli fuq is-sit web tal-Ministeru tal-Agrikoltura: http://www.moa.gov.cn/gk/zcfg/qnhnzc/201904/t20190416_6179338.htm.
(41) Ara n-Notifika 2017/627 tal-NDRC li tħassar l-“Avviż tal-NDRC dwar Kwistjonijiet li Jikkonċernaw il-Ġestjoni ta’ Proġetti ta’ Pproċessar Profond tal-Qamħirrum”, disponibbli fuq: https://www.ndrc.gov.cn/fggz/cyfz/zcyfz/201704/t20170417_1149901.html.
(42) Ibid.
(43) Ir-Rapport — il-Kapitolu 6, p. 138–149.
(44) Ir-Rapport — il-Kapitolu 9, p. 216.
(45) Ir-Rapport — il-Kapitolu 9, p. 213–215.
(46) Ir-Rapport — il-Kapitolu 9, p. 209–211.
(47) Ir-Rapport — il-Kapitolu 13, p. 332–337.
(48) Ir-Rapport — il-Kapitolu 13, p. 336.
(49) Ir-Rapport — il-Kapitolu 13, p. 337–341.
(50) Ir-Rapport — il-Kapitolu 6, p. 114–117.
(51) Ir-Rapport — il-Kapitolu 6, p. 119.
(52) Ir-Rapport — il-Kapitolu 6, p. 120.
(53) Ir-Rapport — il-Kapitolu 6, p. 121–122, 126–128, 133–135.
(54) Ara d-Dokument ta’ Ħidma tal-FMI “Resolving China’ s Corporate Debt Problem” (“Riżoluzzjoni tal-Proglema tad-Dejn Korporattiv taċ-Ċina”), ta’ Wojciech Maliszewski, Serkan Arslanalp, John Caparusso, José Garrido, Si Guo, Joong Shik Kang, W. Raphael Lam, T. Daniel Law, Wei Liao, Nadia Rendak, Philippe Wingender, Jiangyan, Ottubru 2016, WP/16/203.
(55) Ir-Rapport — il-Kapitolu 6, p. 121–122, 126–128, 133–135.
(56) https://www.indexmundi.com/agriculture/?commodity=corn
(57) https://www.indexmundi.com/commodities/?commodity=corn&months=60¤cy=eur
(58) https://qdd.oecd.org/subject.aspx?Subject=ExportRestrictions_IndustrialRawMaterials
(59) https://www.ilo.org/ilostat/faces/oracle/webcenter/portalapp/pagehierarchy/Page21.jspx?_afrLoop=2007202804813928&_afrWindowMode=0&_afrWindowId=ejmgka3iz_63#!%40%40%3F_afrWindowId%3Dejmgka3iz_63%26_afrLoop%3D2007202804813928%26_afrWindowMode%3D0%26_adf.ctrl-state%3Dejmgka3iz_119
(60) ĠU L 123, 19.5.2015, p. 33. L-Artikolu 2(7) tar-Regolament bażiku qies li l-prezzijiet domestiċi f’dawk il-pajjiżi ma jistgħux jintużaw għall-finijiet tad-determinazzjoni tal-valur normali u, fi kwalunkwe każ, din id-data dwar l-importazzjoni kienet negliġibbli.
(61) Disponibbli fuq: http://www.gtis.com/gta/
(62) Il-Kummissjoni għamlet l-informazzjoni dwar il-livell ta’ kapaċitajiet fiċ-Ċina, flimkien mal-materjali tas-sors, disponibbli fil-fajl għall-ispezzjoni mill-partijiet interessati, fis-7 ta’ Ġunju 2020, issejvjat bħala Nru t20.004035.
(63) Istitut Ċina-CEE: “ China and Hungary: 70 years of bilateral relations in a changing world ” (Iċ-Ċina u l-Ungerija: 70 Sena ta’ relazzjonijiet bilaterali f’dinja li qed tinbidel), Diċembru 2019, p. 75.
(64) Ara r-Rapport tal-Korp tal-Appell, United States — Anti-Dumping Measures on Oil Country Tubular Goods (OCTG) from Mexico (Stati Uniti — Miżuri Anti-Dumping dwar Oġġetti Tubulari tal-Pajjiż taż-Żejt mill-Messiku) (WT/DS282/AB/R), il-paragrafi 108 u 122–123.
ANNESS
L-elementi li ġejjin għandhom ikunu indikati fil-fattura kummerċjali li takkumpanja l-bejgħ mill-kumpaniji fl-Unjoni Ewropea ta’ oġġetti, li huma soġġetti għall-impenn:
|
1. |
L-intestatura “FATTURA KUMMERĊJALI LI TAKKUMPANJA L-OĠĠETTI SOĠĠETTI GĦAL IMPENN”. |
|
2. |
L-isem tal-kumpanija li qed toħroġ il-fattura kummerċjali. |
|
3. |
In-numru tal-fattura kummerċjali. |
|
4. |
Id-data tal-ħruġ tal-fattura kummerċjali. |
|
5. |
Il-kodiċi addizzjonali tat-TARIC li skontu l-prodotti fil-fattura għandhom jiġu kklerjati mid-dwana fil-fruntiera tal-Unjoni Ewropea. |
|
6. |
Id-deskrizzjoni preċiża tal-prodotti, fosthom:
|
|
7. |
Id-deskrizzjoni tat-termini tal-bejgħ, fosthom:
|
|
8. |
L-isem tal-kumpanija li tagħmilha ta’ importatur fl-Unjoni Ewropea li lilha l-kumpanija toħroġ direttament il-fattura kummerċjali li takkumpanja l-prodotti soġġetti għal impenn. |
|
9. |
L-isem tal-uffiċjal tal-kumpanija li ħareġ il-fattura kummerċjali u d-dikjarazzjoni ffirmata li ġejja: “Jien, hawn taħt iffirmat, niċċertifika li l-bejgħ għall-esportazzjoni diretta lejn l-Unjoni Ewropea tal-oġġetti koperti b’din il-fattura qiegħed isir fl-ambitu u skont it-termini tal-Impenn offrut minn (il-KUMPANIJA), u aċċettat mill-Kummissjoni Ewropea permezz tad-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2015/87. Jiena niddikjara li l-informazzjoni mogħtija f’din il-fattura hija sħiħa u korretta.” |