<?xml version="1.0" encoding="UTF-8"?><JUDGMENT xmlns:fmx="http://opoce" xmlns:xsi="http://www.w3.org/2001/XMLSchema-instance" xsi:noNamespaceSchemaLocation="http://formex.publications.europa.eu/schema/formex-05.58-20161101.xd"><BIB.JUDGMENT><REF.CASE FILE="n.a."><NO.CASE>C-325/18 PPU</NO.CASE><NO.CASE>C-375/18 PPU</NO.CASE></REF.CASE><NO.CELEX>62018CJ0325</NO.CELEX><NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2018:739">EU:C:2018:739</NO.ECLI><NO.SEQ>0001</NO.SEQ><PAGE.FIRST.ECR>1</PAGE.FIRST.ECR><PAGE.SEQ>1</PAGE.SEQ><PAGE.LAST.ECR>18</PAGE.LAST.ECR><PAGE.TOTAL>18</PAGE.TOTAL><AUTHOR>CJ</AUTHOR></BIB.JUDGMENT><CURR.TITLE><PAGE.HEADER><P><HT TYPE="SC">Sentenza tad-<DATE ISO="20180919">19. 9.2018</DATE> – Kawżi magħQuda C-325/18 PPU u C-375/18 PPU</HT></P><P><HT TYPE="SC">C.E. u N.E.</HT></P></PAGE.HEADER></CURR.TITLE><TITLE><TI><P><HT TYPE="UC">Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja</HT> (L-Ewwel Awla)</P><P><DATE ISO="20180919">19 ta’ Settembru 2018</DATE><NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="STAR" NOTE.ID="E0001"><P>Lingwa tal-kawża: l-Ingliż.</P></NOTE></P></TI></TITLE><INTERMEDIATE><INDEX IDX.CLOSE="”" SEPARATOR=" – " IDX.OPEN="“"><KEYWORD>Rinviju għal deċiżjoni preliminari</KEYWORD><KEYWORD>Proċedura b’urġenza għal deċiżjoni preliminari</KEYWORD><KEYWORD>Kooperazzjoni ġudizzjarja f’materji ċivili</KEYWORD><KEYWORD>Ġurisdizzjoni, rikonoxximent u eżekuzzjoni ta’ deċiżjonijiet fi kwistjonijiet matrimonjali u fi kwistjonijiet ta’ responsabbiltà tal-ġenituri</KEYWORD><KEYWORD>Ħtif internazzjonali ta’ minuri</KEYWORD><KEYWORD>Regolament (KE) Nru 2201/2003</KEYWORD><KEYWORD>Artikolu 11</KEYWORD><KEYWORD>Talba għar-ritorn</KEYWORD><KEYWORD>Konvenzjoni ta’ Den Haag tal-<DATE ISO="19801025">25 ta’ Ottubru 1980</DATE></KEYWORD><KEYWORD>Applikazzjoni għal dikjarazzjoni tas-saħħa eżekuttiva</KEYWORD><KEYWORD>Rikors</KEYWORD><KEYWORD>Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea</KEYWORD><KEYWORD>Artikolu 47</KEYWORD><KEYWORD>Dritt għal rimedju effettiv</KEYWORD><KEYWORD>Terminu għall-preżentata ta’ rikors</KEYWORD><KEYWORD>Digriet ta’ <HT TYPE="ITALIC">exequatur</HT> </KEYWORD><KEYWORD>Eżekuzzjoni qabel in-notifika tiegħu</KEYWORD></INDEX></INTERMEDIATE><JUDGMENT.INIT><P>Fil-Kawżi magħquda C‑325/18 PPU u C‑375/18 PPU,</P><P>li għandhom bħala suġġett żewġ talbiet għal deċiżjoni preliminari skont l-Artikolu 267 TFUE, imressqa mill-Court of Appeal (il-Qorti tal-Appell, l-Irlanda), permezz ta’ deċiżjonijiet tas-<DATE ISO="20180517">17 ta’ Mejju 2018</DATE> (C‑325/18 PPU) u tas-<DATE ISO="20180607">7 ta’ Ġunju 2018</DATE> (C‑375/18 PPU), li waslu fil-Qorti tal-Ġustizzja fis-<DATE ISO="20180517">17 ta’ Mejju 2018</DATE> u fis-<DATE ISO="20180607">7 ta’ Ġunju 2018</DATE>, rispettivament, fil-proċeduri:</P></JUDGMENT.INIT><PARTIES><PLAINTIFS><P><HT TYPE="BOLD">Hampshire County Council</HT></P></PLAINTIFS><AGAINST>vs</AGAINST><DEFENDANTS><P><HT TYPE="BOLD">C.E.,</HT></P><P><HT TYPE="BOLD">N.E.,</HT></P><P>fil-preżenza ta’:</P><P><HT TYPE="BOLD">Child and Family Agency,</HT></P><P><HT TYPE="BOLD">Attorney General,</HT></P></DEFENDANTS></PARTIES><PREAMBLE><PREAMBLE.INIT><P>IL-QORTI TAL-ĠUSTIZZJA (L-Ewwel Awla),</P><P>komposta minn R. Silva de Lapuerta, President tal-Awla, C.G. Fernlund, J.‑C. Bonichot, A. Arabadjiev (Relatur) u S. Rodin, Imħallfin,</P><P>Avukat Ġenerali: J. Kokott,</P><P>Reġistratur: L. Hewlett, Amministratur Prinċipali,</P></PREAMBLE.INIT><?PAGE NO="2"?><GR.VISA><VISA>wara li rat it-talbiet tal-qorti tar-rinviju tas-<DATE ISO="20180517">17 ta’ Mejju 2018</DATE> (C‑325/18 PPU) u tas-<DATE ISO="20180607">7 ta’ Ġunju 2018</DATE> (C‑375/18 PPU), li waslu fil-Qorti tal-Ġustizzja fis-<DATE ISO="20180517">17 ta’ Mejju 2018</DATE> u fis-<DATE ISO="20180607">7 ta’ Ġunju 2018</DATE>, rispettivament, li r-rinviji għal deċiżjoni preliminari jiġu suġġetti għall-proċedura b’urġenza, konformement mal-Artikolu 107 tar-Regoli tal-Proċedura tal-Qorti tal-Ġustizzja,</VISA><VISA>wara li rat id-deċiżjoni tal-<DATE ISO="20180611">11 ta’ Ġunju 2018</DATE> tal-Ewwel Awla li tilqa’ l-imsemmija talbiet,</VISA><VISA>wara li rat il-proċedura bil-miktub u wara s-seduta tat-<DATE ISO="20180713">13 ta’ Lulju 2018</DATE>,</VISA></GR.VISA><GR.CONSID><CONSID><P>wara li kkunsidrat l-osservazzjonijiet ippreżentati:</P><LIST TYPE="NDASH"><ITEM><P>għall-Hampshire County Council, minn D. Day, barrister, b’mandat minn V. Pearce, solicitor,</P></ITEM><ITEM><P>għal N. E. u C. E., minn N. Jackson, SC, B. Shipsey, SC, B. McKeever, BL u K. Smyth, solicitor,</P></ITEM><ITEM><P>għall-Attorney General, minn M. Browne, J. McCann u A. Joyce, bħala aġenti, assistiti minn A. Finn, BL u G. Durcan, SC,</P></ITEM><ITEM><P>għall-Irlanda, minn J. McCann, bħala aġent, assistita minn G. Durcan, SC u A. Finn, BL,</P></ITEM><ITEM><P>għall-Gvern tar-Renju Unit, minn R. Fadoju u C. Brodie, bħala aġenti, assistiti minn E. Devereux, QC,</P></ITEM><ITEM><P>għall-Gvern Ċek, minn J. Vláčil, bħala aġent,</P></ITEM><ITEM><P>għall-Gvern Pollakk, minn M. Nowak, bħala aġent,</P></ITEM><ITEM><P>għall-Kummissjoni Ewropea, minn M. Wilderspin, bħala aġent,</P></ITEM></LIST></CONSID></GR.CONSID><GR.VISA><VISA>wara li semgħet il-konklużjonijiet tal-Avukat Ġenerali ppreżentati fis-seduta tas-<DATE ISO="20180807">7 ta’ Awwissu 2018</DATE>,</VISA></GR.VISA><PREAMBLE.FINAL>tagħti l-preżenti</PREAMBLE.FINAL></PREAMBLE><CONTENTS.JUDGMENT><GR.SEQ LEVEL="1"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD">Sentenza</HT></P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0001"><NO.P>1</NO.P><TXT>It-talbiet għal deċiżjoni preliminari jirrigwardaw l-interpretazzjoni tal-Artikolu 47 tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea (iktar ’il quddiem il-<QUOT.START CODE="201C" ID="QS0001" REF.END="QE0001"/>Karta<QUOT.END REF.START="QS0001" CODE="201D" ID="QE0001"/>) kif ukoll tal-Artikolu 11 u tal-Artikolu 33(5) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2201/2003 tas-<DATE ISO="20031127">27 ta’ Novembru 2003</DATE> dwar il-ġurisdizzjoni u r-rikonoxximent u l-infurzar ta’ sentenzi fi kwistjonijiet matrimonjali u kwistjonijiet ta’ responsabbilità tal-ġenituri, u li jirrevoka r-Regolament (KE) Nru 1347/2000 (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 19, Vol. 6, p. 243, rettifika fil-ĠU L 2013, p. 63).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0002"><NO.P>2</NO.P><TXT>Dawn it-talbiet tressqu fil-kuntest ta’ tilwima bejn, minn naħa, il-Hampshire County Council (il-Kunsill tal-Kontea ta’ Hampshire, iktar ’il quddiem il-<QUOT.START CODE="201C" ID="QS0002" REF.END="QE0002"/>HCC<QUOT.END REF.START="QS0002" CODE="201D" ID="QE0002"/>) u, min-naħa l-oħra, C.E. u N.E. (iktar ’il quddiem il-<QUOT.START CODE="201C" ID="QS0003" REF.END="QE0003"/>ġenituri kkonċernati<QUOT.END REF.START="QS0003" CODE="201D" ID="QE0003"/>), dwar ir-ritorn lejn ir-Renju Unit ta’ tlett itfal minuri (iktar ’il quddiem it-<QUOT.START CODE="201C" ID="QS0004" REF.END="QE0004"/>tlett itfal<QUOT.END REF.START="QS0004" CODE="201D" ID="QE0004"/>), meħuda fl-Irlanda mill-ġenituri kkonċernati sabiex jaħarbu miżura ta’ tqegħid ta’ dawn it-tfal taħt tutela, u dwar talba għal ordni interlokutorja mressqa minn dawn il-ġenituri fl-Irlanda sabiex tiġi sospiża l-adozzjoni tal-iżgħar wieħed minn dawn it-tlett itfal u, jekk ikun il-każ, tat-tfal l-oħra fir-Renju Unit.</TXT></NP.ECR></GR.SEQ><?PAGE NO="3"?><GR.SEQ LEVEL="1"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD">Il-kuntest ġuridiku</HT></P></TI></TITLE><GR.SEQ LEVEL="2"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD"><HT TYPE="ITALIC">Id-dritt internazzjonali</HT></HT></P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0003"><NO.P>3</NO.P><TXT>Il-Konvenzjoni dwar l-Aspetti Ċivili tal-Ħtif Internazzjonali ta’ Minuri, konkluża f’Den Haag fil-<DATE ISO="19801025">25 ta’ Ottubru 1980</DATE> (iktar ’il quddiem il-<QUOT.START CODE="201C" ID="QS0005" REF.END="QE0005"/>Konvenzjoni ta’ Den Haag tal-1980<QUOT.END REF.START="QS0005" CODE="201D" ID="QE0005"/>) għandha l-għanijiet, kif jirriżulta mill-preambolu tagħha, b’mod partikolari, li tipproteġi lill-minuri, fuq livell internazzjonali, kontra l-effetti dannużi ta’ tneħħija jew ta’ żamma illegali u li tistabbilixxi proċeduri sabiex jiġi ggarantit ir-ritorn immedjat tal-minuri fl-Istat tar-residenza abitwali tiegħu. Din il-konvenzjoni daħlet fis-seħħ fl-<DATE ISO="19831201">1 ta’ Diċembru 1983</DATE> u l-Istati Membri kollha tal-Unjoni Ewropea huma Partijiet Kontraenti tagħha.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0004"><NO.P>4</NO.P><TXT>L-Artikolu 1 tal-Konvenzjoni ta’ Den Haag tal-1980 jipprovdi:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><ALINEA><P><QUOT.START CODE="201C" ID="QS0006" REF.END="QE0006"/>L-għanijiet ta’ din il-konvenzjoni huma:</P><P><LIST TYPE="alpha"><ITEM><NP><NO.P>(a)</NO.P><TXT>li jiġi żgurat ir-ritorn immedjat tal-minuri meħuda jew miżmuma illegalment f’wieħed mill-Istati Kontraenti;</TXT></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P>(b)</NO.P><TXT>li jiġu rrispettati effettivament fl-Istati Kontraenti l-oħra d-drittijiet ta’ kustodja u ta’ aċċess eżistenti fi Stat Kontraenti.<QUOT.END REF.START="QS0006" CODE="201D" ID="QE0006"/> [traduzzjoni mhux uffiċjali]</TXT></NP></ITEM></LIST></P></ALINEA></QUOT.S></P></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0005"><NO.P>5</NO.P><TXT>Skont l-Artikolu 3 ta’ din il-konvenzjoni:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><ALINEA><P><QUOT.START CODE="201C" ID="QS0007" REF.END="QE0007"/>Ir-rimozzjoni [tneħħija] jew ir-ritenzjoni [żamma] ta’ minuri għandhom jitqiesu bħala illeċiti meta -</P><P><LIST TYPE="alpha"><ITEM><NP><NO.P>(a)</NO.P><TXT>dan ikun bi ksur tad-drittijiet ta’ kustodja, vestiti f’persuna, istituzzjoni jew enti oħra, kemm singolarment, kif ukoll konġuntement, taħt il-liġi tal-Istat fejn il-minuri kien soltu joqgħod minnufih qabel ir-rimozzjonijew ritenzjoni;</TXT></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P>(b)</NO.P><TXT>fil-waqt tar-rimozzjoni jew tar-ritenzjoni dawk id-drittijiet kienu attwalment eżerċitati, jew konġuntement sew singolarment, jew kienu jkunu hekk eżerċitati kieku ma kienx għar-rimozzjoni jew għar-ritenzjoni.</TXT></NP></ITEM></LIST></P></ALINEA><ALINEA>Id-drittijiet ta’ kustodja imsemmija fis-subparagrafu (a) hawn aktar qabel jistgħu joriġinaw b’mod partikolari mill-operat tal-liġi jew bis-saħħa ta’ deċiżjoni ġudizzjarja jew amministrattiva, jew bis-saħħa ta’ ftehim li jkollu effett legali skont il-liġi ta’ dak l-Istat.<QUOT.END REF.START="QS0007" CODE="201D" ID="QE0007"/></ALINEA></QUOT.S></P></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0006"><NO.P>6</NO.P><TXT>L-Artikolu 12 tal-imsemmija konvenzjoni jipprevedi:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><ALINEA><QUOT.START CODE="201C" ID="QS0008" REF.END="QE0008"/>Meta minuri jkun tneħħa jew inżamm b’mod illeċitu skont l-Artikolu 3 u, fid-data tal-bidu tal-proċedimenti quddiem l-awtorità ġudizzjarja jew amministrattiva tal-Istat Kontraenti fejn ikun jinsab il-minuri, ikun għadda perjodu ta’ inqas minn sena mid-data tar-rimozzjoni [tneħħija] jew ritenzjoni [żamma] illeċita, l-awtorità li tkun għandha tordna r-ritorn tal-minuri biex dan isir minnufih.</ALINEA><ALINEA>[…]<QUOT.END REF.START="QS0008" CODE="201D" ID="QE0008"/></ALINEA></QUOT.S></P></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0007"><NO.P>7</NO.P><TXT>L-Artikolu 13 tal-Konvenzjoni ta’ Den Haag tal-1980 jipprevedi:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><ALINEA><P><QUOT.START CODE="201C" ID="QS0009" REF.END="QE0009"/>Minkejja d-disposizzjonijiet tal-Artikolu ta’ qabel, l-awtorità ġudizzjarja jew amministrattiva tal-Istat rikjest m’hiex marbuta li tordna r-ritorn tal-minuri jekk il-persuna, istituzzjoni jew enti oħra li topponi r-ritorn iġġib prova li -</P><?PAGE NO="4"?><P>[…]</P><P><LIST TYPE="alpha"><ITEM><NP><NO.P>(b)</NO.P><TXT>jkun hemm riskju kbir li r-ritorn tal-minuri se jesponih għal dannu fiżiku jew psikoloġiku jew inkella jqiegħed lill-minuri f’sitwazzjoni intollerabbli.</TXT></NP></ITEM></LIST></P></ALINEA><ALINEA>[…]<QUOT.END REF.START="QS0009" CODE="201D" ID="QE0009"/></ALINEA></QUOT.S></P></NP.ECR></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="2"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD"><HT TYPE="ITALIC">Id-dritt tal-Unjoni</HT></HT></P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0008"><NO.P>8</NO.P><TXT>Il-premessi 12, 17, 21 u 33 tar-Regolament Nru 2201/2003 huma fformulati kif ġej:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><CONSID><NP><NO.P><QUOT.START CODE="201C" ID="QS0010" REF.END="QE0010"/>(12)</NO.P><TXT>Ir-raġunijiet ta’ l-ġurisdizzjoni fi kwistjonijiet ta’ responsabbilità ta’ l-ġenituri stabbiliti fir-Regolament preżenti huma fformati fi ħdan l-aqwa interessi għall-minuri, u partikolarment dwar il-kriterju ta’ l-qrubija […]</TXT></NP></CONSID><P>[…]</P><CONSID><NP><NO.P>(17)</NO.P><TXT>F’każijiet ta’ tneħħija jew żamma nġusta ta’ minuri, ir-ritorn ta’ l-minuri għandu jinkiseb mingħajr dewmien, u għal dan il-għan għandha tkompli tapplika l-Konvenzjoni [ta’ Den Haag tal-1980] kif kumplementata mid-disposizzjonijiet ta’ dan ir-Regolament, u partikolarrment l-Artikolu 11. Il-qrati ta’ l-Istati Membri liema jew li minnhom il-minuri ġew imneħħija nġustament jew miżmuma għandhom ikun jistghu jopponu r-ritorn tiegħu f’każijiet speċifici jew skond kif ġustifikati. Madankollu, deċiżjoni bħal din tista’ tiġi sostitwita minn deċiżjoni sussegwenti mill-qorti ta’ l-Istat Membru tar-residenza abitwali ta’ l-minuri qabel it-tneħħija jew żamma nġusta. Jekk dik is-sentenza tobbliga r-ritorn ta’ l-minuri, ir-ritorn għandu jiġi magħmul mingħajr l-ebda proċedura speċjali neċessarja għar-rikonoxximent u l-enfurzar ta’ dik is-sentenza fl-Istat Membru liema jew f’liema l-minuri ġew imneħħija jew miżmuma.</TXT></NP></CONSID><P>[…]</P><CONSID><NP><NO.P>(21)</NO.P><TXT>Ir-rikonoxximent u l-infurzar ta’ sentenzi mogħtija fi Stat Membru għandu jiġi bbażat fuq il-prinċipju ta’ fiduċja reċiproka u l-bażi għal nuqqas ta’ rikonoxximent għandu jinżamm għall-minimu neċessarju.</TXT></NP></CONSID><P>[…]</P><CONSID><NP><NO.P>(33)</NO.P><TXT>Dan ir-Regolament jirrikonoxxi d-drittijiet fondamentali u josserva l-prinċipji [tal-Karta]. B’mod partikolari, ifittex li jassigura r-rispett għad-drittijiet fondamentali ta’ l-minuri kif stabbiliti fl-Artikolu 24 [tal-Karta].<QUOT.END REF.START="QS0010" CODE="201D" ID="QE0010"/></TXT></NP></CONSID></QUOT.S></P></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0009"><NO.P>9</NO.P><TXT>L-Artikolu 1 tar-Regolament Nru 2201/2003, intitolat <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0011" REF.END="QE0011"/>Il-kamp ta’ applikazzjoni<QUOT.END REF.START="QS0011" CODE="201D" ID="QE0011"/>, jipprovdi, fil-paragrafi 1 sa 3 tiegħu:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><PARAG IDENTIFIER="001.001"><NO.PARAG><QUOT.START CODE="201C" ID="QS0012" REF.END="QE0012"/>1.</NO.PARAG><ALINEA><P>Dan ir-Regolament għandu japplika, tkun xi tkun in-natura ta’ l-qorti jew tribunal, fi kwistjonijiet ċivili dwar:</P><P>[…]</P><P><LIST TYPE="alpha"><ITEM><NP><NO.P>(b)</NO.P><TXT>l-attribuzzjoni, l-ezerċizzju, id-delegazzjoni, ir-restrizzjoni jew it-terminazzjoni tar-responsabbilità ta’ l-ġenituri.</TXT></NP></ITEM></LIST></P></ALINEA></PARAG><?PAGE NO="5"?><PARAG IDENTIFIER="001.002"><NO.PARAG>2.</NO.PARAG><ALINEA><P>Il-kwistjonijiet imsemmija fil-paragrafu1(b) jistgħu, partikolarment, jittrattaw fi:</P><P><LIST TYPE="alpha"><ITEM><NP><NO.P>(a)</NO.P><TXT>drittijiet ta’ kustodja u drittijiet ta’ aċċess;</TXT></NP></ITEM></LIST></P><P>[…]</P></ALINEA></PARAG><PARAG IDENTIFIER="001.003"><NO.PARAG>3.</NO.PARAG><ALINEA><P>Dan ir-Regolament ma japplikax għal:</P><P>[…]</P><P><LIST TYPE="alpha"><ITEM><NP><NO.P>(b)</NO.P><TXT>id-deċizjonijiet dwar l-adozzjoni, il-miżuri preparatorji għall-adozzjoni, jew l-annullament jew ir-revoka ta’ l-adozzjoni;</TXT></NP></ITEM></LIST></P><P>[…]<QUOT.END REF.START="QS0012" CODE="201D" ID="QE0012"/></P></ALINEA></PARAG></QUOT.S></P></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0010"><NO.P>10</NO.P><TXT>Skont l-Artikolu 2 tar-Regolament Nru 2201/2003:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><P><QUOT.START CODE="201C" ID="QS0013" REF.END="QE0013"/>Għall-għanijiet ta’ dan ir-Regolament:</P><P><LIST TYPE="ARAB"><ITEM><NP><NO.P>1.</NO.P><TXT>ll-kelma <QUOT.START CODE="2018" ID="QS0014" REF.END="QE0014"/>qorti<QUOT.END REF.START="QS0014" CODE="2019" ID="QE0014"/> għandha tkopri l-awtoritajiet kollha fl-Istati Membri bil-ġurisdizzjoni fi kwistjonijiet li jaqgħu taħt u li huma nkluzi fil-kompetenza ta’ dan ir-Regolament skond l-Artikolu 1;</TXT></NP></ITEM></LIST><P>[…]</P><LIST TYPE="ARAB"><ITEM><NP><NO.P>7.</NO.P><TXT>il-kliem <QUOT.START CODE="2018" ID="QS0015" REF.END="QE0015"/>responsabbilità ta’ l-ġenituri<QUOT.END REF.START="QS0015" CODE="2019" ID="QE0015"/> għandhom ifissru d-drittijiet u r-responsabbilitajiet kollha dwar il-persuna jew il-proprjetà ta’ l-minuri li huma moghtija lil persuna jew persuna legali b’sentenza, bl-operazzjoni ta’ l-liġi jew b’xi fteħim li għandu effetti legali. Il-kliem se jinkludu d-drittijiet ta’ kustodja u d-drittijiet ta’ l-aċċess;</TXT></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P>8.</NO.P><TXT>il-kliem <QUOT.START CODE="2018" ID="QS0016" REF.END="QE0016"/>min għandu r-responsabilità ta’ l-ġenituri<QUOT.END REF.START="QS0016" CODE="2019" ID="QE0016"/> se tfisser kwalunkwe persuna li għandha r-responsabilità ta’ l-ġenituri fuq il-minuri;</TXT></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P>9.</NO.P><TXT>il-kliem <QUOT.START CODE="2018" ID="QS0017" REF.END="QE0017"/>drittijiet ta’ kustodja<QUOT.END REF.START="QS0017" CODE="2019" ID="QE0017"/> għandhom jinkludu drittijiet u responsabbilitajiet dwar il-kura ta’ l-persuna ta’ l-minuri, u partikolarment id-drittijiet li jiddeterminaw il-post ta’ residenza ta’ l-minuri;</TXT></NP></ITEM></LIST><P>[…]</P><LIST TYPE="ARAB"><ITEM><NP><NO.P>11.</NO.P><TXT>il-kliem <QUOT.START CODE="2018" ID="QS0018" REF.END="QE0018"/>tneħħija nġusta jew iż-żamma<QUOT.END REF.START="QS0018" CODE="2019" ID="QE0018"/> għandhom ifissru t-tneħħija ta’ l-minuri jew iż-żamma fejn;</TXT><P><LIST TYPE="alpha"><ITEM><NP><NO.P>(a)</NO.P><TXT>hemm ksur ta’ liġi tad-drittijiet ta’ kustodja akkwistati permezz ta’ sentenza jew b’operat ta’ liġi jew b’xi fteħim li għandu effett legali taħt il-liġi ta’ l-Istat Membru fejn il-minuri kienu abitwalment residenti mmedjatament qabel it-tneħħija jew iż-żamma</TXT><P>u</P></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P>(b)</NO.P><TXT>iżda, f’dak iż-żmien tat-tneħħija jew iż-żamma, id-drittijiet ta’ kustodja kienu attwalment eżerċitati, konġuntament jew unikament, jew kieku kienu ikunu hekk eżerċitati minħabba t-tneħħija jew iż-żamma. Il-kustodja se tiġi kkunsidrata biex tiġi eżerċitata konġuntament meta, skond sentenza jew b’operat ta’ liġi, wieħed mill-ġenituri li għandu jew għandha r-responsabbilità ma tistax tiddeċiedi dwar il-post ta’ residenza ta’ l-minuri mingħajr il-kunsens ta’ persuna oħra li għandha r-responsabbilità ta’ l-ġenitur.<QUOT.END REF.START="QS0013" CODE="201D" ID="QE0013"/></TXT></NP></ITEM></LIST></P></NP></ITEM></LIST></P></QUOT.S></P></NP.ECR><?PAGE NO="6"?><NP.ECR IDENTIFIER="NP0011"><NO.P>11</NO.P><TXT>L-Artikolu 11 tar-Regolament Nru 2201/2003, intitolat <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0019" REF.END="QE0019"/>Ir-Ritorn ta’ l-minuri<QUOT.END REF.START="QS0019" CODE="201D" ID="QE0019"/>, jipprovdi:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><PARAG IDENTIFIER="011.001"><NO.PARAG><QUOT.START CODE="201C" ID="QS0020" REF.END="QE0020"/>1.</NO.PARAG><ALINEA>Fejn persuna, istituzzjoni jew xi korp ieħor li għandhom id-drittijiet ta’ kustodja japplika ma’ l-awtoritajiet kompetenti fi Stat Membru biex joħroġu sentenza dwar il-bażi ta’ l-Konvenzjoni [ta’ Den Haag tal-1980], ħalli tikseb ir-ritorn ta’ l-minuri li ġew inġustament imneħħija jew miżmuma fi Stat Membru barra dak li huwa l-Istat Membru fejn il-minuri kienu abitwalment residenti mmedjatament qabel it-tneħħija jew iż-żamma nġusta, għandhom japplikaw paragrafi 2 sa 8.</ALINEA></PARAG><P>[…]</P><PARAG IDENTIFIER="011.003"><NO.PARAG>3.</NO.PARAG><ALINEA>Qorti li fiha hemm applikazzjoni għar-ritorn ta’ l-minuri kif imsemmija fil-paragrafu 1 għandha taġixxi bil-ħeffa fil-proċedimenti dwar l-applikazzjoni, billi tuża l-aktar proċedimenti ħfief fix-xogħol li huma disponibbli fil-liġi nazzjonali.</ALINEA><ALINEA>Mingħajr preġudizzju għall-ewwel subparagrafu, il-qorti għandha, ħlief fejn ċirkustanzi eċċezzjonali jagħmlu dan impossibli, taqta’ is-sentenza tagħha sa mhux aktar tard minn sitt gimgħat wara li l-applikazzjoni tkun ġiet irreġistrata.</ALINEA></PARAG><P>[…]</P><PARAG IDENTIFIER="011.006"><NO.PARAG>6.</NO.PARAG><ALINEA>Jekk qorti ħarġet ordni kontra r-ritorn skond l-Artikolu 13 ta’ l-Konvenzjoni [ta’ Den Haag tal-1980], il qorti għandha immedjatament titrasmetti jew direttament jew mill-awtorità ċentrali tagħha,, kopja ta’ l-ordni ta’ l-qorti dwar l- sabiex ma jsirx ir-ritorn u d-dokumenti rilevanti, u partikolarment traskrizzjoni tas-seduti quddiem il-qorti, lill-qorti li għandha l-ġurisdizzjoni jew lill-awtorità ċentrali fl-Istat Membru fejn il-minuri kienu abitwalment residenti qabel it-tneħħija jew iż-żamma nġusta, kif determinati mil-liġi nazzjonali. Il-Qorti għandha tirċievi d-dokumenti kollha msemmija fi żmien xahar mid-data ta’ l-ordni sabiex ma jsirx ir-ritorn.</ALINEA></PARAG><PARAG IDENTIFIER="011.007"><NO.PARAG>7.</NO.PARAG><ALINEA>Kemm-il darba [Sakemm] il-qrati fl-Istat Membru fejn il-minuri kienu abitwalment residenti mmedjatament qabel it-tneħħija jew iż-żamma nġusta ġew [ma kinux] diġa fil-pussess ta’ wieħed mill-partijiet, il-qorti jew l-awtorità ċentrali li tirċievi l-informazzjoni imsemmija fil-paragrafu 6 għandha tinnotifika lill-partijiet u tistedinhom jagħmlu s-sottomissjonijiet lill-qorti, skond il-liġi nazzjonali, fi żmien tlett xhur tad-data ta’ notifika ħalli l-qorti tkun tista’ teżamina l-kwistjoni ta’ l-kustodja ta’ l-minuri.</ALINEA><ALINEA>Mingħajr preġudizzju għar-regoli dwar il-ġurisdizzjoni li jinstabu f’dan ir-Regolament, il-qorti għandha tagħlaq il-każ jekk ebda sottomissjoni ma tiġi reġistrata mill-qorti fiż-żmien limitu.</ALINEA></PARAG><PARAG IDENTIFIER="011.008"><NO.PARAG>8.</NO.PARAG><ALINEA>Minkejja sentenza biex ma jsirx ir-ritorn skond l-Artikolu 13 ta’ l-Konvenzjoni [ta’ Den Haag tal-1980], kwalunkwe sentenza li tiġi wara li tirrekjedi r-ritorn ta’ l-minuri maħruġa minn qorti li għandha l-ġurisdizzjoni taħt dan ir-Regolament għandha tkun infurzabbli […] ħalli jiġi tassigurat ir-ritorn ta’ l-minuri.<QUOT.END REF.START="QS0020" CODE="201D" ID="QE0020"/></ALINEA></PARAG></QUOT.S></P></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0012"><NO.P>12</NO.P><TXT>L-Artikolu 19 tar-Regolament Nru 2201/2003, dwar il-<HT TYPE="ITALIC">lis pendens</HT>, jipprevedi, fil-paragrafi 2 u 3 tiegħu:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><PARAG IDENTIFIER="019.002"><NO.PARAG><QUOT.START CODE="201C" ID="QS0021" REF.END="QE0021"/>2.</NO.PARAG><ALINEA>Fejn il-proċedimenti dwar ir-responsabbilità ta’ l-ġenituri dwar l-istess minuri u li tinkludi l-istess kawża se jidħru quddiem qrati fi Stati Membri differenti, it-tieni qorti li ħadet il-pussess għandha b’mozzjoni tagħha stess żżomm il-proċedimenti sakemm il-ġurisdizzjoni ta’ l-ewwel qorti tiġi stabbilita.</ALINEA></PARAG><PARAG IDENTIFIER="019.003"><NO.PARAG>3.</NO.PARAG><ALINEA>Fejn il-ġurisdizzjoni ta’ l-ewwel qorti li ħadet il-pussess tiġi stabbilita, it-tieni qorti bil-pussess għandha iċċedi l-ġurisdizzjoni favur dik il-qorti.</ALINEA><?PAGE NO="7"?><ALINEA>F’dak il-każ, il-parti li tkun ġabet il-kawza relevanti quddiem il-qorti li ħadet il-ta’ l-pussess wara, tista’ ġġib dik il-kawza quddiem il-qorti li ħadet ita’ l-pussess l-ewwel.<QUOT.END REF.START="QS0021" CODE="201D" ID="QE0021"/></ALINEA></PARAG></QUOT.S></P></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0013"><NO.P>13</NO.P><TXT>Skont l-Artikolu 20 tar-Regolament Nru 2201/2003:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><PARAG IDENTIFIER="020.001"><NO.PARAG><QUOT.START CODE="201C" ID="QS0022" REF.END="QE0022"/>1.</NO.PARAG><ALINEA>F’każijiet urgenti, id-disposizzjonijiet ta’ dan ir-Regolament mhux se jħallu l-qrati ta’ Stat Membru milli jieħu dawk il-miżuri provviżorji, inkluzi dawk protettivi fir-rigward ta’ persuni jew assi f’dak l-Istat kif huma disponibbli taħt il-liġi ta’ dak l-Istat Membru, anke jekk, taħt dan ir-Regolament, il-qorti ta’ Stat Membru ieħor għandha l-ġurisdizzjoni nkwantu għas-sustanza ta’ l-kwistjoni.</ALINEA></PARAG><PARAG IDENTIFIER="020.002"><NO.PARAG>2.</NO.PARAG><ALINEA>Il-miżuri msemmija fil-paragrafu 1 m’għandhomx jibqgħu japplikaw meta l-qorti ta’ l-Istat Membru li għandha l-ġurisdizzjoni taħt dan ir-Regolament nkwantu għas-sustanza ta’ l-kwistjoni, ħadet il-miżuri li dehrilha xierqa.<QUOT.END REF.START="QS0022" CODE="201D" ID="QE0022"/></ALINEA></PARAG></QUOT.S></P></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0014"><NO.P>14</NO.P><TXT>L-Artikolu 23 ta’ dan ir-regolament, intitolat <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0023" REF.END="QE0023"/>Ir-Raġunijiet għan-nuqqas ta’ rikonoxximent tas-sentenzi dwar ir-responsabbilità ta’ l-ġenituri<QUOT.END REF.START="QS0023" CODE="201D" ID="QE0023"/>, jelenka ċ-ċirkustanzi li fihom deċiżjoni mogħtija fil-qasam tar-responsabbiltà tal-ġenituri ma għandhiex tiġi rrikonoxxuta.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0015"><NO.P>15</NO.P><TXT>Konformement mal-Artikolu 26 tal-imsemmi regolament, deċiżjoni fil-qasam tar-responsabbiltà tal-ġenituri fl-ebda każ ma tista’ tkun is-suġġett ta’ reviżjoni fil-mertu.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0016"><NO.P>16</NO.P><TXT>L-Artikolu 28 tar-Regolament Nru 2201/2003, intitolat <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0024" REF.END="QE0024"/>Is-Sentenzi [li] jistgħu jiġu nfurzati<QUOT.END REF.START="QS0024" CODE="201D" ID="QE0024"/>, li jinsab fit-Taqsima 2 tal-Kapitolu III tiegħu, jipprovdi:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><PARAG IDENTIFIER="028.001"><NO.PARAG><QUOT.START CODE="201C" ID="QS0025" REF.END="QE0025"/>1.</NO.PARAG><ALINEA>Sentenza dwar l-eżerċitar tar-responsabbilità ta’ l-ġenituri dwar il-minuri mogħtija fi Stat Membru li hija nfurzabbli f’dak l-Istat Membru u li ġiet notifikata għandha tigi nfurzata fi Stat Membru ieħor meta, fuq applikazzjoni ta’ kwalsijasi parti nteressata, ġiet iddikjarata nfurzabbli hemmhekk.</ALINEA><ALINEA>[…]<QUOT.END REF.START="QS0025" CODE="201D" ID="QE0025"/></ALINEA></PARAG></QUOT.S></P></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0017"><NO.P>17</NO.P><TXT>Skont l-Artikolu 31 tar-Regolament Nru 2201/2003:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><PARAG IDENTIFIER="031.001"><NO.PARAG><QUOT.START CODE="201C" ID="QS0026" REF.END="QE0026"/>1.</NO.PARAG><ALINEA>Il-qorti li tkun saritilha l-applikazzjoni [għal dikjarazzjoni tas-saħħa eżekuttiva] għandha tagħti d-deċiżjoni tagħha mingħajr dewmien. La l-persuna li kontriha qiegħed jiġi mitlub l-infurzar, u lanqas il-minuri m’għandhom, f’dan l-istadju ta’ l-proċedimenti, ikunu ntitulati jagħmlu xi sottomissjonijiet dwar l-applikazzjoni.</ALINEA></PARAG><PARAG IDENTIFIER="031.002"><NO.PARAG>2.</NO.PARAG><ALINEA>L-applikazzjoni tista’ tiġi rifjutata biss għal waħda mir-raġunijiet imsemmija fl-Artikoli 22, 23 u 24.</ALINEA></PARAG><PARAG IDENTIFIER="031.003"><NO.PARAG>3.</NO.PARAG><ALINEA>Taħt l-ebda ċirkustanzi m’għandha sentenza titħalla tiġi riveduta nkwantu għas-sustanza tagħha.<QUOT.END REF.START="QS0026" CODE="201D" ID="QE0026"/></ALINEA></PARAG></QUOT.S></P></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0018"><NO.P>18</NO.P><TXT>L-Artikolu 33 tar-Regolament Nru 2201/2003, intitolat, <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0027" REF.END="QE0027"/>L-appell kontra d-deċiżjoni<QUOT.END REF.START="QS0027" CODE="201D" ID="QE0027"/>, jipprovdi:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><PARAG IDENTIFIER="033.001"><NO.PARAG><QUOT.START CODE="201C" ID="QS0028" REF.END="QE0028"/>1.</NO.PARAG><ALINEA>Id-deċiżjoni dwar l-applikazzjoni għall-dikjarazzjoni ta’ l-infurzabilità tista’ tiġi appellata minn kwalunkwe waħda mill-partijiet.</ALINEA></PARAG><P>[…]</P><PARAG IDENTIFIER="033.003"><NO.PARAG>3.</NO.PARAG><ALINEA>L-appell għandu jinstema skond ir-regoli li jirregolaw il-proċedimenti fi kwistjonijiet kontradittorji.</ALINEA></PARAG><P>[…]</P><?PAGE NO="8"?><PARAG IDENTIFIER="033.005"><NO.PARAG>5.</NO.PARAG><ALINEA>Kull appell kontra dikjarazzjoni ta’ l-infurzabilità għandu jiġi ppreżentat fi zmien xahar min-notifika tiegħu. Jekk il-parti li kontriha qiegħed jiġi mitlub l-infurzar hija abitwalment residenti fi Stat Membru li mhux dak li fih ingħatat id-dikjarazzjoni ta’ l-infurzabilità, iż-żmien għall-appell għandu jkun ta’ xaharejn u għandu jibda jiddekorri mid-data tan-notifika, jew fuq ismu jew fuq ir-residenza tiegħu. Ma tista’ tingħata ebda estensjoni ta’ żmien minħabba d-distanza.<QUOT.END REF.START="QS0028" CODE="201D" ID="QE0028"/></ALINEA></PARAG></QUOT.S></P></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0019"><NO.P>19</NO.P><TXT>Skont l-Artikolu 60 tar-Regolament Nru 2201/2003:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><ALINEA><P><QUOT.START CODE="201C" ID="QS0029" REF.END="QE0029"/>Fir-relazzjonijiet bejn l-Istati Membri, dan ir-Regolament għandu jieħu preċedenza fuq il-konvenzjonijiet li ġejjin dement li jkunu jikkonċernaw kwistjonijiet li huma rregolati minn dan ir-Regolament:</P><P>[…]</P><P><LIST TYPE="alpha"><ITEM><NP><NO.P>(e)</NO.P><TXT>il-Konvenzjoni ta’ l-Aja tal-25 ta’ Ottubru ta’ l-1980 dwar l-Aspetti Ċivili Internazzjonali tal- Htif tal-Minuri.<QUOT.END REF.START="QS0029" CODE="201D" ID="QE0029"/></TXT></NP></ITEM></LIST></P></ALINEA></QUOT.S></P></NP.ECR></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="2"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD"><HT TYPE="ITALIC">Id-dritt Irlandiż</HT></HT></P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0020"><NO.P>20</NO.P><TXT>Kif jirriżulta mit-talba għal deċiżjoni preliminari fil-Kawża C‑325/18, id-Digriet 42A tar-Regoli tal-Proċedura tal-Qrati Superjuri, introdott permezz tal-iStatutory Instrument Nru 9 tal-2016 (Regoli tal-Proċedura tal-Qrati Superjuri (Ġurisdizzjoni, Rikonoxximent u Eżekuzzjoni ta’ Deċiżjonijiet tal-2016)), kien jipprevedi, fil-verżjoni inizjali tiegħu tal-1989, is-sospensjoni awtomatika tal-eżekuzzjoni tad-deċiżjoni ta’ eżekuzzjoni fl-istennija tal-eżitu tar-rikors. Madankollu, ir-regola ta’ sospensjoni awtomatika tqieset li ma kinitx adegwata fil-kawżi li jaqgħu fil-kamp ta’ applikazzjoni tar-Regolament Nru 2201/2003. Ir-Regola 10(2)(ii) tal-imsemmi Digriet 42A issa tipprevedi li <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0030" REF.END="QE0030"/>l-eżekuzzjoni tas-sentenza jew tad-deċiżjoni tista’ titwettaq qabel l-iskadenza<QUOT.END REF.START="QS0030" CODE="201D" ID="QE0030"/> tat-terminu għall-preżentata tar-rikors inkwistjoni.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0021"><NO.P>21</NO.P><TXT>Konformement mar-Regola 10(2)(iii) tad-Digriet 42A tar-Regoli tal-Proċedura tal-Qrati Superjuri, id-deċiżjoni li tikkonstata s-saħħa eżekuttiva għandha tinkludi indikazzjoni li tispeċifika li <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0031" REF.END="QE0031"/>l-eżekuzzjoni tas-sentenza jew tad-deċiżjoni tista’ tiġi sospiża fuq talba ġudizzjarja meta jkun ġie ppreżentat rikors ordinarju fl-Istat Membru ta’ oriġini<QUOT.END REF.START="QS0031" CODE="201D" ID="QE0031"/>.</TXT></NP.ECR></GR.SEQ></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="1"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD">It-tilwima fil-kawża prinċipali u d-domandi preliminari</HT></P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0022"><NO.P>22</NO.P><TXT>Il-ġenituri kkonċernati, ta’ nazzjonalità Brittanika, li huma miżżewġa u li kienu jgħixu flimkien fir-Renju Unit, waslu b’vapur fl-Irlanda fil-<DATE ISO="20170905">5 ta’ Settembru 2017</DATE> flimkien mat-tlett itfal, li wieħed minnhom kien twieled jumejn qabel. Is-Sinjura E. hija l-omm tat-tlett itfal filwaqt li s-Sur E. huwa l-missier tat-tifel iż-żgħir biss.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0023"><NO.P>23</NO.P><TXT>Iż-żewġ it-tfal il-kbar kienu s-suġġett ta’ deċiżjonijiet ta’ tqegħid provviżorju meħuda fir-Renju Unit f’Ġunju 2017. Fil-fatt, il-HCC kien diġà esprima t-tħassib tiegħu fir-rigward ta’ din il-familja, b’mod partikolari fir-rigward tal-livell ta’ iġjene fid-dar, tal-kapaċità tal-ġenituri li jikkontrollaw l-aġir tat-tfal tagħhom, tal-vjolenza domestika matul relazzjonijiet preċedenti u tal-problemi ta’ dipendenza fuq ċerti sustanzi. Kien irriżulta wkoll li wieħed mit-tfal kien weġġa’ b’mod mhux aċċidentali u ma setax jiġi eskluż li s-Sur E. kien l-aggressur.</TXT></NP.ECR><?PAGE NO="9"?><NP.ECR IDENTIFIER="NP0024"><NO.P>24</NO.P><TXT>Fit-<DATE ISO="20170908">8 ta’ Settembru 2017</DATE>, minħabba l-preokkupazzjonijiet tal-awtoritajiet pubbliċi Brittaniċi dwar is-sigurtà tat-tfal, il-High Court of Justice (England and Wales) (il-Qorti Għolja tal-Ġustizzja (Ingilterra u Wales), ir-Renju Unit) ħarġet digriet ta’ tqegħid taħt tutela ġudizzjarja fir-rigward tat-tlett itfal, li attribwixxa d-drittijiet ta’ kustodja lill-HCC (iktar ’il quddiem id-<QUOT.START CODE="201C" ID="QS0032" REF.END="QE0032"/>digriet ta’ tqegħid taħt tutella<QUOT.END REF.START="QS0032" CODE="201D" ID="QE0032"/>) u li kien jinkludi ordni ta’ ritorn fir-rigward tat-tlett itfal (iktar ’il quddiem l-<QUOT.START CODE="201C" ID="QS0033" REF.END="QE0033"/>ordni ta’ ritorn<QUOT.END REF.START="QS0033" CODE="201D" ID="QE0033"/>).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0025"><NO.P>25</NO.P><TXT>Fl-istess jum, il-HCC ikkuntattja lill-omologu Irlandiż tiegħu, iċ-Child and Family Agency (l-Aġenzija għat-Tfal u għall-Familja, l-Irlanda, iktar ’il quddiem l-<QUOT.START CODE="201C" ID="QS0034" REF.END="QE0034"/>Aġenzija<QUOT.END REF.START="QS0034" CODE="201D" ID="QE0034"/>), filwaqt li indikalha l-intenzjoni tiegħu li jitlob lill-High Court (England and Wales) (il-Qorti Għolja tal-Ġustizzja (Ingilterra u Wales)) deċiżjoni ta’ ritorn tat-tlett itfal. L-Aġenzija wieġbet li tali deċiżjoni kellha tiġi eżegwita konformement mar-Regolament Nru 2201/2003. Iktar tard, fl-istess jum, il-HCC informa lill-Aġenzija li d-deċiżjoni ta’ ritorn kienet adottata dakinhar stess minn dik il-qorti.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0026"><NO.P>26</NO.P><TXT>Fl-Irlanda saru diversi żjarat fid-dar tal-familja E. iżda l-Aġenzija ma sabet xejn preokkupanti fir-rigward tat-tfal. Il-ġenituri kkonċernati indikaw lill-Aġenzija li kienet saritilhom rakkomandazzjoni li jmorru l-Irlanda sabiex jaħarbu mis-servizzi soċjali u sabiex jevitaw it-tqegħid tat-tlett itfal.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0027"><NO.P>27</NO.P><TXT>L-Aġenzija informat lil dawn il-ġenituri li kienet ser titlob deċiżjoni ta’ tqegħid provviżorju tat-tlett itfal fuq il-bażi tal-informazzjoni kkomunikata mill-HCC. Hija informathom ukoll li l-HCC seta’ jitlob lill-High Court (il-Qorti Għolja, l-Irlanda) sabiex tirrikonoxxi l-ordni ta’ ritorn tat-tlett itfal u li, fil-każ li din it-talba tintlaqa’, dawn it-tfal kien ser ikollhom jirritornaw fir-Renju Unit.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0028"><NO.P>28</NO.P><TXT>Fl-<DATE ISO="20170914">14 ta’ Settembru 2017</DATE>, id-District Court (il-Qorti Distrettwali, l-Irlanda) tat il-kustodja provviżorja tat-tlett itfal lill-Aġenzija, li qegħdithom ma’ familja foster. Il-ġenituri kkonċernati taw il-kunsens tagħhom għal dan it-tqegħid provviżorju mingħajr madankollu ma rrikonoxxew il-fondatezza tiegħu. L-Aġenzija organizzat laqgħa ma’ dawn il-ġenituri dwar pjan għal teħid ta’ responsabbiltà. Huma ġew informati espliċitament li l-HCC kellu l-intenzjoni jitlob l-eżekuzzjoni tad-deċiżjoni ta’ ritorn, li kienet għadha kemm ittieħdet mill-High Court (England and Wales) (il-Qorti Għolja tal-Ġustizzja (Ingilterra u Wales)), permezz ta’ rikors mhux kontradittorju ppreżentat quddiem il-High Court (il-Qorti Għolja, l-Irlanda) sabiex it-tfal jiġu rritornati lejn ir-Renju Unit.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0029"><NO.P>29</NO.P><TXT>Fil-<DATE ISO="20170921">21 ta’ Settembru 2017</DATE>, il-High Court (il-Qorti Għolja, l-Irlanda) adottat digriet konformement mal-Kapitolu III tar-Regolament Nru 2201/2003 li jirrikonoxxi d-digriet ta’ tqegħid taħt tutela u li jordna li din id-deċiżjoni <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0035" REF.END="QE0035"/>tiġi eżegwita f’dan it-territorju<QUOT.END REF.START="QS0035" CODE="201D" ID="QE0035"/> (iktar ’il quddiem id-<QUOT.START CODE="201C" ID="QS0036" REF.END="QE0036"/>digriet <HT TYPE="ITALIC">ex parte</HT><QUOT.END REF.START="QS0036" CODE="201D" ID="QE0036"/>). Fl-istess jum, it-tlett itfal ingħataw lill-ħaddiema soċjali tal-HCC u ġew irritornati lejn ir-Renju Unit.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0030"><NO.P>30</NO.P><TXT>Is-servizzi soċjali tal-HCC kienu talbu espliċitament lill-omologi Irlandiżi tagħhom sabiex ma jikkuntattjawx lill-ġenituri kkonċernati peress li fil-fehma tagħhom kien hemm riskju li dawn jaħarbu. Għaldaqstant, kien biss sussegwentement, jiġifieri iktar tard dakinhar stess tar-ritorn tat-tlett itfal li dawn tal-aħħar kienu informati bit-telefown u kien biss l-għada li d-digriet <HT TYPE="ITALIC">ex parte</HT> ġie nnotifikat formalment lilhom.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0031"><NO.P>31</NO.P><TXT>Dawn il-ġenituri pprovaw jippreżentaw appell mid-digriet ta’ tqegħid taħt tutela, iżda l-awtorizzazzjoni sabiex jippreżentaw appell ġiet irrifjutata fid-<DATE ISO="20171009">9 ta’ Ottubru 2017</DATE> mill-Court of Appeal (England and Wales) (il-Qorti tal-Appell (Ingilterra u Wales)).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0032"><NO.P>32</NO.P><TXT>Fl-<DATE ISO="20171124">24 ta’ Novembru 2017</DATE>, huma ppreżentaw, quddiem il-High Court (il-Qorti Għolja, l-Irlanda), rikors kontra d-digriet <HT TYPE="ITALIC">ex parte</HT>. Fit-<DATE ISO="20180118">18 ta’ Jannar 2018</DATE>, dan ir-rikors, li kien ġie ppreżentat jumejn wara l-iskadenza tat-terminu previst fl-Artikolu 33(5) tar-Regolament Nru 2201/2003, ġie miċħud bħala tardiv, għar-raġuni li t-terminu previst f’din id-dispożzzjoni kien terminu ta’ ordni pubbliku u li l-qorti adita ma kellhiex il-kompetenza li testendih. Huma ppreżentaw appell minn din id-deċiżjoni quddiem il-qorti tar-rinviju.</TXT></NP.ECR><?PAGE NO="10"?><NP.ECR IDENTIFIER="NP0033"><NO.P>33</NO.P><TXT>F’dawn iċ-ċirkustanzi, il-Court of Appeal (il-Qorti tal-Appell, l-Irlanda), fil-Kawża C‑325/18, iddeċidiet li tissospendi l-proċedura quddiemha u li tagħmel lill-Qorti tal-Ġustizzja d-domandi preliminari segwenti:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><LIST TYPE="OTHER"><ITEM><NP><NO.P><QUOT.START CODE="201C" ID="QS0037" REF.END="QE0037"/>1)</NO.P><TXT>Meta jkun hemm allegazzjoni li tfal ikunu ttieħdu illegalment mill-pajjiż ta’ residenza abitwali tagħhom b’inizjattiva tal-ġenituri tagħhom u/jew membri oħra tal-familja bi ksur ta’ deċiżjoni ġudizzjarja miksuba minn awtorità pubblika tal-Istat ikkonċernat, din l-awtorità pubblika tista’ titlob li kull deċiżjoni ġudizzjarja li tirrikjedi r-ritorn tat-tfal lejn il-pajjiż inizjali tiġi infurzata mill-qrati ta’ Stat Membru ieħor konformement mad-dispożizzjonijiet tal-Kapitolu III tar-Regolament [Nru 2201/2003] jew dan ikun jikkostitwixxi evitar illegali tal-Artikolu 11 ta’ dan ir-regolament u tal-Konvenzjoni ta’ Den Haag tal-1980 jew ukoll ikun jikkostitwixxi abbuż ta’ dritt jew ta’ liġi min-naħa tal-awtorità kkonċernata?</TXT></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P>2)</NO.P><TXT>F’kawża li tirrigwarda l-infurzar tad-dispożizzjonijiet tar-Regolament [Nru 2201/2003], il-qorti adita għandha ġurisdizzjoni testendi t-terminu għall-preżentata ta’ appell previst fl-Artikolu 33(5) fejn id-dewmien essenzjalment ikunu minimi u fejn estensjoni tat-terminu setgħet madankollu tingħata skont id-dritt nazzjonali proċedurali?</TXT></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P>3)</NO.P><TXT>Mingħajr ħsara għad-domanda 2), meta awtorità pubblika ta’ Stat terz tneħħi tfal, bħal fil-każ tal-kawża prinċipali, mit-territorju ta’ Stat Membru bis-saħħa ta’ deċiżjoni ta’ infurzar magħmula ex parte konformement mal-Artikolu 31 tar-Regolament [Nru 2201/2003] iżda qabel in-notifika ta’ tali deċiżjoni lill-ġenituri, fejn għaldaqstant jiġu miċħuda mid-dritt tagħhom li jitolbu sospensjoni mill-eżekuzzjoni ta’ tali deċiżjoni sakemm jinstema’ l-appell, tali aġir jippreġudika t-tifsira essenzjali tad-dritt li l-ġenituri jisiltu mill-Artikolu 6 [tal-Konvenzjoni Ewropea għall-Protezzjoni tad-Drittijiet tal-Bniedem u tal-Libertajiet Fundamentali, iffirmata f’Ruma fl-<DATE ISO="19501104">4 ta’ Novembru 1950</DATE>] jew l-Artikolu 47 tal-Karta b’tali mod li estensjoni tat-terminu għall-preżentata ta’ rikors (għall-iskopijiet tal-Artikolu 33(5) ta’ dan ir-regolament) għandha tingħata?<QUOT.END REF.START="QS0037" CODE="201D" ID="QE0037"/></TXT></NP></ITEM></LIST></QUOT.S></P></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0034"><NO.P>34</NO.P><TXT>Il-ġenituri kkonċernati sussegwentement ippreżentaw talba għal miżuri provviżorji quddiem il-qorti tar-rinviju sabiex tiġi sospiża proċedura għall-adozzjoni tat-tlett itfal.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0035"><NO.P>35</NO.P><TXT>Permezz ta’ dikjarazzjoni tad-<DATE ISO="20180529">29 ta’ Mejju 2018</DATE>, il-HCC ikkomunika l-intenzjoni tiegħu li jipproċedi biss bl-adozzjoni tat-tifel iż-żgħir peress li ż-żewġt itfal l-oħra attwalment jirrisjedu fir-Renju Unit mal-missier ta’ wieħed minnhom.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0036"><NO.P>36</NO.P><TXT>Il-HCC ġie ammess bħala <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0038" REF.END="QE0038"/>parti<QUOT.END REF.START="QS0038" CODE="201D" ID="QE0038"/> fil-kawża prinċipali iżda ma pparteċipax f’din il-proċedura quddiem il-qorti tar-rinviju u ma eżerċitax id-dritt tiegħu li jinstema’ quddiemha.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0037"><NO.P>37</NO.P><TXT>F’dawn iċ-ċirkustanzi, il-Court of Appeal (il-Qorti tal-Appell, l-Irlanda), fil-Kawża C‑375/18, iddeċidiet li tissospendi l-proċedura quddiemha u li tagħmel lill-Qorti tal-Ġustizzja d-domanda preliminari segwenti:</TXT><QUOT.S LEVEL="1"><P><QUOT.START CODE="201C" ID="QS0039" REF.END="QE0039"/>Huwa kompatibbli mad-dritt tal-Unjoni u, b’mod partikolari, mad-dispożizzjonijiet tar-Regolament [Nru 2201/2003], li l-qrati ta’ Stat Membru wieħed joħorġu ordni interlokutorja (miżuri kawtelatorji) indirizzata <HT TYPE="ITALIC">in personam</HT> lill-aġenzija pubblika ta’ Stat Membru ieħor, liema ordni tipprojbixxi lil din l-aġenzija milli torganizza l-adozzjoni ta’ tfal fil-qrati ta’ dan l-Istat Membru l-ieħor f’sitwazzjoni fejn l-ordni maħruġa <HT TYPE="ITALIC">in personam</HT> tirriżulta mill-ħtieġa li jiġu protetti d-drittijiet tal-partijiet fi proċeduri ta’ eżekuzzjoni taħt il-Kapitolu III tar-Regolament Nru 2201/2003?<QUOT.END REF.START="QS0039" CODE="201D" ID="QE0039"/></P></QUOT.S></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0038"><NO.P>38</NO.P><TXT>Permezz ta’ deċiżjoni tal-President tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-<DATE ISO="20180611">11 ta’ Ġunju 2018</DATE>, il-Kawżi C‑325/18 u C‑375/18 ġew magħquda għall-finijiet tal-proċedura bil-miktub, tal-proċedura orali kif ukoll tas-sentenza.</TXT></NP.ECR></GR.SEQ><?PAGE NO="11"?><GR.SEQ LEVEL="1"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD">Fuq il-proċedura b’urġenza għal deċiżjoni preliminari</HT></P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0039"><NO.P>39</NO.P><TXT>Il-qorti tar-rinviju talbet li dan ir-rinviju għal deċiżjoni preliminari jiġi suġġett għall-proċedura b’urġenza prevista fl-Artikolu 107 tar-Regoli tal-Proċedura tal-Qorti tal-Ġustizzja.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0040"><NO.P>40</NO.P><TXT>Insostenn tat-talba tagħha, hija tenfasizza l-urġenza fil-Kawża C‑325/18 fir-rigward tal-proċedura għall-adozzjoni tat-tfal implimentata mill-HCC u li għaliha qiegħda toġġezzjona l-omm tat-tlett itfal. Fir-rigward tat-tifel iż-żgħir, il-missier tiegħu qiegħed ukoll joġġezzjona għal din il-proċedura.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0041"><NO.P>41</NO.P><TXT>Min-naħa l-oħra, hija ssostni li t-talba għall-proċedura b’urġenza għal deċiżjoni preliminari fil-Kawża C‑375/18 tirriżulta minn proċedura għal miżuri provviżorji li, jekk il-Qorti tal-Ġustizzja ma tapplikax il-proċedura b’urġenza għal deċiżjoni preliminari, tkun imċaħħda mill-effett utli tagħha.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0042"><NO.P>42</NO.P><TXT>F’dan id-dawl, għandu jiġi osservat, fl-ewwel lok, li dan ir-rinviju għal deċiżjoni preliminari jirrigwarda l-interpretazzjoni tar-Regolament Nru 2201/2003 li ġie adottat fuq il-bażi, b’mod partikolari, tal-Artikolu 61(c) KE, li sar l-Artikolu 67 TFUE, li jinsab fit-Titolu V tat-Tielet Parti tat-Trattat FUE, dwar l-ispazju ta’ libertà, sigurtà u ġustizzja. Għaldaqstant, dan ir-rinviju jista’ jiġi suġġett għall-proċedura b’urġenza għal deċiżjoni preliminari.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0043"><NO.P>43</NO.P><TXT>Fit-tieni lok, għandu jiġi osservat li l-kawżi prinċipali jikkonċernaw tlett itfal ta’ inqas minn sitt snin, li ilhom kważi sena mifruda minn ma’ ommhom, u li l-HCC beda proċeduri fir-Renju Unit għall-adozzjoni tat-tifel iż-żgħir.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0044"><NO.P>44</NO.P><TXT>F’dawn iċ-ċirkustanzi, l-Ewwel Awla tal-Qorti tal-Ġustizzja ddeċidiet, fil-<DATE ISO="20180611">11 ta’ Ġunju 2018</DATE>, fuq proposta tal-Imħallef Relatur u wara li nstema’ l-Avukat Ġenerali, li tilqa’ t-talba tal-qorti tar-rinviju sabiex dan ir-rinviju għal deċiżjoni preliminari jiġi suġġett għall-proċedura b’urġenza għal deċiżjoni preliminari.</TXT></NP.ECR></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="1"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD">Fuq id-domandi preliminari</HT></P></TI></TITLE><GR.SEQ LEVEL="2"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD"><HT TYPE="ITALIC">Fuq l-ewwel domanda fil-Kawża C‑325/18</HT></HT></P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0045"><NO.P>45</NO.P><TXT>Permezz tal-ewwel domanda tagħha, il-qorti tar-rinviju qiegħda essenzjalment tistaqsi jekk id-dispożizzjonijiet ġenerali tal-Kapitolu III tar-Regolament Nru 2201/2003 għandhomx jiġu interpretati fis-sens li, f’sitwazzjoni fejn ikun allegat li minuri ttieħdu b’mod illegali, id-deċiżjoni ta’ qorti tal-Istat Membru fejn dawn il-minuri kellhom ir-residenza abitwali tagħhom, li tordna r-ritorn ta’ dawn il-minuri, tista’ tiġi ddikjarata li għandha saħħa eżekuttiva fl-Istat Membru ospitanti konformement ma’ dawn id-dispożizzjonijiet ġenerali.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0046"><NO.P>46</NO.P><TXT>Dik il-qorti qiegħda tistaqsi, b’mod partikolari, jekk il-HCC kienx imissu eżawrixxa r-rimedji disponibbli taħt il-Konvenzjoni ta’ Den Haag tal-1980 fl-Istat Membru ospitanti qabel ma pprova, kif fil-fatt għamel, jikseb ir-rikonoxximent u l-eżekuzzjoni tad-digriet ta’ tqegħid taħt tutela, taħt il-Kapitolu III tar-Regolament Nru 2201/2003.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0047"><NO.P>47</NO.P><TXT>Fl-ewwel lok, għandu jiġi kkonstatat li, għalkemm dan ir-regolament huwa intiż, kif jirriżulta mill-preambolu tiegħu, li joħloq spazju ġudizzjarju bbażat fuq il-prinċipju ta’ rikonoxximent reċiproku tad-deċiżjonijiet ġudizzjarji permezz tal-istabbiliment ta’ regoli li jirregolaw il-ġurisdizzjoni, ir-rikonoxximent u l-eżekuzzjoni ta’ deċiżjonijiet fil-qasam tar-responsabbiltà tal-ġenituri, filwaqt li l-Konvenzjoni ta’ Den Haag tal-1980 għandha l-għan, skont l-Artikolu 1(a) tagħha, li tiżgura r-ritorn immedjat tal-minuri meħuda jew miżmuma b’mod illegali f’kull Stat Kontraenti, teżisti rabta mill-qrib bejn dawn iż-żewġ strumenti li l-għan komuni tagħhom huwa, essenzjalment, li jiddiswadu l-ħtif ta’<?PAGE NO="12"?> minuri bejn Stati u, fil-każ ta’ ħtif, li jinkiseb ir-ritorn immedjat tal-minuri lejn l-Istat ta’ residenza abitwali tiegħu (ara, f’dan is-sens, is-sentenza tal-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20080711">11 ta’ Lulju 2008</DATE>, <NAME.CASE>Rinau</NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑195/08 PPU</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2008:406">EU:C:2008:406</NO.ECLI>, punti <REF.NP.ECR REF="NP0048">48</REF.NP.ECR> u <REF.NP.ECR REF="NP0052">52</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0048"><NO.P>48</NO.P><TXT>Għandu jiġi osservat li l-premessa 17 tar-Regolament Nru 2201/2003 tenfasizza n-natura komplementari ta’ dan ir-regolament billi tindika li dan jikkompleta d-dispożizzjonijiet tal-Konvenzjoni ta’ Den Haag tal-1980 li, madankollu, tibqa’ applikabbli.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0049"><NO.P>49</NO.P><TXT>Barra minn hekk, l-Artikolu 34 tagħha jipprevedi li din il-konvenzjoni <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0040" REF.END="QE0040"/>ma tipprekludix li strument internazzjonali ieħor li jorbot lill-Istat ta’ oriġini u lill-Istat rikjest, jew li d-dritt mhux konvenzjonali tal-Istat rikjest, jiġu invokati sabiex jinkiseb ir-ritorn ta’ minuri li ttieħed jew inżamm b’mod illegali jew sabiex jiġi organizzat id-dritt ta’ aċċess<QUOT.END REF.START="QS0040" CODE="201D" ID="QE0040"/> [traduzzjoni mhux uffiċjali].</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0050"><NO.P>50</NO.P><TXT>Ir-relazzjoni bejn iż-żewġ strumenti inkwistjoni hija speċifikata fl-Artikolu 11(1) tar-Regolament Nru 2201/2003, li jipprovdi li l-qrati ta’ Stat Membru għandhom japplikaw il-paragrafi 2 sa 8 ta’ dan l-artikolu għall-proċedura ta’ ritorn prevista fil-Konvenzjoni ta’ Den Haag tal-1980.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0051"><NO.P>51</NO.P><TXT>Għandu jiġi kkonstatat li dawn id-dispożizzjonijiet ma jirrikjedux li persuna, organu jew awtorità, fil-każ li jkun allegat ħtif internazzjonali ta’ minuri, jinvokaw il-Konvenzjoni ta’ Den Haag tal-1980 sabiex jitolbu r-ritorn immedjat ta’ dan il-minuri lejn l-Istat ta’ residenza abitwali tiegħu.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0052"><NO.P>52</NO.P><TXT>Din l-interpretazzjoni hija kkorroborata mill-Artikolu 60 tar-Regolament Nru 2201/2003, li minnu jirriżulta li dan ir-regolament għandu jipprevali fuq il-Konvenzjoni ta’ Den Haag tal-1980 (sentenza tal-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20080711">11 ta’ Lulju 2008</DATE>, <NAME.CASE>Rinau</NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑195/08 PPU</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2008:406">EU:C:2008:406</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0054">54</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0053"><NO.P>53</NO.P><TXT>Għaldaqstant, il-persuna li fiha tkun vestita r-responsabbiltà tal-ġenituri tista’ titlob ir-rikonoxximent u l-eżekuzzjoni, konformement mad-dispożizzjonijiet tal-Kapitolu III tar-Regolament Nru 2201/2003, ta’ deċiżjoni dwar l-awtorità tal-ġenituri u dwar ir-ritorn ta’ minuri, adottata minn qorti li jkollha ġurisdizzjoni skont it-Taqsima 2 tal-Kapitolu II tar-Regolament Nru 2201/2003, anki jekk ma tkunx ippreżentat talba għal ritorn fuq il-bażi tal-Konvenzjoni ta’ Den Haag tal-1980.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0054"><NO.P>54</NO.P><TXT>Fit-tieni lok, għandu jiġi eżaminat jekk l-ordni ta’ ritorn taqax fil-kamp ta’ applikazzjoni <HT TYPE="ITALIC">ratione materiae</HT> ta’ dan ir-regolament, punt li qiegħed jiġi kkontestat minn C.E.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0055"><NO.P>55</NO.P><TXT>Mill-Artikolu 1(1)(b) tar-Regolament Nru 2201/2003 jirriżulta li dan ir-regolament japplika, irrispettivament min-natura tal-qorti, għall-kwistjonijiet ċivili li jikkonċernaw, b’mod partikolari, l-attribuzzjoni, l-eżerċizzju, id-delega, ir-restrizzjoni jew it-terminazzjoni tar-responsabbiltà tal-ġenituri. F’dan il-kuntest, il-kunċett ta’ <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0041" REF.END="QE0041"/>kwistjonijiet ċivili<QUOT.END REF.START="QS0041" CODE="201D" ID="QE0041"/> ma għandux jinftiehem b’mod restrittiv iżda bħala kunċett awtonomu tad-dritt tal-Unjoni li jkopri, b’mod partikolari, it-talbiet, il-miżuri jew id-deċiżjonijiet kollha fil-qasam tar-<QUOT.START CODE="201C" ID="QS0042" REF.END="QE0042"/>responsabbiltà tal-ġenituri<QUOT.END REF.START="QS0042" CODE="201D" ID="QE0042"/>, fis-sens tal-imsemmi regolament, konformement mal-għan imfakkar fil-premessa 5 tiegħu (sentenza tal-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20151021">21 ta’ Ottubru 2015</DATE>, <NAME.CASE>Gogova</NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑215/15</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2015:710">EU:C:2015:710</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0026">26</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0056"><NO.P>56</NO.P><TXT>L-Artikolu 1(2)(a) sa (d) tar-Regolament Nru 2201/2003 jispeċifika li l-kwistjonijiet marbuta mar-responsabbiltà tal-ġenituri jikkonċernaw b’mod partikolari d-dritt ta’ kustodja, it-tutela, in-nomina u l-funzjonijiet ta’ kwalunke persuna jew ta’ kwalunkwe organu mqabbda sabiex jieħdu ħsieb il-persuna jew il-beni tal-minuri, sabiex jirrappreżentawh jew sabiex jassistuh, kif ukoll it-tqegħid tal-minuri ma’ familja foster jew fi stabbiliment.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0057"><NO.P>57</NO.P><TXT>Il-kunċett ta’ <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0043" REF.END="QE0043"/>responsabbiltà tal-ġenituri<QUOT.END REF.START="QS0043" CODE="201D" ID="QE0043"/> huwa s-suġġett, fl-Artikolu 2(7) tar-Regolament Nru 2201/2003, ta’ definizzjoni wiesgħa, fis-sens li jinkludi d-drittijiet u l-obbligi kollha mogħtija lil persuna fiżika jew lil persuna ġuridika fuq il-bażi ta’ deċiżjoni ġudizzjarja, fuq il-bażi ta’ attribuzzjoni<?PAGE NO="13"?> <HT TYPE="ITALIC">ipso jure</HT> jew fuq il-bażi ta’ ftehim fis-seħħ, fir-rigward tal-persuna jew tal-beni ta’ minuri (sentenzi tas-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20071127">27 ta’ Novembru 2007</DATE>, <NAME.CASE>C</NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑435/06</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2007:714">EU:C:2007:714</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0049">49</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>, u tas-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20120426">26 ta’ April 2012</DATE>, <NAME.CASE>Health Service Executive</NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑92/12 PPU</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2012:255">EU:C:2012:255</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0059">59</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0058"><NO.P>58</NO.P><TXT>Għandu jiġi kkonstatat li l-eżerċizzju minn qorti tal-kompetenza tagħha li tqiegħed taħt tutela jimplika l-eżerċizzju ta’ drittijiet marbuta mal-benesseri u mal-edukazzjoni tal-minuri li normalment ikunu eżerċitati mill-ġenituri, fis-sens tal-Artikolu 1(2)(a) tar-Regolament Nru 2201/2003, kif ukoll ma’ aspetti relatati mat-tutela u mal-kuratura, fis-sens tal-Artikolu 1(2)(b) ta’ dan ir-regolament. Kif osservat il-qorti tar-rinviju, it-trasferiment tad-dritt ta’ kustodja lil awtorità amministrattiva jaqa’ wkoll fil-kamp ta’ applikazzjoni tal-imsemmi regolament.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0059"><NO.P>59</NO.P><TXT>F’dan id-dawl, mit-talba għal deċiżjoni preliminari jirriżulta li d-digriet <HT TYPE="ITALIC">ex parte</HT>, adottat mill-High Court (il-Qorti Għolja, l-Irlanda) konformement mal-Kapitolu III tar-Regolament Nru 2201/2003, irrikonoxxa d-digriet ta’ tqegħid taħt tutela u ddikjaratu li għandu saħħa eżekuttiva fl-Irlanda.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0060"><NO.P>60</NO.P><TXT>Huwa paċifiku li t-talba għar-ritorn tat-tlett itfal ma kinitx ibbażata fuq il-Konvenzjoni ta’ Den Haag tal-1980 u li d-dispożittiv tad-digriet ta’ tqegħid taħt tutela huwa kompost minn diversi elementi, fosthom it-tqegħid ta’ dawn it-tfal taħt is-sistema ta’ tutela ġudizzjarja u l-ordni ta’ ritorn. Jidher għalhekk li din tal-aħħar hija l-konsegwenza tad-deċiżjoni dwar ir-responsabbiltà tal-ġenituri u ma tistax tiġi sseparata minn din tal-aħħar.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0061"><NO.P>61</NO.P><TXT>Minn dan jirriżulta li deċiżjoni ta’ tqegħid taħt tutela ta’ minuri u ta’ ritorn ta’ dawn il-minuri, bħal dik inkwistjoni fil-kawża prinċipali, li l-<HT TYPE="ITALIC">exequatur</HT> tagħha ntalbet quddiem il-High Court (il-Qorti Għolja, l-Irlanda), tikkonċerna l-attribuzzjoni u/jew l-eżerċizzju u/jew ir-restrizzjoni tar-responsabbiltà tal-ġenituri, fis-sens tal-Artikolu 1(1) tar-Regolament Nru 2201/2003 u li tikkonċerna <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0044" REF.END="QE0044"/>drittijiet ta’ kustodja<QUOT.END REF.START="QS0044" CODE="201D" ID="QE0044"/> u/jew ta’ <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0045" REF.END="QE0045"/>tutela<QUOT.END REF.START="QS0045" CODE="201D" ID="QE0045"/>, fis-sens tal-paragrafu 2 ta’ dan l-artikolu. Għaldaqstant, tali deċiżjoni taqa’ fil-kamp ta’ applikazzjoni <HT TYPE="ITALIC">ratione materiae</HT> ta’ dan ir-regolament.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0062"><NO.P>62</NO.P><TXT>Fid-dawl tal-kunsiderazzjonijiet preċedenti, ir-risposta li għandha tingħata għall-ewwel domanda hija li d-dispożizzjonijiet ġenerali tal-Kapitolu III tar-Regolament Nru 2201/2003 għandhom jiġu interpretati fis-sens li, f’sitwazzjoni fejn ikun allegat li minuri tneħħew b’mod illegali, id-deċiżjoni ta’ qorti tal-Istat Membru li fih dawn il-minuri kellhom ir-residenza abitwali tagħhom li tordna r-ritorn tal-imsemmija minuri u li tkun il-konsegwenza ta’ deċiżjoni dwar ir-responsabbiltà tal-ġenituri, tista’ tiġi ddikjarata li għanda saħħa eżekuttiva fl-Istat Membru ospitanti konformement ma’ dawn id-dispożizzjonijiet ġenerali.</TXT></NP.ECR></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="2"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD"><HT TYPE="ITALIC">Fuq it-tieni u t-tielet domanda fil-Kawża C‑325/18</HT></HT></P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0063"><NO.P>63</NO.P><TXT>Permezz tat-tieni u tat-tielet domanda tagħha, li għandhom jiġu eżaminati flimkien, il-qorti tar-rinviju qiegħda essenzjalment tistaqsi jekk l-Artikolu 33(1) tar-Regolament Nru 2201/2003, moqri fid-dawl tal-Artikolu 47 tal-Karta, għandux jiġi interpretat fis-sens li, f’sitwazzjoni bħal dik inkwistjoni fil-kawża prinċipali, jipprekludi l-eżekuzzjoni ta’ deċiżjoni ta’ qorti ta’ Stat Membru li tordna t-tqegħid taħt tutela u r-ritorn ta’ minuri u li hija ddikjarata li għandha saħħa eżekuttiva fl-Istat Membru rikjest qabel ma d-dikjarazzjoni li tikkonstata s-saħħa eżekuttiva ta’ din id-deċiżjoni tiġi nnotifikata lill-ġenituri kkonċernati, u jekk it-terminu għall-preżentata ta’ rikors previst fil-paragrafu 5 ta’ dan l-Artikolu 33 għandux jiġi invokat fil-konfront tal-persuna li kontriha tkun intalbet l-eżekuzzjoni tal-imsemmija deċiżjoni.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0064"><NO.P>64</NO.P><TXT>Kif jirriżulta mit-talba għal deċiżjoni preliminari, ir-Regola 10(2)(ii) tad-Digriet 42A tar-Regoli tal-Proċedura tal-Qrati Superjuri, tipprevedi li <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0046" REF.END="QE0046"/>l-eżekuzzjoni tas-sentenza jew tad-deċiżjoni tista’ titwettaq qabel l-iskadenza<QUOT.END REF.START="QS0046" CODE="201D" ID="QE0046"/> tat-terminu għall-preżentata ta’ rikors.</TXT></NP.ECR><?PAGE NO="14"?><NP.ECR IDENTIFIER="NP0065"><NO.P>65</NO.P><TXT>Il-Qorti tal-Ġustizzja fil-fatt iddeċidiet li, sabiex jiġi evitat li l-effett sospensiv ta’ rikors ippreżentat kontra deċiżjoni dwar id-dikjarazzjoni tas-saħħa eżekuttiva jkun jista’ jdaħħal inkwistjoni t-terminu qasir previst fl-Artikolu 31 tar-Regolament Nru 2201/2003, deċiżjoni ta’ tqegħid issir eżekuttiva mill-mument li fih il-qorti tal-Istat Membru rikjest tiddikjara, konformement mal-imsemmi Artikolu 31, is-saħħa eżekuttiva ta’ din id-deċiżjoni (sentenza tas-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20120426">26 ta’ April 2012</DATE>, <NAME.CASE>Health Service Executive</NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑92/12 PPU</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2012:255">EU:C:2012:255</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0125">125</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>). Għaldaqstant, il-Qorti tal-Ġustizzja ddeċidiet li, sabiex ir-Regolament Nru 2201/2003 ma jiġix imċaħħad mill-effett utli tiegħu, id-deċiżjoni tal-qorti tal-Istat Membru rikjest dwar l-applikazzjoni għal dikjarazzjoni tas-saħħa eżekuttiva għandha tittieħed b’ħeffa partikolari mingħajr ma r-rikorsi ppreżentati kontra tali deċiżjoni tal-qorti tal-Istat Membru rikjest jista’ jkollhom effett sospensiv (sentenza tas-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20120426">26 ta’ April 2012</DATE>, <NAME.CASE>Health Service Executive</NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑92/12 PPU</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2012:255">EU:C:2012:255</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0129">129</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0066"><NO.P>66</NO.P><TXT>Madankollu, din l-affermazzjoni hija bla ħsara għall-kwistjoni, distinta, ta’ jekk deċiżjoni ddikjarata li għandha saħħa eżekuttiva fl-istadju tal-proċedura <HT TYPE="ITALIC">ex parte</HT> tistax tiġi eżegwita qabel tiġi nnotifikata.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0067"><NO.P>67</NO.P><TXT>F’dan id-dawl, għandu jiġi kkonstatat li l-formulazzjoni tal-Artikolu 33 tar-Regolament Nru 2201/2003 ma tippermettix, waħedha, li tingħata risposta għad-domandi magħmula.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0068"><NO.P>68</NO.P><TXT>Fil-fatt, għalkemm tipprevedi li t-terminu għall-preżentata ta’ rikors kontra deċiżjoni ta’ eżekuzzjoni jibda jiddekorri b’effett min-notifika ta’ din id-deċiżjoni, din id-dispożizzjoni ma tispeċifikax jekk l-eżekuzzjoni tistax isseħħ qabel din in-notifika.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0069"><NO.P>69</NO.P><TXT>F’dan ir-rigward għandu jitfakkar li r-rekwiżit ta’ notifika tad-deċiżjoni ta’ <HT TYPE="ITALIC">exequatur</HT> huwa intiż, minn naħa, li jipproteġi d-drittijiet tal-parti li kontriha tintalab l-eżekuzzjoni ta’ deċiżjoni u, min-naħa l-oħra, li jippermetti, fuq il-livell probatorju, kalkolu preċiż tat-terminu rigoruż u obbligatorju għall-preżentata ta’ rikors previst fl-Artikolu 33 tar-Regolament Nru 2201/2003 (ara, b’analoġija, is-sentenza tas-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20060216">16 ta’ Frar 2006</DATE>, <NAME.CASE>Verdoliva</NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑3/05</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2006:113">EU:C:2006:113</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0034">34</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0070"><NO.P>70</NO.P><TXT>Dan ir-rekwiżit ta’ notifika, kif ukoll it-trażmissjoni fl-istess ħin ta’ informazzjoni dwar ir-rikors, jippermetti li jiġi żgurat li l-parti li kontriha tintalab l-eżekuzzjoni tibbenefika minn dritt għal rimedju effettiv. B’hekk, sabiex jitqies li l-parti kkonċernata kienet f’pożizzjoni, fis-sens tal-Artikolu 33 tar-Regolament Nru 2201/2003, li tippreżenta rikors kontra deċiżjoni ta’ <HT TYPE="ITALIC">exequatur</HT>, hija għandu jkollha konoxxenza tal-kontenut ta’ din id-deċiżjoni, li teħtieġ li din id-deċiżjoni tkun ġiet ikkomunikata jew innotifikata lil din il-parti (ara, b’analoġija, is-sentenza tal-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20061214">14 ta’ Diċembru 2006</DATE>, <NAME.CASE>ASML</NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑283/05</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2006:787">EU:C:2006:787</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0040">40</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0071"><NO.P>71</NO.P><TXT>F’dan ir-rigward, mit-talba għal deċiżjoni preliminari jirriżulta li, konformement mar-Regola 10(2)(iii) tad-Digriet 42A tar-Regoli tal-Proċedura tal-Qrati Superjuri, id-deċiżjoni li tikkonstata s-saħħa eżekuttiva għandha tinkludi indikazzjoni li tispeċifika li <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0047" REF.END="QE0047"/>l-eżekuzzjoni tas-sentenza jew tad-deċiżjoni tista’ tiġi sospiża fuq talba ġudizzjarja meta jkun ġie ppreżentat rikors ordinarju fl-Istat Membru ta’ oriġini<QUOT.END REF.START="QS0047" CODE="201D" ID="QE0047"/>.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0072"><NO.P>72</NO.P><TXT>Fil-fatt, il-possibbiltà li tintalab, konformement mad-dritt nazzjonali, sospensjoni tal-eżekuzzjoni ta’ tali deċiżjoni tikkostitwixxi garanzija essenzjali tad-dritt fundamentali għal rimedju effettiv u, b’mod iktar ġenerali, tad-drittijiet tad-difiża, li tista’ tingħata, b’mod partikolari, jekk l-eżekuzzjoni ta’ deċiżjoni jista’ jkollha konsegwenzi manifestament eċċessivi.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0073"><NO.P>73</NO.P><TXT>F’dawn iċ-ċirkustanzi, filwaqt li, kif osservat l-Avukat Ġenerali fil-punt 119 tal-konklużjonijiet tagħha, il-persuna li kontriha tintalab l-eżekuzzjoni għandu jkollha l-possibbiltà li tippreżenta rikors sabiex tkun tista’ tqajjem, b’mod partikolari, waħda mir-raġunijiet ta’ nuqqas ta’ rikonoxximent previsti fl-Artikolu 23 tar-Regolament, Nru 2201/2003 għandu jiġi kkonstatat li l-eżekuzzjoni tal-ordni ta’ ritorn, saħansitra qabel in-notifika tad-digriet lill-ġenituri kkonċernati, ipprekludiet lil dawn tal-aħħar milli jikkontestaw fil-ħin id-<QUOT.START CODE="201C" ID="QS0048" REF.END="QE0048"/>dikjarazzjoni li tikkonstata s-saħħa eżekuttiva<QUOT.END REF.START="QS0048" CODE="201D" ID="QE0048"/>, fis-sens tal-Artikolu 33(5) ta’ dan ir-regolament, u, fi kwalunkwe każ, milli jitolbu s-sospensjoni tal-eżekuzzjoni tagħha.</TXT></NP.ECR><?PAGE NO="15"?><NP.ECR IDENTIFIER="NP0074"><NO.P>74</NO.P><TXT>Barra minn hekk, għandu jiġi osservat li, matul is-seduta quddiem il-Qorti tal-Ġustizzja, il-HCC sostna li l-eżekuzzjoni immedjata tad-deċiżjoni kienet meħtieġa minħabba <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0049" REF.END="QE0049"/>riskju ta’ ħarba b’mod ġenerali<QUOT.END REF.START="QS0049" CODE="201D" ID="QE0049"/>. Madankollu, għandu jiġi kkonstatat li, sa mill-<DATE ISO="20170914">14 ta’ Settembru 2017</DATE>, it-tfal kienu s-suġġett ta’ tqegħid f’residenza ospitanti fl-Irlanda. Għaldaqstant l-eżekuzzjoni tad-deċiżjoni li tordna r-ritorn tagħhom lejn ir-Renju Unit ma jidhirx li kienet ikkaratterizzata minn xi urġenza partikolari.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0075"><NO.P>75</NO.P><TXT>F’dawn iċ-ċirkustanzi, għandu jiġi kkonstatat li l-eżekuzzjoni ta’ deċiżjoni ta’ qorti ta’ Stat Membru, li tordna t-tqegħid taħt tutela u r-ritorn ta’ minuri u li hija ddikjarata li għandha saħħa eżekuttiva fl-Istat Membru rikjest, qabel ma saret in-notifika tad-dikjarazzjoni li tikkonstata s-saħħa eżekuttiva ta’ din id-deċiżjoni lill-ġenituri kkonċernati hija kuntrarja għall-Artikolu 33(1) tar-Regolament Nru 2201/2003, moqri fid-dawl tal-Artikolu 47 tal-Karta.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0076"><NO.P>76</NO.P><TXT>Il-qorti tar-rinviju tistaqsi wkoll jekk, f’tali ċirkustanzi, l-Artikolu 33(5) tar-Regolament Nru 2201/2003 għandux jiġi interpretat fis-sens li t-terminu għall-preżentata ta’ rikors previst f’din id-dispożizzjoni għandu jiġi invokat fil-konfront tal-ġenituri kkonċernati.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0077"><NO.P>77</NO.P><TXT>F’dan id-dawl, għandu jitfakkar li, skont ġurisprudenza stabbilita, it-termini ta’ preskrizzjoni għandhom, b’mod ġenerali, il-funzjoni li jiżguraw iċ-ċertezza legali (sentenza tas-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20160707">7 ta’ Lulju 2016</DATE>, <NAME.CASE>Lebek</NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑70/15</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2016:524">EU:C:2016:524</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0055">55</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR> u l-ġurisprudenza ċċitata). Barra minn hekk, huwa wkoll konformi mal-interess superjuri tal-minuri li d-deċiżjonijiet li jikkonċernawh ikunu jistgħu jiġu kkontestati biss matul perijodu limitat.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0078"><NO.P>78</NO.P><TXT>Fil-kawża prinċipali, ma huwiex ikkontestat li d-deċiżjoni ta’ <HT TYPE="ITALIC">exequatur</HT> kienet effettivament innotifikata lill-ġenituri kkonċernati.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0079"><NO.P>79</NO.P><TXT>Huwa minnu li, peress li n-notifika saret wara l-eżekuzzjoni ta’ din id-deċiżjoni, il-ġenituri ġew imċaħħda mid-dritt tagħhom li jitolbu s-sospensjoni tal-eżekuzzjoni tal-ordni ta’ ritorn. Madankollu, dan il-ksur tad-drittijiet tad-difiża tagħhom ma għandu l-ebda impatt fuq it-terminu għall-preżentata ta’ rikors li jiddekorri min-notifika ta’ din id-deċiżjoni.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0080"><NO.P>80</NO.P><TXT>Għaldaqstant, f’tali kundizzjonijiet, it-terminu għall-preżentata ta’ rikors previst fl-Artikolu 33(5) tar-Regolament Nru 2201/2003 ma jistax ikun is-suġġett ta’ estensjoni mogħtija mill-qorti adita.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0081"><NO.P>81</NO.P><TXT>Fid-dawl tal-kunsiderazzjonijiet li jinsabu fil-punt 75 ta’ din is-sentenza, hija l-qorti tar-rinviju li għandha teżamina jekk id-dritt nazzjonali jippermettilhiex tirtira d-deċiżjoni dwar l-applikazzjoni għal dikjarazzjoni li tikkonstata s-saħħa eżekuttiva, adottata preċedentement.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0082"><NO.P>82</NO.P><TXT>Għaldaqstant, ir-risposta li għandha tingħata għat-tieni u għat-tielet domanda hija li l-Artikolu 33(1) tar-Regolament Nru 2201/2003, moqri fid-dawl tal-Artikolu 47 tal-Karta, għandu jiġi interpretat fis-sens li, f’sitwazzjoni bħal dik inkwistjoni fil-kawża prinċipali, jipprekludi l-eżekuzzjoni ta’ deċiżjoni ta’ qorti ta’ Stat Membru li tordna t-tqegħid taħt tutela u r-ritorn ta’ minuri u li hija ddikjarata li għandha saħħa eżekuttiva fl-Istat Membru rikjest, qabel ma tkun saret in-notifika tad-dikjarazzjoni li tikkonstata s-saħħa eżekuttiva ta’ din id-deċiżjoni lill-ġenituri kkonċernati. L-Artikolu 33(5) tar-Regolament Nru 2201/2003 għandu jiġi interpretat fis-sens li t-terminu għall-preżentata ta’ rikors previst f’din id-dispożizzjoni ma jistax jiġi estiż mill-qorti adita.</TXT></NP.ECR></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="2"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD"><HT TYPE="ITALIC">Fuq id-domanda fil-Kawża C‑375/18</HT></HT></P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0083"><NO.P>83</NO.P><TXT>Permezz tar-raba’ domanda tagħha, il-qorti tar-rinviju qiegħda essenzjalment tistaqsi jekk ir-Regolament Nru 2201/2003 għandux jiġi interpretat fis-sens li jipprekludi, f’sitwazzjoni bħal dik inkwistjoni fil-kawża prinċipali, li qorti ta’ Stat Membru tadotta miżuri kawtelatorji fil-forma ta’ ordni<?PAGE NO="16"?> kontra organu pubbliku ta’ Stat Membru ieħor li tipprojbixxi lil dan l-organu milli jibda jew ikompli, quddiem il-qrati ta’ dan l-Istat Membru l-ieħor, proċedura ta’ adozzjoni fir-rigward ta’ minuri li jirrisjedu fih.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0084"><NO.P>84</NO.P><TXT>Għandu jitfakkar li l-Artikolu 20 tar-Regolament Nru 2201/2003 jippermetti lill-qrati msemmija fih jagħtu miżuri provviżorji jew kawtelatorji, bil-kundizzjoni li dawn il-qrati ma jibbażawx il-ġurisdizzjoni tagħhom, fir-rigward tar-responsabbiltà tal-ġenituri, fuq wieħed mill-artikoli msemmija fit-Taqsima 2 tal-Kapitolu II ta’ dan ir-regolament (sentenza tal-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20100715">15 ta’ Lulju 2010</DATE>, <NAME.CASE>Purrucker</NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑256/09</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2010:437">EU:C:2010:437</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0063">63</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0085"><NO.P>85</NO.P><TXT>Dawn il-qrati huma awtorizzati jagħtu miżuri provviżorji jew kawtelatorji bil-kundizzjoni biss li josservaw tliet kundizzjonijiet kumulattivi, jiġifieri:</TXT><P><LIST TYPE="NDASH"><ITEM><P>il-miżuri kkonċernati għandhom ikunu urġenti;</P></ITEM><ITEM><P>dawn il-miżuri għandhom jittieħdu fir-rigward tal-persuni u tal-beni li jinsabu fl-Istat Membru fejn ikollhom is-sede tagħhom dawn il-qrati, u</P></ITEM><ITEM><P>għandhom ikunu ta’ natura provviżorja (sentenza tal-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20100715">15 ta’ Lulju 2010</DATE>, <NAME.CASE>Purrucker</NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑256/09</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2010:437">EU:C:2010:437</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0077">77</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR> u l-ġurisprudenza ċċitata).</P></ITEM></LIST></P></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0086"><NO.P>86</NO.P><TXT>Minn dan isegwi li kull deċiżjoni li minnha ma jirriżultax li kienet ġiet adotta minn qorti li għandha ġurisdizzjoni jew li preżumibbilment għandha ġurisdizzjoni fuq il-mertu ma taqax neċessarjament taħt l-Artikolu 20 tar-Regolament Nru 2201/2003, iżda taqa’ taħt din id-dispożizzjoni biss fil-każ li tissodisfa l-kundizzjonijiet previsti minnha (sentenza tal-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20100715">15 ta’ Lulju 2010</DATE>, <NAME.CASE>Purrucker</NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑256/09</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2010:437">EU:C:2010:437</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0078">78</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0087"><NO.P>87</NO.P><TXT>Issa, għandu jiġi kkonstatat li t-talba għal ordni inkwistjoni fil-kawża prinċipali ma tikkonċernax persuni li jinsabu fl-Istat Membru fejn għandha s-sede tagħha l-qorti tar-rinviju u għalhekk ma tissodisfax il-kundizzjoni prevista fil-punt 85 ta’ din is-sentenza.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0088"><NO.P>88</NO.P><TXT>Minn dan isegwi li miżura kawtelatorja bħall-ordni inkwistjoni fil-kawża prinċipali, mitluba mingħand il-qorti ta’ Stat Membru fil-konfront ta’ organu pubbliku ta’ Stat Membru ieħor sabiex dan l-organu jiġi pprojbit milli jibda jew ikompli, quddiem il-qrati ta’ dan l-Istat Membru l-ieħor, proċedura għall-adozzjoni ta’ minuri li jirrisjedu fih, ma taqax fil-kamp ta’ applikazzjoni tal-Artikolu 20 tar-Regolament Nru 2201/2003.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0089"><NO.P>89</NO.P><TXT>Barra minn hekk, il-qorti tar-rinviju tixtieq tkun taf jekk tali ordni tammontax sabiex il-HCC jiġi pprojbit milli jiftaħ kawża quddiem il-qrati Ingliżi li għandhom ġurisdizzjoni u jekk għalhekk għandhiex il-forma ta’ <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0050" REF.END="QE0050"/>anti-suit injunction<QUOT.END REF.START="QS0050" CODE="201D" ID="QE0050"/> ipprojbita mis-sentenzi tas-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20040427">27 ta’ April 2004</DATE>, <NAME.CASE>Turner</NAME.CASE> (<NO.CASE>C‑159/02</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2004:228">EU:C:2004:228</NO.ECLI></REF.DOC.ECR>), kif ukoll tal-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20090210">10 ta’ Frar 2009</DATE>, <NAME.CASE>Allianz u Generali Assicurazioni Generali</NAME.CASE> (<NO.CASE>C‑185/07</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2009:69">EU:C:2009:69</NO.ECLI></REF.DOC.ECR>).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0090"><NO.P>90</NO.P><TXT>F’dawk is-sentenzi, il-Qorti tal-Ġustizzja ddeċidiet li <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0051" REF.END="QE0051"/>anti-suit injunction<QUOT.END REF.START="QS0051" CODE="201D" ID="QE0051"/>, jiġifieri ordni intiża li tipprojbixxi lil persuna milli tiftaħ jew tkompli proċedura quddiem il-qrati ta’ Stat Membru ieħor, kienet inkompatibbli mal-Konvenzjoni tas-<DATE ISO="19680927">27 ta’ Settembru 1968</DATE> dwar il-Ġurisdizzjoni u l-Infurzar ta’ Deċiżjonijiet f’Materji Ċivili u Kummerċjali (<REF.DOC.OJ COLL="L" NO.OJ="299" PAGE.FIRST="32" DATE.PUB="1972">ĠU 1972, L 299, p. 32</REF.DOC.OJ>), kif ukoll mar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 44/2001 tat-<DATE ISO="20001222">22 ta’ Diċembru 2000</DATE> dwar ġurisdizzjoni u rikonoxximent u eżekuzzjoni ta’ sentenzi f’materji ċivili u kummerċjali (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 19, Vol. 4, p. 42), peress li tali ordni ma tosservax il-prinċipju li kull qorti adita għandha tiddetermina hija stess, skont ir-regoli applikabbli, jekk għandhiex ġurisdizzjoni sabiex taqta’ t-tilwima mressqa quddiemha. Tali ndħil fil-ġurisdizzjoni ta’ qorti ta’ Stat Membru ieħor huwa, barra minn hekk, inkompatibbli mal-prinċipju ta’ fiduċja reċiproka li huwa l-bażi tal-implimentazzjoni ta’ sistema obbligatorja ta’ ġurisdizzjoni li l-qrati kollha li jaqgħu fil-kamp ta’ applikazzjoni ta’ dawn l-istrumenti<?PAGE NO="17"?> legali huma meħtieġa josservaw (sentenzi tas-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20040427">27 ta’ April 2004</DATE>, <NAME.CASE>Turner</NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑159/02</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2004:228">EU:C:2004:228</NO.ECLI>, punti <REF.NP.ECR REF="NP0024">24</REF.NP.ECR> u <REF.NP.ECR REF="NP0025">25</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>; tal-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20090210">10 ta’ Frar 2009</DATE>, <NAME.CASE>Allianz u Generali Assicurazioni Generali</NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑185/07</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2009:69">EU:C:2009:69</NO.ECLI>, punti <REF.NP.ECR REF="NP0029">29</REF.NP.ECR> u <REF.NP.ECR REF="NP0030">30</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>, kif ukoll tat-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20150513">13 ta’ Mejju 2015</DATE>, <NAME.CASE>Gazprom</NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑536/13</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2015:316">EU:C:2015:316</NO.ECLI>, punti <REF.NP.ECR REF="NP0033">33</REF.NP.ECR> u <REF.NP.ECR REF="NP0034">34</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0091"><NO.P>91</NO.P><TXT>F’dan il-każ, għandu jitqies, konformement ma’ din il-ġurisprudenza, li r-Regolament Nru 2201/2003, b’mod partikolari l-Artikolu 26 tiegħu, ma jistax jippermetti l-għoti ta’ ordni intiża li tipprojbixxi lill-HCC milli jibda proċedura ġudizzjarja fir-Renju Unit fir-rigward tal-adozzjoni ta’ minuri jew li ddaħħal inkwistjoni l-ġurisdizzjoni tal-qrati Ingliżi f’dan ir-rigward.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0092"><NO.P>92</NO.P><TXT>Madankollu, għandu jiġi kkonstatat li, skont l-indikazzjonijiet mogħtija mill-qorti tar-rinviju u kif osservat l-Avukat Ġenerali fil-punti 153 u 154 tal-konklużjonijiet tagħha, ordni bħal dik mitluba mill-ġenituri kkonċernati la għandha l-għan u lanqas l-effett li tipprekludi lill-HCC milli jiftaħ kawża quddiem qorti Ingliża fir-rigward tal-istess suġġett bħal dak tat-tilwima quddiem il-qorti tar-rinviju, peress li proċedura ġudizzjarja ta’ adozzjoni, mibdija jew segwita fir-Renju Unit, għandha għan u effetti distinti minn dawk tal-proċedura bbażata fuq ir-Regolament Nru 2201/2003 li tikkonċerna r-ritorn ta’ minuri u li hija intiża li tħares id-dritt għal rimedju tal-ġenituri kkonċernati.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0093"><NO.P>93</NO.P><TXT>Barra minn hekk, skont il-formulazzjoni stess tal-Artikolu 1(3)(b) tar-Regolament Nru 2201/2003, id-deċiżjoni dwar din l-adozzjoni u l-miżuri għat-tħejjija tagħha ma jaqgħux fil-kamp ta’ applikazzjoni ta’ dan ir-regolament.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0094"><NO.P>94</NO.P><TXT>Fid-dawl tal-kunsiderazzjonijiet preċedenti kollha, ir-risposta li għandha tingħata għar-raba’ domanda hija li r-Regolament Nru 2201/2003 għandu jiġi interpretat fis-sens li ma jipprekludix, f’sitwazzjoni bħal dik inkwistjoni fil-kawża prinċipali, li qorti ta’ Stat Membru tadotta miżuri kawtelatorji fil-forma ta’ ordni kontra organu pubbliku ta’ Stat Membru ieħor li tipprojbixxi lil dan l-organu milli jibda jew ikompli, quddiem il-qrati ta’ dan l-Istat Membru l-ieħor, proċedura għall-adozzjoni ta’ minuri li jirrisjedu fih.</TXT></NP.ECR></GR.SEQ></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="1"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD">Fuq l-ispejjeż</HT></P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0095"><NO.P>95</NO.P><TXT>Peress li l-proċedura għandha, fir-rigward tal-partijiet fil-kawża prinċipali, in-natura ta’ kwistjoni mqajma quddiem il-qorti tar-rinviju, hija din il-qorti li tiddeċiedi fuq l-ispejjeż. L-ispejjeż sostnuti għas-sottomissjoni tal-osservazzjonijiet lill-Qorti tal-Ġustizzja, barra dawk tal-imsemmija partijiet, ma jistgħux jitħallsu lura.</TXT></NP.ECR></GR.SEQ><JURISDICTION><INTRO>Għal dawn il-motivi, Il-Qorti tal-Ġustizzja (L-Ewwel Awla) taqta’ u tiddeċiedi:</INTRO><LIST TYPE="ARAB"><ITEM><NP><NO.P><HT TYPE="BOLD">1)</HT></NO.P><TXT><HT TYPE="BOLD">Id-dispożizzjonijiet ġenerali tal-Kapitolu III tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2201/2003 tas-<DATE ISO="20031127">27 ta’ Novembru 2003</DATE> dwar il-ġurisdizzjoni u r-rikonoxximent u l-infurzar ta’ sentenzi fi kwistjonijiet matrimonjali u kwistjonijiet ta’ responsabbilità tal-ġenituri, u li jirrevoka r-Regolament (KE) Nru 1347/2000, għandhom jiġu interpretati fis-sens li, f’sitwazzjoni fejn ikun allegat li minuri tneħħew b’mod illegali, id-deċiżjoni ta’ qorti tal-Istat Membru li fih dawn il-minuri kellhom ir-residenza abitwali tagħhom li tordna r-ritorn tal-imsemmija minuri u li tkun il-konsegwenza ta’ deċiżjoni dwar ir-responsabbiltà tal-ġenituri, tista’ tiġi ddikjarata li għanda saħħa eżekuttiva fl-Istat Membru ospitanti konformement ma’ dawn id-dispożizzjonijiet ġenerali.</HT></TXT></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P><HT TYPE="BOLD">2)</HT></NO.P><TXT><HT TYPE="BOLD">L-Artikolu 33(1) tar-Regolament Nru 2201/2003, moqri fid-dawl tal-Artikolu 47 tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea, għandu jiġi interpretat fis-sens li, f’sitwazzjoni bħal dik inkwistjoni fil-kawża prinċipali, jipprekludi l-eżekuzzjoni ta’ deċiżjoni ta’ qorti ta’ Stat Membru li tordna t-tqegħid taħt tutela u r-ritorn ta’ minuri u li hija ddikjarata li għandha saħħa eżekuttiva fl-Istat Membru rikjest, qabel ma tkun saret in-notifika tad-dikjarazzjoni li tikkonstata s-saħħa eżekuttiva ta’ din id-deċiżjoni lill-ġenituri<?PAGE NO="18"?> kkonċernati. L-Artikolu 33(5) tar-Regolament Nru 2201/2003 għandu jiġi interpretat fis-sens li t-terminu għall-preżentata ta’ rikors previst f’din id-dispożizzjoni ma jistax jiġi estiż mill-qorti adita.</HT></TXT></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P><HT TYPE="BOLD">3)</HT></NO.P><TXT><HT TYPE="BOLD">Ir-Regolament Nru 2201/2003 għandu jiġi interpretat fis-sens li ma jipprekludix, f’sitwazzjoni bħal dik inkwistjoni fil-kawża prinċipali, li qorti ta’ Stat Membru tadotta miżuri kawtelatorji fil-forma ta’ ordni kontra organu pubbliku ta’ Stat Membru ieħor li tipprojbixxi lil dan l-organu milli jibda jew ikompli, quddiem il-qrati ta’ dan l-Istat Membru l-ieħor, proċedura għall-adozzjoni ta’ minuri li jirrisjedu fih.</HT></TXT></NP></ITEM></LIST></JURISDICTION></CONTENTS.JUDGMENT><SIGNATURE.CASE><SIGNATORY><P>Firem</P></SIGNATORY></SIGNATURE.CASE></JUDGMENT>