Official Journal L 125 , 22/05/1979 P. 0006 - 0006
Greek special edition: Chapter 03 Volume 25 P. 0071
REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (KEE) Nru 995/79 Tal-21 ta' Mejju 1979 li jemenda r-Regolament (KEE) Nru 1193/78 li jistipula disposizzjonijiet komuni għall-bejgħ taż-żerriegħa tar-riġnu IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ, Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabilixxi il-Komunità Ekonomika Ewropea, Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2874/77 tad-19 ta' Diċembru 1977 li jistipula miżuri speċjali dwar iż-żerriegħa tar-riġnu ([1]), u partikolarment l-Artikolu 2(5) tiegħu, Billi l-Artikolu 2 tar-Regolament tal-Kummissjoni (KEE) Nru 1193/78 ([2]) jistipula li l-kuntratti għall-bejgħ taż-żerriegħa tar-riġnu għandhom ikunu konklużi mhux aktar tard mit-30 ta'April ta' kull sena dwar il-ħsad li jmiss; minħabba l-prattika l-aktar mifruxa tal-kummerċ, li tiffissa limitu ta' data ta' dan it-tip ma jiffaċilitax il-konklużjoni tal-kuntratti; għalhekk ikun aħjar li jitneħħa l-imsemmi limitu ta' data; Billi l-miżuri provduti f'dan ir-Regolament huma skond l-opinjoni tal-Kumitat ta' Ġestjoni taż-Żjut u x-Xaħmijiet, ADDOTTAT DAN IR-REGOLAMENT: Artikolu 1 Artikolu 2 tar-Regolament (KEE) Nru 1193/78 huwa hawnhekk mibdul bit-test li ġej: "Artikolu 2 Il-kuntratt ikun konkluż bil-kitba u relatat ma' xi żona." Artikolu 2 Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-ġurnata tal-pubblikazzjoni tiegħu fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Komunitajiet Ewropej. Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u jkun direttament applikabbli fl-iStati Membri kollha. Magħmul fi Brussel,fil-21 ta' Mejju 1979. Għall-Kummissjoni Finn GUNDELACH Viċi-President ____________________ Proofread by Claudine Camilleri 1 ĠU L 332, ta' l-24.12.1977, p. 1 2 ĠU L 146, tat-2.6.1978, p. 12.