|
Il-Ġurnal Uffiċjali |
MT Is-serje L |
|
2026/511 |
23.4.2026 |
REGOLAMENT TAL-KUNSILL (UE) 2026/511
tat-23 ta’ April 2026
li jemenda r-Regolament (UE) Nru 269/2014 dwar miżuri restrittivi fir-rigward ta’ azzjonijiet li jdgħajfu jew jheddu l-integrità territorjali, is-sovranità u l-indipendenza tal-Ukrajna
IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikolu 215 tiegħu,
Wara li kkunsidra d-Deċiżjoni tal-Kunsill 2014/145/PESK tas-17 ta’ Marzu 2014 dwar miżuri restrittivi fir-rigward ta’ azzjonijiet li jipperikolaw jew jheddu l-integrità territorjali, is-sovranità u l-indipendenza tal-Ukrajna (1),
Wara li kkunsidra l-proposta konġunta mir-Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta’ Sigurtà u l-Kummissjoni Ewropea,
Billi:
|
(1) |
Ir-Regolament tal-Kunsill (UE) Nru 269/2014 (2) jagħti effett lill-miżuri restrittivi previsti fid-Deċiżjoni 2014/145/PESK. |
|
(2) |
Fit-23 ta’ April 2026, il-Kunsill adotta d-Deċiżjoni (PESK) 2026/504 (3), li temenda d-Deċiżjoni 2014/145/PESK. Jenħtieġ li r-Regolament (UE) Nru 269/2014 jiġi emendat kif xieraq. |
|
(3) |
Id-Deċiżjoni (PESK) 2026/504 temenda l-kriterju ta’ elenkar għal persuni fiżiċi jew ġuridiċi, entitajiet jew korpi li jippossjedu, jikkontrollaw, jimmaniġġjaw jew joperaw bastimenti involuti f’ċerti attivitajiet jew li b’xi mod ieħor jipprovdu appoġġ materjali, tekniku jew finanzjarju għall-operazzjonijiet ta’ tali bastimenti. |
|
(4) |
Id-Deċiżjoni (PESK) 2026/504 testendi għal kumpanija tal-assigurazzjoni li tkun għadha kemm ġiet elenkata d-deroga eżistenti relatata ma’ pagamenti li jikkostitwixxu indennizz jew benefiċċju pprovdut wara l-materjalizzazzjoni ta’ riskju. |
|
(5) |
Id-Deċiżjoni (PESK) 2026/504 tintroduċi derogi addizzjonali mill-iffriżar tal-assi u l-projbizzjoni li fondi u riżorsi ekonomiċi jsiru disponibbli għal persuni u entitajiet deżinjati għall-ħidma ta’ intermedjarji ffinanzjati mill-istat għall-politika kulturali barranija tal-Istati Membri fir-Russja, bħal istituzzjonijiet kulturali, skejjel jew organizzazzjonijiet li jappoġġaw il-minoranzi etniċi tal-Istati Membri. |
|
(6) |
Pretensjonijiet imressqa minn persuni, entitajiet jew korpi elenkati fl-Anness I tar-Regolament (UE) Nru 269/2014, jew minn entitajiet li huma proprjetà ta’ tali persuni, entitajiet jew korpi jistgħu ma jiġux issodisfati jekk ikunu relatati ma’ kuntratti jew tranżazzjonijiet affettwati minn miżuri restrittivi. Din il-projbizzjoni tkopri wkoll pretensjonijiet imressqa quddiem tribunali tal-arbitraġġ bis-saħħa ta’ klawżoli ta’ arbitraġġ f’kuntratti, li tmur kontra l-objettiv tal-Artikolu 11 tar-Regolament (UE) Nru 269/2014 jew l-Artikolu 11 tar-Regolament tal-Kunsill (4) (UE) Nru 833/2014. Sabiex jiġi skoraġġut il-bidu ta’ proċedimenti ta’ arbitraġġ minn persuni fiżiċi jew ġuridiċi, entitajiet jew korpi elenkati fl-Anness I tar-Regolament (UE) Nru 269/2014 wara li jkunu ġew adottati miżuri restrittivi, li jista’ jwassal għaċ-ċirkomvenzjoni ta’ miżuri restrittivi jew li dawn jinġiebu fix-xejn, b’mod partikolari meta jinbdew proċedimenti ta’ arbitraġġ f’pajjiż terz, id-Deċiżjoni (PESK) 2026/504 tipprevedi deroga li tippermetti, taħt ċerti kundizzjonijiet, ir-rilaxx ta’ fondi jew riżorsi ekonomiċi ffriżati biss għall-pagament tal-ispejjeż tal-proċedimenti ta’ arbitraġġ attribwiti lit-tali persuni elenkati u għall-benefiċċju tal-partijiet li mhumiex persuni elenkati fl-Anness I tar-Regolament (UE) Nru 269/2014 u li mhumiex proprjetà ta’ jew ikkontrollati minn persuni elenkati soġġetti għall-miżuri restrittivi stabbiliti f’dak ir-Regolament, jew li mhumiex ċittadini Russi jew stabbiliti fir-Russja u li mhumiex soġġetti għall-miżuri restrittivi stabbiliti fir-Regolament (UE) Nru 833/2014. |
|
(7) |
Id-Deċiżjoni (PESK) 2026/504 tintroduċi deroga ġdida li tippermetti r-rilaxx ta’ fondi ffriżati ta’ entità elenkata jew il-forniment ta’ riżorsi ekonomiċi għaliha, fejn dan ikun essenzjali biex jiġi ffaċilitat tnaqqis minn dik l-entità, fil-konsum tal-importazzjonijiet Russi taż-żejt mhux maħdum jew fid-dipendenza fuqhom. Id-Deċiżjoni (PESK) 2026/504 ukoll testendi deroga eżistenti għall-provvista ta’ prodotti u servizzi speċifiċi meħtieġa għas-sistema tal-metro ta’ Sofija. |
|
(8) |
Bħalissa pretensjonijiet kontra persuni, entitajiet jew korpi tal-Unjoni li jikkonformaw ma’ miżuri restrittivi jistgħu jitressqu minn persuni, entitajiet jew korpi għajr dawk il-persuni, entitajiet jew korpi elenkati fir-Regolament (UE) Nru 269/2014, u minn persuni għajr dawk li jaġixxu f’isimhom jew taħt id-direzzjoni tagħhom, pereżempju meta persuni tal-Unjoni ma jkomplux il-provvista ta’ fondi jew riżorsi ekonomiċi li jistgħu jsiru disponibbli għall-persuni elenkati skont dan ir-Regolament. Id-Deċiżjoni (PESK) 2026/504 għalhekk issaħħaħ il-qafas ta’ miżuri restrittivi tal-Unjoni billi testendi l-kamp tal-projbizzjoni fuq is-sodisfazzjoni ta’ tali pretensjonijiet b’konnessjoni ma’ kwalunkwe kuntratt jew tranżazzjoni li t-twettiq tagħhom ikun ġie affettwat, b’mod dirett jew indirett, għal kollox jew parzjalment, minn miżuri restrittivi tal-Unjoni, sabiex l-operaturi tal-Unjoni ikunu protetti aħjar. Għalhekk, jenħtieġ li l-kamp ta’ applikazzjoni tal-projbizzjoni fir-Regolament (UE) Nru 269/2014 fuq is-sodisfazzjoni ta’ tali pretensjonijiet jkopri pretensjonijiet imressqa minn persuni fiżiċi jew ġuridiċi, entitajiet jew korpi stabbiliti f’pajjiżi terzi għajr pajjiżi sħab elenkati fl-Anness VIII tar-Regolament tal-Kunsill (UE) Nru 833/2014. |
|
(9) |
Persuni fiżiċi jew ġuridiċi, entitajiet jew korpi Russi, jew persuni, entitajiet jew korpi li huma proprjetà tagħhom jew ikkontrollati minnhom jistgħu jfittxu li jinfurzaw, f’pajjiżi terzi għajr ir-Russja, id-deċiżjonijiet ġudizzjarji u amministrattivi. Tali tentattivi jistgħu jkunu bbażati fuq pretensjonijiet relatati ma’ kuntratti affettwati minn miżuri restrittivi. Għalhekk huwa xieraq li tiġi estiża l-possibbiltà li persuni fiżiċi jew ġuridiċi tal-Unjoni jressqu pretensjoni għad-danni kontra persuni, entitajiet u korpi li jfittxu, f’pajjiżi terzi għajr ir-Russja, l-infurzar ta’ dawk id-deċiżjonijiet, jew jikkooperaw fl-infurzar tagħhom, kif ukoll kontra persuni, entitajiet u korpi li huma proprjetà tagħhom jew ikkontrollati minnhom. |
|
(10) |
Dawn il-miżuri jaqgħu fil-kamp ta’ applikazzjoni tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea u għalhekk, b’mod partikolari bil-ħsieb tal-iżgurar tal-applikazzjoni uniformi tagħhom fl-Istati Membri kollha, hija meħtieġa azzjoni regolatorja fil-livell tal-Unjoni. |
|
(11) |
Għalhekk, jenħtieġ li r-Regolament (UE) Nru 269/2014 jiġi emendat kif xieraq, |
ADOTTA DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
Ir-Regolament (UE) Nru 269/2014 huwa emendat kif ġej:
|
(1) |
fl-Artikolu 3(1), il-punt (k) huwa sostitwit b’dan li ġej:
; |
|
(2) |
fl-Artikolu 4(1), jiżdiedu l-punti li ġejjin:
|
|
(3) |
jiddaħħal l-Artikolu li ġej: “Artikolu 5c 1. B’deroga mill-Artikolu 2, l-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membri jistgħu jawtorizzaw ir-rilaxx ta’ ċerti fondi jew riżorsi ekonomiċi ffriżati fejn tali fondi jew riżorsi ekonomiċi jkunu soġġetti għal deċiżjoni arbitrali mogħtija wara d-data li fiha l-persuna fiżika jew ġuridika, l-entità jew il-korp imsemmija fl-Artikolu 2 ikunu ġew inklużi fl-Anness I, dment li l-proċedimenti arbitrali li wasslu għal dik id-deċiżjoni jkunu nbdew minn dik il-persuna fiżika jew ġuridika, entità jew korp. Tali awtorizzazzjoni tista’ tingħata sa fejn id-deċiżjoni arbitrali tikkonċerna l-attribuzzjoni tal-ispejjeż tal-proċedimenti arbitrali, u d-deċiżjoni arbitrali tattribwixxi tali spejjeż lil parti li hija persuna fiżika jew ġuridika, entità jew korp li la huma elenkati, u lanqas proprjetà ta’ jew ikkontrollati minn persuna, entità jew korp elenkat soġġetti għall-miżuri restrittivi f’dan ir-Regolament, jew li mhumiex ċittadini Russi u lanqas huma stabbiliti fir-Russja u li mhumiex soġġetia għall-miżuri restrittivi stabbiliti fir-Regolament (UE) Nru 833/2014. 2. Tali awtorizzazzjoni għandha tkun limitata għall-pagament tal-ispejjeż tal-proċedimenti ta’ arbitraġġ, inkluż, fejn applikabbli, it-tariffi u l-ispejjeż tat-tribunal tal-arbitraġġ, it-tariffi amministrattivi tal-istituzzjoni tal-arbitraġġ, u l-ispejjeż legali u proċedurali raġonevoli oħra mġarrba mill-parti opposta, kif attribwiti mit-tribunal tal-arbitraġġ b’rabta mat-twettiq tal-proċedimenti ta’ arbitraġġ. Ma għandhiex testendi għall-pagament ta’ xi ammont prinċipali, danni, imgħax jew pretensjonijiet sostantivi oħra mogħtija sakemm is-sanzjonijiet jibqgħu fis-seħħ.” |
|
(4) |
l-Artikolu 6a(1a) huwa sostitwit b’dan li ġej: “1a Permezz ta’ deroga mill-Artikolu 2(2), l-awtoritajiet kompetenti ta’ Stat Membru jistgħu jawtorizzaw, bil-kundizzjonijiet li huma jqisu xierqa, pagamenti lill-entità elenkata taħt l-entrata numru 265 taħt l-intestatura ‘B. Entitajiet’ fl-Anness I, għal prodotti u servizzi li jistgħu jiġu pprovduti biss minn dik l-entità u li huma meħtieġa għat-tħaddim, il-manutenzjoni jew it-tiswija ta’ karozzi tal-linja tal-metro 3 ta’ Budapest ikkonsenjati minn Metrowagonmash fl-2018 u ta’ karozzi tal-linji tal-metro 1, 2 u 4 ta’ Sofija, ikkonsenjati minn Metrowagonmash qabel l-2017.” |
|
(5) |
l-Artikolu 6b huwa emendat kif ġej:
|
|
(6) |
fl-Artikolu 11(1), jiżdied il-punt li ġej:
; |
|
(7) |
L-Artikolu 11a huwa sostitwit b’dan li ġej: “Artikolu 11a 1. Kwalunkwe persuna msemmija fl-Artikolu 17, il-punt (c) jew (d) għandha tkun intitolata tirkupra, fi proċedimenti ġudizzjarji quddiem il-qrati kompetenti ta’ Stat Membru, kwalunkwe dannu dirett jew indirett, inklużi spejjeż legali, imġarrba minn dik il-persuna, jew minn persuna ġuridika, entità jew korp li l-persuna msemmija fl-Artikolu 17, il-punt (d), ikollha s-sjieda tagħhom jew tikkontrolla, bħala konsegwenza ta’ pretensjonijiet ippreżentati quddiem il-qrati f’pajjiżi terzi minn persuni, entitajiet u korpi msemmija fl-Artikolu 11(1), il-punti (a) jew (b), b’rabta ma’ kwalunkwe kuntratt jew tranżazzjoni li l-prestazzjoni tagħhom tkun ġiet affettwata, direttament jew indirettament, totalment jew parzjalment, bil-miżuri imposti skont dan ir-Regolament, dment li dik il-persuna kkonċernata ma jkollhiex aċċess effettiv għar-rimedji taħt il-ġuriżdizzjoni rilevanti. Tali danni jistgħu jiġu rkuprati mill-persuni, lill-entitajiet jew lill-korpi msemmija fl-Artikolu 11(1), il-punt (a) jew (b), li ppreżentaw il-pretensjonijiet fil-qrati fil-pajjiż terz, jew minn persuni, entitajiet jew korpi li jippossjedu jew jikkontrollaw dawk l-entitajiet jew korpi. 2. Mingħajr preġudizzju għall-paragrafu 1, kwalunkwe persuna msemmija fl-Artikolu 17, il-punt (c) jew (d), għandha tkun intitolata tirkupra, fi proċedimenti ġudizzjarji quddiem il-qrati kompetenti ta’ Stat Membru, kwalunkwe dannu dirett jew indirett, inklużi spejjeż legali, imġarrba minn dik il-persuna jew minn persuna ġuridika, entità jew korp li l-persuna msemmija fl-Artikolu 17, il-punt (d), ikollha s-sjieda tagħhom jew tikkontrolla, bħala konsegwenza ta’ inibizzjonijiet, ordnijiet, eżenzjonijiet, sentenzi jew deċiżjonijiet ġudizzjarji jew amministrattivi oħra mogħtija f’pajjiżi terzi għajr ir-Russja, li jfittxu li jinfurzaw sentenzi li jilqgħu l-pretensjonijiet imsemmija fil-paragrafu 1, dment li l-persuna kkonċernata ma jkollhiex aċċess effettiv għar-rimedji taħt il-ġuriżdizzjoni rilevanti. Tali danni jistgħu jiġu rkuprati mill-persuni, l-entitajiet jew il-korpi, li jfittxu jew jikkooperaw fl-infurzar ta’ sentenzi li jilqgħu l-pretensjonijiet imsemmija fil-paragrafu 1 f’pajjiż terz għajr ir-Russja, jew minn persuni, entitajiet jew korpi li huma s-sidien ta’ dawk l-entitajiet jew il-korpi jew li jikkontrollawhom, bl-eċċezzjoni tal-avukati tagħhom u tal-membri tal-ġudikatura, u bl-eċċezzjoni ta’ persuni msemmija fl-Artikolu 17, il-punt (c) jew (d), jew persuni ġuridiċi, entitajiet jew korpi li l-persuni msemmija fl-Artikolu 17, il-punt (c) jew (d), huma sidien tagħhom jew jikkontrollaw, li kontrihom ingħatat sentenza li tilqa’ l-pretensjonijiet imsemmija fil-paragrafu 1.”;. |
Artikolu 2
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fid-data tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fi Brussell, it-23 ta’ April 2026.
Għall-Kunsill
Il-President
M. RAOUNA
(1) ĠU L 78, 17.3.2014, p. 16, ELI: http://data.europa.eu/eli/dec/2014/145(1)/oj.
(2) Ir-Regolament tal-Kunsill (UE) Nru 269/2014 tas-17 ta’ Marzu 2014 dwar miżuri restrittivi fir-rigward ta’ azzjonijiet li jdgħajfu jew jheddu l-integrità territorjali, is-sovranità u l-indipendenza tal-Ukrajna (ĠU L 78, 17.3.2014, p. 6 ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2014/269/oj).
(3) Id-Deċiżjoni tal-Kunsill (PESK) 2026/504 tat-23 ta’ April 2026 li temenda d-Deċiżjoni 2014/145/PESK dwar miżuri restrittivi fir-rigward ta’ azzjonijiet li jipperikolaw jew jheddu l-integrità territorjali, is-sovranità u l-indipendenza tal-Ukrajna (ĠU L, 2026/504, 23.4.2026, ELI: http://data.europa.eu/eli/dec/2026/504/oj).
(4) Ir-Regolament tal-Kunsill (UE) Nru 833/2014 tal-31 ta’ Lulju 2014 dwar miżuri restrittivi fid-dawl tal-azzjonijiet tar-Russja li jiddestabbilizzaw is-sitwazzjoni fl-Ukrajna (ĠU L 229, 31.7.2014, p. 1, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2014/833/oj).
ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2026/511/oj
ISSN 1977-074X (electronic edition)