|
Il-Ġurnal Uffiċjali |
MT Is-serje L |
|
2025/2420 |
28.11.2025 |
DEĊIŻJONI (UE) 2025/2420 TAL-BANK ĊENTRALI EWROPEW
tat-18 ta’ Novembru 2025
li temenda d-Deciżjoni (UE) 2024/3127 dwar l-approvazzjoni tal-volum ta’ ħrug ta’ muniti fl-2025 (BĊE/2024/38) (BĊE/2025/38)
IL-BORD EŻEKUTTIV TAL-BANK ĊENTRALI EWROPEW,
Wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikolu 128(2) tiegħu,
Wara li kkunsidra d-Deċiżjoni (UE) 2015/2332 tal-Bank Ċentrali Ewropew tal-4 ta’ Diċembru 2015 dwar il-qafas proċedurali għall-approvazzjoni tal-volum ta’ ħruġ ta’ muniti tal-euro (BĊE/2015/43) (1) u b’mod partikolari l-Artikolu 3(7) tagħha,
Filwaqt li:
|
(1) |
Il-Bank Ċentrali Ewropew (BĊE) għandu d-dritt esklussiv sa mill-1 ta’ Jannar 1999 biex japprova l-volum ta’ muniti maħruġin mill-Istati Membri li l-munita tagħhom hija l-euro. |
|
(2) |
Skont l-estimi tad-domanda għall-muniti tal-euro fl-2025 li l-Istati Membri li l-munita tagħhom hija l-euro ppreżentaw lill-BĊE, il-BĊE approva l-volum totali tal-muniti tal-euro intiżi għaċ-ċirkolazzjoni u l-muniti tal-euro għall-kollezzjonisti mhux intiżi għaċ-ċirkolazzjoni fl-2025 fid-Deċiżjoni (UE) 2024/3127 tal-Bank Ċentrali Ewropew (BĊE/2024/38) (2). |
|
(3) |
Skont l-Artikolu 3 tad-Deċiżjoni (UE) 2015/2332(BĊE/2015/43), l-Istati Membri li l-munita tagħhom hija l-euro għandhom jinnotifikaw lill-BĊE jekk id-domanda attwali għal muniti tal-euro x’aktarx taqbeż il-volum approvat ta’ ħruġ ta’ muniti f’sena kalendarja u, meta d-domanda akbar għall-muniti tkompli teżisti, għandhom jagħmlu talba għal approvazzjoni ad hoc għal volum addizzjonali ta’ ħruġ ta’ muniti f’dik is-sena kalendarja. |
|
(4) |
Fl-14 ta’ Ottubru 2025, il-BĊE rċieva talba mill-Národna banka Slovenska f’isem is-Slovakkja biex jiżdied il-volum ta’ muniti tal-euro għaċ-ċirkolazzjoni li s-Slovakkja tista’ toħroġ fl-2025 b’volum addizzjonali ta’ EUR 2,0 miljun, minn EUR 20,0 miljun għal EUR 22,0 miljun. Hemm żewġ raġunijiet għal din it-talba. L-ewwel, kien hemm żieda kontinwa fil-ħruġ nett ta’ muniti euro għaċ-ċirkolazzjoni mill-bidu tal-2025, speċjalment fid-denominazzjonijiet ogħla. It-tieni, hija mistennija żieda addizzjonali li tista’ twassal biex il-volum approvat ta’ ħruġ ta’ muniti euro għall-2025 jinqabeż qabel it-tmiem tas-sena. |
|
(5) |
Skont l-Artikolu 3(7) tad-Deċiżjoni (UE) 2015/2332 (BĊE/2015/43), il-Bord Eżekuttiv għandu jadotta deċiżjoni individwali dwar it-talba għal approvazzjoni ad hoc, meta ebda modifika għat-talba ad hoc ma tkun meħtieġa. |
|
(6) |
Għalhekk, id-Deċiżjoni (UE) 2024/3127 (BĊE/2024/38) għandha tiġi emendata kif meħtieġ, |
ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:
Artikolu 1
Emenda
It-tabella fl-Artikolu 2 tad-Decizjoni (UE) 2024/3127 (BĊE/2024/38) hija emendata kif gej:
|
(1) |
ir-ringiela dwar is-Slovakkja hija mibdula b’li ġej:
|
|
(2) |
ir-ringiela intitolata “Total” hija mibdula b’li ġej:
|
Artikolu 2
Dħul fis-seħħ
Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fil-jum meta tiġi nnotifikata lid-destinatarji.
Artikolu 3
Destinatarji
Din id-Deċiżjoni hija indirizzata lill-Istati Membri li l-munita tagħhom hija l-euro.
Magħmul fi Frankfurt am Main, it-18 ta’ Novembru 2025.
Il-President tal-BĊE
Christine LAGARDE
(1) ĠU L 328, 12.12.2015, p. 123, ELI: http://data.europa.eu/eli/dec/2015/2332/oj.
(2) Id-Deċiżjoni (UE) 2024/3127 tal-Bank Ċentrali Ewropew tas-26 ta’ Novembru 2024 dwar l-approvazzjoni tal-volum ta’ ħruġ ta’ muniti fl-2025 (BĊE/2024/38) (ĠU L, 2024/3127, 13.12.2024, ELI: http://data.europa.eu/eli/dec/2024/3127/oj).
ELI: http://data.europa.eu/eli/dec/2025/2420/oj
ISSN 1977-074X (electronic edition)