|
11.10.2019 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 260/42 |
REGOLAMENT TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2019/1706
tal-10 ta’ Ottubru 2019
li jemenda r-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2017/325 li jimponi dazju antidumping definittiv fuq importazzjonijiet ta’ ħjut b’saħħithom ħafna (high tenacity) ta’ poliesteri li joriġinaw mir-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina wara rieżami ta’ skadenza skont l-Artikolu 11(2) tar-Regolament (UE) 2016/1036 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill
IL-KUMMISSJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament (UE) 2016/1036 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-8 ta’ Ġunju 2016 dwar il-protezzjoni kontra l-importazzjonijiet li huma l-oġġett ta’ dumping minn pajjiżi mhux membri tal-Unjoni Ewropea (1) (“ir-Regolament bażiku”),
Wara li kkunsidrat ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2017/325 tal-24 ta’ Frar 2017 li jimponi dazju antidumping definittiv fuq importazzjonijiet ta’ ħjut b’saħħithom ħafna (high tenacity) ta’ poliesteri li joriġinaw mir-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina wara rieżami ta’ skadenza skont l-Artikolu 11(2) tar-Regolament (UE) 2016/1036 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (2), kif emendat bir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2017/2368 (3), u b’mod partikulari l-Artikolu 1(5) tiegħu,
Billi:
A. MIŻURI FIS-SEĦĦ
|
(1) |
Bir-Regolament (UE) Nru 1105/2010 (4), il-Kunsill impona dazju antidumping definittiv fuq l-importazzjonijiet fl-Unjoni ta’ ħjut b’saħħithom ħafna (high tenacity) ta’ poliesteri li joriġinaw mir-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina (“il-prodott ikkonċernat”). |
|
(2) |
Fl-investigazzjoni oriġinali. il-kampjunar ġie applikat biex jiġu investigati l-produtturi esportaturi fir-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina (“RPĊ”) skont l-Artikolu 17 tar-Regolament bażiku. |
|
(3) |
Il-Kunsill impona rati individwali ta’ dazju antidumping li jvarjaw minn 5,1 % sa 9,8 % dwar importazzjonijiet tal-prodott ikkonċernat għall-produtturi esportaturi inklużi fil-kampjun mir-RPĊ. Għall-produtturi esportaturi li kkooperaw u li ma kinux inklużi fil-kampjun ġiet imposta rata ta’ dazju ta’ 5,3 %. Barra minn hekk, ġiet imposta rata ta’ dazju għall-pajjiż kollu ta’ 9,8 % fuq l-importazzjonijiet ta’ ħjut b’saħħithom ħafna (high tenacity) ta’ poliesteri mill-kumpaniji Ċiniżi l-oħrajn kollha. |
|
(4) |
Wara rieżami ta’ skadenza bbażat fuq l-Artikolu 11(2) tar-Regolament bażiku, il-miżuri oriġinali ttawlu għal ħames snin bir-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2017/325 (“ir-Regolament tar-rieżami ta’ skadenza”). |
|
(5) |
Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2017/2368 emenda r-Regolament (UE) 2017/325 biex jinkludi l-Artikolu 1(5) li jippermetti li l-produtturi esportaturi jitolbu trattament ta’ produttur esportatur ġdid. |
|
(6) |
L-Artikolu 1(5) tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2017/325, kif emendat mir-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2017/2368, jiddikjara li fejn xi parti mir-RPĊ tipprovdi biżżejjed evidenza lill-Kummissjoni li hija:
allura l-Anness tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2017/325 jista’ jiġi emendat biex jattribwixxi lil dik il-parti r-rata tad-dazju applikabbli għall-kumpaniji li kkooperaw u li mhumiex inklużi fil-kampjun, jiġifieri r-rata medja ponderata tad-dazju ta’ 5,3 %. |
B. TALBIET GĦAL TRATTAMENT TA’ PRODUTTUR ESPORTATUR ĠDID
|
(7) |
Il-kumpanija Wuxi Solead Technology Development Co., Ltd ippreżentat ruħha wara l-pubblikazzjoni tar-Regolament (UE) 2017/325 u ressqet talba lill-Kummissjoni biex tingħata trattament ta’ produttur esportatur ġdid u b’hekk tkun soġġetta għar-rata tad-dazju applikabbli għall-kumpaniji li kkooperaw fir-RPĊ u li mhumiex inklużi fil-kampjun, jiġifieri 5,3 %. |
|
(8) |
Sabiex tiddetermina jekk l-applikant issodisfax il-kriterji biex jingħata trattament ta’ produttur esportatur ġdid, kif stabbilit hawn fuq fil-premessa (6), il-Kummissjoni l-ewwel bagħtet kwestjonarju lill-applikant u talbet evidenza li turi li hija tissodisfa dawn il-kriterji. Wara analiżi inizjali tat-tweġiba għall-kwestjonarju, il-Kummissjoni bagħtet ittra fejn talbet iktar informazzjoni li l-applikant wieġeb. |
|
(9) |
Il-Kummissjoni vverifikat l-informazzjoni kollha li qieset meħtieġa biex tiddetermina jekk l-applikant jissodisfax il-kriterji. Il-Kummissjoni infurmat ukoll lill-industrija tal-Unjoni b’din it-talba għal trattament ta’ produttur esportatur ġdid. |
|
(10) |
L-industrija tal-Unjoni ma kkummentatx dwar it-talba. |
C. ANALIŻI TAT-TALBA
|
(11) |
Fir-rigward tal-kriterju (a), il-Kummissjoni eżaminat il-liċenzja tan-negozju tal-applikant, l-Artikoli ta’ Assoċjazzjoni u d-dikjarazzjonijiet finanzjarji awditjati, u ddeterminat li l-applikant ġie stabbilit fil-11 ta’ Frar 2015. Għaldaqstant, fid-dawl tal-informazzjoni disponibbli, il-Kummissjoni stabbilixxiet li l-applikant ma esportax il-prodott ikkonċernat matul l-investigazzjoni oriġinali (mill-1 ta’ Lulju 2008 sat-30 ta’ Ġunju 2009). B’hekk, l-applikant huwa konformi mal-kriterju (a) kif stabbilit fil-premessa (6). |
|
(12) |
Fir-rigward tal-kriterju li l-applikant ma huwa relatat mal-ebda esportatur jew produttur li huwa soġġett għall-miżuri antidumping imposti mir-Regolament oriġinali (il-kriterju (b)), il-Kummissjoni eżaminat ir-relazzjonijiet tal-azzjonisti tagħha u l-kumpanija relatata tagħha tal-bejgħ għall-esportazzjoni. Mill-informazzjoni għad-dispożizzjoni tagħha, il-Kummissjoni stabbilixxiet li l-applikant ma huwa relatat mal-ebda esportatur jew produttur li huwa soġġett għall-miżuri antidumping. Għaldaqstant, l-applikant huwa konformi mal-kriterju (b) kif stabbilit fil-premessa (6). |
|
(13) |
Fir-rigward tal-kriterju (c), li l-applikant attwalment esporta l-prodott ikkonċernat lejn l-Unjoni jew daħal f’obbligu kuntrattwali irrevokabbli li jesporta kwantità sinifikanti lejn l-Unjoni wara l-perjodu ta’ investigazzjoni oriġinali, l-applikant ipprovda evidenza tal-esportazzjonijiet tal-prodott ikkonċernat lejn il-Kroazja wara l-perjodu tal-investigazzjoni oriġinali. L-awtoritajiet doganali Kroati rrapportaw ukoll it-tranżazzjoni fil-bażi tad-data maħluqa skont l-Artikolu 14.6 tar-Regolament bażiku. Għaldaqstant, il-kumpanija hija konformi mal-kriterju (c) kif stabbilit fil-premessa (6). |
D. KONKLUŻJONI
|
(14) |
Il-Kummissjoni kkonkludiet li l-applikant jissodisfa t-tliet kriterji biex jitqies produttur esportatur ġdid. Għaldaqstant, jenħtieġ li ismu jiżdied mal-lista ta’ kumpaniji li kkooperaw u li mhumiex inklużi fil-kampjun fl-Anness tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2017/325. |
|
(15) |
Għaldaqstant, jenħtieġ li r-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2017/325 jiġi emendat skont dan. |
E. DIVULGAZZJONI
|
(16) |
Il-Kummissjoni infurmat lill-applikant u lill-industrija tal-Unjoni bis-sejbiet tagħha u tatu l-opportunità jikkummenta. |
|
(17) |
Il-partijiet ngħataw il-possibbiltà li jippreżentaw kummenti. [Ma ġie riċevut l-ebda kumment.] |
|
(18) |
Dan ir-Regolament huwa skont l-opinjoni tal-Kumitat stabbilit mill-Artikolu 15(1) tar-Regolament (UE) 2016/1036, |
ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
Il-kumpanija segwenti għandha tiżdied mal-lista ta’ produtturi esportaturi mir-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina fl-Anness tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2017/325:
|
Isem il-kumpanija |
Belt |
|
“Wuxi Solead Technology Development Co., Ltd, |
Xinjian Town” |
Artikolu 2
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fi Brussell, l-10 ta’ Ottubru 2019.
Għall-Kummissjoni
Il-President
Jean-Claude JUNCKER
(1) ĠU L 176, 30.6.2016, p. 21.