<?xml version="1.0" encoding="UTF-8"?><JUDGMENT xmlns:fmx="http://opoce" xmlns:xsi="http://www.w3.org/2001/XMLSchema-instance" xsi:noNamespaceSchemaLocation="http://formex.publications.europa.eu/schema/formex-05.58-20161101.xd"><BIB.JUDGMENT><REF.CASE FILE="n.a."><NO.CASE>C-100/20</NO.CASE></REF.CASE><NO.CELEX>62020CJ0100</NO.CELEX><NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2021:716">EU:C:2021:716</NO.ECLI><NO.SEQ>0001</NO.SEQ><PAGE.FIRST.ECR>1</PAGE.FIRST.ECR><PAGE.SEQ>1</PAGE.SEQ><PAGE.LAST.ECR>8</PAGE.LAST.ECR><PAGE.TOTAL>8</PAGE.TOTAL><AUTHOR>CJ</AUTHOR></BIB.JUDGMENT><CURR.TITLE><PAGE.HEADER><P><HT TYPE="SC">Sentenza tad-<DATE ISO="20210909">9.9.2021</DATE> – Kawża C‑100/20</HT></P><P><HT TYPE="SC">Hauptzollamt B (Tnaqqis ta’ taxxa fakultattiv)</HT></P></PAGE.HEADER></CURR.TITLE><TITLE><TI><P><HT TYPE="UC">Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja</HT> (Il-Ħames Awla)</P><P><DATE ISO="20210909">9 ta’ Settembru 2021</DATE><NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="STAR" NOTE.ID="E0001"><P>Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż.</P></NOTE></P><P>[Test rettifikat permezz ta’ digriet tad‑<DATE ISO="20210929">29 ta’ Settembru 2021</DATE>]</P></TI></TITLE><INTERMEDIATE><INDEX IDX.CLOSE="”" SEPARATOR=" – " IDX.OPEN="“"><KEYWORD>Rinviju għal deċiżjoni preliminari</KEYWORD><KEYWORD>Tassazzjoni</KEYWORD><KEYWORD>Tassazzjoni tal-prodotti enerġetiċi u tal-elettriku</KEYWORD><KEYWORD>Direttiva 2003/96/KE</KEYWORD><KEYWORD>Artikolu 17(1)(a)</KEYWORD><KEYWORD>Tnaqqis fiskali fuq il-konsum ta’ prodotti enerġetiċi u ta’ elettriku favur impriżi b’konsum enerġetiku għoli</KEYWORD><KEYWORD>Tnaqqis fakultattiv</KEYWORD><KEYWORD>Modalitajiet ta’ rimbors ta’ taxxi miġbura bi ksur tad-dispożizzjonijiet tad-dritt nazzjonali adottati abbażi ta’ fakultà mogħtija lill-Istati Membri f’din id-direttiva</KEYWORD><KEYWORD>Ħlas tal-interessi</KEYWORD><KEYWORD>Prinċipju ta’ ugwaljanza fit-trattament</KEYWORD></INDEX></INTERMEDIATE><JUDGMENT.INIT><P>Fil-Kawża C‑100/20,</P><P>li għandha bħala suġġett talba għal deċiżjoni preliminari skont l‑Artikolu 267 TFUE, imressqa mill-Bundesfinanzhof (il-Qorti Federali tal‑Finanzi, il-Ġermanja), permezz ta’ deċiżjoni tad‑<DATE ISO="20191119">19 ta’ Novembru 2019</DATE>, li waslet fil-Qorti tal-Ġustizzja fis‑<DATE ISO="20200226">26 ta’ Frar 2020</DATE>, fil-proċedura</P></JUDGMENT.INIT><PARTIES><PLAINTIFS><P><HT TYPE="BOLD">XY</HT></P></PLAINTIFS><AGAINST>vs</AGAINST><DEFENDANTS><P><HT TYPE="BOLD">Hauptzollamt B,</HT></P></DEFENDANTS></PARTIES><PREAMBLE><PREAMBLE.INIT><P>IL-QORTI TAL-ĠUSTIZZJA (Il-Ħames Awla),</P><P>komposta minn E. Regan, President tal-Awla, M. Ilešič, E. Juhász (Relatur), C. Lycourgos u I. Jarukaitis, Imħallfin,</P><P>Avukat Ġenerali: M. Szpunar,</P><P>Reġistratur: A. Calot Escobar,</P></PREAMBLE.INIT><GR.VISA><VISA>wara li rat il-proċedura bil-miktub,</VISA></GR.VISA><GR.CONSID><CONSID><P>wara li kkunsidrat l-osservazzjonijiet ippreżentati:</P><LIST TYPE="NDASH"><ITEM><P>[kif irrettifikat bid-digriet tad‑<DATE ISO="20210929">29 ta’ Settembru 2021</DATE>] għal XY, minn L. Jesse, Rechtsanwalt,</P></ITEM><ITEM><P>għall-Hauptzollamt B, minn G. Rittenauer, bħala aġent,</P></ITEM><?PAGE NO="2"?><ITEM><P>għall-Gvern Ġermaniż, minn J. Möller u S. Heimerl, bħala aġenti,</P></ITEM><ITEM><P>għall-Kummissjoni Ewropea, minn A. Armenia u R. Pethke, bħala aġenti,</P></ITEM></LIST></CONSID></GR.CONSID><GR.VISA><VISA>wara li semgħet il-konklużjonijiet tal-Avukat Ġenerali, ippreżentati fis-seduta tat‑<DATE ISO="20210512">12 ta’ Mejju 2021</DATE>,</VISA></GR.VISA><PREAMBLE.FINAL>tagħti l-preżenti</PREAMBLE.FINAL></PREAMBLE><CONTENTS.JUDGMENT><GR.SEQ LEVEL="1"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD">Sentenza</HT></P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0001"><NO.P>1</NO.P><TXT>It-talba għal deċiżjoni preliminari tirrigwarda l-interpretazzjoni tal‑Artikolu 17(1)(a) tad-Direttiva tal-Kunsill 2003/96/KE tas-<DATE ISO="20031027">27 ta’ Ottubru 2003</DATE> li tirriforma l-istruttura tal-Komunità dwar tassazzjoni fuq prodotti ta’ enerġija u elettriku (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 9, Vol. 1, p. 405).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0002"><NO.P>2</NO.P><TXT>Din it-talba tressqet fil-kuntest ta’ kawża bejn, minn naħa, XY u, min-naħa l-oħra, il-Hauptzollamt B (l-Uffiċju Prinċipali tad-Dwana B, il-Ġermanja), dwar aġġustament fiskali li jirrigwarda t-tassazzjoni fuq il-konsum tal-elettriku ta’ XY, b’mod partikolari, dwar l-eżistenza ta’ dritt ta’ din tal-aħħar għall-ħlas ta’ interessi moratorji fuq l-ammont ta’ taxxa fuq l-elettriku li hija kienet ħallset indebitament u li għalhekk ġie rrimborsat lilha.</TXT></NP.ECR></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="1"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD">Il-kuntest ġuridiku</HT></P></TI></TITLE><GR.SEQ LEVEL="2"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD"><HT TYPE="ITALIC">Id-dritt tal-Unjoni</HT></HT></P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0003"><NO.P>3</NO.P><TXT>Il-premessi 3 sa 5 tad-Direttiva 2003/96 jipprovdu:</TXT><QUOT.S LEVEL="1"><CONSID><NP><NO.P><QUOT.START CODE="201C" ID="QS0001" REF.END="QE0001"/>(3)</NO.P><TXT>Il-funzjonijiet kif suppost tas-suq intern u s-seħħ ta’ għanijiet ta’ politiki oħra tal-Kommunità jinħtieġu livelli minimi ta’ tassazzjoni li jkunu stabbiliti fuq livell Kommunitarju għall-bosta mill-prodotti tal-enerġija, u jinkludu l-elettriku, gass naturali u faħam.</TXT></NP></CONSID><CONSID><NP><NO.P>(4)</NO.P><TXT>Differenzi sostanzjali dwar livelli nazzjonali ta’ tassazzjoni fuq l-enerġija minn Stati Membri tista’ tkun ta’ detriment għall-funzjonament kif suppost tas-suq intern.</TXT></NP></CONSID><CONSID><NP><NO.P>(5)</NO.P><TXT>L-istabbilament ta’ livelli minimi u approprijati ta’ tassazzjoni mill-Kommunità tista’ tnaqqas differenzi eżistenti ta’ tassazzjoni fil-livell nazzjonali.<QUOT.END REF.START="QS0001" CODE="201D" ID="QE0001"/></TXT></NP></CONSID></QUOT.S></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0004"><NO.P>4</NO.P><TXT>L-Artikolu 1 ta’ din l-istess direttiva huwa fformulat kif ġej:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><ALINEA><QUOT.START CODE="201C" ID="QS0002" REF.END="QE0002"/>Stati Membri għandhom jimponu tassazzjoni fuq prodotti ta’ enerġija u elettriku skond din id-Direttiva.<QUOT.END REF.START="QS0002" CODE="201D" ID="QE0002"/></ALINEA></QUOT.S></P></NP.ECR><?PAGE NO="3"?><NP.ECR IDENTIFIER="NP0005"><NO.P>5</NO.P><TXT>L-Artikolu 5 tal-imsemmija direttiva jipprevedi:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><ALINEA><P><QUOT.START CODE="201C" ID="QS0003" REF.END="QE0003"/>Jekk kemm‑il darba dawn jirrispettaw il-livelli minimi ta’ tasazzjoni kif preskritti minn din id-Direttiva u li huma kompatibbli mal-liġi [tal-Unjoni], ati differenti ta’ tassazzjoni jistgħu jiġu applikati minn Stati Membri, taħt kontoll fiskali, fil-każijiet li ġejjin:</P><LIST TYPE="NDASH"><ITEM><P>meta r-rati ivarjaw direttament mal-kwalità tal-prodott;</P></ITEM><ITEM><P>meta r-rati ivarjaw minħabba l-livelli ta’ konsum kwantitattiv għall-elettriku u prodotti ta’ enerġija użati sabiex isaħħnu;</P></ITEM><ITEM><P>għall-użu kif imsemmi hawn: trasport lokali pubbliku għall-passiġġieri (li jinkludi t-takxis), ġbir ta’ skart, forzi armati u amministrazzjoni pubblika, persuni b’diżabilità, ambulanzi;</P></ITEM><ITEM><P>bejn użu għan-negozju u dak li mhuwiex, għall-prodotti ta’ enerġija u elettriku li hemm riferenza għalihom f’L-Artikoli 9 u 10.<QUOT.END REF.START="QS0003" CODE="201D" ID="QE0003"/></P></ITEM></LIST></ALINEA></QUOT.S></P></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0006"><NO.P>6</NO.P><TXT>L-Artikolu 17 tal-istess direttiva jipprovdi:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><PARAG IDENTIFIER="017.001"><NO.PARAG><QUOT.START CODE="201C" ID="QS0004" REF.END="QE0004"/>1.</NO.PARAG><ALINEA><P>Jekk kemm‑il darba il-livelli minimi ta’ tassazzjoni preskritti f’din id-Direttiva ikunu rispettati fuq livell ġenerali għal kull negozju, Stati membri jistgħu japplikaw tnaqqis fit-taxxa fuq il-konsum ta’ prodotti ta’ enerġija użati sabiex isaħħnu jew għall-skopijiet skond l-Artikolu 8(2)(b) u (c) u fuq l-elettriku fil-każijiet li ġejjin:</P><LIST TYPE="alpha"><ITEM><NP><NO.P>a)</NO.P><TXT>favur negozju konċentrat fl-enerġija [impriża b’konsum enerġetiku għoli]</TXT><P><QUOT.START CODE="2018" ID="QS0005" REF.END="QE0005"/>negozju konċentrat fl-enerġija [impriża b’konsum enerġetiku għoli]<QUOT.END REF.START="QS0005" CODE="2019" ID="QE0005"/> għandu jfisser entità kummerċjali, kif riferita fl-Artikolu 11, fejn jew ix-xiri ta’ prodotti ta’ enerġija u elettriku jammontaw għal ta’ l-inqas 3,0 % tal-valur tal-produzzjoni jew it-taxxa nazzjonali pagabbli fuq l-enerġija tammonta għal ta’ l-inqas 0,5 % tal-valur miżjud. F’din id-definizzjoni, Stati membri jistgħu japplikaw kunċetti iktar ristretti, li jinkludi il-valur tal-bejgħ, definizzjonijiet proċessorjali u settorjali.</P><P><QUOT.START CODE="2018" ID="QS0006" REF.END="QE0006"/>Xiri ta’ oġġetti ta’ l-enerġija u elettriku<QUOT.END REF.START="QS0006" CODE="2019" ID="QE0006"/> għandu jfisser l-ispiża attwali enerġija mixtrija jew iġġenerata fin-negozju. Prodotti ta’ elettriku, sħana u enerġija biss u li jintużaw sabiex isaħħnu jew skon l-iskopijiet ta’ l-Artikolu 8(2)(b) u (c) huma inklużi. It-taxxi kollha huma inklużi, ħlief [it-taxxa fuq il-valur miżjud (VAT)] li trid titnaqqas.</P><P><QUOT.START CODE="2018" ID="QS0007" REF.END="QE0007"/>Valur tal-produzzjoni<QUOT.END REF.START="QS0007" CODE="2019" ID="QE0007"/> għandu jfisser bejgħ, u jinkludi sussidji direttament marbutin mal-prezz tal-prodott, iżżid u tnaqqas it-tibdil fl-istokks ta’ oġġetti lesti, xogħol mhux lest u oġġetti u servizzi mixtrija biex jerġgħu jinbiegħu, naqqas ix-xiri ta’ oġġetti li se jerġgħu jinbiegħu.</P><P><QUOT.START CODE="2018" ID="QS0008" REF.END="QE0008"/>Valur miżjud<QUOT.END REF.START="QS0008" CODE="2019" ID="QE0008"/> għandu jfisser il-bejgħ totali li fuqu tapplika il-VAT li jinkludi bejgħ permezz ta’ esportazzjoni u tnaqqas ix-xiri totali li fuqu tapplika il-VAT inkluż dawk l-oġġetti importati.</P><P>Stati Membri, li bħalissa japplikaw sistemi ta’ taxxa nazzjonali dwar l-enerġija u fejn negozji li huma konċentrati fuq l-enerġija huma definiti skond kriterji barra minn spejjeż ta’ enerġija meta tqabbel mal-valur tal-produzzjoni u taxxa nazzjonali pagabbli fuq l-enerġija mqabbla mal-valur miżjud, għandhom jingħataw perjodu ta’ transizzjoni sa mhux aktar tard mill‑<DATE ISO="20070101">1 ta’ Jannar 2007</DATE> biex jadottaw għad-definizzjoni kif imniżżla f’punt (a) l-ewwel subparagrafu;</P></NP></ITEM><?PAGE NO="4"?><ITEM><NP><NO.P>b)</NO.P><TXT>fejn ikun hemm ftehim milħuq bl-impriżi jew assoċjazzjonijiet ta’ impriżi, jew fejn skemi ta’ permessi negozzjabbli jew arranġamenti ekwivalenti ikunu implimentati, jekk kemm‑il darba iwasslu biex jintlaħqu l-oġġettivi dwar protezzjoni ambjentali jew titjib fl-effiċjenza ta’ l-enerġija.</TXT></NP></ITEM></LIST></ALINEA></PARAG><PARAG IDENTIFIER="017.002"><NO.PARAG>2.</NO.PARAG><ALINEA>Minkejja l-Artikolu 4(1), Stati Membri jistgħu japplikaw livell ta’ tassazzjoni sa zero fuq prodotti ta’ enerġija u elettriku kif definit fl-Artikolu 2, meta jkunu użati għall-negozji konċentrati fuq enerġija kif definit fil-paragrafu 1 ta’ dan l-Artikolu.</ALINEA></PARAG><PARAG IDENTIFIER="017.003"><NO.PARAG>3.</NO.PARAG><ALINEA>Minkejja l-Artikolu 4(1), Stati Membri jistgħu japplikaw livell ta’ tassazzjoni sa 50 % tal-livelli minimi f’din id-Direttiva għall-prodotti ta’ enerġija u elettriku kif definit fl-Artikolu 2, meta użati minn entitajiet kummerċjali kif definit fl-Artikolu 11, li mhumiex konċentrati fuq enerġija kif definit fil-paragrafu 1 ta’ dan l-Artikolu.</ALINEA></PARAG><PARAG IDENTIFIER="017.004"><NO.PARAG>4.</NO.PARAG><ALINEA>Negozji li jgawdu mill-possibilitajiet li hemm rifernza għalihom f’paragrafi 2 u 3 għandhom jidħlu fi ftehim, skemi ta’ permessi negozjabbli jew arranġamenti ekwivalenti kif hemm riferut fil-paragrafu 1(b). Il-ftehim, skemi ta’ permessi negozjabbli jew arranġamenti ekwivalenti għandhom iwasslu biex jintlaħqu għanijiet ambjentali jew effiċjenza ikbar fl-enerġija, ġeneralment ekwivalenti għal dak li seta’ nkiseb li kieku r-rati minimi standard tal-Komunità kienu osservati.<QUOT.END REF.START="QS0004" CODE="201D" ID="QE0004"/></ALINEA></PARAG></QUOT.S></P></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0007"><NO.P>7</NO.P><TXT>Skont l-Artikoli 7, 15, 16 u 19 tad-Direttiva 2003/96, l-Istati Membri jistgħu wkoll japplikaw eżenzjonijiet jew tnaqqis fil-livell ta’ tassazzjoni fil-każijiet li jsir riferiment għalihom.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0008"><NO.P>8</NO.P><TXT>L-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 21(5)(a) ta’ din id-direttiva jipprevedi:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><ALINEA><QUOT.START CODE="201C" ID="QS0009" REF.END="QE0009"/>Bl-iskop li japplika l-Artikoli 5 u 6 ta’ Direttiva 92/12/KEE [tal-Kunsill tal‑<DATE ISO="19920225">25 ta’ Frar 1992</DATE> dwar l-arranġamenti ġenerali għall-prodotti soġġetti għad-dazju tas-sisa u dwar iż-żamma, ċaqliq u mmonitorjar ta’ dan it-tip ta’ prodotti (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 9, Vol. 1, p. 179, rettifika fil-<REF.DOC.OJ COLL="L" NO.OJ="210" PAGE.FIRST="39" DATE.PUB="2015">ĠU 2015, L 210, p. 39</REF.DOC.OJ>)], eletrriċità u gass naturali għandhom ikunu suġġett għall-tassazzjoni u għandhom jiġu dovuti meta ssir il-fornitura mid-distributur jew ridistributur.<QUOT.END REF.START="QS0009" CODE="201D" ID="QE0009"/></ALINEA></QUOT.S></P></NP.ECR></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="2"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD"><HT TYPE="ITALIC">Id-dritt Ġermaniż</HT></HT></P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0009"><NO.P>9</NO.P><TXT>Ix-Stromsteuergesetz (il-Liġi dwar it-Taxxa fuq l-Elettriku) tal‑<DATE ISO="19990324">24 ta’ Marzu 1999</DATE> (BGBl. 1999 I, p. 378, u BGBl. 2000 I, p. 147), kif emendata bil-Liġi tad‑<DATE ISO="20081219">19 ta’ Diċembru 2008</DATE> (BGBl. 2008 I, p. 2794) (iktar ’il quddiem ix-<QUOT.START CODE="201C" ID="QS0010" REF.END="QE0010"/>StromStG<QUOT.END REF.START="QS0010" CODE="201D" ID="QE0010"/>), jipprovdi, fl-Artikolu 3, intitolat <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0011" REF.END="QE0011"/>Rata ta’ tassazzjoni<QUOT.END REF.START="QS0011" CODE="201D" ID="QE0011"/>:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><ALINEA><QUOT.START CODE="201C" ID="QS0012" REF.END="QE0012"/>It-taxxa hija ta’ EUR 20.50 għal kull megawatt fis-siegħa<QUOT.END REF.START="QS0012" CODE="201D" ID="QE0012"/>.</ALINEA></QUOT.S></P></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0010"><NO.P>10</NO.P><TXT>L-Artikolu 9 tax-StromStG, intitolat <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0013" REF.END="QE0013"/>Eżenzjonijiet u tnaqqis ta’ taxxa<QUOT.END REF.START="QS0013" CODE="201D" ID="QE0013"/>, jipprevedi, fil-paragrafu 3 tiegħu:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><ALINEA><QUOT.START CODE="201C" ID="QS0014" REF.END="QE0014"/>L-elettriku huwa suġġett, għall-eċċezzjoni għall-każijiet li jaqgħu taħt il-punt 2 tal-paragrafu 2, għal taxxa b’rata mnaqqsa ta’ EUR 12.30 għal kull megawatt fis-siegħa jekk din tinġabar mingħand impriża li topera fl-industrija tal-manifattura jew dik agrikola jew forestali għal finijiet marbuta mat-twettiq tan-negozju u ma huwiex eżentat mit-taxxa skont il-paragrafu 1.<QUOT.END REF.START="QS0014" CODE="201D" ID="QE0014"/></ALINEA></QUOT.S></P></NP.ECR></GR.SEQ></GR.SEQ><?PAGE NO="5"?><GR.SEQ LEVEL="1"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD">Il-kawża prinċipali u d-domanda preliminari</HT></P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0011"><NO.P>11</NO.P><TXT>XY hija impriża tal-manifattura li, fl‑2010, fil-kuntest tal-attivitajiet tagħha, kisbet l-elettriku min-network ta’ provvista sabiex tiċċarġja l-akkumulaturi.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0012"><NO.P>12</NO.P><TXT>Fid-dikjarazzjoni tagħha dwar it-taxxa fuq l-elettriku għas-sena 2010, XY iddikjarat li l-volum ta’ elettriku miksub intuża għall-konsum proprju tagħha u għażlet l-applikazzjoni tat-taxxa b’rata mnaqqsa prevista fl-Artikolu 9(3) tax-StromStG. Fl-avviż tat-taxxa korrispondenti, l-Uffiċju Prinċipali tad-Dwana B madankollu applika t-taxxa fuq l-elettriku bir-rata normali, fatt li ġie kkontestat minn XY.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0013"><NO.P>13</NO.P><TXT>Wara li ġie kkonstatat, fil-kuntest ta’ proċedura ġudizzjarja għas-sena 2006, li t-taxxa b’rata mnaqqsa prevista fl-Artikolu 9(3) tax-StromStG kienet applikabbli, l-Uffiċju Prinċipali tad-Dwana B reġa’ lura mid-deċiżjoni tiegħu għal dak li jikkonċerna s-sena 2010, billi qies b’mod definittiv li XY kellha d-dritt titlob l-applikazzjoni ta’ din it-taxxa, u pproċeda, fis-<DATE ISO="20130827">27 ta’ Awwissu 2013</DATE>, bir-rettifika tal-avviż tat-taxxa ta’ XY kif ukoll għar-rimbors tal-ammont imħallas indebitament minn din tal-aħħar għas-sena 2010.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0014"><NO.P>14</NO.P><TXT>F’Diċembru 2014, XY talbet li l-ammont irrimborsat għas-sena 2010 jiżdied bl-interessi moratorji, li ġie rrifjutat mill-Uffiċju Prinċipali tad-Dwana B.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0015"><NO.P>15</NO.P><TXT>Ir-rikors ta’ XY intiż sabiex jinkiseb il-ħlas ta’ dawn l-interessi moratorji ġie miċħud mill-Finanzgericht (il-Qorti tal-Finanzi, il-Ġermanja), minħabba li XY ma kellhiex dritt għalihom, la skont id-dritt tal-Unjoni u lanqas skont id-dritt Ġermaniż. B’mod partikolari, skont dik il-qorti, id-dritt tal-Unjoni ma jimponix li l-ammont irrimborsat għandu jiżdied bl-interessi moratorji. Fil-fatt, minn naħa, il-ksib ta’ elettriku sabiex jiġu ċċarġjati l-akkumulaturi ma huwiex inkluż fil-kamp ta’ applikazzjoni tad-Direttiva 2003/96. Min-naħa l-oħra, u fi kwalunkwe każ, l-applikazzjoni tat-tnaqqis tat-taxxa inkwistjoni fil-kawża prinċipali hija ta’ natura fakultattiva, b’tali mod li d-dritt tal-Unjoni ma jeżiġix il-ħlas ta’ interessi moratorji fil-każ ta’ rimbors.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0016"><NO.P>16</NO.P><TXT>XY ippreżentat appell għal reviżjoni minn dik is-sentenza quddiem il-Bundesfinanzhof (il-Qorti Federali tal-Finanzi, il-Ġermanja), li hija l-qorti tar-rinviju. Skont XY, skont il-ġurisprudenza tal-Qorti tal-Ġustizzja, għandhom jitħallsu interessi moratorji fil-każ ta’ rimbors ta’ taxxi miġbura bi ksur tad-dritt tal-Unjoni, u dan anki fil-każ ta’ applikazzjoni ta’ tnaqqis fakultattiv tat-taxxa. Wara kollox, l-iċċarġjar ta’ batterija jikkostitwixxi operazzjoni riversibbli li taqa’ fil-kamp ta’ applikazzjoni tad-Direttiva 2003/96.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0017"><NO.P>17</NO.P><TXT>Kuntrarjament għall-Finanzgericht (il-Qorti tal-Finanzi), il-Bundesfinanzhof (il-Qorti Federali tal-Finanzi) tqis li l-attività ta’ XY taqa’ fil-kamp ta’ applikazzjoni tad-Direttiva 2003/96 u tistaqsi biss dwar il-kwistjoni ta’ jekk l-ammont tat-taxxa fuq l-elettriku indebitament imħallas u rrimborsat lilha għandux jiżdied bl-interessi moratorji.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0018"><NO.P>18</NO.P><TXT>F’dawn iċ-ċirkustanzi, il-Bundesfinanzhof (il-Qorti Federali tal-Finanzi, il-Ġermanja) iddeċidiet li tissospendi l-proċeduri quddiemha u li tagħmel lill-Qorti tal-Ġustizzja d-domanda preliminari li ġejja:</TXT><QUOT.S LEVEL="1"><P><QUOT.START CODE="201C" ID="QS0015" REF.END="QE0015"/>Mad-dritt għar-rimbors tat-taxxa fuq l-elettriku stabbilita b’mod żbaljat għandhom, skont id-dritt tal-Unjoni, jiżdiedu l-interessi, meta l-iffissar ta’ taxxa fuq l-elettriku iktar baxxa kien ibbażat fuq it-tnaqqis ta’ taxxa fakultattiv previst fl-Artikolu 17(1)(a) tad-[Direttiva 2003/96] u<?PAGE NO="6"?> meta l-iffissar ta’ taxxa għolja wisq sar biss minħabba żball imwettaq fl-applikazzjoni fil-każ inkwistjoni tad-dispożizzjoni nazzjonali adottata għat-traspożizzjoni tal-Artikolu 17(1)(a) ta’ din id-direttiva?<QUOT.END REF.START="QS0015" CODE="201D" ID="QE0015"/></P></QUOT.S></NP.ECR></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="1"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD">Fuq id-domanda preliminari</HT></P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0019"><NO.P>19</NO.P><TXT>Preliminarjament, għandu jiġi rrilevat li, minn naħa, fil-kuntest tal-osservazzjonijiet tiegħu, il-Gvern Ġermaniż, mingħajr ma jqajjem eċċezzjoni ta’ inammissibbiltà, iqis, essenzjalment, li, skont l-Artikolu 21(5) tad-Direttiva 2003/96, l-elettriku pprovdut sabiex jinħażen f’akkumulaturi għandu jiġi ntaxxat jew ukoll jiġi ntaxxat fil-mument tad-distribuzzjoni ulterjuri tiegħu lil terzi. Din l-opinjoni hija differenti mill-premessa tal-qorti tar-rinviju, li tqis li l-provvista tal-elettriku għall-ħażna f’akkumulaturi hija l-uniku fatt taxxabbli għat-taxxa kkonċernata.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0020"><NO.P>20</NO.P><TXT>Dawn l-osservazzjonijiet ma jaffettwawx l-ammissibbiltà tad-domanda magħmula.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0021"><NO.P>21</NO.P><TXT>Fil-fatt, skont ġurisprudenza stabbilita tal-Qorti tal-Ġustizzja, id-domandi dwar l-interpretazzjoni tad-dritt tal-Unjoni magħmula mill-qorti nazzjonali fil-kuntest regolamentari u fattwali li hija tiddefinixxi taħt ir-responsabbiltà tagħha, u li l-Qorti tal-Ġustizzja ma għandhiex il-kompitu li tivverifika l-eżattezza tiegħu, jibbenefikaw minn preżunzjoni ta’ rilevanza. Ir-rifjut mill-Qorti tal-Ġustizzja li tagħti deċiżjoni dwar talba mressqa minn qorti nazzjonali huwa possibbli biss meta jkun jidher b’mod manifest li l-interpretazzjoni mitluba tad-dritt tal-Unjoni ma jkollha ebda relazzjoni mar-realtà jew mas-suġġett tat-tilwima fil-kawża prinċipali, jew inkella meta l-problema tkun ta’ natura ipotetika, jew meta l-Qorti tal-Ġustizzja ma jkollhiex il-punti ta’ fatt u ta’ liġi meħtieġa sabiex tagħti risposta utli għad-domandi li jkunu sarulha kif ukoll sabiex tifhem ir-raġunijiet għalfejn il-qorti nazzjonali tqis li għandha bżonn risposti għal dawn id-domandi sabiex taqta’ t-tilwima pendenti quddiemha (sentenzi tal‑<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20181210">10 ta’ Diċembru 2018</DATE>, <NAME.CASE>Wightman et</NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑621/18</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2018:999">EU:C:2018:999</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0027">27</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>, kif ukoll tat‑<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20191212">12 ta’ Diċembru 2019</DATE>, <NAME.CASE>Slovenské elektrárne</NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑376/18</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2019:1068">EU:C:2019:1068</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0024">24</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR> u l-ġurisprudenza ċċitata).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0022"><NO.P>22</NO.P><TXT>Mid-domanda magħmula jirriżulta li hija għandha rabta mar-realtà u mas-suġġett tal-kawża prinċipali, peress li din ma għandhiex bħala suġġett l-interpretazzjoni tad-dispożizzjonijiet tad-Direttiva 2003/96, iżda l-kundizzjonijiet għar-rimbors ta’ taxxa miġbura abbażi tal-applikazzjoni żbaljata ta’ leġiżlazzjoni nazzjonali li timplimenta fakultà prevista minn din id-direttiva.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0023"><NO.P>23</NO.P><TXT>Għall-kuntrarju, il-Gvern Ġermaniż isostni li d-domanda magħmula ma kellhiex tirreferi għall-Artikolu 17(1)(a) tad-Direttiva 2003/96, iżda għar-raba’ inċiż tal-Artikolu 5 tagħha.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0024"><NO.P>24</NO.P><TXT>F’dan ir-rigward, kif osservat mill-Avukat Ġenerali fil-punt 56 tal-konklużjonijiet tiegħu, għandu jiġi rrilevat li kemm il-vantaġġi fiskali għall-impriżi b’konsum għoli ta’ enerġija, previsti fl-imsemmi Artikolu 17(1)(a) tad-Direttiva 2003/96, kif ukoll l-applikazzjoni ta’ rati ta’ tassazzjoni ddifferenzjati skont l-użu kummerċjali jew mhux kummerċjali tal-elettriku, imsemmija fir-raba’ inċiż tal-Artikolu 5 ta’ din id-direttiva, huma ta’ natura fakultattiva għall-Istati Membri. Ir-riżoluzzjoni tal-problema ġuridika mqajma fid-domanda magħmula tista’ għalhekk tkun importanti għall-eżitu tat-tilwima fil-kawża prinċipali, indipendentement mill-bażi legali li fuqha l-leġiżlatur Ġermaniż introduċa l-applikazzjoni tar-rati ta’ taxxa differenzjati kkonċernati.</TXT></NP.ECR><?PAGE NO="7"?><NP.ECR IDENTIFIER="NP0025"><NO.P>25</NO.P><TXT>F’dawn iċ-ċirkustanzi, għandu jitqies li l-qorti tar-rinviju tistaqsi, essenzjalment, jekk id-dritt tal-Unjoni jeżiġix li, fil-każ ta’ rimbors tal-ammont tat-taxxa indebitament imħallsa fuq l-elettriku, minħabba l-applikazzjoni żbaljata ta’ dispożizzjoni nazzjonali, adottata abbażi ta’ fakultà mogħtija lill-Istati Membri mid-Direttiva 2003/96, dan l-ammont għandux jiżdied bl-interessi.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0026"><NO.P>26</NO.P><TXT>F’dan ir-rigward, mill-ġurisprudenza stabbilita jirriżulta li d-dritt għar-rimbors ta’ taxxi mħallsa fi Stat Membru bi ksur tar-regoli tad-dritt tal-Unjoni jirriżulta minn u jikkomplementa d-drittijiet mogħtija lill-individwi mid-dispożizzjonijiet tad-dritt tal-Unjoni kif interpretati mill-Qorti tal-Ġustizzja. L-Istati Membri huma għalhekk obbligati, bħala prinċipju, jirrimborsaw it-taxxi miġbura bi ksur tad-dritt tal-Unjoni (sentenzi tad‑<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20120719">19 ta’ Lulju 2012</DATE>, <NAME.CASE>Littlewoods Retail <HT TYPE="ITALIC">et</HT></NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑591/10</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2012:478">EU:C:2012:478</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0024">24</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR> kif ukoll il-ġurisprudenza ċċitata, u tat‑<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20200423">23 ta’ April 2020</DATE>, <NAME.CASE>Sole‑Mizo u Dalmandi Mezőgazdasági</NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑13/18 u C‑126/18</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2020:292">EU:C:2020:292</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0034">34</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR> kif ukoll il-ġurisprudenza ċċitata).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0027"><NO.P>27</NO.P><TXT>Barra minn hekk, il-Qorti tal-Ġustizzja ddeċidiet li, meta Stat Membru jkun ġabar taxxi bi ksur tar-regoli tad-dritt tal-Unjoni, l-individwi għandhom id-dritt mhux biss għar-rimbors tat-taxxa indebitament imħallsa, iżda wkoll għall-ammonti mħallsa lil dan l-Istat jew miżmuma minnu b’rabta diretta ma’ din it-taxxa. Dan jinkludi wkoll it-telf ikkostitwit mill-indisponibbiltà ta’ somom ta’ flus wara l-ġbir prematur tat-taxxa. Minn din il-ġurisprudenza jirriżulta li l-prinċipju ta’ obbligu tal-Istati Membri li jirrimborsaw bl-interessi l-ammonti tat-taxxi miġbura bi ksur tad-dritt tal-Unjoni jirriżulta minn dan id-dritt tal-aħħar (sentenzi tad‑<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20120719">19 ta’ Lulju 2012</DATE>, <NAME.CASE>Littlewoods Retail <HT TYPE="ITALIC">et</HT></NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑591/10</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2012:478">EU:C:2012:478</NO.ECLI>, punti <REF.NP.ECR REF="NP0025">25</REF.NP.ECR> u <REF.NP.ECR REF="NP0026">26</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR> kif ukoll il-ġurisprudenza ċċitata, u tat-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20200423">23 ta’ April 2020</DATE>, <NAME.CASE>Sole‑Mizo u Dalmandi Mezőgazdasági</NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑13/18 u C‑126/18</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2020:292">EU:C:2020:292</NO.ECLI>, punti <REF.NP.ECR REF="NP0035">35</REF.NP.ECR> u <REF.NP.ECR REF="NP0036">36</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR> kif ukoll il-ġurisprudenza ċċitata).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0028"><NO.P>28</NO.P><TXT>Kif irrileva l-Avukat Ġenerali fil-punt 74 tal-konklużjonijiet tiegħu, għandu jiġi ppreċiżat li l-obbligu ta’ żieda bl-interessi tal-ammont tat-taxxi miġbura bi ksur tad-dritt tal-Unjoni japplika wkoll meta dan il-ksur jirriżulta minn ksur tal-prinċipji ġenerali ta’ dan id-dritt.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0029"><NO.P>29</NO.P><TXT>Għandu jitfakkar li d-Direttiva 2003/96 għandha bħala għan, kif jirriżulta mill-premessi 3 sa 5 u mill-Artikolu 1 tagħha, l-istabbiliment ta’ sistema ta’ tassazzjoni armonizzata tal-prodotti tal-enerġija u tal-elettriku (ara, f’dan is-sens, is-sentenza tat‑<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20201203">3 ta’ Diċembru 2020</DATE>, <NAME.CASE>Repsol Petróleo</NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑44/19</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2020:982">EU:C:2020:982</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0021">21</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0030"><NO.P>30</NO.P><TXT>Fil-kuntest ta’ din is-sistema, il-leġiżlatur tal-Unjoni, b’mod partikolari bis-saħħa tal-Artikoli 5, 7, 15 sa 17 u 19 ta’ din id-direttiva, ikkonferixxa lill-Istati Membri sensiela ta’ possibbiltajiet sabiex jintroduċu rati ta’ tassazzjoni ddifferenzjati, eżenzjonijiet mit-taxxa jew tnaqqis fiskali tad-dazji tas-sisa, liema possibbiltajiet jagħmlu parti integrali mis-sistema ta’ tassazzjoni armonizzata stabbilita mill-imsemmija direttiva.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0031"><NO.P>31</NO.P><TXT>Għal dan il-għan, skont il-ġurisprudenza tal-Qorti tal-Ġustizzja, l-Istati Membri għandhom jeżerċitaw setgħa diskrezzjonali li huma għandhom bis-saħħa ta’ dawn l-artikoli b’rispett tad-dritt tal-Unjoni u tal-prinċipji ġenerali tiegħu u, b’mod partikolari, b’osservanza tal-prinċipju ta’ ugwaljanza fit-trattament (ara, f’dan is-sens, is-sentenza tat‑<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20200130">30 ta’ Jannar 2020</DATE>, <NAME.CASE>Autoservizi Giordano</NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑513/18</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2020:59">EU:C:2020:59</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0035">35</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR> u l-ġurisprudenza ċċitata). Barra minn hekk, dan ir-rekwiżit jirrigwarda kemm il-miżuri li permezz tagħhom tintuża din is-setgħa diskrezzjonali kif ukoll l-applikazzjoni tagħhom.</TXT></NP.ECR><?PAGE NO="8"?><NP.ECR IDENTIFIER="NP0032"><NO.P>32</NO.P><TXT>Il-prinċipju ta’ ugwaljanza fit-trattament jeżiġi li sitwazzjonijiet paragunabbli ma jiġux ittrattati b’mod differenti u li sitwazzjonijiet differenti ma jiġux ittrattati bl-istess mod sakemm dan ma jkunx oġġettivament iġġustifikat (sentenza tat‑<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20200130">30 ta’ Jannar 2020</DATE>, <NAME.CASE>Autoservizi Giordano</NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑513/18</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2020:59">EU:C:2020:59</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0037">37</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR> u l-ġurisprudenza ċċitata).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0033"><NO.P>33</NO.P><TXT>F’dan ir-rigward, għandu jiġi kkonstatat li, mill-perspettiva tal-ammont tat-taxxa indebitament imħallsa u tal-obbligu ta’ rimbors korrispondenti, operatur ekonomiku suġġett għal rata mnaqqsa tat-taxxa fuq l-elettriku b’applikazzjoni ta’ dispożizzjoni tad-dritt nazzjonali li timplimenta l-fakultà prevista mid-Direttiva 2003/96, u li l-ammont tagħha tħallas indebitament, jinsab f’sitwazzjoni paragunabbli għal dik ta’ operatur ekonomiku suġġett għar-rata normali ta’ din it-taxxa b’applikazzjoni ta’ dispożizzjoni ta’ din id-direttiva, li l-ammont tagħha tħallas indebitament.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0034"><NO.P>34</NO.P><TXT>Dawn iż-żewġ sitwazzjonijiet ma għandhomx jiġu ttrattati b’mod differenti, li jimplika, fil-każ ta’ rimbors, l-obbligu taż-żieda tal-interessi fuq l-ammont tat-taxxa indebitament imħallsa.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0035"><NO.P>35</NO.P><TXT>Fil-fatt, il-paragun bejn l-operaturi ekonomiċi għandu jsir skont jekk ikunux ġarrbu jew le t-telf ikkostitwit mill-indisponibbiltà ta’ somom ta’ flus wara l-eżiġibbiltà żbaljata tat-taxxa, fis-sens tal-ġurisprudenza ċċitata fil-punt 27 ta’ din is-sentenza, indipendentement minn jekk dawn ikunux jaqgħu taħt l-applikazzjoni tar-rata normali jew tar-rata mnaqqsa tagħha, peress li ż-żewġ rati jaqgħu taħt l-istess sistema armonizzata stabbilita mid-Direttiva 2003/96.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0036"><NO.P>36</NO.P><TXT>Fid-dawl tal-kunsiderazzjonijiet preċedenti kollha, ir-risposta għad-domanda magħmula għandha tkun li d-dritt tal-Unjoni jeżiġi li, fil-każ ta’ rimbors tal-ammont tat-taxxa indebitament imħallsa fuq l-elettriku, minħabba l-applikazzjoni żbaljata ta’ dispożizzjoni nazzjonali, adottata abbażi ta’ fakultà mogħtija lill-Istati Membri mid-Direttiva 2003/96, dan l-ammont għandu jitħallas bl-interessi.</TXT></NP.ECR></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="1"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD">Fuq l-ispejjeż</HT></P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0037"><NO.P>37</NO.P><TXT>Peress li l-proċedura għandha, fir-rigward tal-partijiet fil-kawża prinċipali, in-natura ta’ kwistjoni mqajma quddiem il-qorti tar-rinviju, hija dik il-qorti li tiddeċiedi fuq l-ispejjeż. L-ispejjeż sostnuti għas-sottomissjoni tal-osservazzjonijiet lill-Qorti tal-Ġustizzja, barra dawk tal-imsemmija partijiet, ma jistgħux jitħallsu lura.</TXT></NP.ECR></GR.SEQ><JURISDICTION><INTRO>Għal dawn il-motivi, Il-Qorti tal-Ġustizzja (Il-Ħames Awla) taqta’ u tiddeċiedi:</INTRO><P><HT TYPE="BOLD">Id-dritt tal-Unjoni għandu jiġi interpretat fis-sens li jeżiġi li, fil-każ ta’ rimbors tal-ammont tat-taxxa indebitament imħallsa fuq l-elettriku, minħabba l-applikazzjoni żbaljata ta’ dispożizzjoni nazzjonali, adottata abbażi ta’ fakultà mogħtija lill-Istati Membri mid-Direttiva tal-Kunsill 2003/96/KE tas-<DATE ISO="20031027">27 ta’ Ottubru 2003</DATE> li tirriforma l-istruttura tal-Komunità dwar tassazzjoni fuq prodotti ta’ enerġija u elettriku, dan l-ammont għandu jitħallas bl-interessi.</HT></P></JURISDICTION></CONTENTS.JUDGMENT><SIGNATURE.CASE><SIGNATORY><P>Firem</P></SIGNATORY></SIGNATURE.CASE></JUDGMENT>