|
Il-Ġurnal Uffiċjali |
MT Serje C |
|
C/2024/1763 |
22.3.2024 |
P9_TA(2023)0323
Il-każ ta’ Dr Gubad Ibadoghlu, inkarċerat fl-Ażerbajġan
Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tal-14 ta' Settembru 2023 dwar il-każ ta’ Dr Gubad Ibadoghlu, inkarċerat fl-Ażerbajġan (2023/2832(RSP))
(C/2024/1763)
Il-Parlament Ewropew,
|
— |
wara li kkunsidra r-riżoluzzjonijiet preċedenti tiegħu dwar l-Ażerbajġan, |
|
— |
wara li kkunsidra l-Artikolu 144(5) u l-Artikolu 132(4) tar-Regoli ta’ Proċedura tiegħu, |
|
A. |
billi Gubad Ibadoghlu, ekonomista politiku magħruf u figura prominenti tal-oppożizzjoni, ġie attakkat brutalment u arrestat arbitrarjament fit-23 ta’ Lulju 2023 u għadu l-ħabs fuq akkużi dubjużi, b’kuntatt limitat mal-familja u l-avukat tiegħu u huwa rrappurtat li qed jiġi ttrattat b’mod inuman; |
|
B. |
billi huwa magħruf għall-kritika tiegħu tal-Gvern tal-Ażerbajġan, b’mod partikolari fir-rigward tal-korruzzjoni, il-ġestjoni ineffiċjenti tal-finanzi pubbliċi u n-nuqqas ta’ trasparenza baġitarja; billi huwa l-President tal-Moviment għad-Demokrazija u l-Prosperità tal-Ażerbajġan, li b’mod konsistenti qed jiġi mċaħħad mir-reġistrazzjoni; |
|
C. |
billi Gubad Ibadoghlu qed jiffaċċja sentenza b’massimu ta’ 12-il sena ħabs fuq akkużi ffabbrikati; |
|
D. |
billi huwa rrappurtat li jbati minn kundizzjonijiet tas-saħħa serji li jeħtieġu attenzjoni medika; billi fil-5 ta’ Settembru 2023 il-QEDB adottat miżuri interim temporanji li bihom ordnat lill-Gvern tal-Ażerbajġan jieħu miżuri urġenti biex jiżgura l-protezzjoni ta’ saħħtu; billi t-talbiet tiegħu għal arrest domiċiljari ġew irrifjutati; |
|
E. |
billi organizzazzjonijiet indipendenti kredibbli bħalissa għandhom lista twila ta’ 200 priġunier politiku fl-Ażerbajġan, inklużi ġurnalisti, attivisti tad-drittijiet ċivili u politiċi tal-oppożizzjoni; billi attivisti Ażerbajġani tad-drittijiet tal-bniedem, bħal Mahammad Mirzali, huma mhedda wkoll barra mill-fruntieri nazzjonali; |
|
1. |
Jitlob għall-ħelsien immedjat u bla kundizzjoni ta’ Gubad Ibadoghlu; jinsisti li jiġi żgurat l-aċċess immedjat tiegħu għal trattament mediku u mediċini adegwati; jissottolinja li l-akkużi kontrih huma foloz, jirriżultaw mill-attiviżmu ċiviku tiegħu u huma politikament motivati; |
|
2. |
Jistieden lill-VP/RGħ, lis-SEAE u lill-Istati Membri jikkundannaw il-ksur serju tad-drittijiet tal-bniedem u l-ksur tad-demokrazija fl-Ażerbajġan, u jqajmu każijiet bħal ta’ Gubad Ibadoghlu fil-laqgħat bilaterali kollha u matul in-negozjati għal ftehim ta’ sħubija futur, fejn l-iffirmar tiegħu għandu jkun kundizzjonali fuq il-ħelsien tal-priġunieri politiċi kollha; |
|
3. |
Iħeġġeġ lill-awtoritajiet tal-Ażerbajġan jeħilsu lill-priġunieri politiċi, il-ġurnalisti indipendenti u d-difensuri tad-drittijiet tal-bniedem kollha, iwaqqgħu l-akkużi politikament motivati kollha kontrihom u jwaqqfu r-ripressjoni extraterritorjali; |
|
4. |
Jappella għal investigazzjoni indipendenti dwar it-trattament ħażin irrappurtat ta’ Gubad Ibadoghlu u l-ksur tad-drittijiet tiegħu għal proċess ġust; jistieden ukoll lill-awtoritajiet tal-Ażerbajġan jieqfu milli jkomplu jipprojbixxu lil qrabatu milli jitilqu mill-pajjiż; |
|
5. |
Jistieden lid-Delegazzjoni tal-UE tappoġġja l-każ ta’ Gubad Ibadoghlu billi tosserva l-proċess tiegħu, iżżuru fil-ħabs u timmonitorja saħħtu; |
|
6. |
Jistieden lill-Ażerbajġan jipproteġi d-drittijiet tal-bniedem taċ-ċittadini tiegħu u jiżgura ambjent ħieles u sikur biex igawdu b’mod paċifiku d-drittijiet għal-libertà ta’ espressjoni, ta’ għaqda u ta’ assoċjazzjoni; |
|
7. |
Jitlob li s-sanzjonijiet tal-UE fl-ambitu tar-Reġim Globali ta’ Sanzjonijiet tal-UE b’rabta mad-Drittijiet tal-Bniedem jiġu imposti fuq uffiċjali tal-Ażerbajġan li wettqu ksur serju tad-drittijiet tal-bniedem; |
|
8. |
Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex tgħaddi din ir-riżoluzzjoni lill-Viċi President tal-Kummissjoni/Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta' Sigurtà, lill-gvernijiet u lill-parlamenti tal-Istati Membri u lill-President, il-Gvern u l-Parlament tal-Ażerbajġan. |
ELI: http://data.europa.eu/eli/C/2024/1763/oj
ISSN 1977-0987 (electronic edition)