29.9.2021   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 395/119


P9_TA(2020)0253

Liġi Ewropea dwar il-Klima ***I

Emendi adottati mill-Parlament Ewropew tat-8 ta' Ottubru 2020 dwar il-proposta għal regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jistabbilixxi l-qafas biex tinkiseb in-newtralità klimatika u li jemenda r-Regolament (UE) 2018/1999 (“il-Liġi Ewropea dwar il-Klima”) (COM(2020)0080 – COM(2020)0563 – C9-0077/2020 – 2020/0036(COD)) (1)

(Proċedura leġiżlattiva ordinarja: l-ewwel qari)

(2021/C 395/22)

Emenda 1

Abbozz ta' riżoluzzjoni leġiżlattiva

Kunsiderazzjoni 5a (ġdida)

Abbozz ta' riżoluzzjoni leġiżlattiva

Emenda

 

—

wara li kkunsidra l-Aġenda 2030 tan-Nazzjonijiet Uniti għall-Iżvilupp Sostenibbli u l-Għanijiet ta' Żvilupp Sostenibbli (SDGs), inkluż l-SDG 3 “Saħħa u Benesseri Globali”,

Emenda 2

Abbozz ta' riżoluzzjoni leġiżlattiva

Kunsiderazzjoni 5b (ġdida)

Abbozz ta' riżoluzzjoni leġiżlattiva

Emenda

 

—

wara li kkunsidra l-konsegwenzi drammatiċi tat-tniġġis tal-arja għas-saħħa tal-bniedem li, skont l-Aġenzija Ewropea għall-Ambjent, jikkawża 400 000  mewta prematura fis-sena,

Emenda 3

Proposta għal regolament

Premessa - 1 (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(-1)

It-theddida eżistenzjali mit-tibdil fil-klima tirrikjedi ambizzjoni msaħħa u azzjoni klimatika akbar min-naħa tal-Unjoni u tal-Istati Membri. L-Unjoni hija impenjata li ssaħħaħ l-isforzi sabiex tindirizza t-tibdil fil-klima u li timplimenta l-Ftehim ta' Pariġi tal-2015 dwar it-tibdil fil-klima wara l-21 Konferenza tal-Partijiet għall-Konvenzjoni Qafas tan-Nazzjonijiet Uniti dwar it-Tibdil fil-Klima (il-“Ftehim ta' Pariġi”)  (1a) fuq il-bażi tal-ekwità u tal-aqwa evidenza xjentifika disponibbli, filwaqt li tagħti s-sehem ġust tagħha għall-isforz globali sabiex iż-żieda fit-temperatura globali tiġi limitata għal 1,5 o C 'il fuq mil-livelli preindustrijali.

Emenda 4

Proposta għal regolament

Premessa 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(1)

Fil-Komunikazzjoni tagħha tal-11 ta' Diċembru 2019 intitolata “Il-Patt Ekoloġiku Ewropew” (19), il-Kummissjoni stabbiliet strateġija ġdida ta' tkabbir li għandha l-għan li lill-Unjoni tittrasformaha f'soċjetà ġusta u għanja b'ekonomija moderna, effiċjenti fl-użu tar-riżorsi u kompetittiva fejn ma jkunx hemm emissjonijiet netti ta' gassijiet b'effett ta' serra fl-2050 u fejn it-tkabbir ekonomiku jkun diżakkoppjat mill-użu tar-riżorsi. Għandha l-għan ukoll li tipproteġi, tippreserva u ssaħħaħ il-kapital naturali tal-Unjoni, u li tipproteġi s-saħħa u l-benesseri taċ-ċittadini mir-riskji u mill-impatti relatati mal-ambjent. Fl-istess ħin, din it-tranżizzjoni trid tkun waħda ġusta u inklużiva li ma tħalli 'l ħadd lura.

(1)

Fil-Komunikazzjoni tagħha tal-11 ta' Diċembru 2019 intitolata “Il-Patt Ekoloġiku Ewropew” (19), il-Kummissjoni stabbiliet strateġija ġdida ta' tkabbir sostenibbli li għandha l-għan li lill-Unjoni tittrasformaha f'soċjetà aktar sana, ġusta u għanja b'ekonomija moderna, sostenibbli, effiċjenti fl-użu tar-riżorsi u kompetittiva internazzjonalment, u b'impjiegi ta' kwalità għolja, fejn ma jkunx hemm emissjonijiet netti ta' gassijiet b'effett ta' serra fl-2050 u fejn it-tkabbir ekonomiku jkun diżakkoppjat mill-użu tar-riżorsi. Għandha l-għan ukoll li tipproteġi, tippreserva , tirrestawra u ssaħħaħ il-kapital naturali , l-ekosistemi marini u terrestri u l-bijodiversità tal-Unjoni, u li tipproteġi s-saħħa u l-benesseri taċ-ċittadini mir-riskji u mill-impatti relatati mal-ambjent. Dik it-tranżizzjoni trid tkun ibbażata fuq l-aħħar evidenza xjentifika indipendenti. Fl-istess ħin, trid tkun soċjalment ġusta u inklużiva , u tkun ibbażata fuq is-solidarjetà u l-isforz kollaborattiv fil-livell tal-Unjoni, filwaqt li tiżgura li ħadd ma jitħalla lura , timmira wkoll li toħloq tkabbir ekonomiku, impjiegi ta' kwalità għolja u ambjent prevedibbli għall-investiment, u ssegwi l-prinċipju “tagħmel l-ebda ħsara” .

Emenda 5

Proposta għal regolament

Premessa 2

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(2)

Ir-Rapport Speċjali tal-Grupp Intergovernattiv ta' Esperti dwar it-Tibdil fil-Klima (l-IPCC) dwar l-impatti tat-tisħin globali ta' 1,5  oC 'il fuq mil-livelli preindustrijali u l-perkorsi relatati tal-emissjonijiet globali tal-gassijiet b'effett ta' serra (20) jipprovdi bażi xjentifika soda biex jiġi ttrattat it-tibdil fil-klima u juri l-ħtieġa li tiżdied l-azzjoni klimatika. Huwa jikkonferma li l-emissjonijiet tal-gassijiet b'effett ta' serra jridu jitnaqqsu b'mod urġenti u li t-tibdil fil-klima jrid ikun limitat għal tisħin ta' 1,5  oC, b'mod partikulari biex titnaqqas il-probabbiltà li jkun hemm avvenimenti estremi tat-temp. Ir-Rapport ta' valutazzjoni globali tal-2019 tal-Pjattaforma Intergovernattiva tal-Politika tax-Xjenza dwar il-Bijodiversità u s-servizzi Ekosistemiċi (l-IPBES) (21) wera li l-bijodiversità qed titnaqqar mad-dinja kollha, u li t-tibdil fil-klima huwa t-tielet fattur l-iktar importanti li qed iwassal biex tintilef il-bijodiversità (22).

(2)

Ir-Rapport Speċjali tal-Grupp Intergovernattiv ta' Esperti dwar it-Tibdil fil-Klima (l-IPCC) dwar l-impatti tat-tisħin globali ta' 1,5  oC 'il fuq mil-livelli preindustrijali u l-perkorsi relatati tal-emissjonijiet globali tal-gassijiet b'effett ta' serra (20) jipprovdi bażi xjentifika soda biex jiġi ttrattat it-tibdil fil-klima u juri l-ħtieġa li tiżdied malajr l-azzjoni klimatika u ta' tranżizzjoni lejn ekonomija newtrali għall-klima . Huwa jikkonferma li l-emissjonijiet tal-gassijiet b'effett ta' serra jridu jitnaqqsu b'mod urġenti u li t-tibdil fil-klima jrid ikun limitat għal tisħin ta' 1,5  oC, b'mod partikulari biex titnaqqas il-probabbiltà li jkun hemm avvenimenti estremi tat-temp u li jintlaħqu l-punti kritiċi . Ir-Rapport ta' valutazzjoni globali tal-2019 tal-Pjattaforma Intergovernattiva tal-Politika tax-Xjenza dwar il-Bijodiversità u s-servizzi Ekosistemiċi (l-IPBES) (21) wera li l-bijodiversità qed titnaqqar mad-dinja kollha, u li t-tibdil fil-klima huwa t-tielet fattur l-iktar importanti li qed iwassal biex tintilef il-bijodiversità (22). Wera wkoll li huwa stmat li s-soluzzjonijiet ibbażati fuq in-natura jipprovdu 37 % tal-mitigazzjoni tat-tibdil fil-klima sal-2030 . It-tibdil fil-klima għandu impatt qawwi fuq l-ekosistemi marini u terrestri li jaġixxu bħala bjar essenzjali għall-emissjonijiet antropoġeniċi tal-karbonju b'assorbiment gross ta' madwar 60 % tal-emissjonijiet antropoġeniċi globali fis-sena.

Emenda 6

Proposta għal regolament

Premessa 3

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(3)

Objettiv fiss fit-tul huwa importanti ferm biex jingħata kontribut għat-trasformazzjoni tal-ekonomija u tas-soċjetà, għall-impjiegi, għat-tkabbir u għall-kisba tal-Għanijiet ta' Żvilupp Sostenibbli tan-Nazzjonijiet Uniti, kif ukoll biex nimxu b'mod ġust u kosteffettiv lejn il-mira b'rabta mat-temperatura stabbilita fil-Ftehim ta' Pariġi tal-2015 dwar it-tibdil fil-klima li ħareġ mill-21 Konferenza tal-Partijiet għall-Konvenzjoni Qafas tan-Nazzjonijiet Uniti dwar it-Tibdil fil-Klima (minn hawn 'il quddiem imsejjaħ “il-Ftehim ta' Pariġi”).

(3)

Objettiv fiss fit-tul huwa importanti ferm biex jingħata kontribut għat-trasformazzjoni ġusta tal-ekonomija u tas-soċjetà, għall-impjiegi ta' kwalità għolja , għall-welfare soċjali, għat-tkabbir sostenibbli u għall-kisba tal-Għanijiet ta' Żvilupp Sostenibbli tan-Nazzjonijiet Uniti, kif ukoll biex tintlaħaq b'mod rapidu, ġust , effiċjenti, kosteffettiv u soċjalment ġust mingħajr ma ħadd jitħalla lura l-mira b'rabta mat-temperatura stabbilita fil-Ftehim ta' Pariġi tal-2015 dwar it-tibdil fil-klima li ħareġ mill-21 Konferenza tal-Partijiet għall-Konvenzjoni Qafas tan-Nazzjonijiet Uniti dwar it-Tibdil fil-Klima (minn hawn 'il quddiem imsejjaħ “il-Ftehim ta' Pariġi”).

Emenda 7

Proposta għal regolament

Premessa 3a (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(3a)

Ix-xjenza wriet ir-rabta bejn il-kriżi tas-saħħa, ambjentali u klimatika, b'mod partikulari b'rabta mal-konsegwenzi tat-tibdil fil-klima u t-telf tal-bijodiversità u l-ekosistemi. Il-kriżijiet tas-saħħa u sanitarji bħall-COVID-19 jistgħu jimmultiplikaw fid-deċennji li ġejjin u jirrikjedu li l-Unjoni, bħala attur globali, timplimenta strateġija globali bil-għan tal-prevenzjoni tal-iżvilupp ta' sitwazzjonijiet bħal dawn, billi tindirizza l-kwistjonijiet f'ras il-għajn, u tippromwovi approċċ integrat ibbażat fuq l-għanijiet ta' żvilupp sostenibbli.

Emenda 8

Proposta għal regolament

Premessa 3b (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(3b)

Skont id-WHO, it-tibdil fil-klima jaffettwa l-fatturi determinanti soċjali u ambjentali tas-saħħa – l-arja nadifa, l-ilma tax-xorb sikur, is-suffiċjenza alimentari u l-kenn sikur – u kull sena bejn l-2030 u l-2050 huma mistennija 250 000  mewta addizzjonali, kaġun ta' malnutrizzjoni, malarja, dijarea u stress mis-sħana, flimkien ma' temperaturi tal-arja estremament għoljin li jikkontribwixxu b'mod dirett għall-imwiet, partikolarment fost l-anzjani u l-individwi vulnerabbli. Permezz tal-għargħar, il-mewġiet ta' sħana, in-nixfiet u n-nirien, it-tibdil fil-klima għandu impatti konsiderevoli fuq is-saħħa tal-bniedem, fosthom in-nuqqas ta' nutrizzjoni, il-mard kardjovaskulari u respiratorju u l-infezzjonijiet li jiġu trażmessi minn vettur.

Emenda 9

Proposta għal regolament

Premessa 3c (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(3c)

Il-preambolu tal-Ftehim ta' Pariġi jirrikonoxxi d-dritt għas-saħħa bħala dritt fundamentali. Skont il-Konvenzjoni Qafas tan-Nazzjonijiet Uniti dwar it-Tibdil fil-Klima, il-Partijiet kollha tagħha jenħtieġ li jużaw metodi xierqa, pereżempju valutazzjonijiet tal-impatt, ifformulati u determinati fil-livell nazzjonali bil-għan li jiġu minimizzati l-effetti negattivi fuq l-ekonomija, fuq is-saħħa pubblika u fuq il-kwalità tal-ambjent, ta' proġetti jew miżuri mwettqa minnhom biex itaffu t-tibdil fil-klima jew jadattaw għalih.

Emenda 10

Proposta għal regolament

Premessa 3d (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(3d)

Dan ir-Regolament jikkontribwixxi għall-protezzjoni tad-drittijiet inaljenabbli taċ-ċittadini tal-Unjoni għall-ħajja u għal ambjent sikur, kif rikonoxxuti fil-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea, u jirrikjedi li l-istituzzjonijiet rilevanti tal-Unjoni u l-Istati Membri jieħdu l-miżuri neċessarji fil-livell tal-Unjoni jew f'dak nazzjonali rispettivament biex jindirizzaw ir-riskji reali u immedjati, kemm għall-ħajjiet kif ukoll għall-benesseri tan-nies u għad-dinja naturali li jiddependu minnha, irrappreżentati mill-emerġenza klimatika globali. Dan ir-Regolament jenħtieġ li jkun iffukat fuq in-nies u l-għan tiegħu jenħtieġ li jkun li jipproteġi s-saħħa u l-benesseri taċ-ċittadini mir-riskji u l-impatti relatati mal-ambjent.

Emenda 153

Proposta għal regolament

Premessa 3e (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(3e)

Il-protezzjoni tal-klima jenħtieġ li tkun opportunità għall-ekonomija Ewropea u jenħtieġ li tgħin biex tassigura l-pożizzjoni mexxejja tagħha fl-industrija fl-innovazzjoni globali. L-innovazzjonijiet fis-settur tal-produzzjoni sostenibbli jistgħu jippromwovu l-qawwa industrijali Ewropea fis-segmenti ewlenin tas-suq u b'hekk jipproteġu u joħolqu l-impjiegi. Sabiex tintlaħaq il-mira legalment vinkolanti għall-klima għall-2030 u l-objettiv tan-newtralità klimatika sal-2050 billi dawn l-emissjonijiet jitnaqqsu għal żero netti sa mhux aktar tard mill-2050, jenħtieġ li l-Kummissjoni tiffaċilita “Sħubijiet dwar il-Klima” speċifiċi għas-settur fil-livell tal-Unjoni billi tlaqqa' flimkien lill-partijiet ikkonċernati ewlenin (eż. mill-industrija, l-NGOs, l-istituti tar-riċerka, l-SMEs, it-trade unions u l-organizzazzjonijiet tal-impjegaturi). Is-Sħubijiet Klimatiċi jenħtieġ li jipprovdu djalogu speċifiku għas-settur u jiffaċilitaw il-kondiviżjoni tal-aħjar prattiki mill-impriżi Ewropej pijunieri fid-dekarbonizzazzjoni u jaħdmu bħala l-korp ċentrali ta' konsulenza għall-Kummissjoni meta tadotta l-proposti leġiżlattivi futuri tagħha relatati mal-klima.

Emenda 11

Proposta għal regolament

Premessa 4

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(4)

Il-Ftehim ta' Pariġi jistabbilixxi l-għan fit-tul li ż-żieda fit-temperatura globali tinżamm ferm inqas minn 2 oC 'il fuq mil-livelli preindustrijali u li jitkomplew l-isforzi biex din tinżamm taħt il-1,5  oC 'il fuq mil-livelli preindustrijali (23), u jenfasizza l-importanza li nadattaw ruħna għall-impatti negattivi tat-tibdil fil-klima (24) u li nagħmlu l-flussi finanzjarji konsistenti mat-triq lejn livell baxx ta' emissjonijiet tal-gassijiet b'effett ta' serra u ma' żvilupp reżiljenti għat-tibdil fil-klima (25).

(4)

Il-Ftehim ta' Pariġi jistabbilixxi l-għan fit-tul li jsiru sforzi biex iż-żieda fit-temperatura globali tiġi limitata għal 1,5  oC 'il fuq mil-livelli preindustrijali (23), li tiżdied il-kapaċità ta' adattament għall-impatti negattivi tat-tibdil fil-klima (24) u li l-flussi finanzjarji jsiru konsistenti mat-triq lejn livell baxx ta' emissjonijiet tal-gassijiet b'effett ta' serra u ma' żvilupp reżiljenti għat-tibdil fil-klima (25). Bħala l-qafas ġenerali għall-kontribut tal-Unjoni għall-Ftehim ta' Pariġi, dan ir-Regolament jenħtieġ li jiżgura li kemm l-Unjoni kif ukoll l-Istati Membri jikkontribwixxu bis-sħiħ biex jintlaħqu dawk it-tliet objettivi tal-Ftehim ta' Pariġi.

Emenda 12

Proposta għal regolament

Premessa 5

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(5)

L-għan tal-azzjoni klimatika tal-Unjoni u tal-Istati Membri huwa li tipproteġi lin-nies u lill-pjaneta kif ukoll il-benesseri, il-prosperità, is-saħħa, is-sistemi tal-ikel, l-integrità tal-ekosistemi u l-bijodiversità mit-theddida tat-tibdil fil-klima, fil-kuntest tal-Aġenda 2030 għall-Iżvilupp Sostenibbli u biex jintlaħqu l-objettivi tal-Ftehim ta' Pariġi, u li tiżdied kemm jista' jkun il-prosperità fil-limiti tal-pjaneta u li tiżdied ir-reżiljenza tas-soċjetà b'rabta mat-tibdil fil-klima u titnaqqas il-vulnerabbiltà tagħha għal dan it-tibdil.

(5)

L-għan tal-azzjoni klimatika tal-Unjoni u tal-Istati Membri huwa li tipproteġi lin-nies u lill-pjaneta kif ukoll il-benesseri, il-prosperità, l-ekonomija, is-saħħa, is-sistemi tal-ikel, l-integrità tal-ekosistemi u l-bijodiversità mit-theddida tat-tibdil fil-klima, fil-kuntest tal-Aġenda 2030 għall-Iżvilupp Sostenibbli u biex jintlaħqu l-objettivi tal-Ftehim ta' Pariġi, u li tiżdied kemm jista' jkun il-prosperità fil-limiti tal-pjaneta u li tiżdied ir-reżiljenza tas-soċjetà b'rabta mat-tibdil fil-klima u titnaqqas il-vulnerabbiltà tagħha għal dan it-tibdil. F'dan id-dawl, l-azzjonijiet tal-Unjoni u tal-Istati Membri jenħtieġ li jkunu ggwidati mill-prinċipju ta' prekawzjoni, mill-prinċipju “min iniġġes iħallas”, mill-prinċipju “l-effiċjenza enerġetika tiġi l-ewwel” u mill-prinċipju “tagħmel l-ebda ħsara”.

Emenda 13

Proposta għal regolament

Premessa 5a (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(5a)

Bis-saħħa tal-qafas regolatorju li ġie stabbilit mill-Unjoni u l-isforzi mwettqa mill-industriji Ewropej, l-emissjonijiet tal-gassijiet b'effett ta' serra tal-Unjoni naqsu bi 23 % bejn l-1990 u l-2018, filwaqt li l-ekonomija kibret b'61 % matul l-istess perjodu, u dan juri li huwa possibbli li t-tkabbir ekonomiku jiġi diżakkoppjat mill-emissjonijiet tal-gassijiet b'effett ta' serra.

Emenda 14

Proposta għal regolament

Premessa 6

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(6)

Jenħtieġ li s-setturi ekonomiċi kollha jkunu obbligati jikkontribwixxu għall-kisba tan-newtralità klimatika . Minħabba li ħafna mill-emissjonijiet tal-gassijiet b'effett ta' serra huma marbutin mal-produzzjoni u mal-konsum tal-enerġija, huwa essenzjali li jkun hemm tranżizzjoni lejn sistema tal-enerġija li tkun sostenibbli, sikura u għall-but ta' kulħadd u li tkun tiddependi fuq suq intern tal-enerġija li jaħdem tajjeb. It-trasformazzjoni diġitali, l-innovazzjoni teknoloġika u r-riċerka u l-iżvilupp ukoll huma fatturi importanti biex jintlaħaq l-objettiv tan-newtralità klimatika.

(6)

Il-kisba tan-newtralità klimatika tirrikjedi li s-setturi ekonomiċi kollha , inklużi dawk tal-avjazzjoni u tat-trasport marittimu, inaqqsu malajr l-emissjonijiet tagħhom għal qrib iż-żero. Il-prinċipju “min iniġġes iħallas” jenħtieġ li jkun fattur ewlieni f'dak ir-rigward . Minħabba li ħafna mill-emissjonijiet tal-gassijiet b'effett ta' serra huma marbutin mal-produzzjoni u mal-konsum tal-enerġija, huwa essenzjali li jkun hemm tranżizzjoni lejn sistema tal-enerġija effiċjenti ħafna fl-użu tal-enerġija u bbażata fuq is-sorsi rinnovabbli, sostenibbli, sikura u għall-but ta' kulħadd , filwaqt li jitnaqqas il-faqar enerġetiku, u li tkun tiddependi fuq suq intern tal-enerġija li jaħdem tajjeb. Il-kontribut tal-ekonomija ċirkolari għan-newtralità klimatika jenħtieġ li jiġi estiż billi tittejjeb l-effiċjenza fl-użu tar-riżorsi u billi jiżdied l-użu ta' materjali b'livell baxx ta' emissjonijiet ta' karbonju filwaqt li jiġu promossi l-evitar tal-iskart u r-riċiklaġġ. It-trasformazzjoni diġitali, l-innovazzjoni teknoloġika u r-riċerka u l-iżvilupp , li jirrikjedu finanzjament addizzjonali, ukoll huma fatturi importanti biex jintlaħaq l-objettiv tan-newtralità klimatika. L-Unjoni u l-Istati Membri se jkollhom bżonn jadottaw oqfsa regolatorji ambizzjużi u koerenti biex jiżguraw il-kontribut tas-setturi kollha tal-ekonomija għall-objettivi klimatiċi tal-Unjoni.

Emenda 15

Proposta għal regolament

Premessa 6a (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(6a)

L-emissjonijiet totali kumulattivi antropoġeniċi ta' gassijiet b'effett ta' serra matul iż-żmien u l-konċentrazzjoni korrispondenti ta' gassijiet b'effett ta' serra fl-atmosfera huma partikolarment rilevanti għas-sistema klimatika u ż-żidiet fit-temperatura. Ir-Rapport Speċjali tal-IPCC dwar it-Tisħin Dinji ta' 1,5  oC u l-bażi ta' data tax-xenarji sottostanti tiegħu jipprovdu l-aqwa evidenza xjentifika disponibbli u l-evidenza xjentifika l-aktar riċenti dwar il-baġit ta' gassijiet b'effett ta' serra globali li jkun għad fadal sabiex iż-żieda fit-temperatura globali tinżamm, fis-seklu 21, għal 1,5  oC 'il fuq mil-livelli preindustrijali. Sabiex ikun hemm konsistenza mal-impenji tal-Unjoni li tkompli bl-isforzi biex iż-żieda fit-temperatura tiġi limitata għal 1,5  oC 'il fuq mil-livelli preindustrijali, jeħtieġ li jiġi stabbilit sehem ekwu tal-Unjoni mill-baġit globali li jkun għad fadal tal-gassijiet b'effett ta' serra. Il-baġit tal-gassijiet b'effett ta' serra huwa wkoll għodda importanti biex jiżdiedu t-trasparenza u l-akkontabbiltà tal-politiki tal-Unjoni dwar il-klima. Fl-analiżi approfondita tagħha b'appoġġ għall-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni tat-28 ta' Novembru 2018 intitolata “Pjaneta Nadifa għal kulħadd – Viżjoni strateġika Ewropea fit-tul għal ekonomija għanja, moderna, kompetittiva u newtrali għall-klima”, il-Kummissjoni tindika li baġit tal-karbonju tal-UE-28 kompatibbli mal-mira ta' 1,5  oC għall-2018-2050 jammonta għal 48 Gt ta' CO2. Il-Kummissjoni jenħtieġ li tistabbilixxi baġit nett għall-gassijiet b'effett ta' serra tal-UE-27, espress f'ekwivalenti ta' CO2 abbażi tal-aħħar kalkoli xjentifiċi użati mill-IPCC, li jirrappreżenta s-sehem ekwu tal-Unjoni tal-emissjonijiet globali li jkun għad fadal, f'konformità mal-objettivi tal-Ftehim ta' Pariġi. Il-baġit tal-Unjoni għall-gassijiet b'effett ta' serra jenħtieġ li jiggwida l-istabbiliment tat-trajettorja tal-Unjoni lejn emissjonijiet żero netti tal-gassijiet b'effett ta' serra sal-2050, b'mod partikulari l-miri futuri tagħha tal-gassijiet b'effett ta' serra għall-2030 u l-2040.

Emenda 16

Proposta għal regolament

Premessa 7

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(7)

L-Unjoni ilha żmien issegwi politika ambizzjuża b'rabta mal-azzjoni klimatika, u implimentat qafas regolatorju biex tikseb il-mira tagħha ta' tnaqqis tal-emissjonijiet tal-gassijiet b'effett ta' serra għall-2030. Fost il-leġiżlazzjoni li timplimenta din il-mira nsibu d-Direttiva 2003/87/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (26), li tistabbilixxi sistema għall-iskambju tal-kwoti tal-emissjonijiet tal-gassijiet b'effett ta' serra ġewwa l-Unjoni, ir-Regolament (UE) 2018/842 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (27), li daħħal miri nazzjonali għat-tnaqqis tal-emissjonijiet tal-gassijiet b'effett ta' serra sal-2030, u r-Regolament (UE) 2018/841 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (28), li jitlob lill-Istati Membri jibbilanċjaw l-emissjonijiet u l-assorbimenti tal-gassijiet b'effett ta’ serra mill-użu tal-art, mit-tibdil fl-użu tal-art u mill-forestrija.

(7)

L-Unjoni implimentat qafas regolatorju biex tikseb il-mira attwali tagħha ta' tnaqqis tal-emissjonijiet tal-gassijiet b'effett ta' serra għall-2030 li ġiet adottata qabel id-dħul fis-seħħ tal-Ftehim ta' Pariġi . Fost il-leġiżlazzjoni li timplimenta din il-mira nsibu d-Direttiva 2003/87/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (26), li tistabbilixxi sistema għall-iskambju tal-kwoti tal-emissjonijiet tal-gassijiet b'effett ta' serra ġewwa l-Unjoni, ir-Regolament (UE) 2018/842 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (27), li daħħal miri nazzjonali għat-tnaqqis tal-emissjonijiet tal-gassijiet b'effett ta' serra sal-2030, u r-Regolament (UE) 2018/841 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (28), li jitlob lill-Istati Membri jibbilanċjaw l-emissjonijiet u l-assorbimenti tal-gassijiet b'effett ta’ serra mill-użu tal-art, mit-tibdil fl-użu tal-art u mill-forestrija.

Emenda 17

Proposta għal regolament

Premessa 7a (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(7a)

Is-Sistema għall-Iskambju ta' Kwoti tal-Emissjonijiet hija pedament tal-politika tal-Unjoni dwar il-klima u l-għodda ewlenija tagħha għat-tnaqqis tal-emissjonijiet b'mod kosteffettiv.

Emenda 18

Proposta għal regolament

Premessa 9

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(9)

Permezz tal-pakkett dwar l-Enerġija Nadifa għall-Ewropej kollha (29), l-Unjoni ilha żmien issegwi programm ambizzjuż ta' dekarbonizzazzjoni, b'mod partikulari bil-ħolqien ta' Unjoni b'saħħitha tal-Enerġija li tinkludi miri għall-effiċjenza fl-enerġija u għall-użu tal-enerġija minn sorsi rinnovabbli għall-2030 fid-Direttivi 2012/27/UE (30) u (UE) 2018/2001 (31) tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, u bit-tisħiħ tal-leġiżlazzjoni rilevanti, fosthom tad-Direttiva 2010/31/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (32).

(9)

Permezz tal-pakkett dwar l-Enerġija Nadifa għall-Ewropej kollha (29), l-Unjoni ilha żmien issegwi programm ta' dekarbonizzazzjoni, b'mod partikulari bil-ħolqien ta' Unjoni b'saħħitha tal-Enerġija li tinkludi miri għall-effiċjenza fl-enerġija u għall-użu tal-enerġija minn sorsi rinnovabbli għall-2030 fid-Direttivi 2012/27/UE (30) u (UE) 2018/2001 (31) tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, u bit-tisħiħ tal-leġiżlazzjoni rilevanti, fosthom tad-Direttiva 2010/31/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (32).

Emenda 19

Proposta għal regolament

Premessa 9a (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(9a)

Il-Kummissjoni żviluppat u adottat diversi inizjattivi leġiżlattivi fis-settur tal-enerġija, b'mod partikulari fir-rigward tal-enerġija rinnovabbli, l-effiċjenza enerġetika, inkluż ir-rendiment tal-bini fl-użu tal-enerġija. Dawk l-inizjattivi jifformaw pakkett taħt it-tema globali “l-effiċjenza enerġetika tiġi l-ewwel” u t-tmexxija globali tal-Unjoni fl-enerġija rinnovabbli. Dawk l-inizjattivi jenħtieġ li jitqiesu fil-progress nazzjonali fit-tul fil-ħidma lejn il-mira ta' newtralità klimatika tal-2050 sabiex jiġu żgurati sistema tal-enerġija bbażata fuq sorsi tal-enerġija rinnovabbli effiċjenti ħafna fl-użu tal-enerġija u l-iżvilupp ta' sorsi tal-enerġija rinnovabbli fl-Unjoni.

Emenda 20

Proposta għal regolament

Premessa 9b (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(9b)

It-tranżizzjoni lejn enerġija nadifa se twassal għal sistema tal-enerġija li fiha l-provvista tal-enerġija primarja tiġi l-aktar minn sorsi tal-enerġija rinnovabbli, li ttejjeb b'mod sinifikanti s-sigurtà tal-provvista, tnaqqas id-dipendenza enerġetika u tippromwovi l-impjiegi f'livell nazzjonali.

Emenda 21

Proposta għal regolament

Premessa 9c (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(9c)

It-tranżizzjoni enerġetika ttejjeb l-effiċjenza enerġetika u tnaqqas id-dipendenza enerġetika tal-Unjoni u tal-Istati Membri. Dak it-tibdil strutturali lejn ekonomija aktar effiċjenti bbażata fuq l-enerġija rinnovabbli fis-setturi kollha mhux se jkun ta' benefiċċju biss għall-bilanċ kummerċjali iżda se jsaħħaħ ukoll is-sigurtà enerġetika u l-ġlieda kontra l-faqar enerġetiku.

Emenda 22

Proposta għal regolament

Premessa 9d (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(9d)

Sabiex tiżgura s-solidarjetà u tippermetti tranżizzjoni enerġetika effettiva, il-politika tal-Unjoni dwar il-klima trid tfassal perkors ċar biex in-newtralità klimatika tinkiseb sal-2050. L-Unjoni jenħtieġ li tibqa' realistika dwar il-kosteffiċjenza u l-isfidi tekniċi u tiżgura li sorsi tal-enerġija aġġustabbli li jibbilanċjaw il-punti massimi u minimi tad-domanda fis-sistema tal-enerġija, bħat-teknoloġiji tal-idroġenu, ikunu disponibbli u affordabbli.

Emenda 23

Proposta għal regolament

Premessa 9e (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(9e)

Il-protezzjoni tal-klima tipprovdi opportunità biex l-ekonomija tal-Unjoni tintensifika l-azzjoni tagħha u tgawdi l-benefiċċji tal-vantaġġ ta' min jidħol l-ewwel billi tkun minn ta' quddiem fit-teknoloġiji nodfa. Tista' tgħin biex tassigura t-tmexxija tal-industrija tagħha fl-innovazzjoni globali. L-innovazzjonijiet fil-produzzjoni sostenibbli jistgħu jippromwovu l-qawwa industrijali tal-Unjoni f'oqsma ewlenin tas-suq u b'hekk jipproteġu u joħolqu l-impjiegi.

Emenda 24

Proposta għal regolament

Premessa 9f (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(9f

) Jeħtieġ li jiġi stabbilit appoġġ għall-investimenti meħtieġa f'teknoloġiji sostenibbli ġodda li huma essenzjali biex jintlaħaq l-objettiv tan-newtralità klimatika. F'dak ir-rigward, huwa importanti li tiġi rispettata n-newtralità teknoloġika filwaqt li jiġi evitat kwalunkwe effett ta' lock-in. Kif iddikjarat fil-komunikazzjoni tal-Kummissjoni tat-8 ta' Lulju 2020 intitolata “Strateġija għall-idroġenu għal Ewropa newtrali għall-klima”, l-idroġenu jista' wkoll ikollu rwol fl-appoġġ tal-impenn tal-Unjoni biex tikseb in-newtralità tal-karbonju sa mhux aktar tard mill-2050, speċjalment fis-setturi intensivi fl-enerġija.

Emenda 154

Proposta għal regolament

Premessa 9 g (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(9 g)

Il-Kummissjoni jenħtieġ li tintensifika l-isforzi tagħha biex tibni Alleanzi Ewropej, speċjalment fis-setturi tal-batteriji u tal-idroġenu, peress li huma tal-ogħla importanza. Filwaqt li jkunu koordinati fil-livell Ewropew, dawn joffru opportunitajiet kbar għall-proċessi ta' rkupru reġjonali wara l-COVID-19 u għal tibdil strutturali ta' suċċess. Ir-rekwiżiti statutorji jenħtieġ li joħolqu qafas għall-innovazzjonijiet fil-mobilità li ma tagħmilx ħsara lill-klima u fil-ġenerazzjoni tal-enerġija. Dawk l-alleanzi jenħtieġ li jirċievu appoġġ u fondi adegwati u jenħtieġ li jkunu wkoll parti mill-politika barranija u tal-viċinat futura kif ukoll ta' ftehimiet kummerċjali.

Emenda 25

Proposta għal regolament

Premessa 10

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(10)

L-Unjoni hija mexxejja globali fit-tranżizzjoni lejn in-newtralità klimatika u hija deċiża li tgħin biex tiżdied l-ambizzjoni globali u biex tissaħħaħ it-tweġiba globali għat-tibdil fil-klima billi tuża l-għodod kollha li għandha għad-dispożizzjoni tagħha, fosthom id-diplomazija dwar il-klima.

(10)

L-Unjoni għandha kemm ir-responsabbiltà kif ukoll il-mezzi biex tibqa' tkun mexxejja globali fit-tranżizzjoni lejn in-newtralità klimatika, u hija deċiża li tiksibha b'mod ġust, soċjalment ekwu u inklużiv kif ukoll li tgħin biex tiżdied l-ambizzjoni globali u biex tissaħħaħ ir-reazzjoni globali għat-tibdil fil-klima billi tuża l-għodod kollha li għandha għad-dispożizzjoni tagħha, fosthom id-diplomazija dwar il-klima , il-kummerċ, l-investiment u l-politiki industrijali . L-Unjoni jenħtieġ li ssaħħaħ id-diplomazija ambjentali tagħha fil-fora internazzjonali kollha rilevanti biex jintlaħqu l-għanijiet internazzjonali dwar il-klima, f'konformità mal-Ftehim ta' Pariġi.

Emenda 26

Proposta għal regolament

Premessa 11

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(11)

Il-Parlament Ewropew appella għat-tranżizzjoni meħtieġa lejn soċjetà newtrali għall-klima sa mhux aktar tard mill-2050 u biex din tkun storja Ewropea ta' suċċess (33) u ddikjara emerġenza klimatika u ambjentali (34). Fil-Konklużjonijiet tiegħu tat-12 ta' Diċembru 2019 (35), il-Kunsill Ewropew qabel fuq l-objettiv li naslu għal Unjoni b'impatt newtrali fuq il-klima sal-2050, skont l-objettivi tal-Ftehim ta' Pariġi, filwaqt li rrikonoxxa l-fatt li jeħtieġ jiġi stabbilit qafas ta' abilitazzjoni, kif ukoll il-fatt li t-tranżizzjoni se tkun tirrikjedi investimenti pubbliċi u privati sinifikanti. Il-Kunsill Ewropew stieden lill-Kummissjoni wkoll tħejji proposta għall-istrateġija fit-tul tal-Unjoni kmieni kemm jista' jkun fl-2020 bil-ħsieb li din tiġi adottata mill-Kunsill u li tiġi ppreżentata lill-Konvenzjoni Qafas tan-Nazzjonijiet Uniti dwar it-Tibdil fil-Klima.

(11)

Il-Parlament Ewropew appella lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri biex iżidu l-azzjoni klimatika biex jiffaċilitaw it-tranżizzjoni meħtieġa lejn soċjetà newtrali għall-klima mill-aktar fis possibbli u sa mhux aktar tard mill-2050 u biex din tkun storja Ewropea ta' suċċess (33) u ddikjara emerġenza klimatika u ambjentali (34). Appella ripetutament ukoll lill-Unjoni biex iżżid il-mira klimatika tagħha għall-2030, u biex dik il-mira akbar tkun parti mil-Liġi Ewropea dwar il-Klima  (34a) . Fil-Konklużjonijiet tiegħu tat-12 ta' Diċembru 2019 (35), il-Kunsill Ewropew qabel fuq l-objettiv li naslu għal Unjoni b'impatt newtrali fuq il-klima sal-2050, skont l-objettivi tal-Ftehim ta' Pariġi, filwaqt li tkun ibbażata fuq l-ekwità u tranżizzjoni ġusta, u filwaqt li jitqiesu l-punti tat-tluq differenti tal-Istati Membri, kif ukoll li jiġi rikonoxxut li jeħtieġ jiġi stabbilit qafas ta' abilitazzjoni, kif ukoll il-fatt li t-tranżizzjoni se tkun tirrikjedi investimenti pubbliċi u privati sinifikanti. Il-Kunsill Ewropew stieden lill-Kummissjoni wkoll tħejji proposta għall-istrateġija fit-tul tal-Unjoni kmieni kemm jista' jkun fl-2020 bil-ħsieb li din tiġi adottata mill-Kunsill u li tiġi ppreżentata lill-Konvenzjoni Qafas tan-Nazzjonijiet Uniti dwar it-Tibdil fil-Klima.

Emenda 27

Proposta għal regolament

Premessa 12

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(12)

Jenħtieġ li l-Unjoni timmira li, permezz ta' soluzzjonijiet naturali u teknoloġiċi, sal-2050 tilħaq bilanċ bejn l-emissjonijiet antropoġeniċi tal-gassijiet b'effett ta' serra mill-oqsma ekonomiċi kollha u l-assorbimenti tagħhom fil-livell domestiku ġo fiha . Jenħtieġ li l-Istati Membri kollha jaħdmu flimkien biex jiksbu l-objettiv tan-newtralità klimatika fl-Unjoni sal-2050 u li l-Istati Membri, il-Parlament Ewropew, il-Kunsill u l-Kummissjoni jieħdu l-miżuri meħtieġa biex jippermettu li dan jinkiseb. Il-miżuri fil-livell tal-Unjoni se jkunu jiffurmaw parti importanti mill-miżuri meħtieġa biex jinkiseb dan l-objettiv.

(12)

Jenħtieġ li l-Unjoni u l-Istati Membri jimmiraw li, permezz ta' soluzzjonijiet naturali u teknoloġiċi, sa mhux aktar tard mill-2050 jilħqu bilanċ bejn l-emissjonijiet antropoġeniċi tal-gassijiet b'effett ta' serra mill-oqsma ekonomiċi kollha u l-assorbimenti tagħhom fil-livell domestiku fi ħdanha u fil-livell tal-Istati Membri . Jenħtieġ li l-Istati Membri kollha jiksbu l-objettiv tan-newtralità klimatika fl-Unjoni sal-2050 u li l-Istati Membri, il-Parlament Ewropew, il-Kunsill u l-Kummissjoni jieħdu l-miżuri meħtieġa biex jippermettu li dan jinkiseb. Il-miżuri fil-livell tal-Unjoni se jkunu jiffurmaw parti importanti mill-miżuri meħtieġa biex jinkiseb dan l-objettiv. Wara l-2050, l-Unjoni u l-Istati Membri kollha jenħtieġ li jkomplu jnaqqsu l-emissjonijiet biex jiżguraw li l-assorbimenti ta' gassijiet b'effett ta' serra jaqbżu l-emissjonijiet antropoġeniċi.

Emenda 28

Proposta għal regolament

Premessa 12a (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(12a)

Kull Stat Membru għandu r-responsabbiltà li jikseb in-newtralità klimatika individwalment sa mhux aktar tard mill-2050. Bħala kwistjoni ta' ġustizzja u solidarjetà, u sabiex tiġi assistita t-trasformazzjoni enerġetika tal-Istati Membri b'punti tat-tluq differenti, jenħtieġu mekkaniżmi ta' appoġġ u finanzjament suffiċjenti tal-Unjoni bħall-Fond għal Tranżizzjoni Ġusta previst fir-Regolament (UE) …/… tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill  (1a) u mekkaniżmi ta' finanzjament rilevanti oħra.

Emenda 29

Proposta għal regolament

Premessa 12b (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(12b)

Il-preambolu tal-Ftehim ta' Pariġi jirrikonoxxi l-importanza li tiġi żgurata l-integrità tal-ekosistemi kollha, inklużi l-oċeani. Il-Konvenzjoni Qafas tan-Nazzjonijiet Uniti dwar it-Tibdil fil-Klima tisħaq li l-Partijiet għaliha għandhom jippromwovu l-ġestjoni sostenibbli, u l-konservazzjoni u t-titjib tal-bjar u tar-riżervi tal-gassijiet b'effett ta' serra kollha, inklużi l-bijomassa, il-foresti u l-oċeani kif ukoll ekosistemi terrestri, kostali u marini oħra. Jekk ma jintlaħqux l-għanijiet tal-Ftehim ta' Pariġi, it-temperatura tista' taqbeż il-punt kritiku li lil hinn minnu l-oċean ma jkunx jista' jibqa' jassorbi daqstant karbonju u jkollu sehem fil-mitigazzjoni tat-tibdil fil-klima.

Emenda 30

Proposta għal regolament

Premessa 12c (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(12c)

Il-bjar naturali tal-karbonju għandhom rwol importanti fit-tranżizzjoni lejn soċjetà newtrali għall-klima. Il-Kummissjoni qed teżamina l-iżvilupp ta' qafas regolatorju għaċ-ċertifikazzjoni tal-assorbimenti tal-karbonju f'konformità mal-Pjan ta' Azzjoni tagħha għal Ekonomija Ċirkolari u mal-Istrateġija “Mill-Għalqa sal-Platt”. L-istrateġija tal-UE għall-Bijodiversità għall-2030 u l-inizjattivi inklużi fiha se jkollhom rwol importanti fir-restawr tal-ekosistemi degradati, b'mod partikulari dawk bl-akbar potenzjal li jaqbdu u jaħżnu l-karbonju u li jipprevjenu u jnaqqsu l-impatt tad-diżastri naturali. Ir-restawr tal-ekosistemi jgħin fiż-żamma, il-ġestjoni u t-titjib tal-bjar naturali u jippromwovi l-bijodiversità filwaqt li jiġġieled it-tibdil fil-klima.

Emenda 144

Proposta għal regolament

Premessa 12d (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(12d)

Il-Kummissjoni jenħtieġ li tesplora l-fattibbiltà tal-introduzzjoni ta' skemi ta' kreditu tal-karbonju, inkluża ċ-ċertifikazzjoni tal-assorbiment ta' gassijiet b'effett ta' serra permezz tas-sekwestru tal-karbonju fl-użu tal-art, il-ħamrija u l-bijomassa fl-agrikoltura bil-ħsieb li tinkiseb il-mira tan-newtralità klimatika tal-Unjoni, kif ukoll il-fattibbiltà tal-iżvilupp ta' suq separat tal-assorbiment tal-karbonju għas-sekwestru ta' gassijiet b'effett ta' serra bbażat fuq l-art. Tali qafas jenħtieġ li jkun ibbażat fuq l-aqwa xjenza disponibbli u fuq sistema ta' valutazzjoni u approvazzjoni mill-Kummissjoni, filwaqt li jiżgura li ma jkun hemm l-ebda impatt negattiv fuq l-ambjent, b'mod partikolari l-bijodiversità, fuq is-saħħa pubblika jew fuq objettivi soċjali jew ekonomiċi. Jenħtieġ li l-Kummissjoni tippreżenta r-riżultati ta' dik il-valutazzjoni sat-30 ta' Ġunju 2021.

Emenda 31

Proposta għal regolament

Premessa 12e (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(12e)

Sabiex tiġi pprovduta aktar ċarezza, jenħtieġ li l-Kummissjoni tippreżenta definizzjoni ta' bjar tal-karbonju naturali u ta' tip ieħor.

Emenda 156

Proposta għal regolament

Premessa 12f (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(12f)

Fit-tranżizzjoni tagħha lejn in-newtralità klimatika, jenħtieġ li l-Unjoni tippreserva l-kompetittività tal-industrija tagħha, b'mod partikulari l-industrija tagħha li tuża l-enerġija b'mod intensiv, inkluż billi tiżviluppa miżuri effettivi biex tindirizza r-rilokazzjoni tal-emissjonijiet tal-karbonju b'mod li jkun kompatibbli mar-regoli tad-WTO u toħloq sitwazzjoni b'kundizzjonijiet ekwi bejn l-Unjoni u pajjiżi terzi biex tiġi evitata kompetizzjoni inġusta minħabba n-nuqqas ta' implimentazzjoni tal-politiki dwar il-klima konsistenti mal-Ftehim ta' Pariġi.

Emenda 33

Proposta għal regolament

Premessa 13

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(13)

Jenħtieġ li l-Unjoni tkompli għaddejja bl-azzjoni klimatika tagħha u tkompli tkun mexxejja internazzjonali fil-qasam tal-klima wara l-2050, sabiex tipproteġi lin-nies u lill-pjaneta mit-theddida ta' tibdil perikoluż fil-klima, hija u tfittex li tilħaq il-miri tal-Ftehim ta' Pariġi b'rabta mat-temperatura u filwaqt li ssegwi r-rakkomandazzjonijiet xjentifiċi tal-IPCC.

(13)

Jenħtieġ li l-Unjoni tkompli għaddejja bl-azzjoni klimatika tagħha u tkompli tkun mexxejja internazzjonali fil-qasam tal-klima wara l-2050, b'mod partikulari billi tgħin lill-popolazzjonijiet l-aktar vulnerabbli, permezz tal-politika tagħha dwar l-azzjoni esterna u l-iżvilupp, sabiex tipproteġi lin-nies u lill-pjaneta mit-theddida ta' tibdil perikoluż fil-klima, hija u tfittex li tilħaq il-miri tal-Ftehim ta' Pariġi b'rabta mat-temperatura u filwaqt li ssegwi r-rakkomandazzjonijiet xjentifiċi tal-IPCC , il-Programm Ambjentali tan-Nazzjonijiet Uniti (UNEP), l-IPBES u l-Kunsill Ewropew għat-Tibdil fil-Klima (ECCC) .

Emenda 34

Proposta għal regolament

Premessa 13a (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(13a)

L-ekosistemi, in-nies u l-ekonomiji fl-Unjoni se jiffaċċjaw impatti enormi mit-tibdil fil-klima jekk l-emissjonijiet tal-gassijiet b'effett ta' serra ma jiġux immitigati b'mod urġenti jew ma jkun hemm ebda adattament għat-tibdil fil-klima. L-adattament għat-tibdil fil-klima jimminimizza aktar l-impatti inevitabbli b'mod kosteffettiv, b'kobenefiċċji konsiderevoli mill-użu ta' soluzzjonijiet ibbażati fuq in-natura.

Emenda 35

Proposta għal regolament

Premessa 13b (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(13b)

L-effetti avversi tat-tibdil fil-klima jistgħu potenzjalment jisbqu l-kapaċitajiet ta' adattament tal-Istati Membri. Għaldaqstant, jenħtieġ li l-Istati Membri u l-Unjoni jaħdmu flimkien biex jevitaw, jimminimizzaw u jindirizzaw it-telf u l-ħsara, kif previst fl-Artikolu 8 tal-Ftehim ta' Pariġi, inkluż permezz tal-Mekkaniżmu Internazzjonali ta' Varsavja.

Emenda 36

Proposta għal regolament

Premessa 14

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(14)

L-adattament huwa komponent ewlieni tat-tweġiba globali fit-tul għat-tibdil fil-klima. Għalhekk jenħtieġ li l-Istati Membri u l-Unjoni jtejbu l-kapaċità ta' adattament tagħhom, isaħħu r-reżiljenza u jnaqqsu l-vulnerabbiltà għat-tibdil fil-klima, kif previst fl-Artikolu 7 tal-Ftehim ta' Pariġi, kif ukoll li dawn iżidu kemm jista' jkun il-benefiċċji kollaterali ma' politiki ambjentali oħrajn u ma' leġiżlazzjoni oħra f'dan il-qasam. Jenħtieġ li l-Istati Membri jadottaw strateġiji u pjanijiet komprensivi nazzjonali ta' adattament.

(14)

L-adattament huwa komponent ewlieni tat-tweġiba globali fit-tul għat-tibdil fil-klima. Għalhekk jenħtieġ li l-Istati Membri u l-Unjoni jtejbu l-kapaċità ta' adattament tagħhom, isaħħu r-reżiljenza u jnaqqsu l-vulnerabbiltà għat-tibdil fil-klima, kif previst fl-Artikolu 7 tal-Ftehim ta' Pariġi, kif ukoll li dawn iżidu kemm jista' jkun il-benefiċċji kollaterali ma' politiki ambjentali oħrajn u ma' leġiżlazzjoni oħra f'dan il-qasam. Jenħtieġ li l-Istati Membri jadottaw strateġiji u pjanijiet komprensivi nazzjonali ta' adattament u jenħtieġ li l-Kummissjoni tgħin fil-monitoraġġ tal-progress dwar l-adattament billi tiżviluppa indikaturi .

Emenda 37

Proposta għal regolament

Premessa 14a (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(14a)

Meta jkunu qed jadottaw l-istrateġiji u l-pjanijiet ta' adattament tagħhom, jenħtieġ li l-Istati Membri jagħtu attenzjoni speċjali lill-oqsma l-aktar milquta. Barra minn hekk, huwa essenzjali li l-bijodiversità tiġi promossa, konservata u restawrata sabiex jiġi sfruttat il-potenzjal sħiħ tagħha għar-regolazzjoni tal-klima u l-adattament għat-tibdil fil-klima. Għalhekk jenħtieġ li l-istrateġiji u l-pjanijiet ta' adattament jinkoraġġixxu soluzzjonijiet ibbażati fuq in-natura u adattament ibbażat fuq l-ekosistemi li jikkontribwixxi għar-restawr u l-preservazzjoni tal-bijodiversità, iqisu kif xieraq l-ispeċifiċitajiet territorjali u l-għarfien lokali, u jistabbilixxu wkoll miżuri konkreti biex jipproteġu l-ekosistemi marini u kostali. Barra minn hekk, jenħtieġ li l-attivitajiet li jxekklu l-ħila tal-ekosistemi li jadattaw għat-tibdil fil-klima jitneħħew biex tiġi żgurata r-reżiljenza tas-servizzi tal-ekosistema u l-bijodiversità.

Emenda 38

Proposta għal regolament

Premessa 14b (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(14b)

Jenħtieġ li l-istrateġiji ta' adattament jinkoraġġixxu wkoll bidla fil-mudell fiż-żoni milquta, abbażi ta' soluzzjonijiet ekoloġiċi u bbażati fuq in-natura. Jenħtieġ li dawn jiżguraw għajxien sostenibbli biex jiġu żgurati kundizzjonijiet tal-għajxien aħjar, inklużi agrikoltura sostenibbli u lokali, ġestjoni sostenibbli tal-ilma u enerġiji rinnovabbli, f'konformità mal-Għanijiet ta' Żvilupp Sostenibbli, sabiex ikun hemm trawwim kemm tar-reżiljenza tagħhom kif ukoll tal-protezzjoni tal-ekosistemi tagħhom.

Emenda 39

Proposta għal regolament

Premessa 15

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(15)

Huma u jieħdu l-miżuri rilevanti fil-livell tal-Unjoni u f'dak nazzjonali biex jiksbu l-objettiv tan-newtralità klimatika, jenħtieġ li l-Istati Membri u l-Parlament Ewropew, il-Kunsill u l-Kummissjoni jqisu l-kontribut tat-tranżizzjoni lejn in-newtralità klimatika għall-benesseri taċ-ċittadini, għall-prosperità tas-soċjetà u għall-kompetittività tal-ekonomija; is-sigurtà u l-affordabbiltà tal-enerġija u tal-ikel; il-ġustizzja u s-solidarjetà fost l-Istati Membri u fi ħdanhom filwaqt li jqisu l-kapaċità ekonomika tagħhom , iċ-ċirkustanzi nazzjonali tagħhom u l-ħtieġa li jkun hemm il-konverġenza maż-żmien; il-ħtieġa li t-tranżizzjoni tkun waħda xierqa u soċjalment ġusta; l-aqwa evidenza xjentifika disponibbli, b'mod partikulari s-sejbiet tal-IPCC; il-ħtieġa li r-riskji marbutin mat-tibdil fil-klima jiġu integrati fid-deċiżjonijiet dwar l-investiment u dwar l-ippjanar; il-kosteffettività u n-newtralità teknoloġika fil-kisba tat-tnaqqis tal-emissjonijiet tal-gassijiet b'effett ta' serra u tal-assorbimenti tagħhom u fiż-żieda tar-reżiljenza; u  l-progress li jkun qed isir maż-żmien b'rabta mal-integrità ambjentali u mal-livell ta' ambizzjoni.

(15)

Huma u jieħdu l-miżuri rilevanti fil-livell tal-Unjoni u f'dak nazzjonali biex jiksbu l-objettiv tan-newtralità klimatika, jenħtieġ li l-Istati Membri u l-Parlament Ewropew, il-Kunsill u l-Kummissjoni jqisu l-kontribut tat-tranżizzjoni lejn in-newtralità klimatika għas-saħħa, il-kwalità tal-ħajja u l-benesseri taċ-ċittadini, għall-ġustizzja soċjali, għall-prosperità tas-soċjetà u għall-kompetittività tal-ekonomija , inklużi kompetizzjoni ġusta u kundizzjonijiet ekwi fuq livell globali ; Jenħtieġ li l-Istati Membri u l-Parlament Ewropew, il-Kunsill u l-Kummissjoni jqisu wkoll kwalunkwe burokrazija jew ostaklu leġiżlattiv ieħor li possibbilment ifixklu lill-atturi ekonomiċi jew lis-setturi milli jissodisfaw l-għanijiet klimatiċi; il-kostijiet soċjali, ekonomiċi u ambjentali ta' nuqqas ta' azzjoni jew ta' azzjoni insuffiċjenti; il-fatt li n-nisa huma affettwati b'mod sproporzjonat mit-tibdil fil-klima u l-ħtieġa li tissaħħaħ l-ugwaljanza bejn il-ġeneri; il-ħtieġa li jiġu promossi modi ta' għajxien sostenibbli; il-massimizzazzjoni tal-effiċjenza fl-użu tal-enerġija u tar-riżorsi, is-sigurtà u l-affordabbiltà tal-enerġija u tal-ikel , filwaqt li titqies b'mod partikolari l-ħtieġa li jiġi miġġieled il-faqar enerġetiku ; il-ġustizzja u s-solidarjetà u kundizzjonijiet ekwi fost l-Istati Membri kollha u fi ħdanhom filwaqt li jitqiesu l-kapaċità ekonomika u iċ-ċirkostanzi nazzjonali u l-punti ta' tluq differenti tagħhom, u l-ħtieġa ta' konverġenza maż-żmien; il-ħtieġa li t-tranżizzjoni tkun waħda xierqa u soċjalment ġusta skont il-linji gwida tal-Organizzazzjoni Internazzjonali tax-Xogħol tal-2015 għal tranżizzjoni ġusta lejn ekonomiji u soċjetajiet ambjentalment sostenibbli għal kulħadd ; l-aqwa evidenza xjentifika disponibbli, b'mod partikulari s-sejbiet tal-IPCC u tal-IPBES ; il-ħtieġa li r-riskji marbutin mat-tibdil fil-klima u l-valutazzjonijiet tal-vulnerabbiltà u l-adattament għat-tibdil fil-klima jiġu integrati fid-deċiżjonijiet dwar l-investiment u dwar l-ippjanar filwaqt li jiġi żgurat li l-politiki tal-Unjoni jkunu reżistenti għall-klima ; il-kosteffettività u n-newtralità teknoloġika fil-kisba tat-tnaqqis tal-emissjonijiet tal-gassijiet b'effett ta' serra u tal-assorbimenti tagħhom u fiż-żieda tar-reżiljenza abbażi tal-ekwità ; il-ħtieġa ta' mmaniġġjar, preservazzjoni u restawr tal-ekosistemi u l-bijodiversità marini u terrestri; l-istatus tal-infrastruttura attwali u l-ħtiġijiet possibbli għall-aġġornament tal-infrastruttura tal-Unjoni u għall-investimenti fiha; il-progress li jkun qed isir maż-żmien b'rabta mal-integritàambjentali u mal-livell ta' ambizzjoni ; il-kapaċità tad-diversi partijiet ikkonċernati li jinvestu fit-tranżizzjoni b'mod soċjalment vijabbli; u r-riskju potenzjali tar-rilokazzjoni tal-emissjonijiet tal-karbonju u l-miżuri biex din tiġi evitata.

Emenda 40

Proposta għal regolament

Premessa 16

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(16)

It-tranżizzjoni lejn in-newtralità klimatika teħtieġ bidliet fl-ispettru kollu tal-politika u sforz kollettiv min-naħa tas-setturi ekonomiċi kollha u  tas-setturi kollha tas-soċjetà , kif uriet il-Kummissjoni fil-Komunikazzjoni tagħha intitolata “Il-Patt Ekoloġiku Ewropew”. Fil-Konklużjonijiet tiegħu tat-12 ta' Diċembru 2019, il-Kunsill Ewropew qal li l-leġiżlazzjoni u l-politiki rilevanti kollha tal-Unjoni jridu jkunu konsistenti mat-twettiq tal-objettiv tan-newtralità klimatika u jikkontribwixxu għalih, filwaqt li jħarsu l-kundizzjonijiet ekwi, u stieden lill-Kummissjoni teżamina jekk dan jirrikjedix aġġustament tar-regoli eżistenti.

(16)

It-tranżizzjoni lejn in-newtralità klimatika teħtieġ bidla trasformattiva fl-ispettru kollu tal-politika , finanzjament ambizzjuż u sostnut u sforz kollettiv min-naħa tas-setturi kollha tal-ekonomija u  tas-soċjetà, inklużi l-avjazzjoni u t-trasport marittimu , kif uriet il-Kummissjoni fil-Komunikazzjoni tagħha intitolata “Il-Patt Ekoloġiku Ewropew”. Fil-Konklużjonijiet tiegħu tat-12 ta' Diċembru 2019, il-Kunsill Ewropew qal li l-leġiżlazzjoni u l-politiki rilevanti kollha tal-Unjoni jridu jkunu konsistenti mat-twettiq tal-objettiv tan-newtralità klimatika u jikkontribwixxu għalih, filwaqt li jħarsu l-kundizzjonijiet ekwi, u stieden lill-Kummissjoni teżamina jekk dan jirrikjedix aġġustament tar-regoli eżistenti.

Emenda 41

Proposta għal regolament

Premessa 16a (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(16a)

Is-setturi ewlenin kollha tal-ekonomija se jkollhom jaħdmu flimkien sabiex tinkiseb in-newtralità klimatika, b'mod partikolari dawk tal-enerġija, tal-industrija, tat-trasport, tal-bini u tat-tisħin u t-tkessiħ, tal-agrikoltura, tal-iskart u tal-użu tal-art, tibdil fl-użu tal-art u l-forestrija. Jenħtieġ li s-setturi kollha, kemm jekk koperti mill-iskema tal-UE għan-negozjar ta' emissjonijiet (EU ETS) kif ukoll jekk le, jagħmlu sforzi komparabbli biex jintlaħaq l-objettiv tan-newtralità klimatika tal-Unjoni. Sabiex l-atturi ekonomiċi kollha, fosthom in-negozji, il-ħaddiema, l-investituri u l-konsumaturi, jingħataw prevedibbiltà, fiduċja u jkunu involuti, jenħtieġ li l-Kummissjoni tistabbilixxi gwida għas-setturi tal-ekonomija li jistgħu jikkontribwixxu l-aktar biex jintlaħaq l-objettiv tan-newtralità klimatika. Jenħtieġ li l-gwida jkun fiha trajettorji indikattivi għat-tnaqqis tal-gassijiet b'effett ta' serra f'dawk is-setturi fil-livell tal-Unjoni. Dan jipprovdilhom iċ-ċertezza biex jieħdu l-miżuri xierqa u jippjanaw l-investimenti meħtieġa, u għalhekk jgħinhom jibqgħu fit-triq tat-tranżizzjoni. Fl-istess ħin dan iservi wkoll bħala mekkaniżmu tal-impenn tas-setturi fit-tfittxija ta' soluzzjonijiet tan-newtralità klimatika.

Emenda 42

Proposta għal regolament

Premessa 16b (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(16b)

It-tranżizzjoni lejn in-newtralità klimatika tirrikjedi li s-setturi kollha jagħtu sehemhom. Jenħtieġ li l-Unjoni tkompli bl-isforzi tagħha biex issaħħaħ u tippromwovi l-ekonomija ċirkolari u tkompli tappoġġa alternattivi rinnovabbli li jistgħu jissostitwixxu l-prodotti u l-materjali bbażati fuq il-fjuwils fossili. L-użu ulterjuri ta' prodotti u materjali rinnovabbli jkollu benefiċċju kbir ta' mitigazzjoni tat-tibdil fil-klima u jibbenefika lil ħafna setturi differenti.

Emenda 43

Proposta għal regolament

Premessa 16c (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(16c)

Filwaqt li jitqies ir-riskju ta' rilokazzjoni tal-emissjonijiet tal-karbonju, it-tranżizzjoni lejn in-newtralità klimatika u l-ħidma ssoktata sabiex din tinżamm jenħtieġ li jkunu tranżizzjoni ekoloġika reali, iwasslu għal tnaqqis reali fl-emissjonijiet, u mhux joħolqu riżultat falz ibbażat fl-Unjoni, għaliex il-produzzjoni u l-emissjonijiet ikunu ġew rilokati barra l-Unjoni. Sabiex dan jinkiseb, jenħtieġ li l-politiki tal-Unjoni jitfasslu b'tali mod li jimminimizzaw ir-riskju ta' rilokazzjoni tal-emissjonijiet tal-karbonju u jesploraw soluzzjonijiet teknoloġiċi.

Emenda 44

Proposta għal regolament

Premessa 16d (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(16d)

Jenħtieġ li t-tranżizzjoni lejn in-newtralità klimatika ma teskludix is-settur agrikolu, l-uniku settur produttiv li kapaċi jaħżen id-dijossidu tal-karbonju. Il-ħżin fit-tul huwa ggarantit b'mod partikolari mill-forestrija, il-mergħat fit-tul u l-uċuħ tar-raba' pluriennali b'mod ġenerali.

Emenda 45

Proposta għal regolament

Premessa 16e (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(16e)

Sabiex tinkiseb in-newtralità klimatika, irid jitqies ir-rwol speċjali tal-agrikoltura u l-forestrija, peress li agrikoltura u forestrija vitali u produttivi biss kapaċi jfornu lill-popolazzjoni ikel ta' kwalità għolja u sikur fi kwantitajiet suffiċjenti u bi prezzijiet affordabbli, kif ukoll materja prima rinnovabbli għall-finijiet kollha tal-bijoekonomija.

Emenda 46

Proposta għal regolament

Premessa 16f (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(16f)

Il-foresti għandhom rwol kruċjali fit-tranżizzjoni lejn in-newtralità klimatika. Il-ġestjoni tal-foresti sostenibbli u qrib in-natura hija kruċjali għall-assorbiment kontinwu tal-gassijiet b'effett ta' serra mill-atmosfera u tippermetti wkoll il-provvista ta' materja prima rinnovabbli u li ma tagħmilx ħsara lill-klima għal prodotti tal-injam, li jaħżnu l-karbonju u li jistgħu jaġixxu ta' sostitut għal materjali u fjuwils ibbażati fuq il-fossili. Ir-“rwol triplu” tal-foresti (bjar, ħżin u sostituzzjoni) jikkontribwixxi għat-tnaqqis tar-rilaxx ta' emissjonijiet tal-karbonju fl-atmosfera, filwaqt li jiżgura li l-foresti jkomplu jikbru u jipprovdu ħafna servizzi oħra.

Emenda 47

Proposta għal regolament

Premessa 16 g (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(16 g)

Jenħtieġ li d-dritt tal-Unjoni jippromwovi l-afforestazzjoni u l-ġestjoni sostenibbli tal-foresti fl-Istati Membri li ma għandhomx riżorsi forestali sinifikanti, permezz tal-kondiviżjoni tal-aħjar prattika u l-għarfien espert industrijali.

Emenda 48

Proposta għal regolament

Premessa 17

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(17)

Kif imħabbar fil-Komunikazzjoni tagħha “Il-Patt Ekoloġiku Ewropew”, il-Kummissjoni vvalutat il-mira tal-Unjoni għall-2030 għat-tnaqqis tal-emissjonijiet tal-gassijiet serra, fil-Komunikazzjoni tagħha “It-tisħiħ tal-ambizzjoni klimatika tal-Ewropa għall-2030 – Ninvestu f’futur newtrali għall-klima għall-benefiċċju tal-popli tagħna”  (9) , abbażi ta’ valutazzjoni komprensiva tal-impatt u b’konsiderazzjoni tal-analiżi tagħha tal-pjanijiet nazzjonali integrati dwar l-enerġija u l-klima ppreżentati lill-Kummissjoni skont ir-Regolament (UE) 2018/1999 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill  (10) . Fid-dawl tal-objettiv tan- newtralità klimatika għall-2050, jenħtieġ li sal-2030 jitnaqqsu l-emissjonijiet tal-gassijiet serra u jissaħħu l-assorbimenti, biex l-emissjonijiet netti tal-gassijiet serra, jiġifieri l-emissjonijiet wara t-tnaqqis tal-assorbimenti, jitnaqqsu fl-ekonomija kollha u fil-livell domestiku b’mill-inqas 55 % sal-2030 meta mqabbla mal-livelli tal-1990. Din il-mira l-ġdida tal-Unjoni għall-2030 dwar il-klima hija mira sussegwenti għall-finijiet tal-punt (11) tal-Artikolu 2 tar-Regolament (UE) 2018/1999, u għalhekk tissostitwixxi l-mira tal-Unjoni kollha għall-2030 għall-emissjonijiet tal-gassijiet serra stabbilita f’dak il-punt. Barra minn hekk, il-Kummissjoni jenħtieġ li sat-30 ta’ Ġunju 2021 tivvaluta kif jeħtieġ tiġi emendata l-leġiżlazzjoni rilevanti tal-Unjoni li timplimenta l- mira klimatika għall-2030 biex jinkiseb dan it-tnaqqis nett tal-emissjonijiet .

(17)

Fil-Komunikazzjoni tagħha intitolata “Il-Patt Ekoloġiku Ewropew”, il-Kummissjoni ħabbret li beħsiebha tivvaluta l-proposti biex iżżid il-mira ta' tnaqqis tal-emissjonijiet tal-gassijiet b'effett ta' serra tal-Unjoni għall-2030 biex tiżgura li din tkun konsistenti mal-objettiv tan-newtralità klimatika għall-2050, u li beħsiebha tagħmel it-tali proposti. F'dik il-Komunikazzjoni, il-Kummissjoni saħqet li l-politiki kollha tal-UE għandhom jikkontribwixxu għall-objettiv tan-newtralità klimatika u li s-setturi kollha għandhom jagħtu sehemhom. Fid-dawl tal-għan tal-Unjoni li tilħaq in-newtralità klimatika sa mhux aktar tard mill-2050, huwa essenzjali li l-azzjoni klimatika tissaħħaħ aktar u b'mod partikolari li l-mira klimatika tal-Unjoni għall-2030 tiżdied għal tnaqqis fl-emissjonijiet ta' 60 % meta mqabbla mal-livelli tal-1990. Konsegwentement, jenħtieġ li, sat-30 ta' Ġunju 2021, il-Kummissjoni tivvaluta kif ikunu jridu jiġu emendati b'mod korrispondenti l-leġiżlazzjoni tal-Unjoni li timplimenta dik il -mira miżjuda u leġiżlazzjoni rilevanti oħra tal-Unjoni li tikkontribwixxi għat-tnaqqis tal-emissjonijiet tal-gassijiet b'effett ta' serra u tippromwovi l-ekonomija ċirkolari .

Emenda 49

Proposta għal regolament

Premessa 17a (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(17a)

Biex tiżgura li l-Unjoni u l-Istati Membri kollha jibqgħu fit-triq it-tajba biex jilħqu l-objettiv tan-newtralità klimatika, u biex tiżgura l-prevedibbiltà u l-fiduċja għall-atturi ekonomiċi kollha, inklużi l-impriżi, il-ħaddiema u t-trade unions, l-investituri u l-konsumaturi, jenħtieġ li l-Kummissjoni tesplora l-possibilitajiet għall-istabbiliment ta' mira klimatika tal-Unjoni għall-2040 u tressaq proposti leġiżlattivi lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill fejn ikun xieraq.

Emenda 50

Proposta għal regolament

Premessa 17b (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(17b)

Sat-30 ta' Ġunju 2021, jenħtieġ li l-Kummissjoni teżamina mill-ġdid u tipproponi li tirrevedi, fejn neċessarju, kull politika u strument rilevanti għall-kisba tal-mira klimatika tal-Unjoni għall-2030 u għall-kisba tal-objettiv tan-newtralità klimatika stabbilit fl-Artikolu 2(1). F'dan ir-rigward, il-miri miżjuda tal-Unjoni jirrikjedu li l-EU ETS tkun idonea. Għaldaqstant, jenħtieġ li l-Kummissjoni teżamina mill-ġdid rapidament id-Direttiva 2003/87/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill  (1a) u ssaħħaħ il-Fond ta' Innovazzjoni fl-ambitu ta' din id-Durettiva biex tkompli toħloq inċentivi finanzjarji għal teknoloġija ġdida, issaħħaħ it-tkabbir, il-kompetittività u l-appoġġ għal teknoloġiji ġodda, u tiżgura li t-tisħiħ tal-Fond ta' Innovazzjoni jikkontribwixxi għall-proċess ta' Tranżizzjoni Ġusta.

Emenda 51

Proposta għal regolament

Premessa 17c (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(17c)

Biex turi l-importanza u l-kritikalità tal-politika dwar it-tibdil fil-klima u biex tagħti lill-atturi politiċi l-informazzjoni neċessarja fil-proċess leġiżlattiv, jenħtieġ li l-Kummissjoni tivvaluta l-leġiżlazzjoni futura kollha minn lenti ġdida, li fiha l-klima u l-konsegwenzi fuq il-klima jiġu inklużi, u tiddetermina l-effett li kwalunkwe leġiżlazzjoni proposta jkollha fuq il-klima u l-ambjent fl-istess livell bħalma tivvaluta l-bażi ġuridika, is-sussidjarjetà u l-proprozjonalità.

Emenda 52

Proposta għal regolament

Premessa 17d (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(17d)

Jenħtieġ li l-Kummissjoni tiżgura wkoll li l-industrija tkun mgħammra biżżejjed biex tgħaddi mit-tranżizzjoni sinifikanti lejn in-newtralità klimatika u l-miri ambizzjużi ħafna għall-2030 u l-2040 permezz ta' qafas regolatorju dettaljat u riżorsi finanzjarji proporzjonati mal-isfidi. Jenħtieġ li dak il-qafas regolatorju u finanzjarju jiġi vvalutat b'mod regolari, u adattat jekk meħtieġ, biex jiġu evitati r-rilokazzjoni tal-emissjonijiet tal-karbonju, l-għeluq tal-industriji, it-telf tal-impjiegi u kompetizzjoni internazzjonali inġusta.

Emenda 53

Proposta għal regolament

Premessa 17e (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(17e)

Jenħtieġ li l-Kummissjoni tivvaluta l-ħtiġijiet tal-impjiegi, inklużi r-rekwiżiti tal-edukazzjoni u t-taħriġ, l-iżvilupp tal-ekonomija u l-istabbiliment ta' tranżizzjoni ekwa u ġusta.

Emenda 157

Proposta għal regolament

Premessa 17f (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(17f)

Sabiex l-Unjoni tilħaq l-objettiv tan-newtralità klimatika sa mhux aktar tard mill-2050 u l-miri klimatiċi intermedji għall-2030 u l-2040, jenħtieġ li l-istituzzjonijiet tal-Unjoni u l-Istati Membri kollha, mill-aktar fis possibbli u sa mhux aktar tard mill-2025, ikunu neħħew progressivament is-sussidji diretti u indiretti kollha fuq il-fjuwils fossili. It-tneħħija progressiva ta' dawk is-sussidji jenħtieġ li ma jkollhiex impatt fuq l-isforzi biex jiġi miġġieled il-faqar enerġetiku u jenħtieġ li tqis ir-rwol ta' pont tal-gass naturali fit-tranżizzjoni lejn ekonomija newtrali f'termini ta' emissjonijiet tal-karbonju.

Emenda 55

Proposta għal regolament

Premessa 18

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(18)

Biex ikun żgurat li l-Unjoni u l-Istati Membri jibqgħu mexjin fit-triq it-tajba biex jiksbu l-objettiv tan-newtralità klimatika u  biex jagħmlu progress fl-adattament, jenħtieġ li l-Kummissjoni tivvaluta b'mod regolari l-progress li jkun qed isir. F'każ li l-progress kollettiv li l-Istati Membri jkunu għamlu biex jilħqu l-objettiv tan-newtralità klimatika jew b'rabta mal-adattament ma jkunx biżżejjed jew f'każ li l-miżuri tal-Unjoni ma jkunux konsistenti mal-objettiv tan-newtralità klimatika jew ma jkunux adegwati biex itejbu l-kapaċità ta' adattament, biex isaħħu r-reżiljenza jew biex inaqqsu l-vulnerabbiltà , jenħtieġ li l-Kummissjoni tieħu l-miżuri meħtieġa skont it-Trattati. Jenħtieġ li l-Kummissjoni tivvaluta wkoll b'mod regolari l-miżuri nazzjonali rilevanti u tagħmel rakkomandazzjonijiet meta ssib li l-miżuri ta' xi Stat Membru ma jkunux konsistenti mal-objettiv tan-newtralità klimatika jew ma jkunux adegwati biex itejbu l-kapaċità ta' adattament, biex isaħħu r-reżiljenza u biex inaqqsu l-vulnerabbiltà għat-tibdil fil-klima.

(18)

Biex ikun żgurat li l-Istati Membri kollha jibqgħu mexjin fit-triq it-tajba biex jiksbu l-objettivi klimatiċi tal-Unjoni u jagħmlu progress fl-adattament, jenħtieġ li l-Kummissjoni tivvaluta b'mod regolari l-progress li jkun qed isir. F'każ li l-progress li jkun sar minn kull Stat Membru u l-progress kollettiv li l-Istati Membri jkunu għamlu biex jilħqu l-objettivi klimatiċi tal-Unjoni jew b'rabta mal-adattament ma jkunux biżżejjed jew f'każ li kwalunkwe miżura tal-Unjoni ma tkunx konsistenti mal-objettivi klimatiċi tal-Unjoni jew ma tkunx adegwata biex ittejjeb il-kapaċità ta' adattament, biex isaħħaħ ir-reżiljenza jew biex tnaqqas il-vulnerabbiltà , jenħtieġ li l-Kummissjoni tieħu l-miżuri meħtieġa skont it-Trattati. Jenħtieġ li l-Kummissjoni tivvaluta wkoll b'mod regolari l-miżuri nazzjonali rilevanti u tagħmel rakkomandazzjonijiet meta ssib li l-miżuri ta' xi Stat Membru ma jkunux konsistenti mal-objettivi klimatiċi tal-Unjoni jew ma jkunux adegwati biex itejbu l-kapaċità ta' adattament, biex isaħħu r-reżiljenza u biex inaqqsu l-vulnerabbiltà għat-tibdil fil-klima. Jenħtieġ li meta tiġi għall-adozzjoni l-Kummissjoni tippubblika dik il-valutazzjoni u r-riżultati tagħha.

Emenda 56

Proposta għal regolament

Premessa 18a (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(18a)

Il-kisba tan-newtralità klimatika hija possibbli biss jekk l-Istati Membri kollha jaqsmu l-piż u jimpenjaw ruħhom bis-sħiħ għat-tranżizzjoni lejn in-newtralità klimatika. Kull Stat Membru għandu l-obbligu li jilħaq il-miri interim u finali u jekk il-Kummissjoni tqis li dawn l-obbligi ma ntlaħqux, jenħtieġ li l-Kummissjoni tingħata s-setgħa li tieħu miżuri kontra l-Istati Membri. Jenħtieġ li l-miżuri jkunu proporzjonati, xierqa u konformi mat-Trattati.

Emenda 57

Proposta għal regolament

Premessa 18b (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(18b)

L-għarfien espert xjentifiku u l-aqwa evidenza aġġornata disponibbli, flimkien ma' informazzjoni dwar it-tibdil fil-klima li tkun kemm fattwali kif ukoll trasparenti huma fundamentali u jeħtieġ li jsejsu l-azzjoni u l-isforzi klimatiċi tal-Unjoni biex tinkiseb newtralità klimatika sa mhux aktar tard mill-2050. Il-korpi konsultattivi nazzjonali dwar il-klima jaqdu rwol importanti fl-informar tal-pubbliku u fil-kontribut għad-dibattitu ta' orjentazzjoni rigward it-tibdil fil-klima f'dawk l-Istati Membri fejn jeżistu. Għalhekk, l-Istati Membri li għadhom ma għamlux dan, huma mħeġġa jistabbilixxu korp konsultattiv nazzjonali dwar il-klima, li jikkonsisti minn xjentisti magħżula abbażi tal-għarfien espert tagħhom fil-qasam tat-tibdil fil-klima u dixxiplini oħra rilevanti għall-kisba tal-objettivi ta' dan ir-Regolament. F'kooperazzjoni ma' dawn il-korpi konsultattivi nazzjonali dwar il-klima, jenħtieġ li l-Kummissjoni twaqqaf bord konsultattiv xjentifiku indipendenti dwar it-tibdil fil-klima, il-Kunsill Ewropew dwar it-Tibdil fil-Klima (ECCC), li għandu jikkomplementa l-ħidma tal-Aġenzija Ewropea għall-Ambjent (EEA), u l-aġenziji u l-istituzzjonijiet tar-riċerka eżistenti tal-Unjoni. Jenħtieġ li l-missjonijiet tiegħu jevitaw kwalunkwe duplikazzjoni mal-missjoni tal-IPCC fil-livell internazzjonali. Jenħtieġ li l-ECCC jkun magħmul minn kumitat xjentifiku, li jkun jikkonsisti f'esperti għolja magħżula, u appoġġat minn bord maniġerjali li jiltaqa' darbtejn fis-sena. L-għan tal-ECCC huwa li kull sena jipprovdi lill-istituzzjonijiet tal-Unjoni valutazzjonijiet tal-konsistenza tal-miżuri tal-Unjoni biex jitnaqqsu l-emissjonijiet ta' gassijiet b'effett ta' serra mal-objettivi klimatiċi tal-Unjoni u l-impenji internazzjonali tagħha dwar il-klima. L-ECCC għandu jivvaluta wkoll l-azzjonijiet u l-mogħdijiet biex jitnaqqsu l-emissjonijiet tal-gassijiet b'effett ta' serra u biex jiġi identifikat il-potenzjal ta' sekwestru tal-karbonju.

Emenda 58

Proposta għal regolament

Premessa 19

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(19)

Jenħtieġ li l-Kummissjoni tiżgura valutazzjoni objettiva soda li tkun ibbażata fuq l-iktar sejbiet xjentifiċi, tekniċi u soċjoekonomiċi aġġornati u li tkun tirrappreżenta firxa wiesgħa ta' għarfien espert indipendenti, u li hija ssejjes il-valutazzjoni tagħha fuq informazzjoni rilevanti, fosthom l-informazzjoni li l-Istati Membri jibagħtu u jirrappurtaw dwarha, ir-rapporti tal-Aġenzija Ewropea għall-Ambjent u l-aqwa evidenza xjentifika disponibbli, fosthom ir-rapporti tal-IPCC. Minħabba li l-Kummissjoni ntrabtet li tesplora kif is-settur pubbliku jista' juża t-tassonomija tal-UE fil-kuntest tal-Patt Ekoloġiku Ewropew, jenħtieġ li din tkun tinkludi informazzjoni dwar investiment sostenibbli mil-lat tal-ambjent min-naħa tal-Unjoni u tal-Istati Membri, b'mod konsistenti mar-Regolament (UE) 2020/… [ir-Regolament dwar it-tassonomija], meta t-tali informazzjoni tkun disponibbli. Jenħtieġ li l-Kummissjoni tuża l-istatistika u d-data Ewropej meta dawn ikunu disponibbli, u li din titlob li jsir skrutinju min-naħa tal-esperti. Jenħtieġ li l-Aġenzija Ewropea għall-Ambjent tgħin lill-Kummissjoni kif xieraq, skont il-programm annwali ta' ħidma tagħha.

(19)

Jenħtieġ li l-Kummissjoni tiżgura valutazzjoni oġġettiva soda li tkun ibbażata fuq l-iktar sejbiet xjentifiċi, tekniċi u soċjoekonomiċi aġġornati u li tkun tirrappreżenta firxa wiesgħa ta' għarfien espert indipendenti, u li hija ssejjes il-valutazzjoni tagħha fuq informazzjoni rilevanti, fosthom l-informazzjoni li l-Istati Membri jibagħtu u jirrappurtaw dwarha, ir-rapporti tal-Aġenzija Ewropea għall-Ambjent u l-aqwa evidenza xjentifika disponibbli, fosthom ir-rapporti tal-IPCC , il-UNEP, l-IPBES, l-ECCC u, fejn possibbli, il-korpi konsultattivi nazzjonali dwar il-klima tal-Istati Membri . Minħabba li l-Kummissjoni ntrabtet li tesplora kif is-settur pubbliku jista' juża t-tassonomija tal-UE fil-kuntest tal-Patt Ekoloġiku Ewropew, jenħtieġ li din tkun tinkludi informazzjoni dwar investiment sostenibbli mil-lat tal-ambjent min-naħa tal-Unjoni u tal-Istati Membri, b'mod konsistenti mar-Regolament (UE) 2020/… [ir-Regolament dwar it-tassonomija], meta t-tali informazzjoni tkun disponibbli. Jenħtieġ li l-Kummissjoni tuża l-istatistika u d-data Ewropej meta dawn ikunu disponibbli, u li din titlob li jsir skrutinju min-naħa tal-esperti. Jenħtieġ li l-Aġenzija Ewropea għall-Ambjent tgħin lill-Kummissjoni kif xieraq, skont il-programm annwali ta' ħidma tagħha.

Emenda 59

Proposta għal regolament

Premessa 20

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(20)

Minħabba li ċ-ċittadini u  l-komunitajiet għandhom rwol ewlieni x'jaqdu biex imexxu 'l quddiem it-trasformazzjoni lejn in-newtralità klimatika, jenħtieġ li tiġi ffaċilitata parteċipazzjoni qawwija pubblika u soċjali b'rabta mal-azzjoni klimatika. Għalhekk jenħtieġ li l-Kummissjoni tikkollabora mas-setturi kollha tas-soċjetà biex tippermettilhom jieħdu azzjoni favur soċjetà newtrali għall-klima u reżiljenti għat-tibdil fil-klima u biex tagħtihom is-setgħa jagħmlu dan, fosthom billi tniedi Patt Klimatiku Ewropew.

(20)

Minħabba li ċ-ċittadini , il-komunitajiet u  r-reġjuni għandhom rwol ewlieni x'jaqdu biex imexxu 'l quddiem it-trasformazzjoni lejn in-newtralità klimatika, jenħtieġ li tiġi kemm imħeġġa kif ukoll iffaċilitata parteċipazzjoni qawwija pubblika u soċjali b'rabta mal-azzjoni klimatika fil-livell lokali, reġjonali u dak nazzjonali . Għalhekk jenħtieġ li l-Kummissjoni u l-Istati Membri jikkollaboraw mas-setturi kollha tas-soċjetà b'mod trasparenti għalkollox biex jippermettulhom jieħdu azzjoni favur soċjetà soċjalment ġusta, b'bilanċ bejn il-ġeneru, newtrali għall-klima u reżiljenti għat-tibdil fil-klima u biex jagħtuhom is-setgħa jagħmlu dan, fosthom bit-tnedija ta' Patt Klimatiku Ewropew.

Emenda 60

Proposta għal regolament

Premessa 21

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(21)

Biex l-atturi ekonomiċi kollha, fosthom in-negozji, il-ħaddiema, l-investituri u l-konsumaturi, jingħataw il-prevedibbiltà u l-fiduċja, biex ikun żgurat li t-tranżizzjoni lejn in-newtralità klimatika tkun irriversibbli, biex ikun żgurat li jkun hemm tnaqqis gradwali maż-żmien u biex tingħata għajnuna fil-valutazzjoni tal-konsistenza tal-miżuri mal-objettiv tan-newtralità klimatika u fil-valutazzjoni tal-progress li jkun qed isir biex jinkiseb dan l-objettiv, jenħtieġ li l-Kummissjoni tingħata s-setgħa li tadotta atti skont l-Artikolu 290 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea biex tistabbilixxi trajettorja biex jinkisbu emissjonijiet żero netti tal-gassijiet b'effett ta' serra fl-Unjoni sal-2050 . Huwa importanti ferm li l-Kummissjoni twettaq il-konsultazzjonijiet ix-xierqa matul il-ħidma ta' tħejjija tagħha, inkluż fil-livell tal-esperti, u li dawk il-konsultazzjonijiet twettaqhom skont il-prinċipji stabbiliti fil-Ftehim Interistituzzjonali tat-13 ta' April 2016 dwar it-Tfassil Aħjar tal-Liġijiet37. B'mod partikulari, biex tiġi żgurata parteċipazzjoni ndaqs fit-tħejjija tal-atti delegati, il-Parlament Ewropew u l-Kunsill jirċievu d-dokumenti kollha fl-istess ħin li fih jirċevuhom l-esperti tal-Istati Membri, u l-esperti tagħhom ikollhom aċċess sistematiku għal-laqgħat tal-gruppi tal-esperti tal-Kummissjoni li jkunu qed jittrattaw it-tħejjija tal-atti delegati .

(21)

Biex l-atturi ekonomiċi kollha, fosthom in-negozji, l-SMEs, il-ħaddiema u t-trade unions , l-investituri u l-konsumaturi, jingħataw il-prevedibbiltà u l-fiduċja, biex ikun żgurat li t-tranżizzjoni lejn in-newtralità klimatika tkun irriversibbli, biex ikun żgurat li jkun hemm tnaqqis gradwali maż-żmien u biex tingħata għajnuna fil-valutazzjoni tal-konsistenza tal-miżuri u tal-progress li jkun qed isir biex jinkiseb dan l-objettiv, jenħtieġ li l-Kummissjoni tivvaluta l-għażliet għall-istabbiliment ta' trajettorja biex jinkisbu emissjonijiet żero netti tal-gassijiet b'effett ta' serra fl-Unjoni sal-2050 u jenħtieġ li, jekk ikun xieraq, tressaq proposti leġiżlattva quddiem il-Parlament Ewropew u l-Kunsill.

Emenda 61

Proposta għal regolament

Premessa 22

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(22)

Jenħtieġ li l-istrumenti tal-Unjoni marbutin mat-tnaqqis tal-emissjonijiet tal-gassijiet b'effett ta' serra jkunu koerenti bejniethom biex il-Kummissjoni tkompli żżomm mal-prinċipji dwar it-Tfassil Aħjar tal-Liġijiet. Jenħtieġ li s-sistema użata biex jitkejjel il-progress li jkun qed isir biex jintlaħaq l-objettiv tan-newtralità klimatika , kif ukoll biex titkejjel il-konsistenza tal-miżuri li jkunu ttieħdu ma' dak l-objettiv, tissejjes fuq il-qafas ta' governanza stabbilit fir-Regolament (UE) 2018/1999 u tkun konsistenti miegħu. B'mod partikulari, jenħtieġ li s-sistema ta' rappurtar regolari u t-tqegħid tal-valuazzjoni u tal-azzjonijiet tal-Kummissjoni f'sekwenza abbażi tar-rappurtar ikunu allinjati mar-rekwiżiti stabbiliti fir-Regolament (UE) 2018/1999 biex l-Istati Membri jibagħtu l-informazzjoni u jipprovdu r-rapporti. Għalhekk jenħtieġ li r-Regolament (UE) 2018/1999 jiġi emendat biex l-objettiv tan-newtralità klimatika jiddaħħal fid-dispożizzjonijiet rilevanti.

(22)

Jenħtieġ li l-istrumenti tal-Unjoni marbutin mat-tnaqqis tal-emissjonijiet tal-gassijiet b'effett ta' serra jkunu koerenti bejniethom biex il-Kummissjoni tkompli żżomm mal-prinċipji dwar it-Tfassil Aħjar tal-Liġijiet. Jenħtieġ li s-sistema użata biex jitkejjel il-progress li jkun qed isir biex jintlaħqu l-objettivi klimatiċi tal-Unjoni , kif ukoll biex titkejjel il-konsistenza tal-miżuri li jkunu ttieħdu ma' dak l-objettiv, tissejjes fuq il-qafas ta' governanza stabbilit fir-Regolament (UE) 2018/1999 u tkun konsistenti miegħu. B'mod partikulari, jenħtieġ li s-sistema ta' rappurtar regolari u t-tqegħid tal-valuazzjoni u tal-azzjonijiet tal-Kummissjoni f'sekwenza abbażi tar-rappurtar ikunu allinjati mar-rekwiżiti stabbiliti fir-Regolament (UE) 2018/1999 biex l-Istati Membri jibagħtu l-informazzjoni u jipprovdu r-rapporti. Għalhekk jenħtieġ li r-Regolament (UE) 2018/1999 jiġi emendat biex l-objettiv tan-newtralità klimatika jiddaħħal fid-dispożizzjonijiet rilevanti.

Emenda 62

Proposta għal regolament

Premessa 23

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(23)

Min-natura tagħha, l-isfida tat-tibdil fil-klima hija waħda transkonfinali u hemm bżonn ta' azzjoni kkoordinata fil-livell tal-Unjoni biex jissaħħu u jiġu ssupplimentati b'mod effettiv il-politiki nazzjonali. Minħabba li l-objettivi ta' dan ir-Regolament, jiġifieri li tinkiseb in-newtralità klimatika fl-Unjoni sal- 2050, ma jistgħux jintlaħqu b'mod suffiċjenti mill-Istati Membri waħedhom iżda jistgħu jintlaħqu aħjar fil-livell tal-Unjoni minħabba d-daqs u l-effetti tagħhom, l-Unjoni tista' tadotta miżuri skont il-prinċipju tas-sussidjarjetà kif stabbilit fl-Artikolu 5 tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea. Skont il-prinċipju tal-proporzjonalità kif stabbilit f'dak l-Artikolu, dan ir-Regolament ma jmurx lil hinn minn dak li huwa meħtieġ biex jinkisbu dawk l-objettivi,

(23)

Min-natura tagħha, l-isfida tat-tibdil fil-klima hija waħda transkonfinali u hemm bżonn ta' azzjoni kkoordinata fil-livell tal-Unjoni biex jissaħħu u jiġu ssupplimentati b'mod effettiv il-politiki nazzjonali. Minħabba li l-objettivi ta' dan ir-Regolament, jiġifieri li tinkiseb in-newtralità klimatika fl-Unjoni u fl-Istati Membri kollha sa mhux aktar tard mill- 2050, ma jistgħux jintlaħqu b'mod suffiċjenti mill-Istati Membri waħedhom iżda jistgħu jintlaħqu aħjar fil-livell tal-Unjoni minħabba d-daqs u l-effetti tagħhom, l-Unjoni tista' tadotta miżuri skont il-prinċipju tas-sussidjarjetà kif stabbilit fl-Artikolu 5 tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea. Skont il-prinċipju tal-proporzjonalità kif stabbilit f'dak l-Artikolu, dan ir-Regolament ma jmurx lil hinn minn dak li huwa meħtieġ biex jinkisbu dawk l-objettivi.

Emenda 63

Proposta għal regolament

Premessa 23a (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(23a)

L-Unjoni bħalissa hija responsabbli għal 10 % tal-emissjonijiet globali ta' gassijiet b'effett ta' serra. L-objettiv tan-newtralità klimatika huwa limitat għall-emissjonijiet mill-produzzjoni tal-Unjoni. Politika dwar it-tibdil fil-klima koerenti tinvolvi wkoll il-kontroll tal-emissjonijiet li jirriżultaw mill-konsum u l-importazzjonijiet tal-enerġija u r-riżorsi.

Emenda 64

Proposta għal regolament

Premessa 23b (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(23b)

L-impronta klimatika tal-konsum tal-Unjoni hija għodda essenzjali li jenħtieġ li tiġi żviluppata sabiex titjieb il-konsistenza ġenerali tal-objettivi klimatiċi tal-Unjoni.

Emenda 65

Proposta għal regolament

Premessa 23c (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(23c)

Politika tal-Unjoni dwar il-klima li tkun kompletament effiċjenti jenħtieġ li tindirizza r-rilokazzjoni tal-emissjonijiet tal-karbonju u tiżviluppa l-għodod xierqa, bħal mekkaniżmu ta' aġġustament tal-karbonju fil-fruntiera, biex tindirizza din il-problema u tipproteġi l-istandards tal-Unjoni u l-atturi ewlenin tal-industriji tal-Unjoni.

Emenda 66

Proposta għal regolament

Premessa 23d (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(23d)

L-importazzjonijiet ta' prodotti agrikoli u oġġetti tal-ikel minn pajjiżi terzi żdiedu b'mod kontinwu f'dawn l-aħħar snin.

Emenda 67

Proposta għal regolament

Premessa 23e (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(23e)

Fil-Komunikazzjoni tagħha, “Il-Patt Ekoloġiku Ewropew”, il-Kummissjoni enfasizzat il-ħtieġa tal-aċċellerazzjoni tal-bidla lejn mobilità sostenibbli u intelliġenti bħala politika ta' prijorità lejn in-netwralità klimatika. Sabiex tiżgura t-tranżizzjoni lejn mobilità sostenibbli u intelliġenti, il-Kummissjoni indikat li se tadotta strateġija komprensiva dwar il-mobilità sostenibbli u intelliġenti fl-2020 b'miżuri ambizzjużi mmirati biex inaqqsu b'mod sinifikanti l-emissjonijiet tas-CO2 u ta' sustanzi niġġiesa fil-modi kollha tat-trasport, inkluż billi tagħti spinta lill-użu ta' vetturi nodfa u fjuwils alternattivi għat-trasport bit-triq, bil-baħar u bl-ajru, iżżid is-sehem ta' modi tat-trasport aktar sostenibbli bħalma huma l-ferroviji u l-passaġġi tal-ilma interni, u ttejjeb l-effiċjenza fis-sistema kollha tat-trasport, filwaqt li tinċentiva għażliet aktar sostenibbli għall-konsumaturi u prattiki b'emissjonijiet baxxi, u tinvesti f'soluzzjonijiet b'emissjonijiet baxxi u emissjonijiet żero, inkluża l-infrastruttura.

Emenda 68

Proposta għal regolament

Premessa 23f (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(23f)

L-infrastruttura tat-trasport jista' jkollha rwol ewlieni fl-aċċellerazzjoni tat-trasformazzjoni għal mobilità sostenibbli u intelliġenti billi tipprovdi għal bidla modali lejn modi tat-trasport aktar sostenibbli, b'mod partikolari għat-trasport tal-merkanzija. Fl-istess ħin, l-avvenimenti tat-tibdil fil-klima, bħal-livelli tal-ilma dejjem jogħlew, il-kundizzjonijiet estremi tat-temp, in-nixfa u ż-żieda fit-temperatura jistgħu jirriżultaw fi ħsara għall-infrastruttura, tfixkil operazzjonali, pressjonijiet fuq il-kapaċità u l-effiċjenza tal-katina tal-provvista, u konsegwentement ikollhom implikazzjoni negattiva għall-mobilità Ewropea. Għalhekk, it-tlestija tan-network ċentrali tan-Network Trans-Ewropew tat-Trasport (TEN-T) sal-2030 u t-tlestija tan-network komplementari tat-TEN-T sal-2040 huma tal-akbar importanza, filwaqt li jitqiesu l-obbligi stabbiliti fid-dritt tal-Unjoni dwar l-indirizzar tal-emissjonijiet ta' gassijiet b'effett ta' serra tal-proġetti matul iċ-ċiklu kollu tal-ħajja tagħhom. Barra minn hekk, jenħtieġ li l-Kummissjoni tikkunsidra li tipproponi qafas leġiżlattiv biex jissaħħu l-ġestjoni tar-riskju, ir-reżiljenza u l-adattament tal-infrastruttura tat-trasport għall-klima.

Emenda 69

Proposta għal regolament

Premessa 23 g (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(23 g)

Il-konnettività tan-network ferrovjarju Ewropew, b'mod partikolari l-konnessjonijiet internazzjonali, biex it-trasport tal-passiġġieri bil-ferrovija isir aktar attraenti għal vjaġġi fuq distanzi medji u twal u t-titjib fil-kapaċità tas-sistemi ferrovjarji u l-passaġġi fuq l-ilma interni għall-merkanzija, jenħtieġ li jkunu fil-qalba tal-azzjoni leġiżlattiva tal-UE.

Emenda 70

Proposta għal regolament

Premessa 23h (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(23h)

Huwa importanti li jiġi żgurat li jkun hemm investimenti suffiċjenti fl-iżvilupp ta' infrastruttura xierqa għal mobilità b'emissjonijiet żero, inklużi pjattaformi intermodali, u fit-tisħiħ tar-rwol tal-Faċilità Nikkollegaw l-Ewropa (FNE) fl-appoġġ għat-tranżizzjoni lejn mobilità intelliġenti, sostenibbli u sikura fl-Unjoni;

Emenda 71

Proposta għal regolament

Premessa 23i (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(23i)

F'konformità mal-isforz tal-Unjoni biex tbiddel it-trasport bit-triq f'wieħed ferrovjarju sabiex il-mezz tat-trasport l-aktar effiċjenti f'termini ta' CO2 jitpoġġa fuq quddiem nett filwaqt li titqies is-Sena Ewropea tal-ferrovija li jmiss fl-2021, jenħtieġ li titpoġġa enfasi leġiżlattiva partikolari fuq il-ħolqien ta' Żona Ferrovjarja Unika Ewropea reali billi sal-2024 jitneħħew il-piżijiet amministrattivi kollha u l-liġijiet nazzjonali protezzjonisti.

Emenda 72

Proposta għal regolament

Premessa 23j (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(23j)

Sabiex tilħaq l-objettiv tan-newtralità klimatika sal-2050, jenħtieġ li l-Kummissjoni ssaħħaħ ukoll il-leġiżlazzjoni speċifika dwar standards tal-prestazzjoni tal-emissjonijiet tas-CO2 għall-karozzi, il-vannijiet u t-trakkijiet, tipprovdi miżuri speċifiċi biex twitti t-triq għall-elettrifikazzjoni tat-trasport bit-triq, u tieħu inizjattivi biex tintensifika l-produzzjoni u l-użu ta' fjuwils alternattivi sostenibbli.

Emenda 73

Proposta għal regolament

Premessa 23k (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(23k)

Fir-riżoluzzjoni tiegħu tat-28 ta' Novembru 2019 dwar il-Konferenza tan-NU tal-2019 dwar it-Tibdil fil-Klima li saret f'Madrid, Spanja (COP25), il-Parlament Ewropew innota li l-miri u l-miżuri globali attwali previsti mill-Organizzazzjoni Marittima Internazzjonali u l-Organizzazzjoni tal-Avjazzjoni Ċivili Internazzjonali, anke jekk jiġu implimentati b'mod sħiħ, mhumiex se jwasslu għat-tnaqqis meħtieġ tal-emissjonijiet, u li jeħtieġ tittieħed azzjoni ulterjuri sinifikanti fil-livell Ewropew u dak globali li tkun konsistenti mal-objettiv mifrux mal-ekonomija kollha ta' emissjonijiet żero netti tal-gassijiet b'effett ta' serra;

Emenda 158

Proposta għal regolament

Premessa 23l (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(23l)

Il-Kummissjoni jenħtieġ li tintensifika l-isforzi tagħha lejn il-kisba ta' suq intern tal-enerġija li jiffunzjona tajjeb peress li huwa komponent importanti tat-tranżizzjoni enerġetika u jgħin biex din issir finanzjarjament vijabbli. Għalhekk l-iżvilupp ta' networks intelliġenti u diġitali tal-elettriku u tal-gass jenħtieġ li jingħata prijorità ewlenija fil-qafas finanzjarju pluriennali (QFP). Il-programmi ta' rkupru wara l-COVID-19 jenħtieġ li jappoġġaw ukoll l-iżvilupp ta' grilji enerġetiċi transnazzjonali. Hemm bżonn ta' proċeduri deċiżjonali effettivi u rapidi biex jappoġġaw l-iżviluppi tal-grilji transnazzjonali, b'mod partikulari fl-infrastruttura tal-gass orjentata lejn il-futur u kompatibbli mal-idroġenu.

Emenda 74

Proposta għal regolament

Artikolu 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Artikolu 1

Artikolu 1

Suġġett u kamp ta' applikazzjoni

Suġġett u kamp ta' applikazzjoni

Dan ir-Regolament jistabbilixxi qafas biex jitnaqqsu bil-mod il-mod u  b'mod irriversibbli lemissjonijiet tal-gassijiet b'effett ta' serra fl-Unjoni u biex jitjieb l-assorbiment permezz talbjar naturali jew ta' bjar oħrajn fl-Unjoni.

Dan ir-Regolament jistabbilixxi qafas għat-tnaqqis irriversibbli, prevedibbli u  rapidu tal-emissjonijiet tal-gassijiet b'effett ta' serra u biex jitjieb l-assorbiment permezz tal-bjar naturali jew ta' bjar oħrajn fl-Unjoni f'konformità mal-objettivi klimatiċi u ambjentali tal-Unjoni .

Dan ir-Regolament jistabbilixxi objettiv vinkolanti ta' newtralità klimatika sal- 2050 fl-Unjoni sabiex tinkiseb il-mira fit-tul dwar it-temperatura stabbilita fl-Artikolu 2 tal-Ftehim ta' Pariġi, u jipprevedi qafas biex isir progress fl-ilħiq tal-mira ta' adattament globali stabbilita fl-Artikolu 7 ta' dak il-Ftehim. Jistabbilixxi wkoll mira vinkolanti tal-Unjoni għat-tnaqqis tal-emissjonijiet netti tal-gassijiet serra għall-2030.

Dan ir-Regolament jistabbilixxi objettiv vinkolanti ta' newtralità klimatika sa mhux aktar tard mill- 2050 fl-Unjoni sabiex tinkiseb il-mira fit-tul dwar it-temperatura stabbilita fl-Artikolu 2 tal-Ftehim ta' Pariġi, u jipprevedi qafas biex isir progress fl-ilħiq tal-mira ta' adattament globali stabbilita fl-Artikolu 7 ta' dak il-Ftehim.

Dan ir-Regolament japplika għall-emissjonijiet antropoġeniċi tal-gassijiet b'effett ta' serra mniżżlin fil-Parti 2 tal-Anness V tar-Regolament (UE) 2018/1999 u għall-assorbiment tagħhom permezz ta' bjar naturali jew bjar oħrajn.

Dan ir-Regolament japplika għall-emissjonijiet antropoġeniċi tal-gassijiet b'effett ta' serra mniżżlin fil-Parti 2 tal-Anness V tar-Regolament (UE) 2018/1999 u għall-assorbiment tagħhom permezz ta' bjar naturali jew bjar oħrajn.

Emendi 75 u 159

Proposta għal regolament

Artikolu 2

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Artikolu 2

Artikolu 2

Objettiv tan-newtralità klimatika

Objettiv tan-newtralità klimatika

1.   Għandu jinkiseb bilanċ bejn l-emissjonijiet tal-gassijiet b'effett ta' serra rregolati mil-liġi tal-Unjoni u l-assorbiment tagħhom fl-Unjoni sa mhux iktar tard mill-2050, hekk li l-emissjonijiet netti għandhom ikunu tnaqqsu għal żero sa dik id-data .

1.   Għandu jinkiseb bilanċ bejn l-emissjonijiet antropoġeniċi minn fonti u l-assorbiment minn bjar tal-gassijiet b'effett ta' serra rregolati mil-liġi tal-Unjoni sa mhux iktar tard mill-2050, biex b'hekk tinkiseb newtralità klimatikali sa dik id-data. Kull Stat Membru għandu jilħaq il-mira ta' newtralità klimatika sa mhux aktar tard mill-2050.

2.   L-istituzzjonijiet rilevanti tal-Unjoni u l-Istati Membri għandhom jieħdu l-miżuri meħtieġa fil-livell tal-Unjoni u fil-livell nazzjonali rispettivament, biex ikun jista' jinkiseb b'mod kollettiv l-objettiv tan-newtralità klimatika stabbilit fil-paragrafu 1, filwaqt li jqisu l-importanza tal-fatt li jippromwovu l-ġustizzja u  s-solidarjetà fost l-Istati Membri.

2.   L-istituzzjonijiet rilevanti tal-Unjoni u l-Istati Membri għandhom jieħdu l-miżuri meħtieġa abbażi tal-aħjar xjenza disponibbli u aġġornata u jipprovdu appoġġ fil-livell tal-Unjoni u fil-livell nazzjonali , reġjonali u lokali rispettivament, biex ikun jista' jinkiseb b'mod kollettiv l-objettiv tan-newtralità klimatika fl-Unjoni u fl-Istati Membri kollha kif stabbilit fil-paragrafu 1, filwaqt li jqisu l-importanza tal-promozzjoni tal-ġustizzja u s-solidarjetà u  ta' tranżizzjoni ġusta fost l-Istati Membri , il-koeżjoni soċjali u ekonomika, il-protezzjoni taċ-ċittadini vulnerabbli tal-Unjoni u l-importanza tal-ġestjoni, ir-restawr, il-protezzjoni u t-titjib tal-bijodiversità marina u terrestri, l-ekosistemi u l-bjar tal-karbonju .

 

2a.     Mill-1 ta' Jannar 2051, l-assorbimenti tal-gassijiet b'effett ta' serra mill-bjar għandhom jaqbżu l-emissjonijiet antropoġeniċi fl-Unjoni u fl-Istati Membri kollha.

 

2b.     Sal-31 ta' Mejju 2023, il-Kummissjoni għandha, b'segwitu għal valutazzjoni tal-impatt dettaljata u b'kont meħud tal-baġit għall-gassijiet b'effett ta' serra msemmi fl-Artikolu 3(2a), tesplora għażliet għall-istabbiliment ta' mira tal-Unjoni għall-2040 għat-tnaqqis tal-emissjonijiet ta' gassijiet b'effett ta' serra meta mqabbla mal-1990, u għandha tippreżenta proposti leġislattivi, fejn xieraq, lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill.

 

Meta tkun qed tesplora l-għażliet għall-mira għall-2040 b'rabta mal-klima, il-Kummissjoni għandha tikkonsulta mal-ECCC u tqis il-kriterji stabbiliti fl-Artikolu 3(3).

 

2c.     Mhux aktar tard minn 12-il xahar wara l-adozzjoni tal-mira għall-2040 b'rabta mal-klima, il-Kummissjoni għandha tivvaluta kif il-leġiżlazzjoni kollha rilevanti tal-Unjoni għall-ilħuq ta' dik il-mira jeħtieġ tiġi emendata, u għandha tqis li tieħu l-miżuri neċessarji, inkluża l-adozzjoni ta' proposti leġiżlattivi, f'konformità mat-Trattati.

 

2d.     Sa Diċembru 2020, il-Kummissjoni għandha tħejji pjan li jistabbilixxi l-miżuri li jridu jittieħdu fil-livell tal-Unjoni sabiex jiġi żgurat li jkunu mobilizzati r-riżorsi xierqa li jippermettu l-investimenti meħtieġa ħalli tinkiseb ekonomija tal-Unjoni b'newtralità klimatika. Il-pjan għandu jirrieżamina l-mekkaniżmi ta' kumpens attwali għall-Istati Membri bi dħul aktar baxx, filwaqt li jqis iż-żieda fil-piż assoċjat mal-ambizzjonijiet klimatiċi elevati, l-appoġġ mill-faċilità ta' Rkupru u ta' Reżiljenza, mill-programmi InvestEU u mill-Fond għal Tranżizzjoni Ġusta.

Emendi 100, 148 u 150

Proposta għal regolament

Artikolu 2 a

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Artikolu 2a

Artikolu 2a

Mira klimatika għall-2030t

1.    Biex jintlaħaq l-objettiv tan-newtralità klimatika stabbilit fl-Artikolu 2(1), il-mira klimatika vinkolanti tal-Unjoni għall-2030 għandha tkun tnaqqis tal-emissjonijiet netti tal-gassijiet serra (emissjonijiet wara t-tnaqqis tal-assorbimenti) b’mill-inqas 55 % sal-2030 meta mqabbla mal-livelli tal-1990.

Mira klimatika għall-2030

1.    Il-mira tal-Unjoni għall-2030 għall-klima għandha tkun tnaqqis tal-emissjonijiet ta' 60  % meta mqabbla mal- 1990.

2.   Sat-30 ta’ Ġunju 2021, il-Kummissjoni għandha twettaq rieżami tal-leġiżlazzjoni rilevanti tal-Unjoni biex tippermetti l-kisba tal-mira stabbilita fil-paragrafu 1 ta’ dan l-Artikolu u l-objettiv tan-newtralità klimatika stabbilit fl-Artikolu 2(1) u tikkunsidra li tieħu l-miżuri meħtieġa, inkluż l-adozzjoni ta’ proposti leġiżlattivi, f’konformità mat-Trattati.

2.   Sat-30 ta' Ġunju 2021, il-Kummissjoni għandha tivvaluta kif il-leġiżlazzjoni kollha tal-Unjoni rilevanti għall-kisba tal-mira klimatika tal-Unjoni għall-2030 u leġiżlazzjoni rilevanti oħra tal-Unjoni li tippromwovi l-ekonomija ċirkolari u tikkontribwixxi għat-tnaqqis tal-emissjonijiet tal-gassijiet b'effett ta' serra jeħtieġ jiġu emendati sabiex tkun tista' tinkiseb il-mira ta' tnaqqis ta' emissjonijiet imsemmija fil-paragrafu 1 ta' dan l-Artikolu u biex jinkiseb l-objettiv tan-newtralità klimatika stabbilit fl-Artikolu 2(1), u tieħu l-miżuri meħtieġa skont it-Trattati, fosthom l-adozzjoni ta' proposti leġiżlattivi. Il-Kummissjoni għandha b'mod partikolari tevalwa l-għażliet għall-allinjament tal-emissjonijiet mis-setturi kollha, inklużi l-avjazzjoni u t-trasport marittimu, mal-mira tal-2030 għall-klima u l-objettiv tan-newtralità klimatika għall-2050 sabiex dawn l-emissjonijiet jitnaqqsu għal żero netti sa mhux aktar tard mill-2050 u għandha tippreżenta proposti leġiżlattivi, fejn xieraq, lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill. Il-Kummissjoni għandha timmobilizza riżorsi adegwati għall-investimenti kollha meħtieġa biex jintlaħqu l-miri msemmija f'dan il-paragrafu.

 

2a.     Il-Kummissjoni għandha tibbaża l-proposti tagħha msemmija fil-paragrafu 2 fuq valutazzjoni tal-impatt komprensiva li tkopri l-effetti ambjentali, ekonomiċi u soċjali, li tirrifletti s-sitwazzjoni ekonomika ta' wara l-COVID-19 u tagħti attenzjoni speċjali lill-potenzjal ta' tnaqqis u assorbiment settorjali, u l-impatt tal-Brexit fuq l-emissjonijiet tal-Unjoni. Il-Kummissjoni għandha tivvaluta l-impatt kumulattiv tal-emendar tal-leġiżlazzjoni tal-Unjoni li timplimenta l-mira tal-Unjoni għall-2030, kif stabbilit fil-paragrafu 1, fuq setturi industrijali differenti.

 

2b.     Meta tressaq il-proposti tagħha msemmija fil-paragrafu 2 għar-reviżjoni tal-leġiżlazzjoni rilevanti dwar il-klima u l-enerġija għall-2030, il-Kummissjoni għandha tiżgura bilanċ kosteffiċjenti u ekwu bejn l-ETS u s-settur tal-kondiviżjoni tal-isforzi, u bejn il-miri nazzjonali fis-settur tal-kondiviżjoni tal-isforzi, u fi kwalunkwe każ m'għandhiex sempliċiment tassumi sforz addizzjonali għal kull Stat Membru li jikkorrispondi għal żieda fl-ambizzjoni ta' 15 %. Il-Kummissjoni għandha tivvaluta l-impatti tal-introduzzjoni ta' aktar miżuri Ewropej li jistgħu jikkomplementaw il-miżuri eżistenti, bħal miżuri bbażati fuq is-suq li jinkludu mekkaniżmu ta' solidarjetà b'saħħtu.

Emenda 76

Proposta għal regolament

Artikolu 2b (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

Artikolu 2b

 

Il-korpi konsultattivi tal-Istati Membri dwar il-klima u l-Kunsill Ewropew dwar it-Tibdil fil-Klima

 

1.    Sat-30 ta' Ġunju 2021, l-Istati Membri kollha għandhom jinnotifikaw lill-Kummissjoni dwar il-korp konsultattiv nazzjonali indipendenti tagħhom dwar il-klima, responsabbli, iżda mhux limitat, għall-għoti ta' pariri esperti xjentifiċi rigward il-politika nazzjonali dwar il-klima. Jekk ma jeżisti l-ebda korp bħal dan, l-Istati Membri għandhom jiġu mħeġġa jistabbilixxu tali korp.

 

Biex jappoġġaw l-indipendenza xjentifika u l-awtonomija tal-korp konsultattiv nazzjonali indipendenti dwar il-klima, l-Istati Membri għandhom jiġu mħeġġa jieħdu miżuri xierqa li jippermettu lill-korp jopera b'mod kompletament trasparenti bis-sejbiet tiegħu jkunu disponibbli għall-pubbliku filwaqt li jinnotifikaw dawn il-miżuri lill-Kummissjoni.

 

2.    Sat-30 ta' Ġunju 2022, il-Kummissjoni għandha, f'kooperazzjoni ma' dawn il-korpi konsultattivi nazzjonali dwar il-klima, tistabbilixxi l-Kunsill Ewropew dwar it-Tibdil fil-Klima (ECCC), bħala bord konsultattiv xjentifiku permanenti, indipendenti u interdixxiplinari dwar it-tibdil fil-klima, li għandu jkun iggwidat mill-aħħar sejbiet xjentifiċi kif espressi mill-IPCC. L-ECCC għandu jikkomplementa l-ħidma tal-Aġenzija Ewropea għall-Ambjent (EEA), u l-istituzzjonijiet u l-aġenziji ta' riċerka eżistenti tal-Unjoni. Sabiex tiġi evitata kwalunkwe duplikazzjoni tax-xogħol, l-EEA għandha sservi bħala segretarjat tal-ECCC, filwaqt li tippreserva l-indipendenza baġitarja u amministrattiva tal-ECCC.

 

3.    Il-Membri tal-ECCC għandhom jinħatru għal perjodu ta' ħames snin, li jiġġedded darba. L-ECCC għandu jkun magħmul minn kumitat xjentifiku ta' massimu ta' 15-il espert anzjan li jiżgura firxa sħiħa ta' għarfien espert meħtieġ għall-attivitajiet elenkati fil-paragrafu 4. Il-kumitat xjentifiku għandu jkun responsabbli b'mod indipendenti għat-tfassil tal-parir xjentifiku tal-ECCC.

 

4.    L-attivitajiet tal-kumitat xjentifiku għandhom jinkludu:

 

(a)

il-valutazzjoni tal-konsistenza tat-trajettorji eżistenti u proposti tal-Unjoni, il-baġit għall-gassijiet b'effett ta' serra u l-miri tal-klima fil-konfront tal-impenji klimatiċi tal-Unjoni u dawk internazzjonali;

 

(b)

il-valutazzjoni tal-probabbiltà li wieħed jibqa' fil-limiti tal-baġit tal-Unjoni għall-gassijiet b'effett ta' serra u li tinkiseb in-newtralità klimatika skont il-miżuri eżistenti u ppjanati;

 

(c)

il-valutazzjoni tal-konsistenza tal-miżuri tal-Unjoni biex jitnaqqsu l-emissjonijiet ta' gassijiet b'effett ta' serra mal-objettivi stabbiliti fl-Artikolu 2;

 

(d)

l-identifikazzjoni ta' azzjonijiet u opportunitajiet biex jitnaqqsu l-emissjonijiet ta' gassijiet b'effett ta' serra u jiżdied il-potenzjal ta' sekwestru tal-karbonju; u

 

(e)

l-identifikazzjoni tal-konsegwenzi ta' nuqqas ta' azzjoni jew ta' azzjoni insuffiċjenti.

 

5.    Fit-twettiq tal-attivitajiet imsemmija fil-paragrafu 4, l-ECCC għandu jiżgura l-konsultazzjoni xierqa tal-korpi konsultattivi nazzjonali indipendenti dwar il-klima.

 

6.    Bord maniġerjali għandu jappoġġa l-ħidma tal-kumitat xjentifiku. Il-bord maniġerjali għandu jkun magħmul minn membru wieħed minn kull korp konsultattiv nazzjonali indipendenti dwar il-klima nnotifikat lill-Kummissjoni kif stabbilit fil-paragrafu 1, żewġ rappreżentanti magħżula mill-Kummissjoni, żewġ rappreżentanti magħżula mill-Parlament Ewropew, u l-President tas-segretarjat li għandu jinħatar miż-ŻEE.

 

Il-bord maniġerjali għandu jiltaqa' darbtejn fis-sena u huwa responsabbli għall-istabbiliment u l-monitoraġġ tal-attivitajiet tal-ECCC. Il-Parlament Ewropew u l-Kunsill għandhom jaħtru l-bord maniġerjali bi qbil komuni, abbażi ta' proposta mill-Kummissjoni. Il-President tal-bord maniġerjali jiġi elett minn fost il-membri tiegħu.

 

Ir-responsabbiltajiet tal-bord maniġerjali huma:

 

(a)

l-adozzjoni tal-programm ta' ħidma annwali fuq proposta mill-kumitat xjentifiku, u l-iżgurar tal-konsistenza tiegħu mal-mandat tal-ECCC;

 

(b)

il-ħatra tal-membri tal-kumitat xjentifiku li tiżgura li l-kompożizzjoni tal-kumitat xjentifiku tipprovdi l-firxa ta' għarfien espert meħtieġ għall-attivitajiet tal-programm ta' ħidma;

 

(c)

l-approvazzjoni tal-baġit tal-ECCC; u

 

(d)

il-koordinazzjoni ma' korpi konsultattivi nazzjonali dwar il-klima.

 

7.    Il-membri tal-kumitat xjentifiku għandhom jinħatru fuq bażi personali mill-bord maniġerjali. Il-President tal-kumitat xjentifiku jiġi elett minn fost il-membri tiegħu. Il-kumitat xjentifiku għandu jadotta b'maġġoranza ta' żewġ terzi r-regoli tiegħu ta' proċedura li għandhom jiżguraw l-indipendenza u l-awtonomija xjentifika sħiħa tiegħu.

 

Il-kandidati għas-sħubija tal-kumitat xjentifiku għandhom jiġu identifikati permezz ta' proċess miftuħ ta' evalwazzjoni. L-esperjenza professjonali tal-applikanti għall-kumitat xjentifiku li jissodisfaw ir-rekwiżiti tal-eliġibbiltà stabbiliti fis-sejħa għandha tkun soġġetta għal evalwazzjoni komparattiva bbażata fuq il-kriterji tal-għażla li ġejjin:

 

(a)

eċċellenza xjentifika;

 

(b)

esperjenza fit-twettiq ta' valutazzjonijiet xjentifiċi u/jew fl-għoti ta' pariri xjentifiċi fl-oqsma tal-għarfien espert;

 

(c)

għarfien espert wiesa' fil-qasam tax-xjenzi klimatiċi u ambjentali jew f'oqsma xjentifiċi oħra rilevanti għall-kisba tal-objettivi klimatiċi tal-Unjoni;

 

(d)

esperjenza fir-rieżami tal-ħidma xjentifika bejn il-pari;

 

(e)

esperjenza professjonali f'ambjent interdixxiplinari f'kuntest internazzjonali.

 

Il-kompożizzjoni tal-kumitat xjentifiku għandha tiżgura bilanċ bejn il-ġeneri, għarfien espert dixxiplinari u settorjali kif ukoll distribuzzjoni reġjonali.

 

8.    L-ECCC, fuq bażi annwali, għandu jirrapporta s-sejbiet tiegħu skont il-paragrafu 4 lill-Kummissjoni, lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill. Fejn meħtieġ, l-ECCC għandu jagħmel rakkomandazzjonijiet lill-Kummissjoni biex jiżgura li jintlaħqu l-objettivi ta' dan ir-Regolament. L-ECCC għandu jiżgura li jsegwi proċess kompletament trasparenti u li r-rapporti tiegħu jkunu disponibbli għall-pubbliku. Il-Kummissjoni għandha tqis ir-rapporti u kwalunkwe rakkomandazzjoni fihom u toħroġ rispons formali għall-ECCC mhux aktar tard minn tliet xhur wara li tirċevihom. Ir-rispons għal dawn ir-rapporti għandu jitqiegħed għad-dispożizzjoni tal-pubbliku.

Emendi 77, 123 u 145

Proposta għal regolament

Artikolu 3

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Artikolu 3

Artikolu 3

Trajettorja biex tinkiseb in-newtralità klimatika

Trajettorja biex tinkiseb in-newtralità klimatika

1.   Il-Kummissjoni għandha s-setgħa tadotta atti delegati skont l-Artikolu 9 biex tissupplimenta dan ir-Regolament billi tistabbilixxi trajettorja fil-livell tal-Unjoni biex , sal-2050, jinkiseb l-objettiv tan-newtralità klimatika stabbilit fl-Artikolu 2(1) . Sa mhux aktar tard minn sitt xhur minn meta jsir kull rendikont globali msemmi fl-Artikolu  14 tal-Ftehim ta' Pariġi , il-Kummissjoni għandha tirrevedi t-trajettorja .

1.    Sal-31 ta' Mejju 2023, il-Kummissjoni għandha tivvaluta l-alternattivi għall-istabbiliment ta' trajettorja indikattiva fil-livell tal-Unjoni biex jinkiseb l-objettiv stabbilit fl-Artikolu 2(1) li jibda mill-mira tal-klima tal-Unjoni għall-2030 imsemmija fl-Artikolu 2a(1) u b'kont meħud tal-mira vinkolanti intermedja għall-2040 għall-klima msemmija fl-Artikolu  2(2b) u għandha tagħmel, jekk ikun xieraq , proposta leġiżlattiva għal dan il-għan .

 

1a.     Ladarba t-trajettorja msemmija fil-paragrafu 1 tiġi stabbilita, il-Kummissjoni għandha teżaminaha mill-ġdid sa mhux aktar tard minn sitt xhur minn meta jsir kull rendikont globali msemmi fl-Artikolu 14 tal-Ftehim ta' Pariġi, li jibda mir-rendikont globali fl-2028. Il-Kummissjoni għandha tagħmel proposta leġiżlattiva biex taġġusta t-trajettorja meta tqis li dan ikun xieraq b'riżultat tar-rieżami.

2.    It-trajettorja għandha tibda mill-mira tal-Unjoni għall-2030 b'rabta mal-klima stipulata fl-Artikolu 2a(1) .

2.    Meta tagħmel proposti leġiżlattivi għall-istabbiliment ta' trajettorja f'konformità mal-paragrafu 1, il-Kummissjoni għandha tqis il-baġit tal-Unjoni għall-gassijiet b'effett ta' serra li jistabbilixxi l-kwantità totali li jifdal ta' emissjonijiet ta' gassijiet b'effett ta' serra bħala ekwivalenti għal CO 2 li jistgħu jiġu emessi sa mhux aktar tard mill-2050 mingħajr ma jitqiegħdu f'riskju l-impenji tal-Unjoni skont il-Ftehim ta' Pariġi .

 

2a.     Il-Kummissjoni għandha tistabbilixxi l-baġit tal-Unjoni għall-gassijiet b'effett ta' serra f'rapport u għandha tippreżenta dan ir-rapport lill-Parlament u lill-Kunsill sal-31 ta' Diċembru 2021. Il-Kummissjoni għandha tagħmel dak ir-rapport u l-metodoloġija sottostanti tiegħu disponibbli għall-pubbliku.

3.   Hija u tistabbilixxi trajettorja skont il-paragrafu  1, il-Kummissjoni għandha tqis l-affarijiet li ġejjin:

3.   Hija u  tfassal proposti leġiżlattivi biex tistabbilixxi jew taġġusta t-trajettorja skont il-paragrafi  1 u 1a rispettivament , il-Kummissjoni għandha tqis il-kriterji li ġejjin:

 

(-a)

l-aqwa evidenza xjentifika u dik l-iktar riċenti disponibbli, fosthom l-aħħar rapporti tal-IPCC, l-IPBES, l-ECCC u, fejn possibbli, tal-korpi konsultattivi indipendenti dwar il-Klima tal-Istati Membri;

 

(-aa)

il-kostijiet soċjali, ekonomiċi u ambjentali ta' nuqqas ta' azzjoni jew ta' azzjoni insuffiċjenti;

 

(-ab)

il-ħtieġa li jiġi żgurat li t-tranżizzjoni tkun waħda ekwa u soċjalment ġusta għal kulħadd;

(a)

il-kosteffettività u l-effiċjenza ekonomika;

 

(b)

il-kompetittività tal-ekonomija tal-Unjoni;

(b)

il-kompetittività tal-ekonomija tal-Unjoni , b'mod partikolari l-SMEs u s-setturi l-aktar esposti għal rilokazzjoni tal-emissjonijiet tal-karbonju ;

 

(ba)

il-marka tal-karbonju tal-prodotti finali u tal-konsum fl-Unjoni;

(c)

l-aqwa teknoloġija disponibbli;

(c)

l-aqwa teknoloġiji disponibbli , kosteffettivi, sikuri u skalabbli, li jirrispettaw il-kunċett tan-newtralità teknoloġika u jevitaw effetti ta' lock-in possibbli ;

(d)

l-effiċjenza fl-enerġija , l-affordabbiltà tal-enerġija u s-sigurtà tal-provvista;

(d)

l-effiċjenza enerġetika u l-prinċipju tal-effiċjenza enerġetika tiġi l-ewwel , l-affordabbiltà tal-enerġija , it-tnaqqis tal-faqar enerġetiku u s-sigurtà tal-provvista;

 

(da)

il-ħtieġa li jiġu eliminati gradwalment il-fjuwils fossili u tiġi żgurata s-sostituzzjoni tagħhom b'enerġija, materjali u prodotti rinnovabbli maħduma b'mod sostenibbli;

(e)

il-ġustizzja u s-solidarjetà bejn l-Istati Membri u ġo fihom;

(e)

il-ġustizzja u s-solidarjetà bejn l-Istati Membri u  r-reġjuni u ġo fihom;

(f)

il-ħtieġa li jiġu żgurati l-effettività ambjentali u l-fatt li jsir progress maż-żmien;

(f)

il-ħtieġa li jiġu żgurati l-effettività ambjentali u l-fatt li jsir progress maż-żmien;

 

(fa)

il-ħtieġa li tiġi żgurata s-sostenibbiltà ambjentali, inkluża l-ħtieġa li tiġi indirizzata l-kriżi tal-bijodiversità filwaqt li jiġu restawrati l-ekosistemi degradati u tiġi evitata ħsara irriversibbli għall-ekosistemi biex jinkisbu l-għanijiet tal-bijodiversità tal-Unjoni;

 

(fb)

l-iżgurar ta' bjar naturali stabbli, li jiffunzjonaw fit-tul u li jkunu effikaċi fir-rigward tal-klima matul iż-żmien;

(g)

il-ħtiġijiet u  l-opportunitajiet b'rabta mal-investiment;

(g)

il-ħtiġijiet ta' investiment u  opportunitajiet għall-innovazzjoni konsistenti mar-Regolament (UE) 2020/… [ir-Regolament dwar it-Tassonomija] filwaqt li jitqies ir-riskju ta' assi mhux rekuperrabbli.

(h)

il-ħtieġa li jiġi żgurat li t-tranżizzjoni tkun waħda xierqa u soċjalment ġusta;

 

(i)

l-iżviluppi u l-isforzi li jkunu saru fil-livell internazzjonali biex jinkisbu l-objettivi fit-tul tal-Ftehim ta' Pariġi u biex jinkiseb l-objettiv aħħari tal-Konvenzjoni Qafas tan-Nazzjonijiet Uniti dwar it-Tibdil fil-Klima;

 

(j)

l-aqwa evidenza xjentifika u dik l-iktar riċenti disponibbli, fosthom l-aħħar rapporti tal-IPCC.

 

 

3a.     Sa … [sena (1) wara d-dħul fis-seħħ ta' dan ir-Regolament] il-Kummissjoni għandha toħroġ, wara djalogu fil-fond mal-partijiet ikkonċernati rilevanti kollha fi ħdan settur rilevanti, pjan direzzjonali tad-dekarbonizzazzjoni settorjali lejn in-newtralità klimatika sa mhux aktar tard mill-2050 għas-settur ikkonċernat.

Emendi 78 u 146

Proposta għal regolament

Artikolu 4

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Artikolu 4

Artikolu 4

Adattament għat-tibdil fil-klima

Adattament għat-tibdil fil-klima

 

-1a.     Sal-31 ta' Jannar 2021 u kull 5 snin wara, il-Kummissjoni għandha tadotta Strateġija tal-UE aġġornata dwar l-adattament għat-tibdil fil-klima. L-Istrateġija aġġornata tal-UE għandu jkollha l-għan li tiżgura li l-politiki dwar l-adattament jingħataw prijorità, jiġu integrati u implimentati b'mod konsistenti fil-politiki, fl-impenji internazzjonali, fil-ftehimiet kummerċjali u fis-sħubijiet internazzjonali tal-Unjoni.

1.   L-istituzzjonijiet rilevanti tal-Unjoni u l-Istati Membri għandhom jiżguraw progress kontinwu fit-titjib tal-kapaċità ta' adattament, fit-tisħiħ tar-reżiljenza u fit-tnaqqis tal-vulnerabbiltà għat-tibdil fil-klima skont l-Artikolu 7 tal-Ftehim ta' Pariġi.

1.   L-istituzzjonijiet rilevanti tal-Unjoni u l-Istati Membri għandhom jistinkaw biex jilħqu l-objettivi nazzjonali u tal-Unjoni dwar l-adattament għall-klima kif stabbilit fl-Istrateġija tal-UE dwar l-adattament għat-tibdil fil-klima, u għandhom jiżguraw progress kontinwu fit-titjib tal-kapaċità ta' adattament, fit-tisħiħ tar-reżiljenza u fit-tnaqqis tal-vulnerabbiltà għat-tibdil fil-klima , inkluż għall-ekosistemi kemm marini kif ukoll terrestri, skont l-Artikolu 7 tal-Ftehim ta' Pariġi , u jintegraw l-adattament fil-politiki u fl-azzjonijiet soċjoekonomiċi u ambjentali rilevanti. Dawn għandhom jiffokaw fuq, b'mod partikolari, l-aktar popolazzjonijiet u setturi ekonomiċi vulnerabbli u milquta, jidentifikaw in-nuqqasijiet f'dan ir-rigward f'konsultazzjoni mas-soċjetà ċivili u jimplimentaw ir-rimedji .

2.   L-Istati Membri għandhom jiżviluppaw u jimplimentaw strateġiji u pjanijiet ta' adattament li jkunu jinkludu oqfsa komprensivi għall-ġestjoni tar-riskju bbażati fuq xenarji ta' referenza sodi dwar il-klima u l-vulnerabbiltà u  fuq valutazzjonijiet tal-progress li jkun sar .

2.    Sal-31 ta' Diċembru 2021 u kull 5 snin wara dan, l-Istati Membri għandhom jadottaw u jimplimentaw strateġiji u pjanijiet ta' adattament fil-livell nazzjonali u reġjonali li jinkludu oqfsa ta' ġestjoni tar-riskju lokali komprensivi, filwaqt li jqisu l-ħtiġijiet u l-ispeċifiċitajiet lokali, abbażi ta' linji bażi u indikaturi robusti dwar il-klima u l-vulnerabbiltà, u valutazzjonijiet tal-progress , iggwidati mill-aqwa evidenza xjentifika disponibbli u aġġornata. Dawk l-istrateġiji u l-pjanijiet għandhom jinkludu miżuri li jkunu konformi mal-objettivi nazzjonali u tal-Unjoni dwar l-adattament għat-tibdil fil-klima. B'mod partikolari, dawk l-istrateġiji għandhom iqisu gruppi, komunitajiet u ekosistemi vulnerabbli u milquta, u għandhom jinkludu miżuri għall-ġestjoni, ir-restawr u l-protezzjoni tal-ekosistemi marini u terrestri biex tissaħħaħ ir-reżiljenza tagħhom. Fl-istrateġiji tagħhom, l-Istati Membri għandhom iqisu l-vulnerabbiltà partikolari tas-sistemi tal-agrikoltura u tal-ikel, is-sigurtà tal-ikel, u jippromwovu soluzzjonijiet ibbażati fuq in-natura u adattament ibbażat fuq l-ekosistemi .

 

2a.     Il-Kummissjoni għandha titlob lill-benefiċjarji tal-istrumenti finanzjarji tal-Unjoni, inklużi proġetti appoġġati mill-Bank Ewropew tal-Investiment, biex iwettqu test tal-istress għall-adattament għall-klima għal proġetti li jitqiesu partikolarment vulnerabbli għall-impatti tat-tibdil fil-klima. Sa … [sitt xhur wara d-dħul fis-seħħ ta' dan ir-Regolament] il-Kummissjoni għandha tadotta atti delegati biex tissupplimenta dan ir-Regolament li jistabbilixxu l-kriterji dettaljati għat-test tal-istress, inkluża l-lista tas-setturi, il-proġetti u r-reġjuni kkonċernati, u l-limitu tal-fatturat tal-benefiċjarji, filwaqt li jiġi żgurat li ma jkun hemm l-ebda piż amministrattiv eċċessiv. Il-Kummissjoni għandha tipprovdi gwida lill-benefiċjarji, abbażi tal-Istrateġija tal-UE dwar l-adattament għat-tibdil fil-klima u dwar id-data tal-Aġenzija Ewropea għall-Ambjent dwar kif wieħed jista' jallinja proġett ta' investiment mar-rekwiżiti dwar l-adattament għat-tibdil fil-klima.

Emenda 161

Proposta għal regolament

Artikolu 4a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

Artikolu 4a

 

Il-konsistenza tal-flussi finanzjarji ma' perkors lejn soċjetà newtrali u reżiljenti għall-klima

 

1.    L-istituzzjonijiet rilevanti tal-Unjoni u tal-Istati Membri għandhom jiżguraw progress kontinwu sabiex jagħmlu l-flussi finanzjarji pubbliċi u privati konsistenti ma' perkors lejn soċjetà newtrali u reżiljenti għall-klima f'konformità mal-punt c tal-Artikolu 2(1) tal-Ftehim ta' Pariġi, filwaqt li jqisu l-objettivi klimatiċi tal-Unjoni stabbiliti fl-Artikolu 2 ta' dan ir-Regolament.

 

2.    Sal-1 ta' Ġunju 2021 u f'intervalli regolari minn hemm 'il quddiem, il-Kummissjoni għandha, bħala parti mill-valutazzjonijiet imsemmija fl-Artikolu 5, tippreżenta rapport lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill li jivvaluta kif il-leġiżlazzjoni rilevanti kollha tal-Unjoni, inklużi l-oqfsa finanzjarji pluriennali tal-Unjoni u r-regolamenti speċifiċi kollha relatati ma' fondi u strumenti taħt il-baġit tal-Unjoni, tkun teħtieġ li tiġi emendata, biex tinkludi dispożizzjonijiet vinkolanti u infurzabbli, biex tiġi żgurata l-konsistenza tal-flussi finanzjarji pubbliċi u privati mal-objettivi tal-Unjoni dwar il-klima stabbiliti fl-Artikolu 2 ta' dan ir-Regolament. Dik il-valutazzjoni għandha tkun akkumpanjata bi proposti leġiżlattivi fejn xieraq.

 

3.    Il-Kummissjoni għandha tiżvela kull sena liema parti min-nefqa tal-Unjoni tkun konformi mal-kategoriji tat-tassonomija kif stabbilit fir-Regolament (UE) 2020/… [ir-Regolament dwar it-Tassonomija].

 

4.    Fid-dawl tal-ilħuq tal-objettivi klimatiċi tal-Unjoni stabbiliti fl-Artikolu 2, l-istituzzjonijiet tal-Unjoni u tal-Istati Membri kollha għandhom ineħħu progressivament is-sussidji diretti u indiretti kollha għall-fjuwils fossili u jimmobilizzaw investiment sostenibbli skont dan. It-tneħħija progressiva ta' dawn is-sussidji m'għandux ikollha impatt fuq l-isforzi biex jiġi miġġieled il-faqar enerġetiku.

Emenda 80

Proposta għal regolament

Artikolu 5

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Artikolu 5

Artikolu 5

Valutazzjoni tal-progress li tkun għamlet l-Unjoni u tal-miżuri li din tkun ħadet

Valutazzjoni tal-progress li tkun għamlet l-Unjoni u tal-miżuri li din tkun ħadet

1.   Sat-30 ta' Settembru 2023, u kull ħames snin wara dik id-data, flimkien mal-valutazzjoni prevista fl-Artikolu 29(5) tar-Regolament (UE) 2018/1999, il-Kummissjoni għandha tivvaluta l-affarijiet li ġejjin:

1.   Sat-30 ta' Settembru 2023, u kull sentejn wara dik id-data, flimkien mal-valutazzjoni prevista fl-Artikolu 29(5) tar-Regolament (UE) 2018/1999, il-Kummissjoni għandha tivvaluta l-affarijiet li ġejjin:

(a)

il-progress kollettiv li l-Istati Membri kollha jkunu għamlu biex jilħqu l-objettiv tan-newtralità klimatika stabbilit fl-Artikolu 2 (1) , kif espress mit-trajettorja msemmija fl-Artikolu 3(1);

(a)

il-progress li kull Stat Membru jkun għamel u l-progress kollettiv li l-Istati Membri kollha jkunu għamlu biex jilħqu l-objettivi klimatiċi tal-Unjoni stabbiliti fl-Artikolu 2, kif espress mit-trajettorja li għandha tiġi stabbilita kif imsemmi fl-Artikolu 3(1); meta t-trajettorja ma tkunx disponibbli, il-valutazzjoni għandha ssir abbażi tal-kriterji stabbiliti fl-Artikolu 3(3) u l-mira klimatika għall-2030;

(b)

il-progress kollettiv li l-Istati Membri kollha jkunu għamlu b'rabta mal-adattament, kif imsemmi fl-Artikolu 4.

(b)

il-progress magħmul minn kull Stat Membru u l-progress kollettiv li l-Istati Membri kollha jkunu għamlu b'rabta mal-adattament, kif imsemmi fl-Artikolu 4.

Il-Kummissjoni għandha tibgħat il-konklużjonijiet ta' dik il-valutazzjoni lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill flimkien mar-Rapport dwar l-Istat tal-Unjoni tal-Enerġija li tkun ħejjiet fis-sena kalendarja rispettiva skont l-Artikolu 35 tar-Regolament (UE) 2018/1999.

Il-Kummissjoni għandha tibgħat dawk il-valutazzjonijiet u l-konklużjonijiet tagħhom lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill flimkien mar-Rapport dwar l-Istat tal-Unjoni tal-Enerġija li tkun ħejjiet fis-sena kalendarja rispettiva skont l-Artikolu 35 tar-Regolament (UE) 2018/1999 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, u tagħmilhom pubblikament disponibbli .

2.   Sat-30 ta' Settembru 2023, u kull ħames snin wara dik id-data, il-Kummissjoni għandha tirrevedi l-affarijiet li ġejjin:

2.   Sat-30 ta' Settembru 2023, u kull sentejn wara dik id-data, il-Kummissjoni għandha tirrevedi l-affarijiet li ġejjin:

(a)

il-konsistenza tal-miżuri tal-Unjoni mal-objettiv tan-newtralità klimatika stabbilit fl-Artikolu 2 (1) , kif espress mit-trajettorja msemmija fl-Artikolu 3(1);

(a)

il-konsistenza tal-miżuri u tal-politiki tal-Unjoni , li jinkludu l-leġiżlazzjoni settorjali, l-azzjoni esterna u l-baġit tal-Unjoni, mal-objettivi klimatiċi tal-Unjoni stabbiliti fl-Artikolu 2, kif espress mit-trajettorja li għandha tiġi stabbilita kif imsemmi fl-Artikolu 3(1); meta t-trajettorja ma tkunx disponibbli, il-valutazzjoni għandha ssir abbażi tal-kriterji stabbiliti fl-Artikolu 3(3) u l-mira klimatika għall-2030;

(b)

kemm il-miżuri tal-Unjoni jkunu adegwati biex jiżguraw li jsir il-progress b'rabta mal-adattament imsemmi fl-Artikolu 4.

(b)

kemm il-miżuri u l-politiki tal-Unjoni , li jinkludu l-leġiżlazzjoni settorjali, l-azzjoni esterna tal-Unjoni u l-baġit tal-Unjoni, ikunu adegwati biex jiżguraw li jsir il-progress b'rabta mal-adattament imsemmi fl-Artikolu 4;

3.   Meta, abbażi tal-valutazzjoni msemmija fil-paragrafu 1 u 2, il-Kummissjoni ssib li l-miżuri tal-Unjoni ma jkunux konsistenti mal-objettiv tan-newtralità klimatika stabbilit fl-Artikolu 2 (1) jew li dawn ma jkunux adegwati biex jiżguraw li jsir il-progress b'rabta mal-adattament imsemmi fl-Artikolu 4, jew li l-progress li jkun qed isir biex jintlaħaq l-objettiv tan-newtralità klimatika jew b'rabta mal-adattament imsemmi fl-Artikolu 4 ma jkunx biżżejjed, hija għandha tieħu l-miżuri meħtieġa skont it-Trattati meta tkun qed tirrevedi t-trajettorja msemmija fl-Artikolu 3(1).

3.   Meta, abbażi tal-valutazzjoni msemmija fil-paragrafu 1 u 2, il-Kummissjoni ssib li l-miżuri u l-politiki tal-Unjoni ma jkunux konsistenti mal-objettivi klimatiċi tal-Unjoni stabbiliti fl-Artikolu 2 jew li dawn ma jkunux adegwati biex jiżguraw li jsir il-progress b'rabta mal-adattament imsemmi fl-Artikolu 4, jew li l-progress li jkun qed isir biex jintlaħqu l-objettivi klimatiċi tal-Unjoni stabbiliti fl-Artikolu 2 jew b'rabta mal-adattament imsemmi fl-Artikolu 4 ma jkunx biżżejjed, hija għandha tieħu l-miżuri meħtieġa skont it-Trattati biex tirrimedja din l-inkonsistenza, jew tal-inqas fl-istess żmien meta tkun qed tirrevedi t-trajettorja msemmija fl-Artikolu 3(1 a ).

4.   Il-Kummissjoni għandha tivvaluta l-abbozzi ta' kull miżura jew proposta leġiżlattiva fid-dawl tal-objettiv tan-newtralità klimatika stabbilit fl-Artikolu 2 (1), kif espress mit-trajettorja msemmija fl-Artikolu 3 (1), qabel ma dawn jiġu adottati, u għandha tinkludi din l-analiżi f'kull valutazzjoni tal-impatt li tkun takkumpanja lil dawn il-miżuri jew lil dawn il-proposti, u  tippubblika r-riżultati ta' dik il-valutazzjoni meta dawn jiġu adottati .

4.   Il-Kummissjoni għandha tivvaluta l-konsistenza ta' kwalunkwe abbozz ta' miżura , inkluż iżda mhux limitat għal, kwalunkwe proposta leġislattiva u baġitarja, mal-objettivi klimatiċi tal-Unjoni stabbiliti fl-Artikolu 2 u tallinja l-abbozz ta' miżura ma' dawn l-objettivi qabel l-adozzjoni. Dik l-analiżi għandha tiġi inkluża fi kwalunkwe valutazzjoni tal-impatt li takkumpanja dawn il-miżuri jew proposti. Ladarba t-trajettorja msemmija fl-Artikolu 3(1) u l-baġit ta' gassijiet b'effett ta' serra msemmija fl-Artikolu 3 (2a) jiġu stabbiliti, dawn għandhom isostnu l-valutazzjoni. Il-Kummissjoni għandha tagħmel dik il-valutazzjoni u r-riżultati tagħha direttament aċċessibbli għall-pubbliku hekk kif il-valutazzjoni tiġi ffinalizzata u , fi kwalunkwe każ, qabel l-adozzjoni tal-miżura jew tal-proposta assoċjata .

 

4a.     Il-Kummissjoni għandha tuża l-valutazzjoni msemmija fil-paragrafu 4 sabiex tippromwovi l-iskambju tal-aħjar prattiki u sabiex tidentifika azzjonijiet li jikkontribwixxu għall-kisba tal-objettivi ta' dan ir-Regolament.

Emenda 81

Proposta għal regolament

Artikolu 6

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Artikolu 6

Artikolu 6

Valutazzjoni tal-miżuri nazzjonali

Valutazzjoni tal-miżuri nazzjonali

1.   Sat-30 ta' Settembru 2023, u kull ħames snin wara dik id-data, il-Kummissjoni għandha tivvaluta l-affarijiet li ġejjin:

1.   Sat-30 ta' Settembru 2023, u kull sentejn wara dik id-data, il-Kummissjoni għandha tivvaluta l-affarijiet li ġejjin:

(a)

il-konsistenza tal-miżuri nazzjonali identifikati abbażi tal-pjanijiet nazzjonali għall-enerġija u l-klima jew tar-rapporti biennali ta' progress li jkunu ntbagħtulha skont ir-Regolament (UE) 2018/1999 mal-objettiv tan-newtralità klimatika stabbilit fl-Artikolu 2 (1), kif espress mit-trajettorja msemmija fl-Artikolu 3(1), skont ir-rilevanza tagħhom biex jintlaħaq dak l-objettiv ;

(a)

il-konsistenza tal-miżuri nazzjonali identifikati abbażi tal-pjanijiet nazzjonali għall-enerġija u l-klima , tal-istrateġiji nazzjonali fuq terminu twil jew tar-rapporti biennali ta' progress li jkunu ntbagħtulha skont ir-Regolament (UE) 2018/1999 mal-objettivi klimatiċi tal-Unjoni stabbiliti fl-Artikolu 2 ma' dawn l-objettivi kif espress mit-trajettorja li għandha tiġi stabbilita kif imsemmi fl-Artikolu 3(1) ; meta t-trajettorja ma tkunx disponibbli , il-valutazzjoni għandha ssir abbażi tal-kriterji stabbiliti fl-Artikolu 3(3) u l-mira klimatika għall-2030 ;

(b)

kemm il-miżuri nazzjonali rilevanti jkunu adegwati biex jiżguraw li jsir il-progress b'rabta mal-adattament imsemmi fl-Artikolu 4.

(b)

kemm il-miżuri nazzjonali rilevanti jkunu adegwati u effettivi biex jiżguraw li jsir il-progress b'rabta mal-adattament imsemmi fl-Artikolu 4.

Il-Kummissjoni għandha tibgħat il-konklużjonijiet ta' dik il-valutazzjoni lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill flimkien mar-Rapport dwar l-Istat tal-Unjoni tal-Enerġija li tkun ħejjiet fis-sena kalendarja rispettiva skont l-Artikolu 35 tar-Regolament (UE) 2018/1999.

Il-Kummissjoni għandha tibgħat dawk il-valutazzjonijiet u l-konklużjonijiet tagħhom lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill flimkien mar-Rapport dwar l-Istat tal-Unjoni tal-Enerġija li tkun ħejjiet fis-sena kalendarja rispettiva skont l-Artikolu 35 tar-Regolament (UE) 2018/1999 , u tagħmilhom pubblikament disponibbli .

2.   Meta, wara li tqis kif xieraq il-progress kollettiv li tkun ivvalutat skont l-Artikolu 5(1), il-Kummissjoni ssib li l-miżuri ta' Stat Membru ma jkunux konsistenti ma' dak l-objettiv kif espress mit-trajettorja msemmija fl-Artikolu 3(1), jew li dawn ma jkunux adegwati biex jiżguraw li jsir il-progress b'rabta mal-adattament imsemmi fl-Artikolu 4, hija tista' tagħmel rakkomandazzjonijiet lil dak l-Istat Membru. Il-Kummissjoni għandha tqiegħed tali rakkomandazzjonijiet għad-dispożizzjoni tal-pubbliku.

2.   Meta, wara li tqis kif xieraq il-progress magħmul minn kull Stat Membru u l-progress kollettiv li tkun ivvalutat skont l-Artikolu 5(1), il-Kummissjoni ssib li l-miżuri ta' Stat Membru ma jkunux konsistenti mal-objettivi klimatiċi tal-Unjoni kif espress mit-trajettorja msemmija fl-Artikolu 3(1) ladarba tiġi stabbilita t-trajettorja , jew li dawn ma jkunux adegwati biex jiżguraw li jsir il-progress b'rabta mal-adattament imsemmi fl-Artikolu 4, hija għandha tagħmel rakkomandazzjonijiet lil dak l-Istat Membru. Il-Kummissjoni għandha tqiegħed tali rakkomandazzjonijiet għad-dispożizzjoni tal-pubbliku.

 

2b.     Il-Kummissjoni għandha tinkludi fir-rakkomandazzjoni msemmija fil-paragrafu 2 ta' dan l-Artikolu proposti biex jiġi żgurat progress dwar l-adattament kif imsemmi fl-Artikolu 4. Dawk il-proposti jistgħu jinkludu, kif xieraq, appoġġ tekniku, relatat mal-innovazzjoni jew mal-għarfien espert addizzjonali potenzjali, finanzjarju, jew appoġġ ieħor meħtieġ.

3.   Meta tinħareġ rakkomandazzjoni skont il-paragrafu 2, għandhom japplikaw il-prinċipji li ġejjin:

3.   Meta tinħareġ rakkomandazzjoni skont il-paragrafu 2, għandhom japplikaw il-prinċipji li ġejjin:

(a)

l-Istat Membru kkonċernat għandu jqis kif xieraq ir-rakkomandazzjoni fi spirtu ta' solidarjetà mal-Istati Membri l-oħrajn u bejn l-Istati Membri u l-Unjoni;

(a)

l-Istat Membru kkonċernat għandu , fi żmien sitt xhur minn meta tasal ir-rakkomandazzjoni, jinnotifika lill-Kummissjoni dwar il-miżuri li jkun beħsiebu jadotta bl-għan li jqis kif xieraq ir-rakkomandazzjoni fi spirtu ta' solidarjetà mal-Istati Membri l-oħrajn u bejn l-Istati Membri u l-Unjoni , u skont il-prinċipju ta' kooperazzjoni sinċiera ;

(b)

fl-ewwel rapport ta' progress li huwa jibgħat skont l-Artikolu 17 tar-Regolament (UE) 2018/1999 fis-sena ta' wara dik li matulha tkun inħarġitlu r-rakkomandazzjoni , l-Istat Membru kkonċernat għandu jiddeskrivi kif ikun qies kif xieraq ir-rakkomandazzjoni. Jekk l-Istat Membru kkonċernat jiddeċiedi li ma jiħux azzjoni dwar ir-rakkomandazzjoni jew dwar parti sostanzjali minnha, huwa għandu jipprovdi r-raġunament tiegħu għal dan lill-Kummissjoni ;

(b)

l-Istat Membru kkonċernat għandu jistabbilixxi, fi żmien 18-il xahar minn meta jirċievi r-rakkomandazzjoni kif ikun ħa kont debitu tar-rakkomandazzjoni u l-miżuri li jkun adotta bi tweġiba; din l-informazzjoni għandha tiġi inkluża fir-rapport ta' progress ippreżentat f'dik is-sena f'konformità mal-Artikolu 17 tar-Regolament (UE) 2018/1999 ;

(c)

ir-rakkomandazzjonijiet għandhom ikunu jikkomplementaw l-aħħar rakkomandazzjonijiet li jkunu nħarġu għal dak il-pajjiż speċifiku fil-kuntest tas-Semestru Ewropew.

(c)

ir-rakkomandazzjonijiet għandhom ikunu jikkomplementaw l-aħħar rakkomandazzjonijiet li jkunu nħarġu għal dak il-pajjiż speċifiku fil-kuntest tas-Semestru Ewropew.

 

3a.     Fi żmien tliet xhur mis-sottomissjoni tar-rapport ta' progress imsemmi fil-punt (b) tal-paragrafu 3, il-Kummissjoni għandha tivvaluta jekk il-miżuri adottati mill-Istat Membru kkonċernat jindirizzawx b'mod adegwat it-tħassib imqajjem fir-rakkomandazzjoni. Dik il-valutazzjoni u r-riżultati tagħha għandhom jiġu ppubblikati fil-mument tal-adozzjoni tagħhom.

Emenda 82

Proposta għal regolament

Artikolu 7

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Artikolu 7

Artikolu 7

Dispożizzjonijiet komuni dwar il-valutazzjoni tal-Kummissjoni

Dispożizzjonijiet komuni dwar il-valutazzjoni tal-Kummissjoni

1.   Minbarra l-miżuri nazzjonali msemmijin fl-Artikolu 6(1)(a), il-Kummissjoni għandha ssejjes il-valutazzjoni tagħha msemmija fl-Artikoli 5 u 6 tal-inqas fuq l-affarijiet li ġejjin:

1.   Minbarra l-miżuri nazzjonali msemmijin fl-Artikolu 6(1)(a), il-Kummissjoni għandha ssejjes il-valutazzjoni tagħha msemmija fl-Artikoli 5 u 6 tal-inqas fuq l-affarijiet li ġejjin:

(a)

l-informazzjoni li tintbagħat u li jsiru rapporti dwarha skont ir-Regolament (UE) 2018/1999;

(a)

l-informazzjoni li tintbagħat u li jsiru rapporti dwarha skont ir-Regolament (UE) 2018/1999;

(b)

ir-rapporti tal-Aġenzija Ewropea għall-Ambjent (l-EEA);

(b)

ir-rapporti tal-Aġenzija Ewropea għall-Ambjent (l-EEA) u taċ-Ċentru Konġunt tar-Riċerka (JRC) ;

(c)

l-istatistika u d-data Ewropej, fosthom id-data dwar it-telf li jkun hemm minħabba l-impatti negattivi tal-klima, meta dawn ikunu disponibbli; kif ukoll

(c)

l-istatistika u d-data Ewropej u globali , fosthom id-data dwar it-telf osservat u proġettat li jkun hemm minħabba l-impatti negattivi tal-klima u l-istimi ta' x'jiswew in-nuqqas ta' azzjoni jew id-dewmien biex tittieħed azzjoni klimatika , meta dawn ikunu disponibbli; kif ukoll

(d)

l-aqwa evidenza xjentifika disponibbli, fosthom l-aħħar rapporti tal-IPCC; kif ukoll

(d)

l-aqwa evidenza xjentifika disponibbli u aġġornata , inklużi l-aħħar rapporti tal-IPCC , l-UNEP, l-IPBES, l-ECCC u, fejn possibbli, il-korpi konsultattivi nazzjonali indipendenti tal-Istati Membri dwar il-klima ; kif ukoll

(e)

kull informazzjoni supplimentari dwar l-investiment sostenibbli mil-lat tal-ambjent min-naħa tal-Unjoni u tal-Istati Membri, fosthom l-investiment li jkun konsistenti mar-Regolament (UE) 2020/… [ir-Regolament dwar it-tassonomija], meta dan ikun disponibbli.

(e)

kull informazzjoni supplimentari dwar l-investiment sostenibbli mil-lat tal-ambjent min-naħa tal-Unjoni u tal-Istati Membri, fosthom l-investiment li jkun konsistenti mar-Regolament (UE) 2020/… [ir-Regolament dwar it-tassonomija], meta dan ikun disponibbli.

2.   L-EEA għandha tgħin lill-Kummissjoni tħejji l-valutazzjoni msemmija fl-Artikoli 5 u 6, skont il-programm annwali ta' ħidma tagħha.

2.   L-EEA għandha tgħin lill-Kummissjoni tħejji l-valutazzjoni msemmija fl-Artikoli 5 u 6, skont il-programm annwali ta' ħidma tagħha.

Emenda 83

Proposta għal regolament

Artikolu 8

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Artikolu 8

Artikolu 8

Parteċipazzjoni tal-pubbliku

Parteċipazzjoni pubblika u trasparenza

Il-Kummissjoni għandha tikkollabora mas-setturi kollha tas-soċjetà biex tippermettilhom jieħdu azzjoni favur soċjetà newtrali għall-klima u reżiljenti għat-tibdil fil-klima u biex tagħtihom is-setgħa jagħmlu dan. Il-Kummissjoni għandha tiffaċilita proċess inklużiv u  aċċessibbli fil-livelli kollha, fosthom fil-livell nazzjonali, reġjonali u lokali, mas-sħab soċjali, maċ-ċittadini u mas-soċjetà ċivili biex jiġu skambjati l-aqwa prattiki u biex jiġu identifikati l-azzjonijiet li jikkontribwixxu biex jintlaħqu l-objettivi ta' dan ir-Regolament. Barra minn hekk, il-Kummissjoni tista' tirreferi wkoll għad-djalogi f'diversi livelli dwar il-klima u l-enerġija stabbiliti mill-Istati Membri skont l-Artikolu 11 tar-Regolament (UE) 2018/1999.

1.    Il-Kummissjoni u l-Istati Membri għandhom jikkollaboraw mas-setturi kollha tas-soċjetà , inklużi l-gvernijiet lokali u reġjonali, biex jippermettulhom jieħdu azzjoni favur soċjetà soċjalment ġusta, newtrali għall-klima u reżiljenti għat-tibdil fil-klima , anke permezz tal-Patt Ewropew dwar il-Klima stabbilit fil-paragrafu 2, u biex tagħtihom is-setgħa jagħmlu dan. Il-Kummissjoni u l-Istati Membri għandhom jiffaċilitaw proċess inklużiv , aċċessibbli u  trasparenti fil-livelli kollha, fosthom fil-livell nazzjonali, reġjonali u lokali, mas-sħab soċjali , mal-akkademja , maċ-ċittadini u mas-soċjetà ċivili biex jiġu skambjati l-aqwa prattiki u biex jiġu identifikati l-azzjonijiet li jikkontribwixxu biex jintlaħqu l-objettivi ta' dan ir-Regolament. Barra minn hekk, il-Kummissjoni tista' tirreferi wkoll għad-djalogi f'diversi livelli dwar il-klima u l-enerġija stabbiliti mill-Istati Membri skont l-Artikolu 11 tar-Regolament (UE) 2018/1999.

 

2.    Il-Kummissjoni għandha tistabbilixxi Patt Ewropew dwar il-Klima bl-għan li tinvolvi liċ-ċittadini, lis-sħab soċjali u lill-partijiet ikkonċernati fl-elaborazzjoni tal-politiki klimatiċi fil-livell tal-Unjoni u li trawwem djalogu u t-tixrid ta' informazzjoni bbażata fuq ix-xjenza dwar it-tibdil fil-klima u l-aspetti soċjali u relatati mal-ugwaljanza bejn il-ġeneri tiegħu, kif ukoll il-kondiviżjoni tal-aħjar prattiki għal inizjattivi klimatiċi.

 

3.    Meta jieħdu miżuri sabiex jiżguraw il-kisba tal-objettiv tan-newtralità klimatika stabbilit fl-Artikolu 2(1), l-Istati Membri għandhom jiżguraw li ċ-ċittadini, is-soċjetà ċivili u s-sħab soċjali jkunu informati u kkonsultati tul il-proċess leġiżlattiv kollu. F'dak ir-rigward, l-Istati Membri għandhom joperaw b'mod trasparenti.

Emenda 143

Proposta għal regolament

Artikolu 8a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

Artikolu 8a

Dwar dik il-kwistjoni, l-Unjoni għandha ttemm il-protezzjoni tal-investimenti fil-fjuwils fossili fil-kuntest tal-modernizzazzjoni tat-Trattat tal-Karta tal-Enerġija.

Emendi 84 u 175/rev

Proposta għal regolament

Artikolu 9

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Artikolu 9

imħassar

Eżerċizzju tad-delega

 

1.    Is-setgħa ta' adozzjoni tal-atti delegati msemmijin fl-Artikolu 3(1) għandha tingħata lill-Kummissjoni bil-kundizzjonijiet stabbiliti f'dan l-Artikolu.

 

2.    Is-setgħa ta' adozzjoni tal-atti delegati msemmijin fl-Artikolu 3(1) għandha tingħata lill-Kummissjoni għal perjodu mhux determinat taż-żmien li jibda minn … [Uffiċċju tal-Pubblikazzjonijiet: id-data tad-dħul fis-seħħ ta' dan ir-Regolament].

 

3.    Id-delega tas-setgħa msemmija fl-Artikolu 3(1) tista' tiġi revokata fi kwalunkwe mument mill-Parlament Ewropew jew mill-Kunsill. Deċiżjoni ta' revoka għandha ttemm id-delega tas-setgħa speċifikata f'dik id-Deċiżjoni. Hija għandha tidħol fis-seħħ l-għada tal-pubblikazzjoni tagħha f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea jew f'data iktar tard speċifikata fiha. Hija ma għandhiex taffettwa l-validità tal-atti delegati li jkunu diġà fis-seħħ.

 

4.    Qabel ma tadotta att delegat, il-Kummissjoni għandha tikkonsulta lill-esperti maħturin minn kull Stat Membru skont il-prinċipji stabbiliti fil-Ftehim Interistituzzjonali tat-13 ta' April 2016 dwar it-Tfassil Aħjar tal-Liġijiet.

 

5.    Malli tadotta att delegat, il-Kummissjoni għandha tgħarraf lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill fl-istess ħin dwaru.

 

6.    Att delegat adottat skont l-Artikolu 3 għandu jidħol fis-seħħ biss jekk la l-Parlament Ewropew u lanqas il-Kunsill ma jkunu oġġezzjonaw għalih fi żmien xahrejn minn meta jkunu ġew mgħarrfin bih jew jekk, qabel ma jiskadi dak il-perjodu, kemm il-Parlament Ewropew kif ukoll il-Kunsill it-tnejn ikunu għarrfu lill-Kummissjoni li mhumiex se joġġezzjonaw għalih. Dak il-perjodu għandu jiġi estiż b'xahrejn fuq inizjattiva tal-Parlament Ewropew jew tal-Kunsill.

 

Emenda 85

Proposta għal regolament

Artikolu 9a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

Artikolu 9a

Rieżami

Il-Kummissjoni, sitt xhur wara kull rendikont globali msemmi fl-Artikolu 14 tal-Ftehim ta' Pariġi, għandha twettaq rieżami tal-elementi kollha ta' dan ir-Regolament, fid-dawl tal-aqwa evidenza xjentifika disponibbli u dik l-aktar riċenti, inklużi tal-aħħar sejbiet u rakkomandazzjoni tal-IPCC u tal-ECCC, tal-iżviluppi u l-isforzi internazzjonali biex iż-żieda fit-temperatura tiġi limitata għal 1,5  oC, u għandha tippreżenta rapport lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill, akkumpanjat, jekk xieraq, minn proposti leġiżlattivi.

Emenda 86

Proposta għal regolament

Artikolu 10 – paragrafu 1 – punt 1

Regolament (UE) 2018/1999

Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt a

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(a)

jiġu implimentati strateġiji u miżuri mfasslin biex jintlaħqu l-objettiv tan-newtralità klimatika tal-Unjoni stabbilit fl-Artikolu 2 tar-Regolament …/… [“il-Liġi dwar il-Klima”] , l-objettivi u l-miri tal-Unjoni tal-Enerġija u, għall-ewwel perjodu ta' għaxar snin, mill-2021 sal-2030, b'mod partikulari l-miri tal-enerġija u tal-klima tal-Unjoni għall-2030;

(a)

jiġu implimentati strateġiji u miżuri mfasslin biex jintlaħqu l-objettivi u l-miri tal-Unjoni tal-Enerġija u l-impenji fit-tul tal-Unjoni dwar l-emissjonijiet ta' gassijiet b'effett ta' serra konsistenti mal-Ftehim ta' Pariġi , b'mod partikolari l-objettivi klimatiċi tal-Unjoni kif stabbilit fl-Artikolu 2 tar-Regolament …/… [“il-Liġi dwar il-Klima”] u, għall-ewwel perjodu ta' għaxar snin, mill-2021 sal-2030, b'mod partikulari l-miri tal-enerġija u tal-klima tal-Unjoni għall-2030;

Emenda 87

Proposta għal regolament

Artikolu 10 – paragrafu 1 – punt 2a (ġdid)

Regolament (UE) 2018/1999

Artikolu 2 – punt 11

Test fis-seħħ

Emenda

 

(2a)

l-Artikolu 2(11) huwa sostitwit b'dan li ġej:

(11)

“il-miri tal-enerġija u tal-klima tal-Unjoni għall-2030” tfisser il-mira vinkolanti fl-Unjoni ta' tnaqqis domestiku ta' minn tal-inqas 40 % tal-emissjonijiet tal-gassijiet serra fl-ekonomija kollha meta mqabbla mal-1990 li jrid jintlaħaq sal-2030 , il-mira vinkolanti fil-livell tal-Unjoni ta' minn tal-inqas 32 % tas-sehem ta' enerġija rinnovabbli kkunsmata fl-UE fl-2030 , il-mira ewlenija fil-livell tal-Unjoni ta' minn tal-inqas 32,5  % għat-titjib fl-effiċjenza enerġetika fl-2030, u l-mira ta' 15 % għall-interkonnessjoni tal-elettriku għall-2030 jew kwalunkwe mira sussegwenti f'dan ir-rigward maqbula mill-Kunsill Ewropew jew mill-Parlament Ewropew u mill-Kunsill għall-2030;

 

“(11)

‘il-miri tal-enerġija u tal-klima tal-Unjoni għall-2030’ tfisser il-mira vinkolanti għall-Unjoni kollha ta' tnaqqis domestiku fl-emissjonijiet ta' gassijiet b'effett ta' serra fl-ekonomija kollha li għandha tintlaħaq sal-2030 skont l-Artikolu 2(3) tar-Regolament (UE)…/… [il-Liġi dwar il-Klima] , il-mira vinkolanti fil-livell tal-Unjoni għas-sehem tal-enerġija rinnovabbli kkunsmata fl-Unjoni fl-2030 skont l-Artikolu 3(1) tad-Direttiva (UE) 2018/2001 , il-mira ewlenija fil-livell tal-Unjoni għat-titjib tal-effiċjenza fl-użu tal-enerġija fl-2030 skont l-Artikolu 1(1) tad-Direttiva 2012/27/UE , u l-mira ta' 15 % għall-interkonnessjoni tal-elettriku għall-2030;”

Emenda 88

Proposta għal regolament

Artikolu 10 – paragrafu 1 – punt 2b (ġdid)

Regolament (UE) 2018/1999

Artikolu 2 – punt 62a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(2b)

fl-Artikolu 2, jiddaħħal il-punt li ġej:

“(62a)

‘pubbliku kkonċernat’ tfisser il-pubbliku affettwat jew x'aktarx li jiġi affettwat bil-proċeduri deċiżjonali dwar l-ambjent imsemmija fil-Kapitoli 2 u 3 jew li għandu interess fihom; għall-għanijiet ta' din id-definizzjoni, l-organizzazzjonijiet mhux governattivi li jippromwovu l-protezzjoni tal-ambjent u jissodisfaw kull rekwiżit taħt il-liġijiet nazzjonali għandhom jitqiesu li għandhom interess.”

Emenda 89

Proposta għal regolament

Artikolu 10 – paragrafu 1 – punt 3

Regolament (UE) 2018/1999

Artikolu 3 – paragrafu 2 – punt f

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

“(f)

valutazzjoni tal-impatti tal-politiki u tal-miżuri ppjanati biex jintlaħqu l-objettivi msemmija fil-punt (b) ta' dan il-paragrafu, inkluża l-konsistenza tagħhom mal-objettiv tan-newtralità klimatika tal-Unjoni stabbilit fl-Artikolu 2 tar-Regolament …/… [‘il-Liġi dwar il-Klima’], mal-objettivi tat-tnaqqis fit-tul tal-emissjonijiet tal-gassijiet serra skont il-Ftehim ta' Pariġi u mal-istrateġiji fit-tul imsemmija fl-Artikolu 15”;

“(f)

valutazzjoni tal-impatti tal-politiki u tal-miżuri ppjanati biex jintlaħqu l-objettivi msemmija fil-punt (b) ta' dan il-paragrafu, inkluża l-konsistenza tagħhom mal-objettivi klimatiċi tal-Unjoni stabbiliti fl-Artikolu 2 tar-Regolament …/… [‘il-Liġi dwar il-Klima’], mal-objettivi tat-tnaqqis fit-tul tal-emissjonijiet tal-gassijiet b'effett ta' serra skont il-Ftehim ta' Pariġi u mal-istrateġiji fit-tul imsemmija fl-Artikolu 15”;

Emenda 90

Proposta għal regolament

Artikolu 10 – paragrafu 1 – punt 3a (ġdid)

Regolament (UE) 2018/1999

Artikolu 4 – paragrafu 1 – punt a – punt 1 – parti introduttorja

Test fis-seħħ

Emenda

 

(3a)

fl-Artikolu 4(1), il-parti introduttorja tal-punt (a)(1) tiġi sostitwita b'dan li ġej:

(1)

fir-rigward tal-emissjonijiet u tal-assorbimenti ta' gassijiet serra u bl-għan li jingħata kontribut biex tintlaħaq il-mira ta' tnaqqis tal-emissjonijiet tal-gassijiet serra fl-ekonomija kollha tal-Unjoni:

 

“(1)

fir-rigward tal-emissjonijiet u tal-assorbimenti ta' gassijiet b'effett ta' serra u bl-għan li jingħata kontribut biex jintlaħqu l-objettivi klimatiċi tal-Unjoni stabbiliti fl-Artikolu 2 tar-Regolament …/… [il-Liġi dwar il-Klima]”

Emenda 91

Proposta għal regolament

Artikolu 10 – paragrafu 1 – punt 4

Regolament (UE) 2018/1999

Artikolu 8 – paragrafu 2 – punt e

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

“(e)

il-mod kif il-politiki u l-miżuri eżistenti u l-politiki u l-miżuri ppjanati jikkontribwixxu biex jintlaħaq l-objettiv tan-newtralità klimatika tal-Unjoni stabbilit fl-Artikolu 2 tar-Regolament …/… [‘il-Liġi dwar il-Klima’].”;

“(e)

il-mod kif il-politiki u l-miżuri eżistenti u l-politiki u l-miżuri ppjanati jikkontribwixxu biex jintlaħqu l-objettivi klimatiċi tal-Unjoni stabbiliti fl-Artikolu 2 tar-Regolament …/… [‘il-Liġi dwar il-Klima’].”;

Emenda 92

Proposta għal regolament

Artikolu 10 – paragrafu 1 – punt 5a (ġdid)

Regolament (UE) 2018/1999

Artikolu 11a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(5a)

jiddaħħal l-Artikolu li ġej:

 

“Artikolu 11a

 

Aċċess għall-ġustizzja

 

1.    L-Istati Membri għandhom jiżguraw li, skont il-liġijiet nazzjonali tagħhom, il-membri tal-pubbliku kkonċernat li għandhom interess suffiċjenti jew li jallegaw l-indeboliment ta' dritt fejn il-liġi proċedurali amministrattiva ta' Stat Membru teħtieġ li tali dritt ikun prekundizzjoni jkollhom aċċess għal proċedura ta' rieżami quddiem qorti tal-ġustizzja jew korp indipendenti u imparzjali ieħor stabbilit bil-liġi bil-għan li jikkontestaw il-legalità sostantiva jew proċedurali ta' deċiżjonijiet, atti jew ommissjonijiet soġġetti għall-Artikolu 10 tar-Regolament (UE) 2018/1999.

 

2.    L-Istati Membri għandhom jistabbilixxu l-istadju li fih jistgħu jiġu kkontestati d-deċiżjonijiet, l-atti jew l-ommissjonijiet.

 

3.    L-Istati Membri għandhom jiddeterminaw x'jikkostitwixxi interess suffiċjenti u indeboliment ta' dritt, b'konformità mal-għan li l-pubbliku kkonċernat jingħata aċċess wiesa' għall-ġustizzja. Għal dak il-għan, organizzazzjoni mhux governattiva koperta mid-definizzjoni fl-Artikolu 2(62a) għandha titqies li għandha interess suffiċjenti jew li għandha drittijiet li jistgħu jiġu mfixkla għall-finijiet tal-paragrafu 1 ta' dan l-Artikolu.

 

4.    Dan l-Artikolu ma għandux jeskludi l-possibbiltà ta' proċedura ta' rieżami preliminari quddiem awtorità amministrattiva u ma għandux jaffettwa r-rekwiżit tal-eżawriment tal-proċeduri tar-rieżami amministrattiv qabel ir-rikors għall-proċeduri ta' rieżami ġudizzjarju, meta jkun jeżisti dan ir-rekwiżit taħt il-liġi nazzjonali. Kull proċedura bħal din għandha tkun ġusta, ekwa, f'waqtha u ma tiswiex tant li tkun projbittiva.

 

5.    L-Istati Membri għandhom jiżguraw li informazzjoni prattika dwar l-aċċess għall-proċeduri amministrattivi u ġudizzjarji tar-rieżami ssir disponibbli għall-pubbliku.”

Emenda 93

Proposta għal regolament

Artikolu 10 – paragrafu 1 – punt 5b (ġdid)

Regolament (UE) 2018/1999

Artikolu 15 – paragrafu 1

Test fis-seħħ

Emenda

 

(5b)

fl-Artikolu 15, il-paragrafu 1 huwa sostitwit b'dan li ġej:

1.   Sal-1 ta' Jannar 2020, u sussegwentement sal-1 ta' Jannar 2029 u minn hemm 'il quddiem kull 10 snin, kull Stat Membru għandu jħejji u jippreżenta lill-Kummissjoni l-istrateġa fit-tul tiegħu b'perspettiva ta' mill-inqas 30 sena. L-Istati Membri għandhom, fejn ikun neċessarju, jaġġornaw dawk l-istrateġiji kull ħames snin.

 

“1.   Sal-1 ta' Jannar 2020, u sussegwentement sal-1 ta' Jannar 2029 u minn hemm 'il quddiem kull 10 snin, kull Stat Membru għandu jħejji u jippreżenta lill-Kummissjoni l-istrateġija fit-tul tiegħu b'perspettiva sal-2050 u għal 30 sena. L-Istati Membri għandhom, fejn ikun neċessarju, jaġġornaw dawk l-istrateġiji kull ħames snin.”;

Emenda 94

Proposta għal regolament

Artikolu 10 – paragrafu 1 – punt 6

Regolament (UE) 2018/1999

Artikolu 15 – paragrafu 3 – punt c

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(c)

biex jinkiseb tnaqqis fit-tul tal-emissjonijiet tal-gassijiet serra u tisħiħ fit-tul tal-assorbimenti mill-bjar fis-setturi kollha skont l-objettiv tan-newtralità klimatika tal-Unjoni stabbilit fl-Artikolu 2 tar-Regolament …/… [“il-Liġi dwar il-Klima”];

(c)

biex jinkiseb tnaqqis fit-tul tal-emissjonijiet tal-gassijiet b'effett ta' serra fis-setturi kollha tal-ekonomija u tisħiħ fit-tul tal-assorbimenti mill-bjar , fil-kuntest tat-tnaqqis neċessarju skont il-Panel Intergovernattiv dwar it-Tibdil fil-Klima (IPCC) sabiex jitnaqqsu l-emissjonijiet ta' gassijiet b'effett ta' serra tal-Unjoni b'mod kosteffettiv u jissaħħu l-assorbimenti mill-bjar fil-kisba tal-għanijiet b'rabta mat-temperatura fil-Ftehim ta' Pariġi sabiex jinkiseb bilanċ bejn l-emissjonijiet antropoġeniċi minn fonti u l-assorbimenti mill-bjar ta' gassijiet b'effett ta' serra fl-Unjoni sa mhux aktar tard mill-2040 u jinkisbu emissjonijiet negattivi wara dan kif imsemmi fl-Artikolu 2 tar-Regolament …/… [“il-Liġi dwar il-Klima”];

Emenda 95

Proposta għal regolament

Artikolu 10 – paragrafu 1 – punt 7 – punt a

Regolament (UE) 2018/1999

Anness I – Parti I – taqsima A – punt 3.1.1. – punt i

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

“(i)

Politiki u miżuri għall-kisba tal-mira stabbilita skont ir-Regolament (UE) 2018/842 kif jissemma fil-punt 2.1.1 u politiki u miżuri għall-konformità mar-Regolament (UE) 2018/841, li jkopru s-setturi kollha ewlenin tal-emissjonijiet u s-setturi li jtejbu l-assorbimenti, bi prospetti għall-objettiv tan-newtralità klimatika stabbilit fl-Artikolu 2 tar-Regolament …/… [‘il-Liġi dwar il-Klima’]”;

“(i)

Politiki u miżuri għall-kisba tal-mira stabbilita skont ir-Regolament (UE) 2018/842 kif jissemma fil-punt 2.1.1 u politiki u miżuri għall-konformità mar-Regolament (UE) 2018/841, li jkopru s-setturi kollha ewlenin tal-emissjonijiet u s-setturi li jtejbu l-assorbimenti, bi prospetti għall-objettivi klimatiċi tal-Unjoni stabbiliti fl-Artikolu 2 tar-Regolament …/… [‘il-Liġi dwar il-Klima’]”;

Emenda 96

Proposta għal regolament

Artikolu 10 – paragrafu 1 – punt 7 – punt b

Regolament (UE) 2018/1999

Anness I – Parti I – taqsima B – punt 5.5

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

5.5.

Il-kontribuzzjoni tal-politiki u tal-miżuri ppjanati biex jintlaħaq l-objettiv tan-newtralità klimatika tal-Unjoni stabbilit fl-Artikolu 2 tar-Regolament …/… [“il-Liġi dwar il-Klima”];

5.5.

Il-kontribuzzjoni tal-politiki u tal-miżuri ppjanati biex jintlaħqu l-objettivi klimatiċi tal-Unjoni stabbiliti fl-Artikolu 2 tar-Regolament …/… [“il-Liġi dwar il-Klima”];

Emenda 97

Proposta għal regolament

Artikolu 10 – paragrafu 1 – punt 7a (ġdid)

Regolament (UE) 2018/1999

Anness IV – punt 2.1.1.

Test fis-seħħ

Emenda

 

(7a)

fl-Anness IV, il-punt 2.1.1. huwa sostitwit b'dan li ġej:

2.1.1.

Projezzjonijiet għal tnaqqis fl-emissjonijiet u titjib fl-assorbimenti sal-2050

 

“2.1.1.

L-emissjonijiet kumulattivi proġettati għall-perjodu 2021-2050, bl-għan li jingħata kontribut sabiex jintlaħaq il-baġit ta' gassijiet b'effett ta' serra tal-Unjoni stabbilit fl-Artikolu 3(2a) tar-Regolament …/… [‘Liġi dwar il-Klima’];”;

Emenda 98

Proposta għal regolament

Artikolu 10 – paragrafu 1 – punt 8

Regolament (UE) 2018/1999

Anness VI – punt c – punt viii

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

“(viii)

valutazzjoni tal-kontribuzzjoni tal-politika jew tal-miżura biex jintlaħaq l-objettiv tan-newtralità klimatika tal-Unjoni stabbilit fl-Artikolu 2 tar-Regolament …/… [‘il-Liġi dwar il-Klima’] u biex tinkiseb l-istrateġija fit-tul imsemmija fl-Artikolu 15”;

“(viii)

valutazzjoni tal-kontribuzzjoni tal-politika jew tal-miżura biex jintlaħqu l-objettivi klimatiċi tal-Unjoni stabbiliti fl-Artikolu 2 tar-Regolament …/… [‘il-Liġi dwar il-Klima’] u biex tinkiseb l-istrateġija fit-tul imsemmija fl-Artikolu 15”;.

Emenda 99

Proposta għal regolament

Artikolu 10a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

Artikolu 10a

Emendi għar-Regolament (UE) 2018/842

Fir-Regolament (UE) 2018/842 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill  (1a) , il-paragrafi li ġejjin jiddaħħlu fl-Artikolu 5:

“5a.     Fi kwalunkwe tranżazzjoni magħmula skont id-dispożizzjoni msemmija fl-Artikolu 5(5), il-prezz minimu ta' allokazzjoni annwali tal-emissjonijiet huwa stabbilit għal EUR 100 għal kull tunnellata ta' ekwivalenti ta' C02.

5b.     L-Istati Membri għandhom jinformaw lill-Kummissjoni dwar kwalunkwe azzjoni meħuda skont dan il-paragrafu, u jikkomunikaw, sal-31 ta' Marzu 2025, l-intenzjoni tagħhom li jużaw id-dispożizzjonijiet li jinsabu fl-Artikolu 5(5).

5c.     Sa mhux aktar tard mit-30 ta' Ġunju 2025, il-Kummissjoni għandha tivvaluta l-intenzjoni tal-Istati Membri kollha li jużaw id-dispożizzjonijiet li jinsabu fl-Artikolu 5(5), u tagħmel disponibbli għall-pubbliku l-impatt baġitarju tal-użu tat-tali dispożizzjonijiet.”.


(1)  Il-każ ġie mgħoddi lura għal negozjati interistituzzjonali lill-kumitat responsabbli biex jerġa jiġi eżaminat skont l-Artikolu 59(4), ir-raba subparagrafu (A9-0162/2020).

(1a)   ĠU L 282, 19.10.2016, p. 4.

(19)  Il-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni tal-11 ta' Diċembru 2019 intitolata “Il-Patt Ekoloġiku Ewropew” (COM(2019) 640 final).

(19)  Il-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni tal-11 ta' Diċembru 2019 intitolata “Il-Patt Ekoloġiku Ewropew” (COM(2019) 640 final).

(20)  Ir-Rapport Speċjali tal-2018 tal-IPCC intitolat “Global Warming of 1,5 oC. An IPCC Special Report on the impacts of global warming of 1,5 oC above pre-industrial levels and related global greenhouse gas emission pathways, in the context of strengthening the global response to the threat of climate change, sustainable development, and efforts to eradicate poverty” [Masson-Delmotte, V., Zhai, P., Pörtner, H.-O., Roberts, D., Skea, J., Shukla, P.R., Pirani, A., Moufouma-Okia, W., Péan, C., Pidcock, R., Connors, S., Matthews, J.B.R., Chen, Y., Zhou, X., Gomis, M.I., Lonnoy, E., Maycock, T., Tignor, M. u Waterfield, T. (edituri)].

(21)  Il-valutazzjoni globali tal-2019 tal-IPBES intitolata “Global Assessment on Biodiversity and Ecosystem Services”.

(22)  Ir-rapport tal-Aġenzija Ewropea għall-Ambjent intitolat “L-ambjent Ewropew – L-istat u l-prospetti 2020” (ippubblikat fl-2019 fil-Lussemburgu mill-Uffiċċju tal-Pubblikazzjonijiet tal-Unjoni Ewropea).

(20)  An IPCC Special Report on the impacts of “global warming of 1,5 oC above pre-industrial levels and related global greenhouse gas emission pathways, in the context of strengthening the global response to the threat of climate change, sustainable development, and efforts to eradicate poverty” [Masson-Delmotte, V., Zhai, P., Pörtner, H.-O., Roberts, D., Skea, J., Shukla, P.R., Pirani, A., Moufouma-Okia, W., Péan, C., Pidcock, R., Connors, S., Matthews, J.B.R., Chen, Y., Zhou, X., Gomis, M.I., Lonnoy, E., Maycock, T., Tignor, M. u Waterfield, T. (edituri)].

(21)  Il-valutazzjoni globali tal-2019 tal-IPBES intitolata “Global Assessment on Biodiversity and Ecosystem Services”.

(22)  Ir-rapport tal-Aġenzija Ewropea għall-Ambjent intitolat “L-ambjent Ewropew – L-istat u l-prospetti 2020” (ippubblikat fl-2019 fil-Lussemburgu mill-Uffiċċju tal-Pubblikazzjonijiet tal-Unjoni Ewropea).

(23)  L-Artikolu 2(1)(a) tal-Ftehim ta' Pariġi.

(24)  L-Artikolu 2(1)(b) tal-Ftehim ta' Pariġi.

(25)  L-Artikolu 2(1)(c) tal-Ftehim ta' Pariġi.

(23)  L-Artikolu 2(1)(a) tal-Ftehim ta' Pariġi.

(24)  L-Artikolu 2(1)(b) tal-Ftehim ta' Pariġi.

(25)  L-Artikolu 2(1)(c) tal-Ftehim ta' Pariġi.

(26)  Id-Direttiva 2003/87/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-13 ta' Ottubru 2003 li tistabbilixxi sistema għall-iskambju ta' kwoti ta' emissjonijiet ta' gassijiet serra ġewwa l-Unjoni u li temenda d-Direttiva 96/61/KE (ĠU L 275, 25.10.2003, p. 32).

(27)  Ir-Regolament (UE) 2018/842 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-30 ta' Mejju 2018 dwar it-tnaqqis annwali vinkolanti tal-emissjonijiet ta' gassijiet serra mill-Istati Membri mill-2021 sal-2030 li jikkontribwixxi għall-azzjoni klimatika biex jiġu onorati l-impenji li saru fil-Ftehim ta' Pariġi, u li jemenda r-Regolament (UE) Nru 525/2013 (ĠU L 156, 19.6.2018, p. 26).

(28)  Ir-Regolament (UE) 2018/841 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-30 ta' Mejju 2018 dwar l-inklużjoni tal-emissjonijiet u l-assorbimenti ta' gassijiet serra minn użu tal-art, tibdil fl-użu tal-art u l-forestrija fil-qafas ta' politika għall-klima u l-enerġija għall-2030, u li jemenda r-Regolament (UE) Nru 525/2013 u d-Deċiżjoni Nru 529/2013/UE (ĠU L 156, 19.6.2018, p. 1).

(26)  Id-Direttiva 2003/87/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-13 ta' Ottubru 2003 li tistabbilixxi sistema għall-iskambju ta' kwoti ta' emissjonijiet ta' gassijiet serra ġewwa l-Unjoni u li temenda d-Direttiva 96/61/KE (ĠU L 275, 25.10.2003, p. 32).

(27)  Ir-Regolament (UE) 2018/842 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-30 ta' Mejju 2018 dwar it-tnaqqis annwali vinkolanti tal-emissjonijiet ta' gassijiet serra mill-Istati Membri mill-2021 sal-2030 li jikkontribwixxi għall-azzjoni klimatika biex jiġu onorati l-impenji li saru fil-Ftehim ta' Pariġi, u li jemenda r-Regolament (UE) Nru 525/2013 (ĠU L 156, 19.6.2018, p. 26).

(28)  Ir-Regolament (UE) 2018/841 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-30 ta' Mejju 2018 dwar l-inklużjoni tal-emissjonijiet u l-assorbimenti ta' gassijiet serra minn użu tal-art, tibdil fl-użu tal-art u l-forestrija fil-qafas ta' politika għall-klima u l-enerġija għall-2030, u li jemenda r-Regolament (UE) Nru 525/2013 u d-Deċiżjoni Nru 529/2013/UE (ĠU L 156, 19.6.2018, p. 1).

(29)  COM(2016) 860 final tat-30 ta' Novembru 2016.

(30)  Id-Direttiva 2012/27/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-25 ta' Ottubru 2012 dwar l-effiċjenza fl-enerġija, li temenda d-Direttivi 2009/125/KE u 2010/30/UE u li tħassar id-Direttivi 2004/8/KE u 2006/32/KE (ĠU L 315, 14.11.2012, p. 1).

(31)  Id-Direttiva (UE) 2018/2001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-11 ta' Diċembru 2018 dwar il-promozzjoni tal-użu tal-enerġija minn sorsi rinnovabbli (ĠU L 328, 21.12.2018, p. 82).

(32)  Id-Direttiva 2010/31/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-19 ta' Mejju 2010 dwar ir-rendiment tal-bini fl-użu tal-enerġija (ĠU L 153, 18.6.2010, p. 13).

(29)  COM(2016) 860 final tat-30 ta' Novembru 2016.

(30)  Id-Direttiva 2012/27/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-25 ta' Ottubru 2012 dwar l-effiċjenza fl-enerġija, li temenda d-Direttivi 2009/125/KE u 2010/30/UE u li tħassar id-Direttivi 2004/8/KE u 2006/32/KE (ĠU L 315, 14.11.2012, p. 1).

(31)  Id-Direttiva (UE) 2018/2001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-11 ta' Diċembru 2018 dwar il-promozzjoni tal-użu tal-enerġija minn sorsi rinnovabbli (ĠU L 328, 21.12.2018, p. 82).

(32)  Id-Direttiva 2010/31/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-19 ta' Mejju 2010 dwar ir-rendiment tal-bini fl-użu tal-enerġija (ĠU L 153, 18.6.2010, p. 13).

(33)  Ir-Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tal-15 ta' Jannar 2020 dwar il-Patt Ekoloġiku Ewropew (2019/2956(RSP)).

(34)  Ir-Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tat-28 ta' Novembru 2019 dwar l-emerġenza klimatika u ambjentali (2019/2930(RSP)).

(35)  Il-Konklużjonijiet li l-Kunsill Ewropew adotta waqt il-laqgħa tiegħu tat-12 ta' Diċembru 2019 (EUCO 29/19, CO EUR 31, CONCL 9).

(33)  Ir-Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tal-15 ta' Jannar 2020 dwar il-Patt Ekoloġiku Ewropew (2019/2956(RSP)).

(34)  Ir-Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tat-28 ta' Novembru 2019 dwar l-emerġenza klimatika u ambjentali (2019/2930(RSP)).

(34a)   Ir-Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tat-28 ta' Novembru 2019 dwar il-Konferenza tan-NU tal-2019 dwar it-Tibdil fil-Klima f'Madrid, Spanja (COP 25) (2019/2712(RSP)).

(35)  Il-Konklużjonijiet li l-Kunsill Ewropew adotta waqt il-laqgħa tiegħu tat-12 ta' Diċembru 2019 (EUCO 29/19, CO EUR 31, CONCL 9).

(1a)   Ir-Regolament (UE) …/… tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill ta' … li jistabbilixxi l-Fond għal Tranżizzjoni Ġusta (ĠU …).

(9)   COM(2020)562.

(10)   Ir-Regolament (UE) 2018/1999 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-11 ta' Diċembru 2018 dwar il-Governanza tal-Unjoni tal-Enerġija u tal-Azzjoni Klimatika, li jemenda r-Regolamenti (KE) Nru 663/2009 u (KE) Nru 715/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, id-Direttivi 94/22/KE, 98/70/KE, 2009/31/KE, 2009/73/KE, 2010/31/UE, 2012/27/UE u 2013/30/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, id-Direttivi tal-Kunsill 2009/119/KE u (UE) 2015/652 u li jħassar ir-Regolament (UE) Nru 525/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU L 328, 21.12.2018, p. 1).

(1a)   Id-Direttiva 2003/87/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-13 ta' Ottubru 2003 li tistabbilixxi skema għall-iskambju ta' kwoti ta' emissjonijiet ta' gassijiet serra ġewwa l-Komunità u li temenda d-Direttiva 96/61/KE (ĠU L 275, 25.10.2003, p. 32).

(1a)   Ir-Regolament (UE) 2018/842 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-30 ta' Mejju 2018 dwar it-tnaqqis annwali vinkolanti tal-emissjonijiet ta' gassijiet serra mill-Istati Membri mill-2021 sal-2030 li jikkontribwixxi għall-azzjoni klimatika biex jiġu onorati l-impenji li saru fil-Ftehim ta' Pariġi, u li jemenda r-Regolament (UE) Nru 525/2013 (ĠU L 56, 19.6.2018, p. 26).