<?xml version="1.0" encoding="UTF-8"?><JUDGMENT xmlns:fmx="http://opoce" xmlns:xsi="http://www.w3.org/2001/XMLSchema-instance" xsi:noNamespaceSchemaLocation="http://formex.publications.europa.eu/schema/formex-05.55-20141201.xd"><BIB.JUDGMENT><REF.CASE FILE="n.a."><NO.CASE>C‑678/15</NO.CASE></REF.CASE><NO.CELEX>62015CJ0678</NO.CELEX><NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2017:451">EU:C:2017:451</NO.ECLI><NO.SEQ>0001</NO.SEQ><PAGE.FIRST.ECR>1</PAGE.FIRST.ECR><PAGE.SEQ>1</PAGE.SEQ><PAGE.LAST.ECR>9</PAGE.LAST.ECR><PAGE.TOTAL>9</PAGE.TOTAL><AUTHOR>CJ</AUTHOR></BIB.JUDGMENT><CURR.TITLE><PAGE.HEADER><P>SENTENZA TAL-<DATE ISO="20170614">14.6.2017</DATE> – KAWŻA C 678/15</P><P>KHORASSANI</P></PAGE.HEADER></CURR.TITLE><TITLE><TI><P><HT TYPE="UC">Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja</HT> (Ir‑Raba’ Awla)</P><P><DATE ISO="20170614">14 ta’ Ġunju 2017</DATE><NOTE NUMBERING="STAR" TYPE="FOOTNOTE" NOTE.ID="E0001"><P>Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż.</P></NOTE></P></TI></TITLE><INDEX><KEYWORD>Rinviju għal deċiżjoni preliminari</KEYWORD><KEYWORD>Direttiva 2004/39/KE</KEYWORD><KEYWORD>Swieq ta’ strumenti finanzjarji</KEYWORD><KEYWORD>Artikolu 4(1)(2)</KEYWORD><KEYWORD>Kunċett ta’ <QUOT.START CODE="2018" REF.END="QE0001" ID="QS0001"/>servizzi ta’ investiment<QUOT.END REF.START="QS0001" CODE="2019" ID="QE0001"/></KEYWORD><KEYWORD>Punt 1 tat-Taqsima A tal-Anness I</KEYWORD><KEYWORD>Riċeviment u trażmissjoni ta’ ordnijiet li jirrigwardaw strument finanzjarju wieħed jew iktar</KEYWORD><KEYWORD>Inklużjoni eventwali tal-intermedjazzjoni fid-dawl tal-konklużjoni ta’ kuntratt ta’ ġestjoni ta’ portafoll</KEYWORD></INDEX><JUDGMENT.INIT><P>Fil-Kawża C‑678/15,</P><P>li għandha bħala suġġett talba għal deċiżjoni preliminari skont l-Artikolu 267 TFUE, imressqa mill-Bundesgerichtshof (qorti federali tal-ġustizzja, il-Ġermanja), permezz ta’ deċiżjoni tal-<DATE ISO="20151110">10 ta’ Novembru 2015</DATE>, li waslet fil-Qorti tal-Ġustizzja fis-<DATE ISO="20151216">16 ta’ Diċembru 2015</DATE>, fil-proċedura</P></JUDGMENT.INIT><PARTIES><PLAINTIFS><P><HT TYPE="BOLD">Mohammad Zadeh Khorassani</HT></P></PLAINTIFS><AGAINST>vs</AGAINST><DEFENDANTS><P><HT TYPE="BOLD">Kathrin Pflanz,</HT></P></DEFENDANTS></PARTIES><PREAMBLE><PREAMBLE.INIT><P>IL‑QORTI TAL-ĠUSTIZZJA (Ir‑Raba’ Awla),</P><P>komposta minn T. von Danwitz, President tal-Awla, E. Juhász, C. Vajda (Relatur), K. Jürimäe u C. Lycourgos, Imħallfin,</P><P>Avukat Ġenerali: M. Campos Sánchez-Bordona,</P><P>Reġistratur: K. Malacek, Amministratur,</P></PREAMBLE.INIT><GR.VISA><VISA>wara li rat il-proċedura bil-miktub u wara s-seduta tas-<DATE ISO="20161116">16 ta’ Novembru 2016</DATE>,</VISA></GR.VISA><GR.CONSID><CONSID><P>wara li kkunsidrat l-osservazzjonijiet ippreżentati:</P><LIST TYPE="DASH"><ITEM><P>għall-Gvern Ġermaniż, minn T. Henze u J. Möller, bħala aġenti,</P></ITEM><ITEM><P>għall-Gvern Pollakk, minn B. Majczyna, bħala aġent,</P></ITEM><ITEM><P>għall-Gvern Portugiż, minn L. Inez Fernandes, M. Figueiredo u J. Dias Lopes kif ukoll minn M. Rebelo, bħala aġenti,</P></ITEM><ITEM><P>għall-Gvern tar-Renju Unit, minn D. Robertson u M. Holt kif ukoll minn V. Kaye, bħala aġenti, assistiti minn B. Kennelly, QC, u minn M. Gray, barrister,</P></ITEM><ITEM><P>għall-Kummissjoni Ewropea, minn K.-P. Wojcik u I. Rogalski, bħala aġenti,</P></ITEM></LIST></CONSID></GR.CONSID><?PAGE NO="2"?><GR.VISA><VISA>wara li semgħet il-konklużjonijiet tal-Avukat Ġenerali, ippreżentati fis-seduta tat-<DATE ISO="20170208">8 ta’ Frar 2017</DATE>,</VISA></GR.VISA><PREAMBLE.FINAL>tagħti l-preżenti</PREAMBLE.FINAL></PREAMBLE><CONTENTS.JUDGMENT><GR.SEQ LEVEL="1"><TITLE><TI><P>Sentenza</P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0001"><NO.P>1</NO.P><TXT>It-talba għal deċiżjoni preliminari tirrigwarda l-interpretazzjoni tal-Artikolu 4(1)(2) kif ukoll tal-punt 1 tat-Taqsima A tal-Anness I tad-Direttiva 2004/39/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tal-<DATE ISO="20040421">21 ta’ April 2004</DATE>, dwar is-swieq fl-istrumenti finanzjarji li temenda d-Direttivi tal-Kunsill 85/611/KEE u 93/6/KEE u d-Direttiva 2000/12/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill u li tħassar id-Direttiva tal-Kunsill 93/22/KEE (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 6, Vol. 7, p. 263).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0002"><NO.P>2</NO.P><TXT>Din it-talba tressqet fil-kuntest ta’ tilwima bejn Mohammad Zadeh Khorassani u Kathrin Pflanz rigward l-intermedjazzjoni, minn din tal-aħħar, ta’ kuntratt ta’ ġestjoni tal-patrimonju konkluż bejn M. Z. Khorassani u terzi.</TXT></NP.ECR><GR.SEQ LEVEL="2"><TITLE><TI><P>Il-kuntest ġuridiku</P></TI></TITLE><GR.SEQ LEVEL="3"><TITLE><TI><P><HT TYPE="ITALIC">Id-dritt tal-Unjoni</HT></P></TI></TITLE><GR.SEQ LEVEL="4"><TITLE><TI><P><HT TYPE="ITALIC">Id-Direttiva 2004/39</HT></P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0003"><NO.P>3</NO.P><TXT>Il-premessi 2, 20 u 31 tad-Direttiva 2004/39 jipprovdu:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><CONSID><NP><NO.P><QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0002" ID="QS0002"/>(2)</NO.P><TXT>Dawn l-aħħar snin iktar investituri saru attivi fis-swieq finanzjarji u qegħdin jiġu offruti sett saħansitra iktar kumpless u mifrux fil-wisa’ rigward servizzi u strumenti. Bil-ħsieb ta’ dawn l-iżviluppi, il-qafas legali tal-Komunità għandu jiġbor il-firxa sħiħa ta’ l-attivitajiet orjentati lejn l-investitur. Għal dan il-fini, huwa meħtieġ li jiġi pprovvdut il-grad ta’ armonizzazzjoni meħtieġ sabiex joffri lill-investituri livell għoli ta’ protezzjoni u sabiex id-ditti ta’ l-nvestiment jitħallew jipprovdu servizzi ġewwa l-Komunità kollha, ġaladarba hi Suq Waħdieni, fuq il-bażi tas-sorveljanza tal-pajjiż tal-post. Bil-ħsieb ta’ hawn fuq, id-Direttiva 93/22/KEE [tal-Kunsill, tal-<DATE ISO="19930510">10 ta’ Mejju 1993</DATE>, dwar servizzi ta’ investiment fil-qasam ta’ titoli (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 6, Vol. 2, p. 43),] għandha tiġi mibdula b’Direttiva ġdida.</TXT></NP></CONSID><P>[…]</P><CONSID><NP><NO.P>(20)</NO.P><TXT>Għall-għanijiet ta’ din id-Direttiva, il-kummerċ tar-riċeviment u t-trasmissjoni ta’ l-ordnijiet għandu jinkludi wkoll li jinġiebu flimkien żewġ investituri jew iktar biex b’hekk tinġieb transazzjoni bejn dawn l-investituri.</TXT><P>[…]</P></NP></CONSID><CONSID><NP><NO.P>(31)</NO.P><TXT>Wieħed mill-għanijiet ta’ din id-Direttiva huwa li jipproteġi lill-investituri. […]<QUOT.END REF.START="QS0002" CODE="201D" ID="QE0002"/></TXT></NP></CONSID></QUOT.S></P></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0004"><NO.P>4</NO.P><TXT>Skont l-Artikolu 1(1) tad-Direttiva 2004/39:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><ALINEA><QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0003" ID="QS0003"/>1. Din id-Direttiva għandha tapplika għad-ditti ta’ l-investiment u s-swieq irregolati.<QUOT.END REF.START="QS0003" CODE="201D" ID="QE0003"/></ALINEA></QUOT.S></P></NP.ECR><?PAGE NO="3"?><NP.ECR IDENTIFIER="NP0005"><NO.P>5</NO.P><TXT>L‑Artikolu 4(1)(1), (2), (4), (5), (9) u (16) ta’ din id-direttiva jipprovdu:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><PARAG IDENTIFIER="004.001"><NO.PARAG><QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0004" ID="QS0004"/> 1.</NO.PARAG><ALINEA><P>Għall-għanijiet ta’ din id-Direttiva, għandhom japplikaw id- definizzjonijiet li ġejjin:</P><LIST TYPE="ARAB"><ITEM><NP><NO.P>1)</NO.P><TXT>‘Ditta ta’ investiment’ tfisser kull persuna legali li x-xogħol jew kummerċ regolari tagħha huma l-provvediment ta’ servizz jew iktar ta’ investiment lil partijiet terzi u/jew it-twettiq ta’ attività jew iktar ta’ investiment fuq bażi professjonali;</TXT></NP></ITEM></LIST><P>[…]</P><LIST TYPE="ARAB"><ITEM><NP><NO.P>2)</NO.P><TXT>‘Servizzi u attivitajiet ta’ investiment’ ifissru kull waħda mis-servizzi u l-attivitjiet elenkati fit-Taqsima A ta’ l-Anness I li għandhom x’jaqsmu ma’ kull wieħed mill-istrumenti elenkati fit-Taqsima Ċ ta’ l-Anness I;</TXT></NP></ITEM></LIST><P>[…]</P><LIST TYPE="ARAB"><ITEM><NP><NO.P>4)</NO.P><TXT><QUOT.START CODE="2018" REF.END="QE0005" ID="QS0005"/>Parir/i dwar l-investiment/i<QUOT.END REF.START="QS0005" CODE="2019" ID="QE0005"/> ifissru l-provvediment ta’ rakkommandazzjonijiet personali lill-klijent, jew fuq it-talba tiegħu jew fuq l-inizjattiva tad-ditta ta’ l-investiment, rigward transazzjoni jew iktar li jkollhom x’jaqsmu ma’ l-istrumenti finanzjarji;</TXT></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P>5)</NO.P><TXT><QUOT.START CODE="2018" REF.END="QE0006" ID="QS0006"/>It-twettiq ta’ l-ordnijiet f’isem il-klijenti<QUOT.END REF.START="QS0006" CODE="2019" ID="QE0006"/> ifisser ħidma sabiex jiġu konklużi ftehimijiet għax-xiri jew għall-bejgħ ta’ strument finanzjarju jew iktar f’isem klijenti;</TXT></NP></ITEM></LIST><P>[…]</P><LIST TYPE="ARAB"><ITEM><NP><NO.P>9)</NO.P><TXT>‘Il-ġestjoni tal-portafoll’ tfisser il-maniġġjar tal-portafolli skond il-mandati mogħtija mill-klijenti fuq bażi diskrezzjonali, klijent bi klijent, meta dawn il-portafolli jinkludu strument finanzjarju jew iktar;</TXT></NP></ITEM></LIST><P>[…]</P><LIST TYPE="ARAB"><ITEM><NP><NO.P>16)</NO.P><TXT><QUOT.START CODE="2018" REF.END="QE0007" ID="QS0007"/>Ordni tal-limitu<QUOT.END REF.START="QS0007" CODE="2019" ID="QE0007"/> ifisser ordni sabiex jinxtara jew jinbigħ strument finanzjarju fil-limitu speċifikat tal-prezz tiegħu jew aħjar jew għal daqs speċifikat<QUOT.END REF.START="QS0004" CODE="201D" ID="QE0004"/>.</TXT></NP></ITEM></LIST></ALINEA></PARAG></QUOT.S></P></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0006"><NO.P>6</NO.P><TXT>L‑Artikolu 21 ta’ din id-direttiva, intitolat <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0008" ID="QS0008"/>L-Obbligu li jitwettqu l-ordnijiet fuq l-iktar termini favorevoli għall-klijent<QUOT.END REF.START="QS0008" CODE="201D" ID="QE0008"/>, jistabbilixxi, fil-paragrafi 1 sa 3 tiegħu:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><PARAG IDENTIFIER="021.001"><NO.PARAG><QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0009" ID="QS0009"/>1.</NO.PARAG><ALINEA>L-Istati Membri għandhom jeħtieġu illi d-ditti ta’ l-investiment jieħdu l-passi raġjonevoli kollha sabiex, meta jwettqu l-ordnijiet, jiksbu l-aħjar riżultat posibbli għall-klijenti tagħhom, wara li jqisu l-prezz, l-ispejjeż, il-ħeffa, il-probabbiltà tat-twettiq u tas-soluzzjoni tal-kontroversji, id-daqs, in-natura u kull konsiderazzjoni oħra għat-twettiq ta’ l-ordni. Madankollu, kulmeta jkun hemm istruzzjoni speċifika mill-klijent, id-ditta ta’ l-investiment għandha twettaq l-ordni wara struzzjoni speċifika.</ALINEA></PARAG><PARAG IDENTIFIER="021.002"><NO.PARAG>2.</NO.PARAG><ALINEA>L-Istati Membri għandhom jeħtieġu lid-ditti ta’ l-investiment li jistabbilixxu u jimplimentaw arranġamenti effettivi sabiex jikkonformaw mal-paragrafu 1. B’mod partikolari, l-Istati Membri għandhom jeħtieġu li d-ditti ta’ l-investiment jistabbilixxu u jimplimentaw politika tat-twettiq ta’ l-ordnijiet sabiex jippermetulhom li jiksbu, rigward l-ordnijiet tal-klijenti tagħhom, l-aħjar riżultat possibbli skond il-paragrafu 1.</ALINEA></PARAG><PARAG IDENTIFIER="021.003"><NO.PARAG>3.</NO.PARAG><ALINEA>Il-politika tat-twettiq ta’ l-ordni għandha tinkludi, rigward kull klassi ta’ l-istrumenti, tagħrif dwar il-postijiet differenti tal-laqgħat meta ditta ta’ l-investiment twettaq l-ordnijiet tal-klijenti tagħha u l-fatturi li jaffettwaw il-għażla tal-post tal-laqgħat tat-twettiq. […]<QUOT.END REF.START="QS0009" CODE="201D" ID="QE0009"/></ALINEA></PARAG></QUOT.S></P></NP.ECR><?PAGE NO="4"?><NP.ECR IDENTIFIER="NP0007"><NO.P>7</NO.P><TXT>It-Taqsima A tal-Anness I tal-istess direttiva ssemmi, inkwantu servizzi u attivitajiet ta’ investiment:</TXT><QUOT.S LEVEL="1"><LIST TYPE="OTHER"><ITEM><NP><NO.P><QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0010" ID="QS0010"/>1.</NO.P><TXT>Ir-riċeviment u t-trasmissjoni ta’ l-ordnijiet f’relazzjoni ma’ strument finanzjarju jew iktar.</TXT></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P>2.</NO.P><TXT>It-twettiq ta’ l-ordnijiet f’isem il-klijenti.</TXT></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P>3.</NO.P><TXT>Il-kummerċ akkont tiegħu inifsu.</TXT></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P>4.</NO.P><TXT>Il-ġestjoni tal-portafoll.</TXT></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P>5.</NO.P><TXT>Il-pariri dwar l-investiment.</TXT></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P>6.</NO.P><TXT>Is-sottoskrizzjoni ta’ l-istrumenti finanzjarji u/jew it-tqegħid ta’ l-istrumenti finanzjarji fuq bażi sod ta’ impenn.</TXT></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P>7.</NO.P><TXT>It-tqegħid ta’ l-istrumenti finanzjarji mingħajr bażi sod ta’ impenn.</TXT></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P>8.</NO.P><TXT>Il-ħidma tal-Faċilitajiet tal-kummerċ Multilaterali (MTF).<QUOT.END REF.START="QS0010" CODE="201D" ID="QE0010"/></TXT></NP></ITEM></LIST></QUOT.S></NP.ECR></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="4"><TITLE><TI><P><HT TYPE="ITALIC">Id-Direttiva 2006/73/KE</HT></P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0008"><NO.P>8</NO.P><TXT>Skont il-premessa 81 tad-Direttiva tal-Kummissjoni 2006/73/KE, tal-<DATE ISO="20060810">10 ta’ Awwissu 2006</DATE>, li timplimenta d-Direttiva 2004/39/KE rigward ir-rekwiżiti organizzattivi u l-kundizzjonijiet ta’ ħidma tal-kumpaniji tal-investiment u t-termini definiti għall-għanjiet ta’ dik id-Direttiva (<REF.DOC.OJ COLL="L" NO.OJ="241" PAGE.FIRST="26" DATE.PUB="2006">ĠU L 338M, p. 463</REF.DOC.OJ>):</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><CONSID><P><QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0011" ID="QS0011"/>Konsulenza ġenerika dwar tip ta’ strument finanzjarju mhijiex konsulenza dwar l-investiment għall-finijiet tad-Direttiva 2004/39/KE, minħabba li din id-Direttiva tispeċifika li, għall-finijiet tad-Direttiva 2004/39/KE, konsulenza dwar l-investiment hija ristretta għal konsulenza dwar strumenti finanzjarji partikolari. […]<QUOT.END REF.START="QS0011" CODE="201D" ID="QE0011"/></P></CONSID></QUOT.S></P></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0009"><NO.P>9</NO.P><TXT>L‑Artikolu 52 tad-Direttiva 2006/73, intitolat <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0012" ID="QS0012"/>Il-konsulenza dwar l-investiment<QUOT.END REF.START="QS0012" CODE="201D" ID="QE0012"/> jipprovdi, fit-tieni paragrafu tiegħu, li rakkomandazzjoni personali, fis-sens tal-Artikolu 4(1)(4) tad-Direttiva 2004/39, għandha tikkostitwixxi rakkomandazzjoni biex jittieħdu l-passi li ġejjin:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><LIST TYPE="alpha"><ITEM><NP><NO.P><QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0013" ID="QS0013"/>a)</NO.P><TXT>ix-xiri, il-bejgħ, l-abbonament, l-iskambju, ir-rimbors, iż-żamma jew is-sottoskrizzjoni ta’strument finanzjarju partikolari;</TXT></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P>b)</NO.P><TXT>l-eżerċizzju jew in-nuqqas ta’ eżerċizzju ta’ xi dritt mogħti minn strument finanzjarju partikolari għal xiri, bejgħ, abbonament, skambju, jew rimbors ta’ strument finanzjarju.<QUOT.END REF.START="QS0013" CODE="201D" ID="QE0013"/></TXT></NP></ITEM></LIST></QUOT.S></P></NP.ECR></GR.SEQ></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="3"><TITLE><TI><P><HT TYPE="ITALIC">Id-dritt Ġermaniż</HT></P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0010"><NO.P>10</NO.P><TXT>Skont l-Artikolu 823(2) tal-Bürgerliches Gesetzbuch (kodiċi ċivili), l-obbligu li tiġi kkumpensata l-ħsara kkawżata jaqa’ fuq persuna li tikser dispożizzjoni intiża sabiex tipproteġi persuna oħra.</TXT></NP.ECR><?PAGE NO="5"?><NP.ECR IDENTIFIER="NP0011"><NO.P>11</NO.P><TXT>L‑Artikolu 1 tal-Kreditwesengesetz (liġi dwar is-settur tal-kreditu), tad-<DATE ISO="19980909">9 ta’ Settembru 1998</DATE> (BGBl. 1998 I, p. 2776), kif emendata bil-liġi tas-<DATE ISO="20070716">16 ta’ Lulju 2007</DATE> (BGBl. 2007 I, p. 1330) (iktar ’il quddiem il-<QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0014" ID="QS0014"/>KWG<QUOT.END REF.START="QS0014" CODE="201D" ID="QE0014"/>), jipprovdi, fil-paragrafu 1a tiegħu:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><ALINEA><P><QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0015" ID="QS0015"/> […] Is-servizzi finanzjarji huma:</P><P><LIST TYPE="ARAB"><ITEM><NP><NO.P>1.</NO.P><TXT>l-intermedjazzjoni fix-xiri u l-bejgħ ta’ strumenti finanzjarji (intermedjazzjoni fil-qasam tal-investiment),</TXT></NP></ITEM></LIST><LIST TYPE="OTHER"><ITEM><NP><NO.P>1a.</NO.P><TXT>parir personali lill-klijenti jew lir-rappreżentanti tagħhom, rigward tranżazzjonijiet ta’ strumenti finanzjarji speċifiċi, sakemm ir-rakkomandazzjonijiet ikunu jieħdu inkunsiderazzjoni l-evalwazzjoni tas-sitwazzjoni personali tal-investitur jew jitqiesu bħala adattati għalih u ma jingħatawx biss permezz ta’ mezzi ta’ informazzjoni jew ikunu diretti lejn il-pubbliku ġenerali (parir dwar investiment) […]<QUOT.END REF.START="QS0015" CODE="201D" ID="QE0015"/></TXT></NP></ITEM></LIST></P></ALINEA></QUOT.S></P></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0012"><NO.P>12</NO.P><TXT>L-Artikolu 32(1) tal-KWG jipprovdi:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><ALINEA><QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0016" ID="QS0016"/>Kull min jixtieq […] jipprovdi servizzi finanzjarji fit-territorju nazzjonali ta’ natura professjonali jew f’volum li jeħtieġ stabbiliment kummerċjali […] għandu jikseb l-awtorizzazzjoni bil-miktub mill-Bundesanstalt [für Finanzdienstleistungsaufsicht (awtorità federali ta’ sorveljanza tas-servizzi finanzjarji, il‑Ġermanja)] […]<QUOT.END REF.START="QS0016" CODE="201D" ID="QE0016"/></ALINEA></QUOT.S></P></NP.ECR></GR.SEQ></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="2"><TITLE><TI><P>Il-kawża prinċipali u d-domanda preliminari</P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0013"><NO.P>13</NO.P><TXT>Fix-xahar ta’ Novembru 2007, K. Pflanz, li ma għandhiex awtorizzazzjoni sabiex tipprovdi servizzi finanzjarji skont l-Artikolu 32(1) tal-KWG, irrakkomandat lil M. Z. Khorassani investiment imsejjaħ <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0017" ID="QS0017"/>Grand-Slam<QUOT.END REF.START="QS0017" CODE="201D" ID="QE0017"/>. F’dan il-kuntest, hija wasslitu sabiex jikkonkludi kuntratt ta’ servizzi ma’ GSS AG kif ukoll kuntratt ta’ ġestjoni tal-patrimonju ma’ D. AG, fejn dawn iż-żewġ kumpanniji huma stabbiliti fil-Liechtenstein. Mid-deċiżjoni tar-rinviju jirriżulta li dan l-aħħar kuntratt jipprevedi l-akkwist u l-bejgħ kif ukoll il-ġestjoni ta’ strumenti finanzjarji, fis-sens ta’ attività ta’ ġestjoni ta’ portafoll finanzjarju.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0014"><NO.P>14</NO.P><TXT>M. Z. Khorassani impenja ruħu li jwettaq ħlas uniku ta’ EUR <FT TYPE="NUMBER">20000</FT> u ħlasijiet kull xahar ta’ EUR <FT TYPE="NUMBER">1000</FT>, miżjuda, għal kull wieħed minnhom, b’5 % bħala primjum azzjonanrju. Fix-xahar ta’ Diċembru 2007, il-persuna kkonċernata ħallset total ta’ EUR <FT TYPE="NUMBER">27000</FT>, li minnhom tnaqqsu EUR <FT TYPE="DECIMAL">19731.60</FT> bħala ħlas ta’ amministrazzjoni bil-quddiem u EUR <FT TYPE="DECIMAL">1285.71</FT>, bħala primjum azzjonarju. Sussegwentement, M. Z. Khorassani rrevoka dawn il-kuntratti u talab ir-rimbors tal-ammont imħallas kif ukoll danni.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0015"><NO.P>15</NO.P><TXT>Il-Landgericht Berlin (qorti reġjonali ta’ Berlin, il-Ġermanja) ċaħdet ir-rikors ippreżentat kontra l-kumpanniji stabbiliti fil-Liechtenstein bħala inammissibbli, minħabba nuqqas ta’ ġurisdizzjoni internazzjonali, u ċaħdet ir-rikors ippreżentat kontra K. Pflanz bħala infondat.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0016"><NO.P>16</NO.P><TXT>Billi bbenefika minn rimbors ta’ EUR <FT TYPE="DECIMAL">6803.03</FT>, M. Z. Khorassani ppreżenta l-appell tiegħu quddiem il-Kammergericht Berlin (qorti reġjonali superjuri ta’ Berlin, il-Ġermanja) li kien intiż sabiex jikseb il-bqija tal-ammont mitlub. Din il-qorti kkunsidrat li K. Pflanz ma kinitx ipprovdiet servizzi finanzjarji, fis-sens tal-punti 1 u 1a tat-tieni sentenza tal-Artikolu 1(1a) tal-KWG, suġġetti għal awtorizzazzjoni skont l-Artikolu 32(1) tal-KWG, peress li kemm il-pariri dwar l-investiment kif ukoll l-intermedjazzjoni fil-qasam tal-investiment imwettqa minnha kienu jirrigwardaw mhux tranżazzjoni relatata mal-akkwist u mal-bejgħ ta’ strumenti finanzjarji, iżda kienu jirrigwardaw kuntratt ta’ ġestjoni tal-patrimonju, li, filwaqt li huwa intiż sabiex iservi ulterjorment għall-akkwist u għall-bejgħ ta’ strumenti finanzjarji konkreti, minnu nnifsu ma kienx jikkostitwixxi strument finanzjarju. Għalhekk, din il-qorti ddeċidiet li M. Z. Khorassani ma kellux dritt għad-danni skont dispożizzjonijiet magħqudin tal-Artikolu 823(2) tal-kodiċi ċivili u tal-Artikolu 32(1) tal-KWG.</TXT></NP.ECR><?PAGE NO="6"?><NP.ECR IDENTIFIER="NP0017"><NO.P>17</NO.P><TXT>Adita b’appell fuq punt ta’ liġi, il-Bundesgerichtshof (qorti federali tal-ġustizzja, il-Ġermanja), ikkunsidrat li l-Kammergericht Berlin (qorti reġjonali superjuri ta’ Berlin) korrettament iddeċidiet li K. Pflanz ma kinitx ipprovdiet lil M. Z. Khorassanni pariri dwar l-investiment, fis-sens tal-punt 1a tat-tieni sentenza tal-Artikolu 1(1a) tal-KWG, peress li din id-dispożizzjoni tikkonċerna, skont l-Artikolu 4(1)(4) tad-Direttiva 2004/39, moqri flimkien mal-Artikolu 52 tad-Direttiva 2006/73, il-provvista ta’ rakkomandazzjonijiet personali li jirrigwardaw strumenti finanzjarji partikolari u mhux attività ta’ ġestjoni ta’ portafoll. Konsegwentement, K. Pflanz ma kisritx l-Artikolu 32(1) tal-KWG f’dan ir-rigward.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0018"><NO.P>18</NO.P><TXT>Min-naħa l-oħra, il-kwistjoni jekk, billi wasslet lil M. Z. Khorassani jikkonkludi kuntratt ta’ ġestjoni ta’ patrimonju, K. Pflanz kienet ipprovdietlu servizz ta’ intermedjazzjoni fil-qasam tal-investiment, fis-sens tal-punt 1 tat-tieni sentenza tal-Artikolu 1(1a) tal-KWG, tiddependi mill-interpretazzjoni li għandha ssir tal-Artikolu 4(1)(2) u tal-punt 1 tat-Taqsima A tal-Anness I tad-Direttiva 2004/39.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0019"><NO.P>19</NO.P><TXT>F’dan ir-rigward, il-qorti tar-rinviju tirrileva, minn naħa, li l-verżjoni fil-lingwa Ġermaniża ta’ din l-aħħar dispożizzjoni, jiġifieri <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0018" ID="QS0018"/>Annahme und Übermittlung von Aufträgen, die ein oder mehrere Finanzinstrument(e) zum Gegenstand haben<QUOT.END REF.START="QS0018" CODE="201D" ID="QE0018"/> (riċeviment u trażmissjoni ta’ ordinijiet li għandhom bħala suġġett strument finanzjarju wieħed jew iktar) tista’ tissuġġerixxi li hija biss l-intermedjazzjoni ta’ kuntratti li jirrigwardaw ix-xiri jew il-bejgħ ta’ strument finanzjarju konkret li hija koperta. Min-naħa l-oħra, il-verżjonijiet ta’ din id-dispożizzjoni fil-lingwa Spanjola (<QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0019" ID="QS0019"/><HT TYPE="ITALIC">en relación con</HT><QUOT.END REF.START="QS0019" CODE="201D" ID="QE0019"/>), Ingliża (<QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0020" ID="QS0020"/> <HT TYPE="ITALIC">in relation to</HT><QUOT.END REF.START="QS0020" CODE="201D" ID="QE0020"/>) u Franċiża (<QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0021" ID="QS0021"/>portant sur<QUOT.END REF.START="QS0021" CODE="201D" ID="QE0021"/>) jistgħu jwasslu għal interpretazzjoni wiesgħa ta’ din id-dispożizzjoni, li skont din rabta indiretta biss hija neċessarja bejn it-tranżazzjoni nnegozjata u x-xiri jew il-bejgħ ta’ strument finanzjarju.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0020"><NO.P>20</NO.P><TXT>Fir-rigward tal-istruttura ġenerali tad-Direttiva 2004/39, il-qorti tar-rinviju tikkunsidra li l-preċiżazzjonijiet miġjuba għall-kunċett ta’ <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0022" ID="QS0022"/>konsulenza dwar l-investiment<QUOT.END REF.START="QS0022" CODE="201D" ID="QE0022"/> [pariri dwar l-investment] fil-premessa 81 u fl-Artikolu 52 tad-Direttiva 2006/73 jistgħu jikkorroboraw l-interpretazzjoni restrittiva msemmija iktar ’il fuq, sa fejn, skont dawn il-preċiżazzjonijiet, pariri dwar l-investment għandhom jirrigwardaw strumenti finanzjarji partikolari, fejn dan jista’ jkun ibbażat fuq raġunament legali ġenerali li huwa applikabbli wkoll għall-attività ta’ intermedjazzjoni fil-qasam tal-investiment.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0021"><NO.P>21</NO.P><TXT>Din il-qorti tqis li l-iskop tad-Direttiva 2004/39, li jikkonsisti fil-protezzjoni tal-investituri, jista’ ma jeħtieġx l-inklużjoni, fis-servizz imsemmi fil-punt 1 tat-Taqsima A tal-Anness I ta’ din id-direttiva, tal-intermedjazzjoni ta’ kuntratt ta’ ġestjoni ta’ portafoll, peress li l-amministraturi ta’ portafolli huma stess huma suġġetti għall-istipulazzjonijiet ta’ din id-direttiva. Madankollu, lakuna fil-protezzjoni tal-investituri tista’ teżisti meta kuntratt huwa konkluż ma’ amministratur ta’ portafoll stabbilit fi Stat terz.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0022"><NO.P>22</NO.P><TXT>F’dawn iċ-ċirkustanzi, il-Bundesgerichtshof (qorti federali tal-ġustizzja) iddeċidiet li tissospendi l-proċeduri quddiemha u li tagħmel lill-Qorti tal-Ġustizzja d-domanda preliminari li ġejja:</TXT><QUOT.S LEVEL="1"><P><QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0023" ID="QS0023"/>Ir-riċeviment u t-trażmissjoni ta’ ordni li għandha bħala suġġett attività ta’ ġestjoni tal-portafoll (Artikolu 4(1)(9) tad-Direttiva [2004/39]) huma servizzi ta’ investiment fis-sens tad-dispożizzjonijiet ikkunsidrati flimkien tal-ewwel sentenza tal-Artikolu 4(1)(2) u tal-Anness I, Taqsima A, punt 1 [ta’ din id-direttiva]?<QUOT.END REF.START="QS0023" CODE="201D" ID="QE0023"/></P></QUOT.S></NP.ECR></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="2"><TITLE><TI><P>Fuq id-domanda preliminari</P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0023"><NO.P>23</NO.P><TXT>Permezz tad-domanda tagħha, il-qorti tar-rinviju essenzjalment tistaqsi, jekk l-Artikolu 4(1)(2) tad-Direttiva 2004/39, moqri flimkien mal-punt 1 tat-Taqsima A tal-Anness I ta’ din id-direttiva, għandux jiġi interpretat fis-sens li s-servizz ta’ investiment li jikkonsisti fir-riċeviment u<?PAGE NO="7"?> fit-trażmissjoni ta’ ordnijiet li jirrigwardaw strument finanzjarju wieħed jew iktar jinkludi l-intermedjazzjoni fid-dawl tal-konklużjoni ta’ kuntratt li għandu bħala suġġett attività ta’ ġestjoni ta’ portafoll.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0024"><NO.P>24</NO.P><TXT>L‑Artikolu 4(1)(2) tad-Direttiva 2004/39 jiddefinixxi s-servizzi u l-attivitajiet ta’ investiment bħala kull wieħed mis-servizzi u mill-attivitajiet elenkati fit-Taqsima A tal-Anness I ta’ din id-direttiva u li jirrigwardaw kull strument finanzjarju msemmi fit-Taqsima Ċ ta’ dan l-anness.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0025"><NO.P>25</NO.P><TXT>Fost is-servizzi u l-attivitajiet ta’ investiment elenkati f’din it-Taqsima A hemm, fil-punt 1 tagħha, dak li jikkonsisti fir-riċeviment u fit-trażmissjoni ta’ ordnijiet li jirrigwardaw strument finanzjarju wieħed jew iktar.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0026"><NO.P>26</NO.P><TXT>Sabiex tingħata risposta għal din id-domanda, hemm lok għalhekk li din l-aħħar dispożizzjoni tiġi interpretata, billi tittieħed inkunsiderazzjoni mhux biss il-formulazzjoni tagħha, iżda wkoll il-kuntest u l-għanijiet tagħha li għandhom jintlaħqu mil-leġiżlazzjoni li hija tagħmel parti minnha (ara, f’dan is-sens, is-sentenza tat-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20161108">8 ta’ Novembru 2016</DATE>, <NAME.CASE>Ognyanov</NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑554/14</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2016:835">EU:C:2016:835</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0031">31</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0027"><NO.P>27</NO.P><TXT>Fir-rigward tal-formulazzjoni tal-punt 1 tat-Taqsima A tal-Anness I tad-Direttiva 2004/39, għalkemm il-qorti tar-rinviju tikkonstata ċerta diverġenza bejn il-verżjonijiet lingwistiċi differenti tal-espressjoni <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0024" ID="QS0024"/>f’relazzjoni ma’<QUOT.END REF.START="QS0024" CODE="201D" ID="QE0024"/> li, skont il-każ, tista’ tissuġġerixxi rabta bejn wieħed u ieħor diretta bejn l-ordnijiet u l-istrument finanzjarju wieħed jew iktar imsemmija f’din id-dispożizzjoni, madankollu hemm lok li jiġi rrilevat li l-espressjoni <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0025" ID="QS0025"/>ordni<QUOT.END REF.START="QS0025" CODE="201D" ID="QE0025"/>, li r-riċeviment u t-trażmissjoni tagħha jikkostitwixxu s-servizz jew l-attività ta’ investiment li huma s-suġġett ta’ din id-dispożizzjoni, tibqa’ l-istess fil-verżjonijiet lingwistiċi ta’ din id-direttiva ċċitati minn din il-qorti, jiġifieri dawk fil-lingwa Spanjola, Ġermaniża, Ingliża u Franċiża.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0028"><NO.P>28</NO.P><TXT>Issa, anki jekk din l-espressjoni ma hijiex iddefinita inkwantu tali fid-Direttiva 2004/39, għandu jiġi kkonstatat li l-kliem <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0026" ID="QS0026"/>f’relazzjoni ma’ strument finanzjarju jew iktar<QUOT.END REF.START="QS0026" CODE="201D" ID="QE0026"/> sempliċement jippreċiżaw it-tip ta’ ordni inkwistjoni, jiġifieri l-ordnijiet jirreferu għax-xiri jew għall-bejgħ ta’ tali strumenti finanzjarji.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0029"><NO.P>29</NO.P><TXT>Din l-interpretazzjoni tal-espressjoni <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0027" ID="QS0027"/>ordni<QUOT.END REF.START="QS0027" CODE="201D" ID="QE0027"/> hija kkonfermata mill-kuntest li tagħmel parti minnu. Iktar partikolarment, din għandha tiġi interpretata fid-dawl tal-punt 2 tat-Taqsima A tal-Anness I ta’ din id-direttiva, li jsemmi s-servizz ta’ investiment li jikkonsisti fit-<QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0028" ID="QS0028"/>[t]wettiq ta’ l-ordnijiet f’isem il-klijenti<QUOT.END REF.START="QS0028" CODE="201D" ID="QE0028"/>.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0030"><NO.P>30</NO.P><TXT>Fil-fatt, hekk kif l-Avukat Ġenerali rrileva fil-punt 42 tal-konklużjonijiet tiegħu, teżisti rabta mill-qrib bejn is-servizz ta’ investiment imsemmi fil-punt 1 tat-Taqsima A ta’ dan l-Anness I, jiġifieri r-riċeviment u t-trażmissjoni ta’ ordnijiet, u dak imsemmi fil-punt 2 ta’ din it-taqsima, jiġifieri t-twettiq tal-ordnijiet, billi l-ewwel wieħed huwa pprovdut qabel it-tieni u bħala prinċipju jwassal għall-provvista ta’ dan tal-aħħar, kemm jekk mill-istess impriża ta’ investiment jew minn impriża ta’ investiment oħra.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0031"><NO.P>31</NO.P><TXT>Issa, is-servizz ta’ investiment imsemmi fil-punt 2 tat-Taqsima A tal-Anness I tad-Direttiva 2004/39, li jikkonsisti fit-<QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0029" ID="QS0029"/>twettiq ta’ l-ordnijiet f’isem il-klijenti<QUOT.END REF.START="QS0029" CODE="201D" ID="QE0029"/> huwa ddefinit fl-Artikolu 4(1)(5) ta’ din id-direttiva, bħala <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0030" ID="QS0030"/>ħidma sabiex jiġu konklużi ftehimijiet għax-xiri jew għall-bejgħ ta’ strument finanzjarju jew iktar f’isem klijenti<QUOT.END REF.START="QS0030" CODE="201D" ID="QE0030"/>.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0032"><NO.P>32</NO.P><TXT>Isegwi li l-ordnijiet li huma s-suġġett tas-servizz ta’ investiment imsemmi fil-punt 1 tat-Taqsima A tal-Anness I ta’ din id-direttiva huma ordnijiet ta’ xiri jew ta’ bejgħ ta’ strument finanzjarju wieħed jew iktar.</TXT></NP.ECR><?PAGE NO="8"?><NP.ECR IDENTIFIER="NP0033"><NO.P>33</NO.P><TXT>Din l-interpretazzjoni hija kkonfermata minn dispożizzjonijiet oħra tad-Direttiva 2004/39. F’dan ir-rigward, <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0031" ID="QS0031"/>[o]rdni tal-limitu<QUOT.END REF.START="QS0031" CODE="201D" ID="QE0031"/> hija ddefinita fl-Artikolu 4(1)(16) tagħha bħala <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0032" ID="QS0032"/>ordni sabiex jinxtara jew jinbigħ strument finanzjarju fil-limitu speċifikat tal-prezz tiegħu jew aħjar jew għal daqs speċifikat<QUOT.END REF.START="QS0032" CODE="201D" ID="QE0032"/>.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0034"><NO.P>34</NO.P><TXT>Minbarra dan, l-Artikolu 21 ta’ din id-direttiva jikkonċerna, konformement mat-titolu tiegħu, l-obbligu li jitwettqu l-ordnijiet bil-kundizzjonijiet l-iktar favorevoli għall-klijent, li jinkludi, skont il-paragrafu 1 ta’ dan l-aħħar artikolu, il-kisba tal-aħjar riżultat possibbli għal dan il-klijent b’kunsiderazzjoni, b’mod partikolari, tal-prezz, tal-ispejjeż, tal-ħeffa kif ukoll tal-probabbiltà tat-twettiq u tas-soluzzjoni tal-kontroversji. Skont il-paragrafi 2 u 3 ta’ dan l-artikolu, l-Istati Membri jeħtieġu b’mod partikolari minn impriżi ta’ investiment li huma jistabbilixxu u jimplementaw politika tat-twettiq tal-ordnijiet, li tinkludi, f’dak li jikkonċerna kull kategorija ta’ strumenti, informazzjoni dwar is-sistemi differenti li fihom l-impriża ta’ investiment twettaq l-ordnijiet tal-klijenti tagħha u l-fatturi li jinfluwenzaw l-għażla tas-sistema ta’ twettiq.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0035"><NO.P>35</NO.P><TXT>Konsegwentement, mill-espressjonijiet tal-punt 1 tat-Taqsima A tal-Anness I tad-Direttiva 2004/39, interpretati fid-dawl tal-kuntest li din id-dispożizzjoni tagħmel parti minnu, jirriżulta li s-servizz imsemmi fiha ma jkoprix l-intermedjazzjoni fid-dawl tal-konklużjoni ta’ kuntratt li għandu bħala suġġett attività ta’ ġestjoni ta’ portafoll. Fil-fatt, anki jekk il-konklużjoni ta’ dan il-kuntratt tagħi lok, fi stadju sussegwenti, għar-riċeviment u għat-trażmissjoni ta’ ordnijiet ta’ xiri jew ta’ bejgħ ta’ strumenti finanzjarji mill-amministratur tal-portafoll fil-kuntest tal-attivita ta’ ġestjoni tiegħu, dan il-kuntratt, minnu nnifsu, ma għandux bħala suġġett tali riċeviment jew trażmissjoni ta’ ordnijiet.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0036"><NO.P>36</NO.P><TXT>Din il-konklużjoni ma hijiex ikkontestata mill-fatt, invokat mill-Gvern tar-Renju Unit, li l-premessa 20 tad-Direttiva 2004/39 tistabbilixxi li, għall-finijiet tagħha, il-kummerċ tar-riċeviment u tat-trażmissjoni tal-ordnijiet għandu jinkludi wkoll li jinġiebu flimkien żewġ investituri jew iktar biex b’hekk tinġieb tranżazzjoni bejn dawn l-investituri.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0037"><NO.P>37</NO.P><TXT>Fil-fatt, hekk kif irrileva l-Avukat Ġenerali fil-punt 44 tal-konklużjonijiet tiegħu, din il-premessa tirreferi għal li żewġ investituri jew iktar jinġiebu flimkien unikament fil-kuntest tar-riċeviment u tat-trażmissjoni ta’ ordnijiet. Għalhekk din il-premessa tkopri l-ipoteżijiet sabiex jinġiebu flimkien li għandhom bħala għan it-twettiq ta’ tranżazzjonijiet li jirrigwardaw strument finanzjarju wieħed jew iktar, li jeskludi l-intermedjazzjoni fid-dawl tal-konklużjoni ta’ kuntratt li għandu bħala suġġett attività ta’ ġestjoni ta’ portafoll.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0038"><NO.P>38</NO.P><TXT>Il‑Gvern Ġermaniż u l-Gvern tar-Renju Unit jirrilevaw ukoll li s-servizz ta’ <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0033" ID="QS0033"/>[p]arir/i dwar l-investiment/i<QUOT.END REF.START="QS0033" CODE="201D" ID="QE0033"/>, iddefinit fl-Artikolu 4(1)(4) tad-Direttiva 2004/39 u elenkat fil-punt 5 tat-Taqsima A tal-Anness I tagħha jikkonsisti, skont l-Artikolu 52 tad-Direttiva 2006/73, sabiex jirrakkomanda t-twettiq ta’ tranżazzjoni li tirrigwarda strument finanzjarju partikolari. Dawn jiddeduċu minn dan li l-assenza ta’ riferiment għal strument finanzjarju <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0034" ID="QS0034"/>partikolari<QUOT.END REF.START="QS0034" CODE="201D" ID="QE0034"/> fil-punt 1 tat-Taqsima A tal-Anness I tad-Direttiva 2004/39 tindika li l-kamp ta’ applikazzjoni ta’ din id-dispożizzjoni ma huwiex limitat għar-riċeviment u għat-trażmissjoni ta’ ordinjiet li jirrigwardaw direttament strument finanzjarju partikolari.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0039"><NO.P>39</NO.P><TXT>Dan l-argument ma jistax jintlaqa’.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0040"><NO.P>40</NO.P><TXT>Fil-fatt, is-servizz ta’ pariri dwar l-investiment jikkonsisti, skont id-definizzjoni li tinsab fl-Artikolu 4(1)(4) tad-Direttiva 2004/39, fil-provvista ta’ rakkomandazzjonijiet personali lil klijent f’dak li jikkonċerna tranżazzjonijiet li jirrigwardaw strumenti finanzjarji. Il‑premessa 81 tad-Direttiva 2006/73 tipprovdi li l-konsulenza ġenerika dwar tip ta’ strument finanzjarju ma hijiex konsulenza dwar l-investiment fis-sens tad-Direttiva 2004/39, li għandha tiġi ristretta għal konsulenza dwar strumenti finanzjarji partikolari, u din il-preċiżazzjoni hija implementata fl-Artikolu 52<?PAGE NO="9"?> tad-Direttiva 2006/73. Issa, la din il-premessa u lanqas dan l-artikolu ma jistgħu jkollhom kwalunkwe effett fuq il-portata tas-servizz ta’ investiment imsemmi fil-punt 1 tat-Taqsima A tal-Anness I tad-Direttiva 2004/39.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0041"><NO.P>41</NO.P><TXT>L‑iskop tad-Direttiva 2004/39 ma jimponix interpretazzjoni differenti ta’ din id-dispożizzjoni. Ċertament, mill-premessi 2 u 31 ta’ din id-direttiva jirriżulta li wieħed mill-għanijiet tagħha huwa li tiġi ggarantita l-protezzjoni tal-investituri (ara, f’dan is-sens, is-sentenza tat-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20130530">30 ta’ Mejju 2013</DATE>, <NAME.CASE>Genil 48 u Comercial Hostelera de Grandes Vinos</NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑604/11</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2013:344">EU:C:2013:344</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0039">39</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0042"><NO.P>42</NO.P><TXT>Madankollu, dan l-għan ma jistax, waħdu, jiġġustifika aċċettazzjoni partikolarment wiesgħa tas-servizz ta’ investiment imsemmi fil-punt 1 tat-Taqsima A tal-Anness I tad-Direttiva 2004/39, li jinkludi l-intermedjazzjoni fid-dawl tal-konklużjoni ta’ kuntratt li għandu bħala suġġett attività ta’ ġestjoni ta’ portafoll.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0043"><NO.P>43</NO.P><TXT>Fil-fatt, aċċettazzjoni paralleli tmur kontra l-interpretazzjoni ta’ din id-dispożizzjoni li tirriżulta, b’mod partikolari, mill-kuntest li din tagħmel parti minnu.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0044"><NO.P>44</NO.P><TXT>Fir-rigward tal-kunsiderazzjonijiet preċedenti kollha, hemm lok li d-domanda magħmula tiġi risposta li l-Artikolu 4(1)(2) tad-Direttiva 2004/39, moqri flimkien mal-punt 1 tat-Taqsima A tal-Anness I ta’ din id-direttiva, għandu jiġi interpretat fis-sens li s-servizz ta’ investiment li jikkonsisti fir-riċeviment u fit-trażmissjoni ta’ ordnijiet li jirrigwardaw strument finanzjarju wieħed jew iktar ma jinkludix l-intermedjazzjoni fid-dawl tal-konklużjoni ta’ kuntratt li għandu bħala suġġett attività ta’ ġestjoni ta’ portafoll.</TXT></NP.ECR></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="2"><TITLE><TI><P>Fuq l-ispejjeż</P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0045"><NO.P>45</NO.P><TXT>Peress li l-proċedura għandha, fir-rigward tal-partijiet fil-kawża prinċipali, in-natura ta’ kwistjoni mqajma quddiem il-qorti tar-rinviju, hija din il-qorti li tiddeċiedi fuq l-ispejjeż. L-ispejjeż sostnuti għas-sottomissjoni tal-osservazzjonijiet lill-Qorti tal-Ġustizzja, barra dawk tal-imsemmija partijiet, ma jistgħux jitħallsu lura.</TXT></NP.ECR></GR.SEQ></GR.SEQ><JURISDICTION><INTRO>Għal dawn il-motivi, Il‑Qorti tal-Ġustizzja (Ir‑Raba’ Awla) taqta’ u tiddeċiedi:</INTRO><P><HT TYPE="BOLD">L‑Artikolu 4(1)(2) tad-Direttiva 2004/39/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tal-<DATE ISO="20040421">21 ta’ April 2004</DATE>, dwar is-swieq fl-istrumenti finanzjarji li temenda d-Direttivi tal-Kunsill 85/611/KEE u 93/6/KEE u d-Direttiva 2000/12/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill u li tħassar id-Direttiva tal-Kunsill 93/22/KEE, moqri flimkien mal-punt 1 tat-Taqsima A tal-Anness I ta’ din id-direttiva, għandu jiġi interpretat fis-sens li s-servizz ta’ investiment li jikkonsisti fir-riċeviment u fit-trażmissjoni ta’ ordnijiet li jirrigwardaw strument finanzjarju wieħed jew iktar ma jinkludix l-intermedjazzjoni fid-dawl tal-konklużjoni ta’ kuntratt li għandu bħala suġġett attività ta’ ġestjoni ta’ portafoll.</HT></P></JURISDICTION></CONTENTS.JUDGMENT><SIGNATURE.CASE><SIGNATORY><P>Firem</P></SIGNATORY></SIGNATURE.CASE></JUDGMENT>