|
10.7.2014 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 201/27 |
DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL
tat-8 ta' Lulju 2014
li taħtar żewġ membri Taljani fil-Kumitat tar-Reġjuni
(2014/446/UE)
IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b'mod partikolari l-Artikolu 305 tiegħu,
Wara li kkunsidra l-proposta mill-Gvern Taljan,
Billi:
|
(1) |
Fit-22 ta' Diċembru 2009 u fit-18 ta' Jannar 2010, il-Kunsill adotta d-Deċiżjonijiet 2009/1014/UE (1) u 2010/29/UE (2) li jaħtru l-membri u l-membri supplenti fil-Kumitat tar-Reġjuni għall-perijodu mis-26 ta' Jannar 2010 sal-25 ta' Jannar 2015. Fit-3 ta' Ġunju 2010, bid-Deċiżjoni 2010/311/UE (3), is-Sur Roberto COTA ġie maħtur membru sal-25 ta' Jannar 2015. |
|
(2) |
Konsegwentement għat-tmiem tal-mandat tas-Sur Giovanni CHIODI u tas-Sur Roberto COTA saru vakanti s-siġġijiet ta' żewġ membri fil-Kumitat tar-Reġjuni. |
ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:
Artikolu 1
Huma b'dan maħturin membri fil-Kumitat tar-Reġjuni għall-bqija tal-mandat attwali, jiġifieri sal-25 ta' Jannar 2015:
|
— |
Is-Sur Luciano D'ALFONSO, Presidente della Regione Abruzzo |
|
— |
Is-Sur Sergio CHIAMPARINO, Presidente della Regione Piemonte. |
Artikolu 2
Din id-Deċiżjoni għandha ssir effettiva fil-jum tal-adozzjoni tagħha.
Magħmul fi Brussell, it-8 ta' Lulju 2014.
Għall-Kunsill
Il-President
P. C. PADOAN
(1) ĠU L 348, 29.12.2009, p. 22.