European flag

Il-Ġurnal Uffiċjali
ta'l-Unjoni Ewropea

MT

Is-serje C


C/2025/831

4.2.2025

DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL

tat-28 ta’ Jannar 2025

li tissostitwixxi membru tal-Kumitat ta’ Konsulenza għall-Koordinazzjoni tas-Sistemi ta’ Sigurtà Soċjali għall-Irlanda

(C/2025/831)

IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidra r-Regolament (KE) Nru 883/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-29 ta’ April 2004 dwar il-kordinazzjoni ta’ sistemi ta’ sigurtà soċjali (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 75 tiegħu,

Billi:

(1)

Bid-Deċiżjoni tal-21 ta’ Settembru 2020 (2), il-Kunsill ħatar il-membri u l-membri supplenti tal-Kumitat ta’ Konsulenza għall-Koordinazzjoni tas-Sistemi ta’ Sigurtà Soċjali għall-perjodu mill-20 ta’ Ottubru 2020 sad-19 ta’ Ottubru 2025.

(2)

Konsegwentement għar-riżenja tas-Sa Mary O’SULLIVAN, sar vakanti siġġu bħala membru fil-kategorija tar-rappreżentanti tal-gvern.

(3)

Il-Gvern tal-Irlanda nnomina kandidat għas-siġġu vakanti,

ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

Is-Sur Kieran LEA huwa maħtur membru tal-Kumitat ta’ Konsulenza għall-Koordinazzjoni tas-Sistemi ta’ Sigurtà Soċjali minflok is-Sa Mary O’SULLIVAN għall-bqija tal-mandat attwali, li jintemm fid-19 ta’ Ottubru 2025.

Artikolu 2

Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fid-data tal-adozzjoni tagħha.

Magħmul fi Brussell, it-28 ta’ Jannar 2025.

Għall-Kunsill

Il-President

A. SZŁAPKA


(1)   ĠU L 166, 30.4.2004, p. 1.

(2)  Id-Deċiżjoni tal-Kunsill tal-21 ta’ Settembru 2020 li taħtar il-membri u l-membri supplenti tal-Kumitat ta’ Konsulenza għall-Koordinazzjoni tas-Sistemi ta’ Sigurtà Soċjali (ĠU C 315 I, 23.9.2020, p. 1).


ELI: http://data.europa.eu/eli/C/2025/831/oj

ISSN 1977-0987 (electronic edition)