<?xml version="1.0" encoding="UTF-8"?><CONCLUSION NNC="YES" xmlns:fmx="http://opoce" xmlns:xsi="http://www.w3.org/2001/XMLSchema-instance" xsi:noNamespaceSchemaLocation="http://formex.publications.europa.eu/schema/formex-05.55-20141201.xd"><BIB.CONCLUSION><REF.CASE FILE="n.a."><NO.CASE>C‑47/13</NO.CASE></REF.CASE><NO.CELEX>62013CC0047</NO.CELEX><NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2014:293">EU:C:2014:293</NO.ECLI><NO.SEQ>0001</NO.SEQ><PAGE.FIRST.ECR>1</PAGE.FIRST.ECR><PAGE.SEQ>1</PAGE.SEQ><PAGE.LAST.ECR>16</PAGE.LAST.ECR><PAGE.TOTAL>16</PAGE.TOTAL></BIB.CONCLUSION><CURR.TITLE><PAGE.HEADER><P>KONKLUŻJONIJIET SHARPSTON — KAWŻA C‑47/13</P><P>GRUND</P></PAGE.HEADER></CURR.TITLE><TITLE><TI><P><HT TYPE="UC">Konklużjonijiet tal-Avukat Ġenerali</HT></P><P><HT TYPE="UC">Sharpston</HT></P><P>ippreżentati fit-<DATE ISO="20140430">30 ta’ April 2014</DATE><NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0001"><P>Lingwa oriġinali: l-Ingliż.</P></NOTE></P></TI><STI><P><HT TYPE="BOLD">Kawża C‑47/13</HT></P><P><HT TYPE="BOLD">Martin Grund</HT></P><P><HT TYPE="BOLD">vs</HT></P><P><HT TYPE="BOLD">Landesamt für Landwirtschaft, Umwelt und ländliche Räume des Landes Schleswig-Holstein</HT></P><P><HT TYPE="NORMAL">[talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Bundesverwaltungsgericht (il-Ġermanja)]</HT></P></STI></TITLE><INDEX><KEYWORD>Agrikoltura</KEYWORD><KEYWORD>Skema ta’ appoġġ dirett</KEYWORD><KEYWORD>Definizzjoni ta’ <QUOT.START CODE="2018" REF.END="QE0001" ID="QS0001"/>mergħa permanenti<QUOT.END REF.START="QS0001" CODE="2019" ID="QE0001"/></KEYWORD><KEYWORD>Art użata għal iktar minn ħames snin għall-produzzjoni ta’ ħaxix jew għalf fil-forma ta’ ħaxix</KEYWORD><KEYWORD>Bidla fit-tip ta’ għalf fil-forma ta’ ħaxix matul il-perijodu</KEYWORD></INDEX><CONTENTS.CONCLUSION><NP><NO.P>1.</NO.P><TXT>Din it-talba għal deċiżjoni preliminari mill-Bundesverwaltungsgericht (Qorti Amministrattiva Federali) (il-Ġermanja) tqajjem dik li tidher bażikament kwistjoni sempliċi, iżda li hija waħda pjuttost ikkomplikata minħabba leġiżlazzjoni kumplessa u xi diskrepanzi bejn verżjonijiet lingwistiċi. Il-fatt li mergħat ġew miżrugħa suċċessivament b’tipi differenti ta’ għalf fil-forma ta’ ħaxix jikkostitwixxi rotazzjoni tal-uċuħ jew l-art għandha titqies bħala mergħa permanenti?</TXT></NP><GR.SEQ LEVEL="1"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD">Il-kuntest</HT></P></TI></TITLE><NP><NO.P>2.</NO.P><TXT>Qabel ma jiġi stabbilit il-qafas leġiżlattiv, jista’ jkun utli li jiġi spjegat il-kuntest ġenerali ta’ fejn qamet it-tilwima fil-proċeduri prinċipali u xi kwistjonijiet speċifiċi li jikkomplikaw ir-riżoluzzjoni tat-tilwima.</TXT></NP><NP><NO.P>3.</NO.P><TXT>Għajnuna diretta lil bdiewa skont il-politika agrikola komuni tista’ tkun suġġetta għall-kundizzjoni ta’ konformità ma’ ċerti standards sabiex tiġi inkoraġġita, <HT TYPE="ITALIC">inter alia</HT>, prattika ambjentali tajba. Pereżempju, tista’ tingħata għajnuna biex jinżammu mergħat iżda li tiġi rtirata jekk din tkun ikkonvertita f’art li tinħadem. F’xi ċirkustanzi, tali konverżjoni tista’ tkun ipprojbita. Madankollu l-bdiewa jistgħu jagħżlu li jikkonvertu mergħat f’art li tinħadem fejn huma jistgħu jiksbu iktar profitt minn din tal-aħħar.</TXT></NP><NP><NO.P>4.</NO.P><TXT>Il-proċeduri prinċipali jinvolvu bidwi Ġermaniż, li tnejn mill-għelieqi tiegħu jkunu suġġetti għal projbizzjoni tal-konverżjoni f’art li tinħadem li kieku kellhom ikunu kklassifikati bħala mergħat permanenti skont it-tifsira tal-leġiżlazzjoni tal-Unjoni Ewropea (<QUOT.START CODE="2018" REF.END="QE0002" ID="QS0002"/>UE<QUOT.END REF.START="QS0002" CODE="2019" ID="QE0002"/>). Huwa għalhekk jixtieq jistabbilixxi li dawn ma kellhomx jiġu kklassifikati hekk fid-data rilevanti. Għal dan l-iskop, huwa jissottometti li l-bidliet bejn ħaxix u taħlita ta’ silla/ħaxix fl-għelieqi interrompiet il-klassifikazzjoni bħala mergħat permanenti u fil-fatt ikkostitwiet rotazzjoni tal-uċuħ<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0002"><P>Ir-rotazzjoni tal-uċuħ, b’mod ġeneriku, hija <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0003" ID="QS0003"/>prattika agrikola fejn jiġu kkoltivati uċuħ differenti wara xulxin fl-istess medda ta’ art matul perijodu ta’ żmien sabiex tinżamm il-fertilità tal-ħamrija u jitnaqqsu l-effetti negattivi ta’ parassiti<QUOT.END REF.START="QS0003" CODE="201D" ID="QE0003"/> (<HT TYPE="ITALIC">Dictionary of Biology</HT>, Elizabeth Martin u Robert Hine, <HT TYPE="ITALIC">Oxford University Press</HT>, 2008).</P></NOTE>. L-awtoritajiet nazzjonali kompetenti ma jaqblux.</TXT></NP><?PAGE NO="2"?><NP><NO.P>5.</NO.P><TXT>Is-sitwazzjoni hija kkomplikata sa ċertu punt minħabba l-fatt li, fejn ħafna mill-verżjonijiet lingwistiċi tal-leġiżlazzjoni tal-UE jużaw terminu simili għal <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0004" ID="QS0004"/>konverżjoni<QUOT.END REF.START="QS0004" CODE="201D" ID="QE0004"/> meta jagħmlu riferiment għal bidla minn mergħat għal art li tinħadem, il-verżjoni Ġermaniża tuża termini li għandhom x’jaqsmu ma’ ħrit. Hawnhekk, jidher li l-bidwi ma kienx jaħrat l-art iżda kien juża metodu (żriegħ mingħajr qlugħ tal-uċuħ ta’ qabel wara skarifikazzjoni, xi kultant magħruf ukoll bħala interseeding jew żriegħ mingħajr ħart), fejn l-uċuħ ta’ qabel ma jitneħħewx u l-ħamrija ma tinħaratx iżda l-wiċċ jiġi maħlul jew imħarrax bl-użu ta’ magna li tħoll il-ħamrija mingħajr ma tqallibha u l-istess uċuħ jew uċuħ differenti jinżergħu flimkien mal-uċuħ eżistenti.</TXT></NP><NP><NO.P>6.</NO.P><TXT>Kwistjoni minuri oħra hija l-fatt li l-leġiżlazzjoni tal-UE ġiet implementata fil-Ġermanja kemm fil-livell nazzjonali kif ukoll reġjonali. Filwaqt li l-leġiżlazzjoni nazzjonali tagħmel referenza dinamika għal-leġiżlazzjoni tal-UE kif ġiet jew tista’ tiġi emendata, il-leġiżlazzjoni reġjonali tagħmel referenza statika għal verżjoni tal-leġiżlazzjoni tal-UE li issa ġiet imħassra jew sostitwita.</TXT></NP></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="1"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD">Il-leġiżlazzjoni tal-UE</HT></P></TI></TITLE><NP><NO.P>7.</NO.P><TXT>Ġew iċċitati żewġ sistemi suċċessivi li jirregolaw skemi ta’ appoġġ dirett lill-bdiewa skont il-politika agrikola komuni: l-ewwel, dik inkorporata fir-Regolament tal-Kunsill Nru 1782/2003<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0003"><P>Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1782/2003, tad-<DATE ISO="20030929">29 ta’ Settembru 2003</DATE>, li jistabbilixxi regoli komuni għal skemi diretti ta’ appoġġ fi ħdan il-politika agrikola komuni u li jistabbilixxi ċerti skemi ta’ appoġġ għall-bdiewa u li jemenda r-Regolamenti (KEE) Nru 2019/93, (KE) Nru 1452/2001, (KE) Nru 1453/2001, (KE) Nru 1454/2001, (KE) Nru 1868/94, (KE) Nru 1251/1999, (KE) Nru 1254/1999, (KE) Nru 1673/2000, (KEE) Nru 2358/71 u (KE) Nru 2529/2001 (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 3, Vol. 40, p. 269).</P></NOTE> u fir-Regolament tal-Kummissjoni Nru 796/2004<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0004"><P>Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 796/2004, tal-<DATE ISO="20040421">21 ta’ April 2004</DATE>, li jistabbilixxi regoli ddettaljati għall-implimentazzjoni tal-kundizzjonalità, tal-modulazzjoni u tas-sistema integrata ta’ amministrazzjoni u ta’ verifika li dwarhom hemm dispożizzjoni fir-Regolamenti tal-Kunsill (KE) Nru 1782/2003 u (KE) Nru 73/2009, kif ukoll għall-implimentazzjoni tal-kundizzjonalità li dwarha hemm dispożizzjoni fir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 479/2008 (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 3, Vol. 44, p. 243), kif emendat.</P></NOTE> (iktar ’il quddiem l-<QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0005" ID="QS0005"/>ewwel sistema<QUOT.END REF.START="QS0005" CODE="201D" ID="QE0005"/>); sussegwentement, b’effett mill-<DATE ISO="20090101">1 ta’ Jannar 2009</DATE> fir-rigward tal-leġiżlazzjoni tal-Kunsill u mill-<DATE ISO="20100101">1 ta’ Jannar 2010</DATE> fir-rigward tal-leġiżlazzjoni tal-Kummissjoni, dik inkorporata fir-Regolament tal-Kunsill 73/2009<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0005"><P>Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 73/2009, tad-<DATE ISO="20090119">19 ta’ Jannar 2009</DATE>, li jistabbilixxi regoli komuni għal skemi ta’ appoġġ dirett għal bdiewa fi ħdan il-politika agrikola komuni u li jistabbilixxi ċerti skemi ta’ appoġġ għal bdiewa, u li jemenda r-Regolamenti (KE) Nru 1290/2005, (KE) Nru 247/2006, (KE) Nru 378/2007 u li jħassar ir-Regolament (KE) Nru 1782/2003 (<REF.DOC.OJ COLL="L" NO.OJ="030" PAGE.FIRST="16" DATE.PUB="2009">ĠU L 30, p. 16</REF.DOC.OJ>).</P></NOTE> u fir-Regolament tal-Kummissjoni Nru 1122/2009<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0006"><P>Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1122/2009, tat-<DATE ISO="20091130">30 ta’ Novembru 2009</DATE>, li jistabbilixxi regoli dettaljati għall-implimentazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 73/2009 fir-rigward tal-kundizzjonalità, il-modulazzjoni u s-sistema integrata ta’ amministrazzjoni u kontroll, skont l-iskemi ta’ appoġġ għall-bdiewa previsti għal dak ir-Regolament, kif ukoll għall-implimentazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1234/2007 fir-rigward tal-kundizzjonalità skont l-iskema ta’ appoġġ prevista għas-settur tal-inbid (<REF.DOC.OJ COLL="L" NO.OJ="316" PAGE.FIRST="65" DATE.PUB="2009">ĠU L 316, p. 65</REF.DOC.OJ>).</P></NOTE> (iktar ’il quddiem it-<QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0006" ID="QS0006"/>tieni sistema<QUOT.END REF.START="QS0006" CODE="201D" ID="QE0006"/>). Madankollu, sa fejn huwa rilevanti għall-każ preżenti, hemm ftit, jekk hemm, differenzi materjali bejn iż-żewġ settijiet ta’ dispożizzjonijiet.<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0007"><P>Kull differenza fil-kliem użat hija indikata bil-parenteżi kwadri.</P></NOTE></TXT></NP><GR.SEQ LEVEL="2"><TITLE><TI><P><HT TYPE="ITALIC">Żamma ta</HT><HT TYPE="ITALIC">’ mergħa permanenti</HT></P></TI></TITLE><NP><NO.P>8.</NO.P><TXT>Fl-ewwel sistema, il-preambolu għar-Regolament Nru 1782/2003 kien jinkludi, <HT TYPE="ITALIC">inter alia</HT>, il-premessi li ġejjin:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><CONSID><NP><NO.P><QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0007" ID="QS0007"/>(2)</NO.P><TXT>Il-pagament sħiħ ta’ għajnuna diretta għandu jkun marbut ma’ l-osservanza tar-regoli relatati ma’ l-art agrikola, mal-produzzjoni u ma’ l-attività agrikola. Dawk ir-regoli għandhom iservu biex jinkorporaw fl-organizzazzjonijiet tas-suq komuni <QUOT.START CODE="2018" REF.END="QE0008" ID="QS0008"/>standards’ dwar l-ambjent, sigurtà ta’ l-ikel, saħħa u benesseri ta’ l-annimali u kondizzjoni agrikola u ambjentali tajba. Jekk dawk in-normi bażiċi mhumiex milħuqa, l-Istati Membri għandhom jirtiraw l-għajnuna diretta totalment jew parzjalment […]</TXT></NP></CONSID><?PAGE NO="3"?><CONSID><NP><NO.P>(4)</NO.P><TXT>Billi l-mergħa permanenti għandha effett pożittiv ambjentali, hu xieraq li jkunu adottati miżuri biex jinkoraġixxu ż-żamma ta’ mergħat permanenti eżistenti biex tiġi evitata konverżjoni massiva f’art li tinħarat.<QUOT.END REF.START="QS0008" CODE="201D" ID="QE0008"/></TXT></NP></CONSID></QUOT.S></P></NP><NP><NO.P>9.</NO.P><TXT>Dawk l-għanijiet huma riflessi u kkonfermati fil-premessi 3 u 7 fil-preambolu għar-Regolament Nru 73/2009 fit-tieni sistema:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><CONSID><NP><NO.P><QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0009" ID="QS0009"/>(3)</NO.P><TXT>Ir-Regolament (KE) Nr 1782/2003 stabbilixxa l-prinċipju li l-bdiewa li ma jikkonformawx ma’ ċerti ħtiġiet fl-oqsma tas-saħħa tal-pubbliku, tal-annimali u tal-pjanti, u l-ambjent u l-benessri tal-annimali huma soġġetti għal tnaqqis jew għal esklużjoni minn appoġġ dirett. Din is-sistema ta’ <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0010" ID="QS0010"/>kundizzjonalità<QUOT.END REF.START="QS0010" CODE="201D" ID="QE0010"/> tifforma parti integrali mill-appoġġ Komunitarju taħt il-pagamenti diretti u għalhekk għandha tinżamm. […]<QUOT.END REF.START="QS0009" CODE="201D" ID="QE0009"/></TXT></NP></CONSID><CONSID><NP><NO.P><QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0011" ID="QS0011"/>(7)</NO.P><TXT>Ir-Regolament (KE) Nru 1782/2003, irrikonoxxa l-effett ambjentali pożittiv ta’ mergħat permanenti. Il-miżuri f’dak ir-Regolament li immirati biex tkun imħeġġa l-manutenzjoni ta’ mergħat permanenti eżistenti biex jiġi żgurat kontra konverżjoni massiva f’art li tinħarat għandhom jinżammu.<QUOT.END REF.START="QS0011" CODE="201D" ID="QE0011"/></TXT></NP></CONSID></QUOT.S></P></NP><NP><NO.P>10.</NO.P><TXT>Għar-rigward tad-dispożizzjonijiet sostantivi, l-Artikolu 3(1) tar-Regolament Nru 1782/2003 jirrikjedi li bidwi li jirċievi pagamenti diretti għandu jirrispetta b’mod partikolari l-<QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0012" ID="QS0012"/>kundizzjoni agrikola u ambjentali tajba<QUOT.END REF.START="QS0012" CODE="201D" ID="QE0012"/> stabbilita skont l-Artikolu 5. Fit-tieni sistema, dan ir-rekwiżit ġie mtenni fl-Artikolu 4(1), li jirreferi għall-kundizzjoni fl-Artikolu 6, tar-Regolament Nru 73/2009.</TXT></NP><NP><NO.P>11.</NO.P><TXT>Il-kundizzjoni rilevanti hija stabbilita fl-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 5(2) tar-Regolament Nru 1782/2003 u tal-Artikolu 6(2) tar-Regolament Nru 73/2009, li jirrikjedu li l-Istati Membri <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0013" ID="QS0013"/>jiżguraw li l-art li kienet b’mergħa permanenti fid-data mniżżla fl-applikazzjonijiet għall-għajnuna għaż-żona tal-2003 tinżamm taħt mergħa permanenti<QUOT.END REF.START="QS0013" CODE="201D" ID="QE0013"/>. It-tieni subparagrafu ta’ kull dispożizzjoni jippermetti lil Stat Membru li jidderoga mill-ewwel subparagrafu f’ċirkustanzi li jkunu debitament ġustifikati, <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0014" ID="QS0014"/>sakemm jieħu azzjoni biex jipprevjeni tnaqqis fiż-żona totali tagħha ta’ mergħat permanenti<QUOT.END REF.START="QS0014" CODE="201D" ID="QE0014"/>.</TXT></NP><NP><NO.P>12.</NO.P><TXT>Jekk wieħed jgħaddi mil-leġiżlazzjoni tal-Kunsill għar-regoli ta’ implementazzjoni dettaljati, fl-ewwel sistema l-Artikolu 3 tar-Regolament Nru 796/2004 stabbilixxa l-obbligi tal-Istati Membri rigward iż-żamma tal-art għall-mergħat permanenti, kif previst fl-Artikolu 5(2) tar-Regolament Nru 1782/2003. B’mod partikolari, l-Artikolu 3(1) jirrikjedi li l-Istati Membri jiżguraw iż-żamma tal-proporzjon bejn l-art taħt mergħa permanenti relattivament għaż-żona agrikola totali, fil-livell nazzjonali jew reġjonali, filwaqt l-Artikolu 3(2) jirrikjedi li għandhom jiżguraw li l-proporzjon ma jitnaqqasx bi ħsara għall-art taħt mergħa permanenti b’iktar minn 10 % relattiv għall-proporzjon ta’ referenza għall-2003. Fit-tieni sistema, ġew stabbiliti l-istess obbligi u rekwiżiti fl-Artikolu 3(1) u (2) tar-Regolament Nru 1122/2009.</TXT></NP><?PAGE NO="4"?><NP><NO.P>13.</NO.P><TXT>Id-dispożizzjonijiet rilevanti tal-Artikolu 4 huma prattikament identiċi fir-Regolament Nru 796/2004 u fir-Regolament Nru 1122/2009. Dan l-artikolu huwa intitolat <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0015" ID="QS0015"/>Żamma ta’ art taħt mergħa permanenti f’livell individwali<QUOT.END REF.START="QS0015" CODE="201D" ID="QE0015"/> u jinkludi l-paragrafi li ġejjin:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><PARAG IDENTIFIER="004.001"><NO.PARAG><QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0016" ID="QS0016"/>1.</NO.PARAG><ALINEA>Meta jiġi stabbilit li l-proporzjon imsemmi fl-Artikolu 3(1) ta’ dan ir-Regolament qiegħed jonqos, l-Istat Membru konċernat għandu, f’livell nazzjonali jew dak reġjonali, jipprovdi għall-obbligu tal-bdiewa li qed japplikaw għall għajnuna li taqa’ taħt kwalunkwe skema ta’ pagament dirett elenkata fl-Anness I għar-Regolament (KE) Nru 73/2009 biex ma jikkonvertux<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0008"><P>Fir-Regolament Nru 796/2004, differenti minn verżjonijiet oħra, fil-verżjoni bil-Ġermaniż ta’ din id-dispożizzjoni jintuża l-verb <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0017" ID="QS0017"/>umbrechen<QUOT.END REF.START="QS0017" CODE="201D" ID="QE0017"/>, li tfisser tkisser (il-ħamrija), u għalhekk taħrat jew tikkoltiva (għall-ewwel darba). Fir-Regolament Nru 1122/2009, il-verb użat huwa <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0018" ID="QS0018"/>umwidmen<QUOT.END REF.START="QS0018" CODE="201D" ID="QE0018"/> (litteralment, <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0019" ID="QS0019"/>tirrikwalifika<QUOT.END REF.START="QS0019" CODE="201D" ID="QE0019"/>). Fejn il-verżjoni bl-Ingliż tuża l-verb sempliċi <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0020" ID="QS0020"/>tikkonverti<QUOT.END REF.START="QS0020" CODE="201D" ID="QE0020"/>, diversi verżjonijiet lingwistiċi oħra jirreferu speċifikament għal konverżjoni <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0021" ID="QS0021"/>għal użi oħrajn<QUOT.END REF.START="QS0021" CODE="201D" ID="QE0021"/>.</P></NOTE> l-art li taqa’ taħt mergħa permanenti mingħajr awtorizzazzjoni minn qabel.</ALINEA><ALINEA>[…]</ALINEA></PARAG><PARAG IDENTIFIER="004.002"><NO.PARAG>2.</NO.PARAG><ALINEA>Meta jiġi stabbilit li l-obbligu msemmi fl-Artikolu 3(2) ta’ dan ir-Regolament ma jistax jiġi żgurat, l-Istat Membru konċernat għandu jipprovdi, apparti mill-miżuri li għandhom jittieħdu skont il-paragrafu 1 ta’ dan l-Artikolu, f’livell nazzjonali jew dak reġjonali, għall-obbligu tal-bdiewa li qed japplikaw għall-għajnuna li taqa’ taħt kwalunkwe skema ta’ pagament dirett elenkata fl-Anness I (għar-Regolament (KE) Nru 1782/2003 jew ir-Regolament Nru 73/2009, skont kif jista’ jkun il-każ) biex art tiġi kkonvertita mill-ġdid f’art li taqa’ taħt mergħa permanenti<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0009"><P>Bil-Ġermaniż, fiż-żewġ regolamenti, <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0022" ID="QS0022"/>tikkonverti art f’art taħt mergħa permanenti<QUOT.END REF.START="QS0022" CODE="201D" ID="QE0022"/> ġiet imfissra bħala <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0023" ID="QS0023"/>Flächen wieder als Dauergrünland einzusäen<QUOT.END REF.START="QS0023" CODE="201D" ID="QE0023"/> (litteralment, <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0024" ID="QS0024"/>tiżra mill-ġdid żoni bħala mergħa permanenti<QUOT.END REF.START="QS0024" CODE="201D" ID="QE0024"/>).</P></NOTE> għal dawk il-bdiewa li għandhom disponibbli għalihom art li kienet ġiet ikkonvertita<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0010"><P>Il-verżjoni bil-Ġermaniż tuża għal darb’oħra l-verb <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0025" ID="QS0025"/>umbrechen<QUOT.END REF.START="QS0025" CODE="201D" ID="QE0025"/> fiż-żewġ regolamenti.</P></NOTE> minn art li taqa’ taħt mergħa permanenti f’art għal użijiet oħra.</ALINEA><ALINEA>[…]<QUOT.END REF.START="QS0016" CODE="201D" ID="QE0016"/></ALINEA></PARAG></QUOT.S></P></NP></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="2"><TITLE><TI><P><HT TYPE="ITALIC">Definizzjonijiet</HT></P></TI></TITLE><GR.SEQ LEVEL="3"><TITLE><TI><P>Il-leġiżlazzjoni dwar appoġġ dirett</P></TI></TITLE><NP><NO.P>14.</NO.P><TXT>Id-definizzjoni ta’ <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0026" ID="QS0026"/>mergħa permanenti<QUOT.END REF.START="QS0026" CODE="201D" ID="QE0026"/> essenzjalment hija l-istess fl-ewwel u fit-tieni sistema. Hija inkluża fl-Artikolu 2(2) tar-Regolament Nru 796/2004 u fl-Artikolu 2(c) tar-Regolament Nru 1120/2009<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0011"><P>Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1120/2009 tad-<DATE ISO="20091029">29 ta’ Ottubru 2009</DATE> li jippreskrivi regoli dettaljati għall-implimentazzjoni tal-iskema ta’ pagament uniku li hemm provvediment dwarha fit-Titolu III tar-Regolament Nru 73/2009 (<REF.DOC.OJ COLL="L" NO.OJ="316" PAGE.FIRST="1" DATE.PUB="2009">ĠU L 316, p. 1</REF.DOC.OJ>).</P></NOTE>, li għalihom jagħmel riferiment l-Artikolu 2(2) tar-Regolament Nru 1122/2009. Id-definizzjoni bażika hija <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0027" ID="QS0027"/>art li tintuża għat-tkabbir ta’ ħaxix jew għalf ieħor fil-forma ta’ ħaxix b’mod naturali (biż-żriegħ waħdu) jew permezz ta’ koltivazzjoni (miżrugħ) u li mhux inkluż fir-rotazzjoni tal-uċuh tar-raba tal-azjenda għal ħames snin jew aktar<QUOT.END REF.START="QS0027" CODE="201D" ID="QE0027"/>.</TXT></NP><NP><NO.P>15.</NO.P><TXT>Ir-Regolament Nru 239/2005<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0012"><P>Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 239/2005 tal-<DATE ISO="20050211">11 ta’ Frar 2005</DATE> li jemenda u jikkoreġi r-Regolament (KE) Nru 796/2004 (<REF.DOC.OJ COLL="L" NO.OJ="042" PAGE.FIRST="3" DATE.PUB="2005">ĠU L 42, p. 3</REF.DOC.OJ>).</P></NOTE> żied l-Artikolu 2(2a) għar-Regolament Nru 796/2004, li jiddefinixxi <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0028" ID="QS0028"/>ħxejjex jew foraġġ ieħor erbaċew<QUOT.END REF.START="QS0028" CODE="201D" ID="QE0028"/> bħala <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0029" ID="QS0029"/>il-pjanti kollha erbaċej li tradizzjonalment jinsabu f’mergħat naturali jew li normalment ikunu inklużi f’taħlitiet ta’ żrieragħ għall-mergħat jew meded ta’ art miżrugħa fl-Istat Membru (kemm jekk użati jew le għall-annimali li jirgħu)<QUOT.END REF.START="QS0029" CODE="201D" ID="QE0029"/>. L-istess kliem kien inkluż fl-Artikolu 2(ċ) tar-Regolament Nru 1120/2009<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0013"><P>L-Istati Membri kienu wkoll awtorizzati li jinkludu l-uċuħ elenkati fl-Anness IX għar-Regolament Nru 1782/2003 jew l-Anness I għar-Regolament Nru 1120/2009, skont il-każ. Dawn l-annessi jinkludu listi identiċi ta’ numru ta’ tipi ta’ ċereali, żrieragħ taż-żejt, prodotti tal-proteini, kittien u qanneb, li normalment jistgħu ma jitqisux bħala mergħa. Madankollu, waqt is-seduta ntqal li l-Ġermanja ma għamlitx użu mill-possibbiltà li tinkludi tali uċuħ.</P></NOTE>.</TXT></NP><?PAGE NO="5"?><NP><NO.P>16.</NO.P><TXT>Barra minn hekk, fit-tieni sistema, l-Artikolu 2(d) tar-Regolament Nru 1120/2009 isemmi li <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0030" ID="QS0030"/>art bil-ħaxix [mergħa]<QUOT.END REF.START="QS0030" CODE="201D" ID="QE0030"/> tfisser <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0031" ID="QS0031"/>art maħruta użata għall-produzzjoni tal-ħaxix (miżrugħ jew naturali);<QUOT.END REF.START="QS0031" CODE="201D" ID="QE0031"/> għall-finijiet tal-Artikolu 49 tar-Regolament (KE) Nru 73/2009 <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0032" ID="QS0032"/>art bil-ħaxix<QUOT.END REF.START="QS0032" CODE="201D" ID="QE0032"/> għandha tinkludi mergħat permanenti<QUOT.END REF.START="QS0007" CODE="201D" ID="QE0007"/>. L-Artikolu 2(b) jiddefinixxi <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0033" ID="QS0033"/>uċuh tar-raba permanenti<QUOT.END REF.START="QS0033" CODE="201D" ID="QE0033"/> bħala <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0034" ID="QS0034"/>uċuh tar-raba li ma jitnewbux ħlief mergħat permanenti li jinsabu fuq art għall-ħames snin jew iżjed u jagħtu ħsad ripetut […]<QUOT.END REF.START="QS0034" CODE="201D" ID="QE0034"/>.</TXT></NP></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="3"><TITLE><TI><P>L-istħarriġ tal-istruttura ta’ ażjendi agrikoli</P></TI></TITLE><NP><NO.P>17.</NO.P><TXT>Definizzjonijiet oħra li jistgħu (jew jistgħu ma jkunux) rilevanti wieħed jista’ jsibhom fl-Anness I għad-Deċiżjoni 2000/115<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0014"><P>Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2000/115/KE tal-<DATE ISO="19991124">24 ta’ Novembru 1999</DATE> dwar id-definizzjonijiet tal-karatteristiċi, il-lista tal-prodotti agrikoli, l-eċċezzjonijiet għad-definizzjonijiet u r-reġjuni u d-distretti rigward l-istħarriġ tal-istruttura ta’ ażjendi agrikoli (<REF.DOC.OJ COLL="L" NO.OJ="038" PAGE.FIRST="1" DATE.PUB="1999">ĠU L 38, p. 1</REF.DOC.OJ>), kif emendata bir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1444/2002 tal-<DATE ISO="20020724">24 ta’ Lulju 2002</DATE> (<REF.DOC.OJ COLL="L" NO.OJ="216" PAGE.FIRST="1" DATE.PUB="2002">ĠU L 216, p. 1</REF.DOC.OJ>).</P></NOTE> u l-Anness II għar-Regolament Nru 1200/2009<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0015"><P>Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1200/2009, tat-<DATE ISO="20091130">30 ta’ Novembru 2009</DATE>, li jimplimenta r-Regolament (KE) Nru 1166/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar stħarriġ ta’ strutturi tal-farms u l-istħarriġ dwar metodi ta’ produzzjoni agrikola, fir-rigward tal-koeffiċjenti ta’ unitajiet tal-bhejjem u d-definizzjonijiet tal-karatteristiċi (<REF.DOC.OJ COLL="L" NO.OJ="329" PAGE.FIRST="1" DATE.PUB="2009">ĠU L 329, p. 1</REF.DOC.OJ>).</P></NOTE>, li ssostitwixxa d-Deċiżjoni 2000/115 b’effett mill-<DATE ISO="20100104">4 ta’ Jannar 2010</DATE>. Għal darb’oħra, id-definizzjonijiet huma essenzjalment l-istess fiż-żewġ każijiet. Distinzjoni waħda bejn iż-żewġ miżuri hija li l-Anness I għad-Deċiżjoni 2000/115 jinkludi <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0035" ID="QS0035"/>definizzjonijiet<QUOT.END REF.START="QS0035" CODE="201D" ID="QE0035"/> u <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0036" ID="QS0036"/>spjegazzjonijiet<QUOT.END REF.START="QS0036" CODE="201D" ID="QE0036"/>, filwaqt li, skont it-titolu tiegħu, l-Anness II għar-Regolament Nru 1200/2009 jinkludi biss <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0037" ID="QS0037"/>definizzjonijiet<QUOT.END REF.START="QS0037" CODE="201D" ID="QE0037"/> — inklużi dawk li jissejħu <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0038" ID="QS0038"/>spjegazzjonijiet<QUOT.END REF.START="QS0038" CODE="201D" ID="QE0038"/> f’tal-ewwel.</TXT></NP><NP><NO.P>18.</NO.P><TXT><QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0039" ID="QS0039"/>Art li tinħadem<QUOT.END REF.START="QS0039" CODE="201D" ID="QE0039"/> hija mfissra fit-Taqsima D tal-Anness I għad-Deċiżjoni 2000/115 u fil-punt II.2.01 tal-Anness II għar-Regolament Nru 1200/2009 bħala <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0040" ID="QS0040"/>art maħduma (maħruta jew magħżuqa) regolarment, ġeneralment taħt sistema ta’ newba (rotazzjoni)<QUOT.END REF.START="QS0040" CODE="201D" ID="QE0040"/>. Tal-ewwel imbagħad fissret li <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0041" ID="QS0041"/>sistema ta’ newba (rotazzjoni) tfisser li l-uċuh fuq ċerta biċċa raba qegħdin isegwu uċuh oħra skont pjan pre-definit<QUOT.END REF.START="QS0041" CODE="201D" ID="QE0041"/>, filwaqt li t-tieni waħda tiddefinixxi n-newba tal-koltivazzjonijiet bħala <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0042" ID="QS0042"/>l-prassi tat-tinwib tal-kultivazzjonijiet annwali mkabbra f’għalqa speċifika f’mudell jew sekwenza ppjanata fi snin suċċessivi tal-koltivazzjonijiet sabiex il-koltivazzjonijiet tal-istess speċi ma jitkabbrux mingħajr waqfien fl-istess għalqa<QUOT.END REF.START="QS0042" CODE="201D" ID="QE0042"/>. It-tnejn li huma jkomplu: <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0043" ID="QS0043"/>Normalment il-kultivazzjonijiet jinbidlu darba fis-sena, iżda jistgħu jkunu wkoll multiannwali. Biex l-art li tista’ tinħadem tiġi diskriminata minn ħsad permanenti jew art miksija bil-ħaxix permanenti u mergħat, jintuża limitu ta’ ħames snin. Dan ifisser li jekk biċċa art tintuża għall-istess koltivazzjoni għal ħames snin jew aktar, mingħajr ma titneħħa fl-istess waqt il-koltivazzjoni preċedenti u tiġi stabbilita waħda ġdida, din ma tkunx ikkunsidrata bħala art li tinħadem.<QUOT.END REF.START="QS0043" CODE="201D" ID="QE0043"/></TXT></NP><NP><NO.P>19.</NO.P><TXT>Il-punt D.18(a) tal-Anness I għad-Deċiżjoni 2000/115 jiddefinixxi <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0044" ID="QS0044"/>il-ħaxix temporanju<QUOT.END REF.START="QS0044" CODE="201D" ID="QE0044"/> bħala <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0045" ID="QS0045"/>pjanti ta’ ħaxix għall-irigħ, tiben jew ħażna inklużi bħala parti minn rotazzjoni ta’ ħsad normali, li jservu għall-inqas għal sena ta’ ħsad u inqas minn ħames snin, miżrugħa ma’ ħaxix jew taħlit ta’ ħaxix. Dawn iz-żoni huma maħduma billi jinħartu jew jintgħażqu jew il-pjanti jinqerdu b’mezzi oħra bħal erbiċidi qabel ma jerġgħu jiġu miżrugħa jew imħawla mill-ġdid.<QUOT.END REF.START="QS0045" CODE="201D" ID="QE0045"/> Dan jispjega li <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0046" ID="QS0046"/>taħlitiet ta’ pjanti predominentement tal-ħaxix u ħsad ieħor għall-irigħ (normalment leguminużi), mirgħa, maħduda ħodor jew bħala tiben niexef jiġu inklużi hawn<QUOT.END REF.START="QS0046" CODE="201D" ID="QE0046"/>, iżda mhux <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0047" ID="QS0047"/>ħsad ta’ ħaxix annwali (li jdumu inqas minn sena ta’ ħsad)<QUOT.END REF.START="QS0047" CODE="201D" ID="QE0047"/>.</TXT></NP><NP><NO.P>20.</NO.P><TXT>It-Taqsima F iddefiniet <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0048" ID="QS0048"/>art miksija bil-ħaxix u għelieqi tal-ħaxix permanenti<QUOT.END REF.START="QS0048" CODE="201D" ID="QE0048"/> bħala <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0049" ID="QS0049"/>art użata permanentement (għal ħames snin jew iktar) biex jitkabbar ħsad ta’ għalf erbaċej permezz ta’ koltivazzjoni (miżrugħa) jew naturalment (miżrugħ minnu nnifsu) u li mhux inkluż fir-rotazzjoni tal-ħsad fuq l-impriża<QUOT.END REF.START="QS0049" CODE="201D" ID="QE0049"/>, u spjegat li hija <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0050" ID="QS0050"/>tista’ tintuża għall-irigħ jew tinħarat għall-ħżin jew tiben<QUOT.END REF.START="QS0050" CODE="201D" ID="QE0050"/>.</TXT></NP><?PAGE NO="6"?><NP><NO.P>21.</NO.P><TXT>Il-punti II.2.01.09.01 u II.2.03 tal-Anness II għar-Regolament Nru 1200/2009 essenzjalment jiddefinixxu <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0051" ID="QS0051"/>ħaxix temporanju<QUOT.END REF.START="QS0051" CODE="201D" ID="QE0051"/> u <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0052" ID="QS0052"/>art miksija bil-ħaxix b’mod permanenti<QUOT.END REF.START="QS0052" CODE="201D" ID="QE0052"/> rispettivament bl-istess mod bħall-kontropartijiet tagħhom fl-Anness I għad-Deċiżjoni 2000/115. Madankollu, l-esklużjoni ta’ <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0053" ID="QS0053"/>ħsad ta’ ħaxix annwali (li jdumu inqas minn sena ta’ ħsad)<QUOT.END REF.START="QS0053" CODE="201D" ID="QE0053"/> minn <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0054" ID="QS0054"/>ħaxix temporanju<QUOT.END REF.START="QS0054" CODE="201D" ID="QE0054"/> ma hijiex ripetuta hawnhekk, u <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0055" ID="QS0055"/>l-produzzjoni ta’ enerġija rinovabbli<QUOT.END REF.START="QS0055" CODE="201D" ID="QE0055"/> hija miżjuda mal-użi possibbli ta’ <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0056" ID="QS0056"/>art miksija bil-ħaxix b’mod permanenti<QUOT.END REF.START="QS0056" CODE="201D" ID="QE0056"/>.</TXT></NP></GR.SEQ></GR.SEQ></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="1"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD">Il-leġiżlazzjoni Ġermaniża</HT></P></TI></TITLE><NP><NO.P>22.</NO.P><TXT>Il-Federal Direktzahlungen-Verpflichtungengesetz (il-Liġi dwar l-obbligi relatati mal-pagamenti diretti) tal-<DATE ISO="20040721">21 ta’ Lulju 2004</DATE> timplementa r-Regolament Nru 1782/2003 u l-miżuri li ġew adottati għall-applikazzjoni tagħha, b’attenzjoni partikolari għaż-żamma ta’ mergħa permanenti fuq ażjendi agrikoli li jagħmlu talbiet għal pagamenti diretti. Din tagħmel referenza b’mod dinamiku għall-verżjonijiet tal-leġiżlazzjoni tal-UE applikabbli fi kwalunkwe żmien rilevanti u nġiebet tikkonforma mat-testi riveduti fl-2009. Skont il-paragrafu 3(1) ta’ dik il-liġi, il-Länder huma responsabbli biex jiżguraw li l-proporzjon ta’ mergħa permanenti ma tonqosx b’mod sinjifikanti. Skont il-paragrafu 5(3)(1), huma għandhom is-setgħa li jipprojbixxu jew li jillimitaw il-ħrit<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0016"><P>Il-verb użat huwa <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0057" ID="QS0057"/>umbrechen<QUOT.END REF.START="QS0057" CODE="201D" ID="QE0057"/>, li jikkorrispondi, fil-verżjoni bil-Ġermaniż tar-Regolament Nru 796/2004, ma’ <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0058" ID="QS0058"/>tikkonverti (għal użu differenti)<QUOT.END REF.START="QS0058" CODE="201D" ID="QE0058"/> jew l-ekwivalenti tiegħu f’ilsna oħrajn.</P></NOTE> ta’ mergħat fejn il-proporzjon ta’ mergħa permanenti jkun naqas b’iktar minn 5 %.</TXT></NP><NP><NO.P>23.</NO.P><TXT>Abbażi ta’ dan, il-Land ta’ Schleswig-Holstein adottat il-Landesverordnung zur Erhaltung von Dauergrünland (<QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0059" ID="QS0059"/>Regolament dwar iż-Żamma ta’ Mergħat Permanenti<QUOT.END REF.START="QS0059" CODE="201D" ID="QE0059"/>) tat-<DATE ISO="20080513">13 ta’ Mejju 2008</DATE>. Skont il-paragrafu 1(1) ta’ dan ir-regolament, jekk jiġi stabbilit abbażi ta’ applikazzjonijiet individwali għal ħlasijiet uniċi lil ażjendi agrikoli li l-proporzjon ta’ mergħat permanenti jkun naqas b’iktar minn 5 %, l-awtorità kompetenti għandha tagħmel dikjarazzjoni pubblika f’dan is-sens. Skont il-paragrafu 2(1), ladarba dik id-dikjarazzjoni tkun ġiet ippubblikata, il-bdiewa li jagħmlu talba għal għajnuna diretta ma jistgħux jaħartu<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0017"><P>Il-verb użat huwa għal darb’oħra <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0060" ID="QS0060"/>umbrechen<QUOT.END REF.START="QS0060" CODE="201D" ID="QE0060"/>.</P></NOTE> mergħat permanenti, kif imfissra fl-Artikolu 2(2) tar-Regolament Nru 796/2004, sakemm ikunu qegħdin jirċievu għajnuna diretta. Madankollu, il-paragrafu 2(2) jippermetti lill-awtorità kompetenti li tawtorizza tali ħart b’deroga mill-paragrafu 2(1). Differenti mill-liġi Federali, ir-Regolament dwar iż-Żamma ta’ Mergħat Permanenti jagħmel referenza biss u speċifikament għar-Regolament Nru 796/2004, pjuttost milli l-leġiżlazzjoni tal-UE applikabbli fiż-żmien rilevanti, u apparentement ma ġiex aġġornat wara l-introduzzjoni tat-tieni sistema.</TXT></NP><NP><NO.P>24.</NO.P><TXT>Fit-<DATE ISO="20080623">23 ta’ Ġunju 2008</DATE>, l-awtorità kompetenti ddikjarat li l-proporzjon tal-mergħat permanenti kien naqas b’iktar minn 5 % fi Schleswig-Holstein; għalhekk il-projbizzjoni skont il-paragrafu 1(1) tar-Regolament dwar iż-Żamma ta’ Mergħat Permanenti bdiet tapplika mill-ġurnata ta’ wara.</TXT></NP></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="1"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD">Il-fatti, il-proċedura u d-domanda magħmula</HT></P></TI></TITLE><NP><NO.P>25.</NO.P><TXT>Skont ir-rendikont mogħti fid-digriet tar-rinviju, M. Grund huwa bidwi f’Schleswig-Holstein u kull sena japplika għas-sussidji agrikoli. Fl-applikazzjonijiet tiegħu huwa indika li, mill-1998 u l-1999 ’il quddiem, huwa kien qiegħed jikkoltiva silla (Ackergras) f’żewġ għelieqi (Hohenkamp u Herrbusch). Fl-2005 huwa poġġa taħlita ta’ silla/ħaxix (Kleegras) fiż-żewġ għelieqi bi żriegħ mingħajr qlugħ tal-uċuħ ta’ qabel wara skarifikazzjoni<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0018"><P>Il-qorti tar-rinviju użat il-verb <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0061" ID="QS0061"/>einschlitzen<QUOT.END REF.START="QS0061" CODE="201D" ID="QE0061"/>.</P></NOTE> u, mill-2005 sal-2008, innotifikahom bħala taħlita ta’<?PAGE NO="7"?> silla/ħaxix. Fl-2009 t-tnejn ġew użati mill-ġdid għas-silla. Fl-2010 Hohenkamp kienet ġiet mikrija u minn dakinhar kienet is-suġġett ta’ applikazzjoni għal sussidji bħala għalqa tal-ħaxix. Mill-2010 f’Herrbusch ġie kkoltivat qamħirrum li jinħażen f’sajlo, skont awtorizzazzjoni li bi skambju magħha żona oħra kellha titqiegħed fl-użu bħala mergħa permanenti<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0019"><P>Ara t-tieni subparagrafu tal-Artikolu 5(2) tar-Regolament Nru 1782/2003 u tal-Artikolu 6(2) tar-Regolament Nru 73/2009, iċċitat fil-punt 11 iktar ’il fuq.</P></NOTE>.</TXT></NP><NP><NO.P>26.</NO.P><TXT>B’ittra tad-<DATE ISO="20090109">9 ta’ Jannar 2009</DATE> il-Landesamt für Landwirtschaft, Umwelt und ländliche Räume des Landes Schleswig-Holstein (uffiċċju reġjonali għall-agrikoltura, l-ambjent u żoni rurali għal-Land ta’ Schleswig-Holstein, iktar ’il quddiem il-<QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0062" ID="QS0062"/>Landesamt<QUOT.END REF.START="QS0062" CODE="201D" ID="QE0062"/>) informa lil M. Grund li kien ikklassifika mill-ġdid l-għelieqi bħala mergħat permanenti peress li kienu ġew użati b’mod mhux interrott bħala mergħat mill-1998 sal-2008. Dan irrileva wkoll li l-projbizzjoni skont ir-Regolament dwar iż-Żamma ta’ Mergħat Permanenti kienet tapplika għall-għelieqi.</TXT></NP><NP><NO.P>27.</NO.P><TXT>M. Grund ikkontesta dik ir-riklassifikazzjoni (apparentament għaliex huwa seta’ jikri Hohenkamp b’kera ogħla bħala art li tinħadem), u sostna primarjament li l-art ma kinitx mergħa permanenti. Art li fiha kienet ikkoltivata silla ma kinitx mergħa permanenti, għaliex wara sena jew sentejn tintuża għalhekk, din setgħet tinħarat<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0020"><P>Il-qorti tar-rinviju hawnhekk tuża l-verb <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0063" ID="QS0063"/>umbrechen<QUOT.END REF.START="QS0063" CODE="201D" ID="QE0063"/>.</P></NOTE>. Mergħa permanenti hija art li tinżera’ b’mod permanenti bl-istess ħaxix. Il-valur ekoloġiku speċifiku assoċjat ma’ dan ma jiġix mogħti lil art li tiġi miżrugħa b’ħaxix tal-għelieqi. Fi kwalunkwe każ, bidla minn taħlita ta’ silla/ħaxix għal ħaxix jew viċi-versa kienet rotazzjoni tal-uċuħ li teskludi l-ħolqien ta’ mergħa permanenti u li ttemm l-użu eżistenti bħala mergħa permanenti.</TXT></NP><NP><NO.P>28.</NO.P><TXT>Il-Landesamt sostna li art miżrugħa b’silla li tiġi maħruta regolarment setgħet tkun ekwiparata ma’ mergħat naturali permanenti. Il-fattur deċiżiv kien li jiġi kkoltivat l-istess tip ta’ wiċċ mingħajr ebda interruzzjoni; inkella sseħħ rotazzjoni tal-uċuħ. Iżda wara li s-silla tkun ġiet ikkoltivata b’mod mhux interrott fiż-żewġ żoni matul perijodu ta’ ħames snin dawn kienu jikkostitwixxu mergħat permanenti irrispettivament miż-żriegħ sussegwenti ta’ taħlita ta’ silla/ħaxix.</TXT></NP><NP><NO.P>29.</NO.P><TXT>It-talba ta’ M. Grund ġiet miċħuda fl-ewwel istanza abbażi tal-fatt li, peress li kien ikkoltiva ħaxix tal-għelieqi għal mill-inqas ħames snin fiż-żewġ għelieqi sal-2003 jew 2004, dawn kienu jikkostitwixxu mergħa permanenti. Dak l-istatus, ladarba ġie miksub, ma kienx mitluf b’rotazzjoni tal-uċuħ ta’ għalf fil-forma ta’ ħaxix differenti. L-appell ta’ M. Grund mis-sentenza ġie miċħud abbażi tal-fatt li, irrispettivament minn x’jiġri meta jkun hemm bidla minn ħaxix jew għalf fil-forma ta’ ħaxix għal uċuħ tar-raba oħra, bidla minn ħaxix għal għalf fil-forma ta’ ħaxix ieħor ma taffettwax il-karatteristiċi ta’ mergħat permanenti eżistenti.</TXT></NP><NP><NO.P>30.</NO.P><TXT>L-appell ulterjuri ta’ M. Grund fuq punt ta’ liġi issa jinsab quddiem il-qorti tar-rinviju, li qiegħda titlob li tingħata deċiżjoni dwar id-domanda:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><P><QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0064" ID="QS0064"/>Art agrikola hija mergħa permanenti fis-sens tal-Artikolu 2(2) tar-[Regolament Nru 796/2004], jekk bħalissa u għal mill-inqas ħames snin ilha tintuża’ sabiex jitkabbru ħxejjex jew għalf ieħor fil-forma ta’ ħaxix, iżda matul dan il-perijodu, l-art f’din iż-żona inħartet u minflok l-għalf fil-forma ta’ ħaxix preżenti [preċedenti] (f’dan il-każ silla) ġie miżrugħ għalf ieħor fil-forma ta’ ħaxix (f’dan il-każ ħaxix li jinħarat), jew dan huwa każ ta’ rotazzjoni tal-uċuh tar-raba li tipprekludi l-klassifikazzjoni bħala mergħat permanenti?<QUOT.END REF.START="QS0064" CODE="201D" ID="QE0064"/></P></QUOT.S></P></NP><NP><NO.P>31.</NO.P><TXT>M. Grund, il-Landesamt, il-Gvern Ġermaniż u l-Kummissjoni ppreżentaw osservazzjonijiet bil-miktub u għamlu sottomissjonijiet orali waqt is-seduta li saret fis-<DATE ISO="20140206">6 ta’ Frar 2014</DATE>.</TXT></NP></GR.SEQ><?PAGE NO="8"?><GR.SEQ LEVEL="1"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD">Il-leġiżlazzjoni tal-UE applikabbli</HT></P></TI></TITLE><NP><NO.P>32.</NO.P><TXT>Il-Kummissjoni tissottometti li, <HT TYPE="ITALIC">ratione temporis</HT>, tapplika t-tieni sistema ta’ appoġġ dirett, mhux l-ewwel waħda, peress li l-istatus taż-żewġ għelieqi inkwistjoni għandu jiġi ddeterminat skont kif kien fl-2010 u fl-2011 rispettivament. Il-Landesamt jieħu l-pożizzjoni li, peress li r-Regolament dwar iż-Żamma ta’ Mergħat Permanenti jagħmel riferiment għar-Regolament Nru 796/2004, id-dispożizzjonijiet tal-ewwel sistema huma dawk li għandhom jiġu interpretati. M. Grund jaċċetta li r-riferiment huwa għar-Regolament Nru 796/2004 iżda jirrileva li s-supremazija tad-dritt tal-UE għandha tfisser li t-tieni sistema tapplika direttament. Il-Gvern Ġermaniż iqis li d-domanda hija immaterjali, peress li d-definizzjonijiet huma essenzjalment l-istess fiż-żewġ sistemi.</TXT></NP><NP><NO.P>33.</NO.P><TXT>Fil-fehma tiegħi huwa ċar li, għalkemm fil-proċeduri nazzjonali l-istatus tal-għelieqi għandu jiġi determinat kif kien fl-2010 u fl-2011 rispettivament, hija l-leġiżlazzjoni tal-UE fis-seħħ f’dawk iż-żminijiet — jiġifieri dik tat-tieni sistema — li għandha tiġi interpretata u applikata. Il-fatt li r-Regolament dwar iż-Żamma ta’ Mergħat Permanenti jibqa’ jagħmel riferiment għar-Regolament Nru 796/2004 ma huwa ta’ ebda rilevanza. Il-leġiżlazzjoni nazzjonali ma tistax testendi l-validità jew l-effetti ta’ leġiżlazzjoni tal-UE direttament applikabbli li ġiet imħassra u ssostitwita.</TXT></NP><NP><NO.P>34.</NO.P><TXT>Madankollu, mid-digriet tar-rinviju jidher li l-proċeduri prinċipali jikkonċernaw fl-ewwel lok kontestazzjoni ta’ deċiżjoni li ttieħdet fid-<DATE ISO="20090109">9 ta’ Jannar 2009</DATE>. F’dak il-punt, il-leġiżlazzjoni li kienet tinkorpora t-tieni sistema kienet għadha ma ġietx adottata, għalkemm ir-Regolament Nru 73/2009, meta daħal fis-seħħ fl-<DATE ISO="20090201">1 ta’ Frar 2009</DATE>, sar applikabbli mill-<DATE ISO="20090101">1 ta’ Jannar 2009</DATE><NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0021"><P>L-Artikolu 149 tar-Regolament Nru 73/2009.</P></NOTE> (ir-Regolamenti Nru 1120/2009 u Nru 1122/2009 ma daħlux fis-seħħ qabel l-<DATE ISO="20100101">1 ta’ Jannar 2010</DATE>). F’dawn iċ-ċirkustanzi, jekk il-punt inkwistjoni huwa l-validità ta’ deċiżjoni meħuda fid-<DATE ISO="20090109">9 ta’ Jannar 2009</DATE>, hemm każ ċar li tiġi invokata l-interpretazzjoni u l-applikazzjoni tal-leġiżlazzjoni tal-ewwel sistema. Madankollu, id-determinazzjoni tad-data materjali fir-rigward ta’ kull għalqa hija kwistjoni ta’ liġi proċedurali nazzjonali, li dwarha din il-Qorti ma hijiex kompetenti li tiddeċiedi.</TXT></NP><NP><NO.P>35.</NO.P><TXT>Fortunatament, hekk kif ġie rrilevat mill-Gvern Ġermaniż u mill-Kummissjoni, ma hemmx differenza materjali bejn iż-żewġ gruppi ta’ leġiżlazzjoni tal-UE sa fejn jikkonċernaw id-domanda magħmula, u għalhekk ma jidhirx li tqum xi problema attwali ta’ xi diverġenza ta’ interpretazzjoni. Għalhekk, hija l-qorti tar-rinviju li għandha tiddetermina, fil-kuntest tal-proċeduri quddiemha, liema regolamenti tal-UE speċifiċi huma rilevanti.</TXT></NP></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="1"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD">Kwistjonijiet anċillari</HT></P></TI></TITLE><NP><NO.P>36.</NO.P><TXT>Il-Landesamt iqajjem żewġ punti li ma humiex imsemmija fid-digriet tar-rinviju, u li jixtieq li jiġu kkunsidrati mill-Qorti tal-Ġustizzja. L-ewwel nett, għalkemm ġie ddeterminat li l-konverżjoni minn silla għal taħlita ta’ silla/ħaxix fl‑2005 saret biż-żriegħ mingħajr qlugħ tal-uċuħ ta’ qabel wara skarifikazzjoni, ma ġiex stabbilit li l-konverżjoni lura għas-silla fl-2009 ma kinitx sempliċement ir-riżultat ta’ tnaqqis naturali fil-proporzjon tas-silla. It-tieni nett, hemm kwistjoni ulterjuri bejn il-partijiet fil-proċeduri prinċipali, jiġifieri jekk l-istatus ta’ mergħat permanenti kienx diġà nkiseb bejn l-1998 jew l-1999 u l-2004; M. Grund isostni li, b’finzjoni legali, dak li jgħodd huwa d-dikjarazzjoni tiegħu tal-għelieqi bħala art li tinħadem fl-2003<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0022"><P>L-Artikolu 3(4)(a) kemm tar-Regolament Nru 796/2004 u tar-Regolament Nru 1122/2009 jistipula li <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0065" ID="QS0065"/>l-art li taqa’ taħt mergħa permanenti għandha tkun l-art li taqa’ taħt mergħa permanenti ddikjarata mill-bdiewa fl-2003<QUOT.END REF.START="QS0065" CODE="201D" ID="QE0065"/>.</P></NOTE>, filwaqt li l-Landesamt iqis li huwa biss l-użu reali tagħhom bħala mergħat li huwa rilevanti.</TXT></NP><?PAGE NO="9"?><NP><NO.P>37.</NO.P><TXT>Ma nqisx li l-Qorti tal-Ġustizzja għandha teżamina fil-proċeduri prinċipali jekk il-klassifikazzjoni tal-għelieqi għandhiex tkun ibbażata fuq l-użu reali jew, permezz ta’ <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0066" ID="QS0066"/>funzjoni legali<QUOT.END REF.START="QS0066" CODE="201D" ID="QE0066"/>, fuq id-dikjarazzjoni tal-2003. Huwa punt li ma huwiex relatat mad-domanda magħmula u li dwaru ma kien hemm ebda argument. Barra minn hekk, mill-osservazzjonijiet tal-Landesamt jidher li din il-kwistjoni tqajmet quddiem il-qrati inferjuri iżda ma tifformax parti mill-appell li fil-preżent jinsab quddiem l-qorti tar-rinviju. Jekk, wara d-deċiżjoni tal-Qorti tal-Ġustizzja fil-każ preżenti u d-deċiżjonijiet sussegwenti li jittieħdu fil-proċeduri nazzjonali, dik il-kwistjoni tkun għadha trid tiġi deċiża, il-qorti nazzjonali rilevanti tista’ tirrinvija domanda ulterjuri kif ikun xieraq.</TXT></NP><NP><NO.P>38.</NO.P><TXT>Madankollu, jekk mergħa tkun tista’ tinbidel b’mod naturali minn taħlita ta’ silla/ħaxix għal ħaxix waħdu, dan huwa punt li jista’ jkun rilevanti meta jiġi determinat x’jikkostitwixxi rotazzjoni tal-uċuħ għall-kuntrarju taż-żamma ta’ mergħa permanenti.</TXT></NP></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="1"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD">Is-sustanza</HT></P></TI></TITLE><NP><NO.P>39.</NO.P><TXT>M. Grund u l-Gvern Ġermaniż jipproponu li r-risposta għad-domanda li saret tkun fis-sens li fiċ-ċirkustanzi msemmija hemm rotazzjoni ta’ uċuħ u l-art ma għandhiex tiġi kklassifikata bħala mergħa permanenti, filwaqt li l-Landesamt u l-Kummissjoni jipproponu r-risposta kontrarja. Jien ser nagħti deskrizzjoni tal-argumenti opposti qabel ma nevalwa l-kwistjoni.</TXT></NP><GR.SEQ LEVEL="2"><TITLE><TI><P><HT TYPE="ITALIC">Argumenti favur it-telfien tal-istatus ta’ mergħa permanenti</HT></P></TI></TITLE><NP><NO.P>40.</NO.P><TXT>M. Grund josserva li, fir-Regolament Nru 796/2004, <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0067" ID="QS0067"/>mergħa permanenti<QUOT.END REF.START="QS0067" CODE="201D" ID="QE0067"/> tiġi mfissra fis-sens li hija differenti minn <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0068" ID="QS0068"/>art li tinħadem<QUOT.END REF.START="QS0068" CODE="201D" ID="QE0068"/> soġġetta għal <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0069" ID="QS0069"/>rotazzjoni tal-uċuh<QUOT.END REF.START="QS0069" CODE="201D" ID="QE0069"/>, terminu li ma huwiex definit fil-leġiżlazzjoni dwar appoġġ dirett. Madankollu għal għanijiet amministrattivi u agrikoli, tiġi użata d-definizzjoni ta’ rotazzjoni tal-uċuħ fid-Deċiżjoni 2000/115. Din timplika l-alternanza tal-uċuħ, jekk mhux ta’ kull sena, tal-inqas iktar minn darba kull ħames snin. F’dak il-kuntest, is-silla u s-sikrana, pereżempju, huma wċuħ differenti. Il-wiċċ tal-ħaxix ma hemmx għalfejn jiġi distrutt — id-definizzjoni ma teħtieġx il-ħrit u tista’ tinkludi ż-żriegħ mingħajr qlugħ tal-uċuħ ta’ qabel. Id-definizzjoni ta’ ħaxix temporanju fil-punt II.2.01.09.01 tal-Anness II għar-Regolament Nru 1200/2009 tagħmilha ċara li l-alternanza ta’ taħlitiet ta’ ħaxix tikkostitwixxi rotazzjoni tal-uċuħ.</TXT></NP><NP><NO.P>41.</NO.P><TXT>B’kuntrast ma’ dan, l-Artikolu 4 tar-Regolament Nru 796/2004 jimplika li mergħa permanenti hija dik li fuqha jkun inżamm l-istess tip ta’ għalf fil-forma ta’ ħaxix għal mill-inqas ħames snin u kull bidla għal xi tip ieħor tinterrompi l-perijodu ta’ ħames snin. L-għan huwa wieħed ekoloġiku. Il-ħrit ta’ mergħat jirrilaxxa l-karbonju u n-nitroġenu fi kwantitajiet li jiżdiedu matul iż-żmien meta l-art titħalla mhux iddisturbata. Huwa biss meta l-istess wiċċ ta’ ħaxix ikun tħalla mhux disturbat għal iktar minn ħames snin li l-benefiċċji ambjentali, b’mod partikolari l-biodiversità, ikunu sinjifikanti biżżejjed li jiġġustifikaw protezzjoni.</TXT></NP><NP><NO.P>42.</NO.P><TXT>Il-Gvern Ġermaniż josserva li, biex l-għelieqi inkwistjoni jiġu kklassifikati bħala mergħat permanenti, iridu jiġu ssodisfatti żewġ kundizzjonijiet matul il-perijodu ta’ ħames snin qabel id-data rilevanti: irid jitkabbar ħaxix jew għalf ieħor fil-forma ta’ ħaxix, u ma jrid ikun hemm ebda rotazzjoni tal-uċuħ. Ma hemm l-ebda dubju li l-ewwel kundizzjoni ġiet issodisfatta; il-mistoqsija hija jekk kienx hemm rotazzjoni ta’ uċuħ matul il-perijodu rilevanti.</TXT></NP><NP><NO.P>43.</NO.P><TXT><QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0070" ID="QS0070"/>Ir-rotazzjoni tal-uċuh<QUOT.END REF.START="QS0070" CODE="201D" ID="QE0070"/> ma hijiex definita fil-leġiżlazzjoni dwar l-appoġġ dirett, iżda tista’ ssir it-traspożizzjoni ta’ definizzjonijiet fl-annessi għad-Deċiżjonijiet 2000/115 jew għar-Regolament Nru 1200/2009. Iż-żewġ gruppi ta’ miżuri huma bbażati fuq l-istess kunċett ta’ mergħa permanenti, u għalhekk il-kunċett ta’ rotazzjoni tal-uċuħ għandu jkun l-istess ukoll; ma jkunx raġonevoli li r-rotazzjoni tal-uċuħ tiġi mfissra b’mod differenti fiż-żewġ kuntesti mingħajr ebda ġustifikazzjoni oġġettiva, u fil-fatt ma hemmx.</TXT></NP><?PAGE NO="10"?><NP><NO.P>44.</NO.P><TXT>Ir-rotazzjoni tal-uċuħ tinvolvi d-distruzzjoni tal-wiċċ il-qadim u ż-żriegħ ta’ wieħed ġdid, f’intervalli ta’ mhux iktar minn ħames snin. Is-sostituzzjoni ta’ ħaxix li jinħarat b’taħlita ta’ silla/ħaxix tikkwalifika bħala bidla tal-uċuħ, bis-silla tradizzjonalment tintuża biex tarrikkixxi l-ħamrija bin-nitroġenu. Ma hemmx xejn fid-dritt tal-UE li jissuġġerixxi li l-alternanza bejn uċuħ differenti ta’ għalf fil-forma ta’ ħaxix ma jikkostitwixxix rotazzjoni tal-uċuħ. Ir-riferimenti għal konverżjoni bejn mergħat permanenti u użi oħrajn ma jikkonċernawx l-alternanza bejn tipi differenti ta’ ħaxix jew għalf ieħor fil-forma ta’ ħaxix; l-għan tal-leġiżlazzjoni dwar appoġġ dirett (l-Artikoli 5(2) tar-Regolament Nru 1782/2003 u 6(2) tar-Regolament Nru 73/2009) huwa li tinżamm art taħt mergħa minflok ma tintuża bħala art li tinħadem, bit-tnejn li huma meqjusa bħala kunċetti wesgħin (il-leġiżlazzjoni dwar l-istatistika agrikola teskludi ħaxix <HT TYPE="ITALIC">temporanju</HT> minn mergħat permanenti, u għalhekk tinkludih f’art li tinħadem). L-għan huwa espressament wieħed ambjentali kemm fir-Regolament Nru 1782/2003 u r-Regolament Nru 73/2009; il-benefiċċji ekoloġiċi tal-mergħa (il-biodiversità, il-kontenut għoli ta’ humus, l-iffissar ikbar ta’ CO<HT TYPE="SUB">2</HT>) jintleħqu biss wara ħames snin mingħajr ħrit u żriegħ ta’ wiċċ ieħor. Il-proċeduri prinċipali jikkonċernaw sitwazzjoni fejn uċuħ (ħaxix li jinħarat u taħlita ta’ silla/ħaxix) alternaw f’intervalli ta’ inqas minn ħames snin. Għalhekk kien hemm rotazzjoni tal-uċuħ u l-klassifikazzjoni bħala mergħa permanenti hija eskluża.</TXT></NP></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="2"><TITLE><TI><P><HT TYPE="ITALIC">Argumenti favur iż-żamma tal-istatus ta</HT><HT TYPE="ITALIC">’ mergħa permanenti</HT></P></TI></TITLE><NP><NO.P>45.</NO.P><TXT>Il-Landesamt iqis, l-ewwel nett, li mill-Artikolu 2(2) tar-Regolament Nru 796/2004 isegwi li l-ħrit ma jġibx fit-tmiem l-użu ta’ art bħala mergħa jekk ikun segwit b’użu għal darb’oħra bħala mergħa. Dik id-dispożizzjoni ma tagħmilx riferiment għal xogħol imwettaq fuq l-art iżda għall-użu li jsir minnha. L-Artikolu 4(1) ta’ dak ir-regolament (u b’mod iktar ċar, fil-verżjoni bil-Ġermaniż, tar-Regolament Nru 1122/2009) jirreferi għall-konverżjoni għal użu ieħor. L-Artikolu 4(2) tar-Regolament Nru 796/2009 jikkonferma dan billi jirreferi (fil-verżjoni bil-Ġermaniż) għal art maħruta biex tiġi użata għal skopijiet oħrajn. Id-definizzjoni fl-Artikolu 2(2) tikkonferma wkoll, bir-riferiment għall-koltivazzjoni ta’ għalf ieħor fil-forma ta’ ħaxix, li ma hemmx għalfejn li l-mergħa permanenti tintuża għall-irigħ iżda tista’ wkoll tiġi maħsuda, proċedura li, minn perspettiva ekoloġika, ma hijiex ta’ iktar benefiċċju mill-ħrit.</TXT></NP><NP><NO.P>46.</NO.P><TXT>It-tieni nett, il-fatt li jkun hemm bidla fit-<HT TYPE="ITALIC">tip ta’ użu</HT> bħala mergħa ma jinterrompix il-perijodu ta’ <HT TYPE="ITALIC">użu</HT> bħala mergħa. L-Artikolu 2(2) tar-Regolament Nru 796/2004 jagħmel kuntrast bejn <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0071" ID="QS0071"/>it-tkabbir ta’ ħaxix jew għalf ieħor fil-forma ta’ ħaxix<QUOT.END REF.START="QS0071" CODE="201D" ID="QE0071"/> ma’ <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0072" ID="QS0072"/>rotazzjoni tal-uċuh<QUOT.END REF.START="QS0072" CODE="201D" ID="QE0072"/>. Għalhekk, jekk jitkabbru ħxejjex <HT TYPE="ITALIC">jew</HT> għalf ieħor fil-forma ta’ ħaxix (anki jekk b’mod li jalterna, ma jkun hemm l-ebda rotazzjoni tal-uċuħ. L-Artikolu 4(2) ikompli jikkontrasta <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0073" ID="QS0073"/>art taħt mergħa permanenti<QUOT.END REF.START="QS0073" CODE="201D" ID="QE0073"/> (li fuqha jitkabbru ħxejjex jew għalf ieħor fil-forma ta’ ħaxix) ma’ <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0074" ID="QS0074"/>art użata għal għanijiet oħrajn<QUOT.END REF.START="QS0074" CODE="201D" ID="QE0074"/> (jiġifieri, kull għan ieħor għajr it-tkabbir ta’ ħxejjex jew għalf ieħor fil-forma ta’ ħaxix) u (fil-verżjoni bil-Ġermaniż) jirreferi għal żriegħ mill-ġdid jekk art użata għal għanijiet oħrajn tiġi konvertita lura għal mergħa permanenti — riferiment li jista’ jfisser biss li l-art ma kinitx miżrugħa bi ħxejjex jew għalf ieħor fil-forma ta’ ħaxix (l-idea ta’ rikonverżjoni li għandha l-istess implikazzjoni f’verżjonijiet lingwistiċi oħrajn). B’kuntrast, żewġ użi suċċessivi bħala mergħa permanenti għandhom jitqiesu bħala użu kontinwat għal dak il-għan. Għar-rigward tal-ispjegazzjoni ta’ <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0075" ID="QS0075"/>rotazzjoni tal-uċuh<QUOT.END REF.START="QS0075" CODE="201D" ID="QE0075"/> fil-punt 2.01 tal-Anness II għar-Regolament Nru 1200/2009 (jew punt D.II tal-Anness I għad-Deċiżjoni 2000/115), li hija relatata biss ma’ stħarriġ tal-UE fuq strutturi agrikoli u ma hija ta’ ebda rilevanza għall-obbligu li tinżamm mergħa permanenti; fi kwalunkwe każ, din ma tispeċifikax jekk <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0076" ID="QS0076"/>uċuh<QUOT.END REF.START="QS0076" CODE="201D" ID="QE0076"/> tfissirx uċuħ speċifiċi jew kategorija ta’ wċuħ.</TXT></NP><NP><NO.P>47.</NO.P><TXT>Fl-aħħar nett, il-Landesamt jissottometti li, anki jekk bidla għal uċuħ ta’ għalf fil-forma ta’ ħaxix differenti kellu jitqies li jinterrompi l-perijodu ta’ ħames snin għall-kisba ta’ status ta’ mergħa permanenti, din ma għandhiex titqies li tittermina dak l-istatus ladarba jkun inkiseb.</TXT></NP><?PAGE NO="11"?><NP><NO.P>48.</NO.P><TXT>Il-Kummissjoni taqbel li kemm il-ħaxix li jinħarat u t-taħlita ta’ silla/ħaxix miżrugħa fuq l-art inkwistjoni jikkostitwixxu <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0077" ID="QS0077"/>ħaxix jew għalf ieħor fil-forma ta’ ħaxix<QUOT.END REF.START="QS0077" CODE="201D" ID="QE0077"/>. Il-kwistjoni hija jekk l-alternanza bejn it-tnejn tikkostitwixxix <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0078" ID="QS0078"/>rotazzjoni tal-uċuh<QUOT.END REF.START="QS0078" CODE="201D" ID="QE0078"/>. Dak il-kliem ma huwiex imfisser fil-leġiżlazzjoni rilevanti, u għalhekk, b’mod konformi ma’ ġurisprudenza konsistenti, dawn għandhom jiġu interpretati b’riferiment għat-tifsira komuni tagħhom fil-lingwaġġ ta’ kuljum, filwaqt li jingħata qies ukoll tal-kuntest fejn iseħħu u l-għanijiet tar-regoli li jiffurmaw parti minnhom.</TXT></NP><NP><NO.P>49.</NO.P><TXT>Kif ġie osservat mill-qorti tar-rinviju, it-tifsira komuni ta’ <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0079" ID="QS0079"/>rotazzjoni tal-uċuh<QUOT.END REF.START="QS0079" CODE="201D" ID="QE0079"/> fil-lingwaġġ ta’ kuljum tinvolvi bidla minn uċuħ għal oħrajn, u tista’ titqies minn uħud li tinkludi l-bidla inkwistjoni fil-proċeduri prinċipali.</TXT></NP><NP><NO.P>50.</NO.P><TXT>Madankollu, il-kuntest sistematiku li fih jiġi użat dan it-terminu jtendi li jindika li <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0080" ID="QS0080"/>rotazzjoni tal-uċuh<QUOT.END REF.START="QS0080" CODE="201D" ID="QE0080"/> ma tinkludix tali bidla. Id-definizzjoni ta’ <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0081" ID="QS0081"/>mergħa permanenti<QUOT.END REF.START="QS0081" CODE="201D" ID="QE0081"/> fl-Artikolu 2(ċ) tar-Regolament Nru 1120/2009 tinkludi kull tip ta’ ħaxix jew ta’ għalf ieħor fil-forma ta’ ħaxix, u għalhekk bidla minn tip għal ieħor ma taffettwax il-klassifikazzjoni bħala mergħa permanenti. L-Artikolu 2(b) jindika li <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0082" ID="QS0082"/>mergħa permanenti<QUOT.END REF.START="QS0082" CODE="201D" ID="QE0082"/> hija subdiviżjoni ta’ <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0083" ID="QS0083"/>uċuh permanenti<QUOT.END REF.START="QS0083" CODE="201D" ID="QE0083"/> iżda ma għandhiex tiġi subdiviża ulterjorment, kif ikkonfermat bil-kunċett taż-żamma ta’ mergħat permanenti kif stipulat fl-Artikolu 4(1) u (2) tar-Regolament Nru 1122/2009, jiġifieri li tiġi evitata l-konverżjoni għal tip ieħor ta’ wċuħ minbarra mergħat permanenti. Verżjonijiet lingwistiċi oħrajn f’dan ir-rigward huma iktar ċari minn dik Ġermaniża. Mill-użu tan-nom <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0084" ID="QS0084"/>Umbruch<QUOT.END REF.START="QS0084" CODE="201D" ID="QE0084"/> jew tal-verb <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0085" ID="QS0085"/>umbrechen<QUOT.END REF.START="QS0085" CODE="201D" ID="QE0085"/> ma jistax jiġi konkluż li l-ħrit waħdu (mingħajr bidla għal tip ieħor ta’ wċuħ) jikser il-kontinwità ta’ mergħa permanenti.</TXT></NP><NP><NO.P>51.</NO.P><TXT>L-għan taż-żamma ta’ mergħa permanenti huwa bbażat fuq riċerka xjentifika li turi li l-mergħa permanenti għandha b’mod ġenerali effett pożittiv fuq it-tnaqqis tal-emissjonijiet tal-gassijiet serra, il-prevenzjoni tal-erożjoni tal-ħamrija u s-sosteniment tal-bijodiversità. L-effett jibqa’ l-istess meta żona ta’ mergħa permanenti tiġi mibdula minn tip ta’ ħaxix jew għalf ieħor fil-forma ta’ ħaxix għal ieħor. Għalhekk, il-bidla inkwistjoni fil-proċeduri prinċipali ma għandha l-ebda rilevanza fuq il-klassifikazzjoni kontinwata bħala mergħa permanenti.</TXT></NP></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="2"><TITLE><TI><P><HT TYPE="ITALIC">Evalwazzjoni</HT></P></TI></TITLE><NP><NO.P>52.</NO.P><TXT>Id-definizzjoni ta’ mergħat permanenti fil-leġiżlazzjoni dwar l-appoġġ dirett, <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0086" ID="QS0086"/>art li tintuża sabiex jitkabbar il-ħaxix jew foraġġ erbaċew ieħor naturali (li jitla’ waħdu) jew permezz ta’ koltivazzjoni (li jkun inżera’) u li ma ġietx inkluża fin-newba tal-uċuħ tar-raba tal-impriża għal ħames snin jew iktar<QUOT.END REF.START="QS0086" CODE="201D" ID="QE0086"/><NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0023"><P>L-Artikolu 2(2) tar-Regolament Nru 796/2004 u l-Artikolu 2(ċ) tar-Regolament Nru 1120/2009.</P></NOTE> tinkludi żewġ kundizzjonijiet. Filwaqt li <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0087" ID="QS0087"/>ħaxix jew għalf ieħor fil-forma ta’ ħaxix<QUOT.END REF.START="QS0087" CODE="201D" ID="QE0087"/> huma definiti (flimkien, bħala kategorija)<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0024"><P>Ara l-punt 10 iktar ’il fuq; ara wkoll il-punt 11 fir-rigward ta’ <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0088" ID="QS0088"/>art bil-ħaxix [mergħa]<QUOT.END REF.START="QS0088" CODE="201D" ID="QE0088"/>, u <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0089" ID="QS0089"/>uċuh permanenti<QUOT.END REF.START="QS0089" CODE="201D" ID="QE0089"/>.</P></NOTE>, (kategoriji ta’) uċuħ oħrajn ma humiex definiti b’dan il-mod. F’dik il-leġiżlazzjoni lanqas hemm definizzjoni tat-terminu <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0090" ID="QS0090"/>rotazzjoni tal-uċuh<QUOT.END REF.START="QS0090" CODE="201D" ID="QE0090"/>. In-nuqqas ta’ definizzjoni ta’ <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0091" ID="QS0091"/>rotazzjoni tal-uċuh<QUOT.END REF.START="QS0091" CODE="201D" ID="QE0091"/> tfisser — kif juru ampjament l-osservazzjonijiet bil-miktub ippreżentati quddiem il-Qorti tal-Ġustizzja — li huwa possibbli li d-definizzjoni ta’ <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0092" ID="QS0092"/>mergħa permanenti<QUOT.END REF.START="QS0092" CODE="201D" ID="QE0092"/> tiġi analizzata b’diversi modi. Dak li jgħodd huwa l-użu li jsir mill-art: it-tkabbir ta’ <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0093" ID="QS0093"/>ħaxix jew għalf ieħor fil-forma ta’ ħaxix<QUOT.END REF.START="QS0093" CODE="201D" ID="QE0093"/> pjuttost milli wċuħ (oħrajn)?<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0025"><P>Ir-rotazzjoni tal-uċuħ ta’ tip primittiv kienet diġà tiġi pprattikata fi żminijiet medjevali. Tipikament din tista’ tkun ibbażata fuq rotazzjoni għal strippi ta’ tliet snin fejn (per eżempju) jinżera’ l-qamħ, segwit bix-xgħir, u l-art imbagħad kienet titħalla mistrieħa għal sena biex tirkupra. Normalment jingħata kreditu għall-użu mifrux tar-rotazzjoni <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0094" ID="QS0094"/>moderna<QUOT.END REF.START="QS0094" CODE="201D" ID="QE0094"/> tal-uċuħ lil Charles Townshend, it-tieni Viskonti Townshend (1674–1738), li kien introduċa f’Norfolk forma ġdida ta’ 4-wċuħ li diġà kienu pijunieri tagħha bdiewa fir-reġjun ta’ Waasland tal-Pajjiżi l-Baxxi. Townshend kien żied il-pitravi u s-silla mal-uċuħ tradizzjonali tal-qamħ u x-xgħir (għalhekk il-laqam tiegħu, <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0095" ID="QS0095"/>Turnip Townshend<QUOT.END REF.START="QS0095" CODE="201D" ID="QE0095"/>) u kien ta direzzjoni biex ir-rotazzjoni tkun tkopri erba’ għelieqi individwali minflok strippi dojoq. Ir-rotazzjoni neħħiet il-ħtieġa li l-art titħalla mistrieħa (u għalhekk mhux produttiva) sabiex tirkupra l-fertilità tagħha, għaliex in-noduli tas-silla (xi kultant magħrufa għal din ir-raġuni bħala <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0096" ID="QS0096"/>demel aħdar<QUOT.END REF.START="QS0096" CODE="201D" ID="QE0096"/>) <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0097" ID="QS0097"/>jiffissaw<QUOT.END REF.START="QS0097" CODE="201D" ID="QE0097"/> in-nitrati fil-ħamrija u għalhekk ipoġġu lura dak li wċuħ oħra bħall-qamħ u x-xgħir joħorġu ’l barra. L-innovazzjoni ta’ Townshend kienet ikkupjata b’mod wiesa’ u tat kontribut ewlieni għar-Rivoluzzjoni Agrikola li ġiet qabel ir-Rivoluzzjoni Industrijali.</P></NOTE> Jew huwa dak li jsir lill-art — jiġifieri, liema tekniki<?PAGE NO="12"?> jiġu applikati għaliha? Il-ħaxix li jinħarat (Ackergras) u taħlita ta’ silla/ħaxix (Kleegras) jgħoddu bħala l-istess uċuħ (għaliex it-tnejn li huma jaqgħu fi ħdan id-definizzjoni ta’ <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0098" ID="QS0098"/>ħaxix u għalf ieħor fil-forma ta’ ħaxix<QUOT.END REF.START="QS0098" CODE="201D" ID="QE0098"/><NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0026"><P>Inkluż, fejn applikabbli, l-uċuħ l-oħrajn elenkati fl-Anness IX għar-Regolament Nru 1782/2003 u l-Anness I għar-Regolament Nru 1120/2009 (ara n-nota ta’ qiegħ il-paġna 13 iktar ’il fuq).</P></NOTE>)? Jew huma wċuħ differenti, biex b’hekk bidla minn wieħed għall-ieħor tgħodd bħala rotazzjoni tal-uċuħ?</TXT></NP><NP><NO.P>53.</NO.P><TXT>Mistoqsija oħra tista’ tkun: <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0099" ID="QS0099"/>L-ordni li fih huma elenkati ż-żewġ kundizzjonijiet fir-Regolament għandu xi sinjifikat? Jekk għandu, wieħed għandu jistaqsi l-ewwel: <QUOT.START CODE="2018" REF.END="QE0100" ID="QS0100"/>Din l-art fil-preżent hija bil-<QUOT.START CODE="2018" REF.END="QE0101" ID="QS0101"/>ħaxix jew għalf ieħor fil-forma ta’ ħaxix<QUOT.END REF.START="QS0101" CODE="2019" ID="QE0101"/>?<QUOT.END REF.START="QS0100" CODE="2019" ID="QE0100"/> Jekk it-tweġiba għal dik id-domanda hija fl-affermattiv, wara wieħed għandu jkompli jistaqsi: ‘Dak huwa l-użu kurrenti għaliex l-art qiegħda titħaddem taħt sistema ta’ rotazzjoni tal-uċuħ — biex b’hekk l-uċuħ preżenti jiġu sostitwiti (b’xiex? b’uċuħ fl-istess kategorija jew b’uċuħ differenti?) — jew il-‘ħaxix jew għalf ieħor fil-forma ta’ ħaxix’ ilu jikber hemmhekk għal iktar minn ħames snin?<QUOT.END REF.START="QS0099" CODE="201D" ID="QE0099"/> Jekk huwa tal-aħħar, l-art hija mergħa permanenti.</TXT></NP><NP><NO.P>54.</NO.P><TXT>F’dan il-punt, huwa importanti li jiġi enfasizzat li ma kien hemm ebda xhieda esperta quddiem il-Qorti tal-Ġustizzja dwar (a) x’inhuma l-għan u l-karatteristiċi essenzjali tar-rotazzjoni tal-uċuħ skont l-agronomisti u (b) jekk bidla bejn ħaxix u għalf ieħor fil-forma ta’ ħaxix tkunx koperta minn dan l-għan jew dawn il-karatteristiċi. Għal din ir-raġuni, ma nħossx li nista’ nibbaża l-analiżi li ssegwi fuq suppożizzjoni (għaliex tista’ ma tkun xejn iktar minn hekk) li l-leġiżlatur <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0102" ID="QS0102"/>ried ifisser<QUOT.END REF.START="QS0102" CODE="201D" ID="QE0102"/> li wieħed għandu jinterpreta <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0103" ID="QS0103"/>ħaxix jew għalf ieħor fil-forma ta’ ħaxix<QUOT.END REF.START="QS0103" CODE="201D" ID="QE0103"/> b’kuntrast għal <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0104" ID="QS0104"/>uċuh oħrajn<QUOT.END REF.START="QS0104" CODE="201D" ID="QE0104"/>, biex b’hekk bidla fl-ambitu tal-ewwel kategorija ma tista’ qatt tgħodd bħala rotazzjoni tal-uċuħ.</TXT></NP><NP><NO.P>55.</NO.P><TXT>Għalhekk, il-punt tat-tluq tiegħi huwa, biex art tkun ikklassifikata bħala mergħa permanenti, iridu jkunu ġew issodisfatti żewġ kundizzjonijiet: l-art trid tkun taħt <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0105" ID="QS0105"/>ħaxix jew għalf ieħor fil-forma ta’ ħaxix<QUOT.END REF.START="QS0105" CODE="201D" ID="QE0105"/> għal mill-inqas ħames snin <HT TYPE="ITALIC">u</HT> din ma tridx tkun inkluża fir-rotazzjoni tal-uċuħ tal-ażjenda agrikola matul l-istess perijodu. Dawn il-kundizzjonijiet huma kumulattivi: jekk tiġi ssodisfatta waħda biss, l-art ma tistax tiġi kklassifikata bħala mergħa permanenti; barra minn hekk, jekk it-tnejn jiġu ssodisfatti, din għandha tiġi kklassifikata b’dan il-mod.</TXT></NP><NP><NO.P>56.</NO.P><TXT>Jekk iż-żewġ kundizzjonijiet huma kumulattivi, loġikament għandu jkun possibbli li kundizzjoni tiġi ssodisfatta u l-oħra le. Fin-nuqqas ta’ kliem ċar li jindika li <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0106" ID="QS0106"/>ħaxix u għalf ieħor fil-forma ta’ ħaxix<QUOT.END REF.START="QS0106" CODE="201D" ID="QE0106"/> għandhom jiġu ttrattati bħala kunċett wieħed għall-għanijiet li jiġi deċiż jekk kienx hemm rotazzjoni tal-uċuħ jew le, għalhekk għandu jkun possibbli li jkun hemm rotazzjoni tal-uċuħ filwaqt li jinżamm il-ħaxix jew għalf ieħor fil-forma ta’ ħaxix.</TXT></NP><NP><NO.P>57.</NO.P><TXT>Konsegwentement, ma huwiex suffiċjenti li jingħad, kif ġie sostnut mil-Landesamt u mill-Kummissjoni, b’mod partikolari waqt is-seduta, li dak li jgħodd meta jiġi ddeterminat jekk l-art tilfitx l-istatus ta’ <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0107" ID="QS0107"/>mergħat permanenti<QUOT.END REF.START="QS0107" CODE="201D" ID="QE0107"/> huwa sempliċement jekk kienx hemm bidla mill-użu tagħha biex jitkabbar ħaxix jew għalf ieħor fil-forma ta’ ħaxix għal skopijiet oħra, b’mod partikolari agrikoli. Dik hija possibbiltà waħda, iżda oħra tista’ tkun li hemm rotazzjoni tal-uċuħ fi ħdan l-istess kategorija ta’ ħxejjex jew għalf ieħor fil-forma ta’ ħaxix.</TXT></NP><NP><NO.P>58.</NO.P><TXT>Fil-proċeduri prinċipali, jidher li għal mill-inqas ħames snin qabel id-data rilevanti għal kull għalqa, iż-żewġ għelieqi kienu taħt tip wieħed jew ieħor ta’ ħaxix jew għalf ieħor fil-forma ta’ ħaxix. Għalhekk il-kwistjoni hija jekk il-mod li bih it-tip inkwistjoni kien mibdul matul dak il-perijodu kienx jikkostitwixxi rotazzjoni tal-uċuħ.</TXT></NP><?PAGE NO="13"?><NP><NO.P>59.</NO.P><TXT>Fuq naħa waħda tal-miżien, fil-fehma tiegħi huwa ċar li bidla minn taħlita ta’ silla/ħaxix għal ħaxix waħdu b’riżultat ta’ tnaqqis naturali fil-proporzjon ta’ silla<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0027"><P>Ara l-punti 36 u 38 iktar ’il fuq</P></NOTE> ma jkun jissodisfa ebda definizzjoni ta’ rotazzjoni tal-uċuħ, kemm fis-sens tal-lingwaġġ ta’ kuljum jew fit-terminoloġija agrikola jew kif stabbilit fit-Taqsima D tal-Anness I għad-Deċiżjoni 2000/115 jew fil-punt II.2.01 tal-Anness II għar-Regolament Nru 1200/2009.</TXT></NP><NP><NO.P>60.</NO.P><TXT>Fuq in-naħa l-oħra tal-miżien, rotazzjoni tal-uċuħ fi ħdan il-kategorija ta’ <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0108" ID="QS0108"/>ħxejjex u għalf ieħor fil-forma ta’ ħaxix<QUOT.END REF.START="QS0108" CODE="201D" ID="QE0108"/> trid, preżumibbilment, titqies li sseħħ fejn l-art tiġi maħruta, bit-tneħħija tal-uċuħ preċedenti u riseminazzjoni b’tip differenti ta’ ħaxix jew għalf ieħor fil-forma ta’ ħaxix (li huwa x-xenarju ppostulat fid-domanda tal-qorti tar-rinviju), inkella ma jkun qatt possibbli li tali rotazzjoni tal-uċuħ iseħħ.</TXT></NP><NP><NO.P>61.</NO.P><TXT>Għalhekk, abbażi ta’ dan l-aħħar xenarju, jidher li huwa diffiċli li r-risposta għad-domanda li saret ma tkunx fis-sens li fiċ-ċirkustanzi deskritti hemm rotazzjoni tal-uċuħ u li l-art ma tistax tiġi kklassifikata bħala mergħa permanenti.</TXT></NP><NP><NO.P>62.</NO.P><TXT>Madankollu, ix-xenarju ppostulat fid-domanda effettivament irrinvijata (ħart bit-tneħħija tal-uċuħ ta’ qabel u riseminazzjoni b’tip differenti ta’ għalf ieħor fil-forma ta’ ħaxix), ma jidhirx li huwa eżattament l-istess bħal dak imsemmi fir-rakkont tal-fatti fid-digriet tar-rinviju (skarifikazzjoni u żriegħ parzjali mingħajr qlugħ tal-uċuħ ta’ qabel b’tip differenti ta’ għalf ieħor fil-forma ta’ ħaxix). Id-diskrepanza bejn it-tnejn tista’ tkun minħabba l-fatt li l-qorti nazzjonali, meta fformulat id-domanda tagħha, użat il-lingwaġġ tal-leġiżlazzjoni fil-verżjoni bil-Ġermaniż, li jirreferi speċifikament għall-ħrit meta l-verżjonijiet lingwistiċi l-oħrajn jużaw terminu li jfisser konverżjoni.</TXT></NP><NP><NO.P>63.</NO.P><TXT>Konsegwentement, sabiex tingħata tweġiba iktar kompluta, jista’ jkun mixtieq li jiġu kkunsidrati tibdiliet li huma inqas radikali minn ħrit u riseminazzjoni b’tip differenti, iżda iktar radikali minn tnaqqis naturali jew żieda fl-ispeċi ta’ għalf ieħor fil-forma ta’ ħaxix fi ħdan taħlita: pereżempju (a) ħrit u riseminazzjoni bl-istess tip ta’ ħaxix jew għalf ieħor fil-forma ta’ ħaxix jew (b) skarifikazzjoni u żriegħ mingħajr qlugħ tal-uċuħ ta’ qabel b’tip ta’ ħaxix jew għalf fil-forma ta’ ħaxix parzjalment differenti.</TXT></NP><NP><NO.P>64.</NO.P><TXT>Naqbel mal-Kummissjoni li (fin-nuqqas tad-definizzjoni neċessarja) il-kliem <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0109" ID="QS0109"/>rotazzjoni tal-uċuh<QUOT.END REF.START="QS0109" CODE="201D" ID="QE0109"/> għandha tiġi interpretata b’riferiment għat-tifsira komuni tagħhom fil-lingwaġġ ta’ kuljum, filwaqt li jitqies ukoll il-kuntest li jseħħu fih u l-għanijiet tar-regoli li jiffurmaw parti minnhom<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0028"><P>Ara, pereżempju, is-sentenza tas-<DATE ISO="20120927">27 ta’ Settembru 2012</DATE>, Partena (Kawża C-137/11, <REF.DOC.ECR><NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2012:593">EU:C:2012:593</NO.ECLI></REF.DOC.ECR>) punt 56 u l-ġurisprudenza ċċitata.</P></NOTE>. Dan l-approċċ jidher iktar u iktar neċessarju fid-dawl tal-varjazzjoni lingwistika f’partijiet oħra tal-leġiżlazzjoni, fejn kelma li jkollha t-tifsira ġenerali ta’ <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0110" ID="QS0110"/>tibdel l-użu ta’<QUOT.END REF.START="QS0110" CODE="201D" ID="QE0110"/> tintuża, jekk mhux fil-verżjonijiet lingwistiċi kollha, f’ħafna minnhom, filwaqt li l-verżjoni bil-Ġermaniż tuża l-verb li jfisser <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0111" ID="QS0111"/>tkisser<QUOT.END REF.START="QS0111" CODE="201D" ID="QE0111"/> l-art jew il-ħamrija, apparentement jimplika ħrit għall-ewwel darba, jew tal-inqas bir-reqqa.</TXT></NP><NP><NO.P>65.</NO.P><TXT>Jekk wieħed iħares lejn it-tifsira tat-terminu <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0112" ID="QS0112"/>rotazzjoni tal-uċuh<QUOT.END REF.START="QS0112" CODE="201D" ID="QE0112"/> fil-lingwaġġ ordinarju, jiena naħseb li ma huwiex probabbli li xi wieħed mill-eżempji tiegħi (a) u (b) fil-punt 63 iktar ’il fuq jitqies li jaqa’ taħtu, kemm minn persuna ordinarja jew minn bidwi. Fir-rigward ta’ (a), ir-rotazzjoni tal-uċuħ neċessarjament tinvolvi xi bidla fl-uċuħ, ħafna drabi bil-ħsieb li jinżamm bilanċ fil-ħamrija. Ir-riseminazzjoni bl-istess uċuħ ma tagħmilx dan. Fir-rigward ta’ (b), iż-żriegħ mingħajr qlugħ tal-uċuħ ta’ qabel (normalment wara l-iskarifikazzjoni) komunement tintuża biex tiġi mġedda żona eżistenti ta’ ħaxix (għall-inqas f’oqsma barra mill-agrikoltura, għal <HT TYPE="ITALIC">lawns</HT> jew grawnds tal-isport), pjuttost milli tbiddel għal tip ġdid ta’ ħaxix. Hawnhekk, jidher li kien hemm biss bidla parzjali għal tip ġdid ta’ wċuħ (minn taħlita ta’ silla/ħaxix għal ħaxix li jinħarat).</TXT></NP><?PAGE NO="14"?><NP><NO.P>66.</NO.P><TXT>Il-kunsiderazzjoni tal-kuntest li fih jintuża t-terminu <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0113" ID="QS0113"/>rotazzjoni tal-uċuh<QUOT.END REF.START="QS0113" CODE="201D" ID="QE0113"/> fil-leġiżlazzjoni rilevanti għandha, fil-fehma tiegħi, tkun limitata fl-ewwel lok għal-leġiżlazzjoni dwar għajnuna diretta nnifisha. Il-leġiżlazzjoni dwar statistika agrikola għandha għan differenti, u għalhekk ma jistax ikun hemm (kuntrarjament għall-fehma tal-Gvern Ġermaniż) preżunzjoni li t-terminu għandu eżattament l-istess tifsira fiż-żewġ kuntesti. Madankollu, kieku interpretazzjoni fid-dawl tal-kuntest u tal-għan tal-leġiżlazzjoni dwar appoġġ dirett kellha twassal għall-istess tifsira bħal dik fil-leġiżlazzjoni dwar l-istatistika, din tal-aħħar tipprovdi xi ftit sostenn.</TXT></NP><NP><NO.P>67.</NO.P><TXT>Sa fejn hija kkonċernata l-leġiżlazzjoni dwar appoġġ dirett, il-kriterji tal-<QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0114" ID="QS0114"/>kuntest<QUOT.END REF.START="QS0114" CODE="201D" ID="QE0114"/> u <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0115" ID="QS0115"/>għanijiet<QUOT.END REF.START="QS0115" CODE="201D" ID="QE0115"/> huma marbutin ma’ xulxin.</TXT></NP><NP><NO.P>68.</NO.P><TXT>L-għan iddikjarat tad-dispożizzjonijiet taħt kunsiderazzjoni huwa dak li tiġi inkuraġġita ż-żamma ta’ mergħat permanenti biex jiġi żgurat li ma sseħħx konverżjoni massiva għal art li tinħarat, minħabba l-effett ambjentali pożittiv tal-mergħa permanenti<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0029"><P>Ara l-punti 8 u 9 iktar ’il fuq.</P></NOTE>.</TXT></NP><NP><NO.P>69.</NO.P><TXT>Il-partijiet kollha li ressqu l-osservazzjonijiet jaqblu li l-art miksija bil-ħaxix hija ta’ benefiċċju għall-ambjent, iżda M. Grund u l-Gvern Ġermaniż isostnu li l-benefiċċju jinkiseb biss ladarba l-ħaxix jew għalf ieħor fil-forma ta’ ħaxix ikun tħalla mhux disturbat għal ħames snin jew iktar, filwaqt li l-Kummissjoni ssostni li l-effett jibqa’ wieħed pożittiv anki meta t-tip partikolari ta’ wċuħ jinbidel matul il-perijodu. Peress li din hija kwistjoni ta’ fatt li dwarha tressqu veduti kunfliġġenti iżda li la din il-Qorti u lanqas il-qorti tar-rinviju ma huma kompetenti biex jiddeterminaw<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0030"><P>Il-Bundesverwaltungsgericht espliċitament jgħid li huwa marbut bil-konstatazzjonijiet ta’ fatt li saru mill-qorti tal-appell u ma jistax jagħmel il-konstatazzjonijiet tiegħu.</P></NOTE>, ma jidhirx li huwa possibbli li l-interpretazzjoni mitluba tkun ibbażata fuq xi ħaġa oħra ħlief iż-żewġ proposti li ż-żamma ta’ art taħt ħaxix jew għalf ieħor fil-forma ta’ ħaxix hija minnha nnifisha ta’ benefiċċju ambjentali u li l-benefiċċju jiżdied proporzjonalment mat-tul ta’ żmien li tinżamm f’dak l-istat, partikolarment meta l-uċuħ jitħallew mhux disturbati.</TXT></NP><NP><NO.P>70.</NO.P><TXT>Il-mod li bih il-leġiżlazzjoni dwar appoġġ dirett tipprova tilħaq l-għan li jinżammu mergħat permanenti huwa biż-żamma ta’ pagamenti minn bdiewa li ma jżommux il-mergħa permanenti eżistenti bħala tali. Il-preamboli għar-regolamenti tal-Kunsill rilevanti jikkonfermaw<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0031"><P>Ara l-punti 8 u 9 iktar ’il fuq.</P></NOTE> il-prinċipju li bdiewa li ma jikkonformawx ma’ ċerti rekwiżiti fl-oqsma tas-saħħa pubblika, is-saħħa tal-annimali u tal-pjanti, tal-ambjent u tal-benesseri tal-annimali huma suġġetti għal tnaqqis ta’ jew esklużjoni minn appoġġ dirett — sistema ta’ konformità li tifforma parti integrali mill-appoġġ tal-UE bħala pagamenti diretti. Din tingħata effett, għar-rigward taż-żamma ta’ mergħat permanenti, fl-Artikoli 4(1) u 6(2), moqrija flimkien.</TXT></NP><NP><NO.P>71.</NO.P><TXT>Madankollu, il-Bundesverwaltungsgericht tiddikjara fid-digriet tar-rinviju tagħha li M. Grund għandu interess li jikseb dikjarazzjoni li l-għalqa ta’ Hohenkamp ma hijiex mergħa permanenti għaliex huwa jista’ jikriha b’kera ogħla bħala art li tinħadem.</TXT></NP><NP><NO.P>72.</NO.P><TXT>Eżitu bħal dan imur kontra l-iskop tar-regoli inkwistjoni. Għalhekk, fil-fehma tiegħi, sabiex wieħed jibqa’ konsistenti mal-għan ta’ dawk ir-regoli, il-kunċett ta’ konverżjoni minn mergħa permanenti għal art għal użi oħrajn (permezz tar-rotazzjoni tal-uċuħ) għandha tiġi interpretata b’mod li ma jiffaċilitax tali konverżjoni.</TXT></NP><?PAGE NO="15"?><NP><NO.P>73.</NO.P><TXT>Ladarba tkun seħħet il-konverżjoni, ma jkunx hemm iktar ebda <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0116" ID="QS0116"/>brejk<QUOT.END REF.START="QS0116" CODE="201D" ID="QE0116"/> li jgħin għaż-żamma ta’ mergħat permanenti, u kull inċentiv għall-konverżjoni lura għal mergħa permanenti jista’ jkun minimu jew non-eżistenti jekk il-kera għal art li tinħadem tkun ogħla b’mod sinjifikanti. L-għan huwa, ta’ min wieħed ifakkar, li tinżamm mergħa <HT TYPE="ITALIC">permanenti</HT>, u mhux li wieħed ibiddel meta jrid bejn mergħa u art li tinħadem — u jidher li huwa paċifiku li l-effett ambjentali pożittiv mixtieq jissaħħaħ iktar mal-art tibqa’ taħt mergħa.</TXT></NP><NP><NO.P>74.</NO.P><TXT>F’dak ir-rigward, ġie spjegat waqt is-seduta li l-iskarifikazzjoni u ż-żriegħ mingħajr qlugħ tal-uċuħ ta’ qabel kienu fil-prinċipju iktar ambjentalment pożittivi mill-ħrit u riseminazzjoni. Normalment, it-tnejn li huma jitwettqu fil-ħarifa, iżda l-iskarifikazzjoni u ż-żriegħ mingħajr qlugħ tal-uċuħ ta’ qabel iħallu l-uċuħ preċedenti fil-parti l-kbira f’posthom, biex b’hekk l-għalqa tibqa’ tħaddar matul ix-xitwa u l-uċuħ jiġġeddu fir-rebbiegħa, filwaqt li ħrit u r-riseminazzjoni jħallu l-art għerja matul ix-xitwa. Għaldaqstant, fil-fehma tiegħi t-teknika użata hija rilevanti għall-materja, kuntrarjament għal dak li sostnew diversi partijiet.</TXT></NP><NP><NO.P>75.</NO.P><TXT>Meta, kif jidher li huwa l-każ fil-proċeduri prinċipali, iż-żriegħ mingħajr qlugħ tal-uċuħ ta’ qabel iwassal għal bidla parzjali tat-tip ta’ għalf fil-forma ta’ ħaxix (bejn ħaxix tal-għelieqi u taħlita ta’ silla/ħaxix), fil-fehma tiegħi dan ma jistax jagħti lok għal determinazzjoni differenti minn dik meta, pereżempju, ikun hemm tnaqqis naturali fil-proporzjon ta’ tip wieħed f’taħlita<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0032"><P>Ara l-punti 36, 38 u 59 iktar ’il fuq.</P></NOTE>. Fil-fatt, sitwazzjoni bħal din x’aktarx tkun ta’ benefiċċju ambjentali peress li, kif ġie spjegat waqt is-seduta, din tista’ tevita l-bżonn ta’ fertilizzanti.</TXT></NP><NP><NO.P>76.</NO.P><TXT>Għalhekk nasal għall-konklużjoni li, għall-għanijiet tar-regolamenti, ikun hemm rotazzjoni tal-uċuħ meta l-art agrikola taħt il-ħaxix jew għalf ieħor fil-forma ta’ ħaxix tinħarat, jinqalgħu l-uċuħ, u jiġu riseminati b’uċuħ differenti jew fl-istess kategorija jew f’kategorija differenti<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0033"><P>Jista’ jkun li l-leġiżlatura kellha l-intenzjoni li tagħmel id-distinzjoni li indikajt fil-punt 54 iktar ’il fuq. Madankollu, it-test tar-regolament ma jgħidx dan espliċitament u, fin-nuqqas ta’ xhieda esperta, ma nħossnix kunfidenti biżżejjed biex nissuġġerixxi lill-Qorti tal-Ġustizzja li hekk għandha tiġi interpretata u li wċuħ ġodda miżrugħa jridu jkunu ta’ kategorija <HT TYPE="ITALIC">differenti</HT>.</P></NOTE>. Madankollu, ma jkun hemm ebda rotazzjoni tal-uċuħ meta l-uċuħ ta’ qabel ma jiġux maqlugħin bil-ħrit tal-art iżda jiġu parzjalment modifikati permezz taż-żriegħ mingħajr qlugħ tal-uċuħ ta’ qabel.</TXT></NP><NP><NO.P>77.</NO.P><TXT>Barra minn hekk, nosserva li din il-pożizzjoni fil-fatt hija pjuttost sostnuta iktar milli imminata mil-leġiżlazzjoni tal-istatistika agrikola, li teskludi r-rotazzjoni tal-uċuħ jekk biċċa art tintuża għall-istess uċuħ għal ħames snin jew iktar, <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0117" ID="QS0117"/>mingħajr ma fil-frattemp jitneħħew l-uċuh ta’ qabel u jiġu stabbiliti uċuh ġodda<QUOT.END REF.START="QS0117" CODE="201D" ID="QE0117"/> iżda tqis li sseħħ meta <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0118" ID="QS0118"/>żoni jinħadmu bil-ħrit jew tagħżiq ieħor jew il-pjanti jiġu distrutti b’mezzi oħrajn bħal erbiċidi qabel ma jiġu miżrugħa jew ippjantati mill-ġdid<QUOT.END REF.START="QS0118" CODE="201D" ID="QE0118"/>.<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0034"><P>Ara l-punti 18 sa 21 iktar ’il fuq.</P></NOTE></TXT></NP></GR.SEQ></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="1"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD">Konklużjoni</HT></P></TI></TITLE><NP><NO.P>78.</NO.P><TXT>Fid-dawl tal-kunsiderazzjonijiet kollha magħmula iktar ’il fuq, jiena tal-fehma li l-Qorti tal-Ġustizzja għandha tirrispondi d-domandi magħmula mill-Bundesverwaltungsgericht (il-Ġermanja) f’dan is-sens:</TXT><P>Għall-għanijiet kemm tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 73/2009, tad-<DATE ISO="20090119">19 ta’ Jannar 2009</DATE>, li jistabbilixxi regoli komuni għal skemi ta’ appoġġ dirett għal bdiewa fi ħdan il-politika agrikola komuni u li jistabbilixxi ċerti skemi ta’ appoġġ għal bdiewa, u li jemenda r-Regolamenti (KE) Nru 1290/2005, (KE) Nru 247/2006, (KE) Nru 378/2007 u li jħassar ir-Regolament (KE) Nru 1782/2003 jew ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1122/2009 tat-<DATE ISO="20091130">30 ta’ Novembru 2009</DATE> li jistabbilixxi regoli dettaljati għall-implimentazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 73/2009 fir-rigward tal-kundizzjonalità, il-modulazzjoni u s-sistema integrata ta’ amministrazzjoni u kontroll, skont<?PAGE NO="16"?> l-iskemi ta’ appoġġ għall-bdiewa previsti għal [f’] dak ir-Regolament, kif ukoll għall-implimentazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1234/2007 fir-rigward tal-kundizzjonalità skont l-iskema ta’ appoġġ prevista għas-settur tal-inbid, meta art agrikola tiġi użata għal mill-inqas ħames snin għall-koltivazzjoni ta’ ħaxix jew għalf ieħor u matul dak il-perijodu, iż-żona tkun ġiet maħruta, u l-uċuħ preċedenti jkunu nqalgħu, u riseminati b’tip differenti ta’ għalf fil-forma ta’ ħaxix, hemmhekk ikun hemm rotazzjoni tal-uċuħ li teskludi l-klassifikazzjoni bħala mergħa permanenti. Meta, madankollu, l-uċuħ ta’ qabel ma jinqalgħux bil-ħrit tal-art iżda jiġu parzjalment immodifikati biż-żriegħ mingħajr qlugħ tal-uċuħ ta’ qabel, hemmhekk ma jkun hemm ebda rotazzjoni tal-uċuħ u ż-żona għandha tiġi kklassifikata bħala mergħa permanenti.</P></NP></GR.SEQ></CONTENTS.CONCLUSION></CONCLUSION>