|
25.2.2022 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 46/84 |
REGOLAMENT TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2022/305
tal-24 ta’ Frar 2022
li jemenda l-Annessi V u XIV tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2021/404 fir-rigward tal-entrati għar-Renju Unit u għall-Istati Uniti fil-listi ta’ pajjiżi terzi awtorizzati għad-dħul fl-Unjoni ta’ konsenji ta’ pollam, tal-prodotti ġerminali tal-pollam u tal-laħam frisk tal-pollam u tal-għasafar tal-kaċċa
(Test b’rilevanza għaż-ŻEE)
IL-KUMMISSJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament (UE) 2016/429 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-9 ta’ Marzu 2016 dwar il-mard trażmissibbli tal-annimali u li jemenda u jħassar ċerti atti fil-qasam tas-saħħa tal-annimali (“Liġi dwar is-Saħħa tal-Annimali”) (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 230(1) u 232(1) tiegħu,
Billi:
|
(1) |
Ir-Regolament (UE) 2016/429 jirrikjedi li l-konsenji ta’ annimali, ta’ prodotti ġerminali u ta’ prodotti li joriġinaw mill-annimali, sabiex jidħlu fl-Unjoni, iridu jkunu ġejjin minn pajjiż terz jew minn territorju, jew żona jew kompartiment tiegħu, elenkati f’konformità mal-Artikolu 230(1) ta’ dak ir-Regolament. |
|
(2) |
Ir-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2020/692 (2) jistabbilixxi r-rekwiżiti tas-saħħa tal-annimali li trid tinżamm il-konformità magħhom għad-dħul fl-Unjoni ta’ konsenji ta’ ċerti speċijiet u kategoriji tal-annimali, tal-prodotti ġerminali u tal-prodotti li joriġinaw mill-annimali minn pajjiżi terzi jew territorji jew żoni tagħhom, jew minn kompartimenti tagħhom, fil-każ tal-annimali tal-akkwakultura. |
|
(3) |
Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2021/404 (3) jistabbilixxi l-listi ta’ pajjiżi terzi, jew territorji, jew żoni jew kompartimenti tagħhom, li minnhom hu permess id-dħul fl-Unjoni tal-ispeċijiet u l-kategoriji ta’ annimali, prodotti ġerminali u prodotti li joriġinaw mill-annimali li jaqgħu fil-kamp ta’ applikazzjoni tar-Regolament Delegat (UE) 2020/692. |
|
(4) |
B’mod aktar partikolari, l-Annessi V u XIV tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2021/404 jistabbilixxu l-listi ta’ pajjiżi terzi, jew territorji, jew żoni tagħhom awtorizzati għad-dħul fl-Unjoni, rispettivament, ta’ konsenji tal-pollam, tal-prodotti ġerminali tal-pollam, u tal-laħam frisk mill-pollam u l-għasafar tal-kaċċa. |
|
(5) |
Ir-Renju Unit innotifika lill-Kummissjoni dwar tifqigħa ta’ influwenza tat-tjur b’patoġeniċità għolja fil-pollam. It-tifqigħa tinsab qrib Holy Island, Berwick Upon Tweed, Northumberland, fl-Ingilterra u ġiet ikkonfermata fid-9 ta’ Frar 2022 permezz ta’ analiżi tal-laboratorju (RT-PCR). |
|
(6) |
Barra minn hekk, l-Istati Uniti nnotifikaw lill-Kummissjoni dwar tifqigħa ta’ influwenza tat-tjur b’patoġeniċità għolja fil-pollam. It-tifqigħa tinsab qrib fil-kontea ta’ Fulton, l-istat ta’ Kentucky, l-Istati Uniti, u ġiet ikkonfermata fit-12 ta’ Frar 2022 permezz ta’ analiżi tal-laboratorju (RT-PCR). |
|
(7) |
Barra minn hekk, l-Istati Uniti nnotifikaw lill-Kummissjoni dwar tifqigħa ta’ influwenza tat-tjur b’patoġeniċità għolja fil-pollam. It-tifqigħa tinsab qrib l-kontea ta’ Webster, l-istat ta’ Kentucky, l-Istati Uniti ġiet ikkonfermata fil-15 ta’ Frar 2022 permezz ta’ analiżi tal-laboratorju (RT-PCR). |
|
(8) |
Barra minn hekk, l-Istati Uniti nnotifikaw lill-Kummissjoni dwar tifqigħa ta’ influwenza tat-tjur b’patoġeniċità għolja fil-pollam. It-tifqigħa tinsab qrib fil-kontea ta’ Dubois, l-istat ta’ Indiana, l-Istati Uniti, u ġiet ikkonfermata fis-16 ta’ Frar 2022 permezz ta’ analiżi tal-laboratorju (RT-PCR). |
|
(9) |
L-awtoritajiet veterinarji tar-Renju Unit u tal-Istati Uniti stabbilew żona ta’ kontroll ta’ 10 km madwar l-istabbilimenti affettwati u implimentaw politika ta’ qerda sabiex jikkontrollaw il-preżenza tal-influwenza tat-tjur b’patoġeniċità għolja u jillimitaw it-tixrid ta’ dik il-marda. |
|
(10) |
Ir-Renju Unit u l-Istati Uniti bagħtu informazzjoni lill-Kummissjoni dwar il-qagħda epidemjoloġika fit-territorju tagħhom u l-miżuri li ħadu biex jiġi evitat li l-influwenza tat-tjur b’patoġeniċità għolja tkompli tixtered. Dik l-informazzjoni ġiet evalwata mill-Kummissjoni. Abbażi ta’ dik l-evalwazzjoni, id-dħul fl-Unjoni ta’ konsenji tal-pollam, tal-prodotti ġerminali tal-pollam, u ta’ laħam frisk mill-pollam u għasafar tal-kaċċa miż-żoni taħt ir-restrizzjonijiet stabbiliti mill-awtoritajiet veterinarji tar-Renju Unit u l-Istati Uniti minħabba t-tifqigħat reċenti tal-influwenza tat-tjur b’patoġeniċità għolja, jenħtieġ li ma jibqax jiġi awtorizzat. |
|
(11) |
Is-sitwazzjoni tas-saħħa tal-annimali f’diversi żoni tar-Renju Unit u tal-Istati Uniti rigward l-influwenza tat-tjur b’livell patoġeniku għoli hija tali li s-sospensjoni mil-listi stabbiliti fl-Annessi V u XIV tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2021/404 hija neċessarja sabiex jiġi protett l-istatus tas-saħħa tal-annimali tal-Unjoni. |
|
(12) |
Barra minn hekk, ir-Renju Unit ressaq informazzjoni aġġornata tas-sitwazzjoni epidemjoloġika fit-territorju tiegħu rigward it-tifqigħa tal-HPAI kkonfermata fi stabbiliment tal-pollam tal-4 ta’ Novembru 2021 qrib Arbroath, Angus, l-Iskozja u l-miżuri li ħa sabiex jiġi evitat tixrid ulterjuri ta’ dik il-marda. B’mod partikolari, wara t-tifqigħa ta’ marda HPAI, ir-Renju Unit implimentat politika ta’ qerda sabiex tikkontrolla u tillimita t-tixrid tal-marda. Barra minn hekk, ir-Renju Unit temmet il-miżuri rikjesti ta’ tindif u d-diżinfettar rikjest wara l-implimentazzjoni tal-politika ta’ qerda fl-istabbiliment ta’ pollam infettat fit-territorju tiegħu. |
|
(13) |
Il-Kummissjoni evalwat l-informazzjoni sottomessa mir-Renju Unit u kkonkludiet li t-tifqigħa tal-HPAI fi stabbiliment tal-pollam viċin Arbroath, Angus, l-Iskozja tneħħiet u li ma għadx hemm riskju assoċjat mad-dħul fl-Unjoni tal-komoditajiet tal-pollam miż-żona tar-Renju Unit minn fejn id-dħul fl-Unjoni tal-komoditajiet tal-pollam ġie sospiż minħabba dik it-tifqigħa. |
|
(14) |
Għalhekk, jenħtieġ li l-Annessi V u XIV tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2021/404 jiġu emendati skont dan. |
|
(15) |
Filwaqt li titqies is-sitwazzjoni epidemjoloġika attwali fir-Renju Unit u tal-Istati Uniti b’rabta mal-influwenza tat-tjur b’patoġeniċità għolja u r-riskju serju tal-introduzzjoni fl-Unjoni, l-emendi li għandhom isiru lir-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2021/404 permezz ta’ dan ir-Regolament jenħtieġ li jsiru effettivi b’urġenza. |
|
(16) |
Il-miżuri previsti f’dan ir-Regolament huma f’konformità mal-opinjoni tal-Kumitat Permanenti dwar il-Pjanti, l-Annimali, l-Ikel u l-Għalf, |
ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
L-Annessi V u XIV tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2021/404 huma emendati f’konformità mal-Anness ta’ dan ir-Regolament.
Artikolu 2
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ l-għada tal-jum tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fi Brussell, l-24 ta’ Frar 2022.
Għall-Kummissjoni
Il-President
Ursula VON DER LEYEN
(2) Ir-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2020/692 tat-30 ta’ Jannar 2020 li jissupplimenta r-Regolament (UE) 2016/429 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward tar-regoli għad-dħul fl-Unjoni, u l-moviment u l-immaniġġjar wara d-dħul ta’ konsenji ta’ ċerti annimali, prodotti ġerminali u prodotti li joriġinaw mill-annimali (ĠU L 174, 3.6.2020, p. 379).
(3) Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2021/404 tal-24 ta’ Marzu 2021 li jistabbilixxi l-listi ta’ pajjiżi terzi, territorji jew żoni tagħhom li minnhom huwa permess id-dħul fl-Unjoni ta’ annimali, prodotti ġerminali u prodotti li joriġinaw mill-annimali skont ir-Regolament (UE) 2016/429 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU L 114, 31.3.2021, p. 1).
ANNESS
L-Annessi V u XIV tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2021/404 huma emendati kif ġej:
|
(1) |
L-Anness V huwa emendat kif ġej:
|
|
(2) |
L-Anness XIV huwa emendat kif ġej:
|