1989R0120 — MT — 01.07.2013 — 004.001
Dan id-dokument ġie magħmul bil-ħsieb li jintuża bħala għodda ta’ dokumentazzjoni u l-istituzzjonijiet ma jassumu l-ebda responsabbiltà għall-kontenut tiegħu
|
IR-REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (KEE) Nru 120/89 tad-19 ta’ Jannar 1989 (ĠU L 016, 20.1.1989, p.19) |
Emendat bi:
|
|
|
Il-Ġurnal Uffiċjali |
||
|
No |
page |
date |
||
|
IR-REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (KEE) Nru 1431/93 ta’ l-10 ta’ Ġunju 1993 |
L 140 |
27 |
11.6.1993 |
|
|
IR-REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (KE) Nru 2194/96 tal-15 ta’ Novembru 1996 |
L 293 |
3 |
16.11.1996 |
|
|
IR-REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (KE) Nru 910/2004 tad-29 ta'April 2004 |
L 163 |
63 |
30.4.2004 |
|
|
REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (KE) Nru 1847/2006 tat-13 ta' Diċembru 2006 |
L 355 |
21 |
15.12.2006 |
|
|
REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (UE) Nru 519/2013 tal-21 ta’ Frar 2013 |
L 158 |
74 |
10.6.2013 |
|
|
NB: Din il-verżjoni konsolidata tinkludi referenzi għall-unità Ewropea ta’ kont u/jew l-eku, li mill-1 ta’ Jannar 1999 għandha tinftiehem bħala referenza għall-euro – Ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 3308/80 (ĠU L 345, ta’ l-20.12.1980, p. 1) u r- Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1103/97 (ĠU L 162, tad-19.6.1997, p. 1). |
IR-REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (KEE) Nru 120/89
tad-19 ta’ Jannar 1989
li jistabbilixxi regoli komuni ddettaljati sabiex jiġu applikati l-imposti fuq l-esportazzjoni u d-drittijiet fuq il-prodotti agrikoli
IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,
Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ekonomika Ewropea,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill Nru 136/66/KEE tat-22 ta’ Settembru 1966 dwar kif tiġi stabbilita l-organizzazzjoni komuni tas-suq fiż-żjut u x-xaħmijiet ( 1 ), kif l-aħħar emendat bir-Regolament (KEE) Nru 2210/88 ( 2 ), u b’mod partikolari l-Artikolu 19(3) tiegħu,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament (KEE) Nru 804/68 tal-Kunsill tat-28 ta’ Ġunju 1968 dwar l-organizzazzjoni komuni tas-suq fil-ħalib u l-prodotti mill-ħalib ( 3 ), kif l-aħħar emendat bir-Regolament (KEE) Nru 1109/88 ( 4 ), u b’mod partikolari l-Artikolu 13(3) tiegħu,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament (KEE) Nru 2180/71 tal-Kunsill tat-12 ta’ Ottubru 1971 dwar ir-regoli ġenerali li jridu jiġu applikati għas-suq fil-ħalib u l-prodotti mill-ħalib fil-każ ta’ diffikultajiet fil-provvista ( 5 ), u b’mod partikolari l-Artikolu 2(1) tiegħu,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament (KEE) Nru 1603/74 tal-Kunsill tat-25 ta’ Ġunju 1974 dwar l-imposizzjoni ta’ ħlas dovut fuq l-esportazzjoni għal ċerti prodotti bbażati fuq iċ-ċereali, ir-ross u l-ħalib li jkun fihom iz-zokkor miżjud fil-każ ta’ diffikultajiet fil-provvista ( 6 ), u b’mod partikolari l-Artikolu 1(3) tiegħu,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2727/75 tad-29 ta’ Ottubru 1975 dwar l-organizzazzjoni komuni tas-suq fiċ-ċereali ( 7 ), kif l-aħħar emendat bir-Regolament (KEE) Nru 2221/88 ( 8 ), u b’mod partikolari l-Artikolu 12(2) tiegħu,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2742/75 tad-29 ta’ Ottubru 1975 dwar ir-rifużjonijiet għall-produzzjoni fis-setturi taċ-ċereali u tar-ross ( 9 ), kif l-aħħar emendat bir-Regolament (KEE) Nru 1009/86 ( 10 ), u b’mod partikolari l-Artikolu 8(a) tiegħu,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament (KEE) Nru 2747/75 tal-Kunsill tad-29 ta’ Ottubru 1975 li jistabbilixxi regoli ġenerali li jridu jiġu applikati fil-każ li s-suq taċ-ċereali jiġi ddisturbat ( 11 ), kif emendat bir-Regolament (KEE) Nru 2560/77 ( 12 ), u b’mod partikolari l-Artikolu 4(1) tiegħu,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 1418/76 tal-21 ta’ Ġunju 1976 dwar l-organizzazzjoni komuni tas-suq fir-ross ( 13 ), kif l-aħħar emendat bir-Regolament (KEE) Nru 2229/88 ( 14 ), u b’mod partikolari l-Artikolu 10(2) tiegħu,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 1432/76 tal-21 ta’ Ġunju 1976 li jistabbilixxi regoli ġenerali li jridu jiġu applikati fil-każ li jiġi ddisturbat is-suq fir-ross ( 15 ), u b’mod partikolari l-Artikolu 4(1) tiegħu,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 426/86 ta’ l-24 ta’ Frar 1986 dwar l-organizzazzjoni komuni tas-suq fil-prodotti pproċessati mill-frott u mill-ħaxix ta’ l-ikel ( 16 ), kif l-aħħar emendat bir-Regolament (KEE) Nru 2247/88 ( 17 ),
Wara li kkunsidrat ir-Regolament (KEE) Nru 520/77 tal-Kunsill ta’ l-14 ta’ Marzu 1977 dwar l-imposizzjoni ta’ ħlas dovut fuq l-esportazzjoni għal ċerti prodotti pproċessati mill-frott u mill-ħaxix ta’ l-ikel u li jkun fihom iz-zokkor miżjud fil-każ ta’ diffikultajiet fil-provvista ( 18 ), u b’mod partikolari l-Artikolu 1(4) tiegħu,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 1785/81 tat-30 ta’ Ġunju 1981 dwar l-organizzazzjoni komuni tas-swieq fis-settur taz-zokkor ( 19 ), kif l-aħħar emendat bir-Regolament (KE) Nru 2306/88 ( 20 ), u b’mod partikolari l-Artikoli 13(2) u 18 (4) u (5) tiegħu,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 1650/86 tal-20 ta’ Mejju 1986 dwar ir-rifużjonijiet għall-esportazzjoni u l-imposti fuq iż-żejt taż-żebbuġa ( 21 ), u b’mod partikolari l-Artikolu 6 tiegħu,
Billi r-Regolament (KEE) Nru 645/75 tal-Kummissjoni ( 22 ), kif l-aħħar emendat bir-Regolament (KEE) Nru 3677/86 ( 23 ), jistabbilixxi regoli komuni ddettaljati sabiex jiġu applikati l-imposti fuq l-esportazzjoni u l-ħlasijiet dovuti fuq il-prodotti agrikoli; billi l-esperjenza wriet illi għandhom jiddaħħlu disposizzjonijiet ġodda f’dan ir-Regolament; billi f’ġieħ iċ-ċarezza u l-effiċjenza amministrattiva, għandhom jiġu abbozzati mill-ġdid kif jixraq ir-regoli li japplikaw għas-suġġett;
Billi l-imposti u l-ħlasijiet dovuti jagħmlu parti importanti mid-dazji fuq l-esportazzjoni, kif iddefiniti b’mod partikolari fl-Artikolu 1(2)(e) tar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2144/87 tat-13 ta’ Lulju 1987 dwar id-dejn tad-dwana ( 24 ), kif emendat bir-Regolament (KEE) Nru 4108/88 ( 25 );
Billi l-imposti fuq l-esportazzjoni ma għandhomx jiġu applikati għall-esportazzjonijiet taħt liċenzja meta r-rifużjoni tiġi ffissata bil-quddiem jew stabbilita bl-offerta;
Billi ċerti transazzjonijiet ma huma ta’ l-ebda sinifikat ekonomiku jew jinteressaw kwantitajiet żgħar ħafna; billi dawn it-transazzjonijiet jistgħu jiġu eżentati mill-impost fuq l-esportazzjoni;
Billi huwa meħtieġ li tiġi speċifikata d-data li trid titqies bl-għan li tiġi stabbilita r-rata ta’ l-impost fuq l-esportazzjoni kif ukoll l-Istat Membru li jrid jiġbor l-impost fuq l-esportazzjoni;
Billi, sabiex jiġu evitati t-transazzjonijiet spekulattivi, għandhom jittieħdu l-miżuri sabiex jiġi żgurat illi l-prodotti li tkun ġiet aċċettata d-dikjarazzjoni tagħhom ta’ l-esportazzjoni jħallu t-territorju tal-Komunità fi żmien raġjonevoli; billi l-perjodu taż-żmien ta’ 60 jum stabbilit għall-esportazzjonijiet li jikkwalifikaw għar-rifużjonijiet jistgħu jiġu applikati wkoll fejn jiġi miġbur impost fuq l-esportazzjoni; billi, meta jinqabeż dan il-perjodu taż-żmien, iridu jiġu stabbiliti disposizzjonijiet speċjali, fil-każ partikolari ta’ l-imposti fuq l-esportazzjoni, sabiex jiġu stabbiliti r-rati tagħhom;
Billi l-kompitu ta’ l-awtoritajiet tad-dwana jitħaffef jekk il-prodotti li għalihom ikun ġie applikat impost fuq l-esportazzjoni jimxu skond proċedura li hija differenti minn dik użata għall-prodotti li għalihom ma jiġix applikat impost fuq l-esportazzjoni; billi, għal dan il-għan, għandu jiġi pprovdut illi l-prodotti li fuqhom ikun ġie applikat impost fuq l-esportazzjoni jimxu skond il-proċedura tat-transitu Komunitarju;
Billi, meta l-prodotti interessati jħallu t-territorju tal-Komunità matul il-ġarr minn post għall-ieħor ta’ dan ta’ l-aħħar, għandhom jiġu stabbiliti l-miżuri approprjati sabiex jiġi rkuprat l-impost fuq l-esportazzjoni fil-kwistjoni meta l-prodotti ma jerġgħux jiddaħħlu fil-Komunità; billi, għal dan il-għan għandhom jiġu applikati d-disposizzjonijiet sabiex tiġi implimentata l-proċedura tat-transitu Komunitarju u ċerti simplifikazzjonijiet ta’ din il-proċedura ( 26 ), kif l-aħħar emendata bir-Regolament (KEE) Nru 1469/88 ( 27 );
Billi setgħu ġew applikati għalihom il-liċenzji għall-esportazzjoni mingħajr il-fissar bil-quddiem tar-rifużjoni jew ġew maħruġa qabel id-data ta’ l-applikazzjoni għall-impost fuq l-esportazzjoni; billi, barra mill-każijiet ta’ ffissar bil-quddiem, ma għandhiex tiġi meħtieġa l-esportazzjoni tal-prodotti agrikoli meta jiġi applikat impost fuq l-esportazzjoni; billi, b’konsegwenza ta’ dan, għandu jiġi pprovdut illi dawn l-applikazzjonijiet għal-liċenzji jkunu jistgħu jiġu rtirati jew li dawn il-liċenzji jkunu jistgħu jiġu kkanċellati fuq it-talba tal-parti interessata, bil-garanzija ddepożitata rrilaxxjata;
Billi l-miżuri pprovduti f’dan ir-Regolament huma skond l-opinjoni tal-kumitati rilevanti tal-ġestjoni,
ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
Mingħajr preġudizzju għad-derogi pprovduti bir-regoli Komunitarji speċifiċi li għandhom x’jaqsmu ma’ ċerti prodotti agrikoli, dan ir-Regolament jistabbilixxi regoli komuni ddettaljati sabiex jiġu applikati l-imposti fuq l-esportazzjoni fuq il-prodotti agrikoli pprovduti fi:
— it-tieni inċiż ta’ l-Artikolu 20(1) tar-Regolament Nru 135/66/KEE,
— l-Artikolu 2(1) tar-Regolament (KEE) Nru 2180/71,
— l-Artikolu 1(1) tar-Regolament (KEE) Nru 1603/74,
— l-Artikolu 6(2) tar-Regolament (KEE) Nru 2742/75,
— l-ewwel inċiż ta’ l-Artikolu 2(1) tar-Regolament (KEE) Nru 2747/75,
— l-ewwel inċiż ta’ l-Artikolu 2(1) tar-Regolament (KEE) Nru 1432/76,
— l-Artikolu 1(1) tar-Regolament (KEE) Nru 520/77,
— l-Artikolu 18(1) u (4) tar-Regolament (KEE) Nru 1785/81.
Artikolu 2
Għajr fejn ipprovdut xort'oħra f’dan ir-Regolament, l-imposti fuq l-esportazzjoni għandhom japplikaw għall-esportazzjonijiet kollha, permanenti jew temporanji, lejn destinazzjoni ’l barra mit-territorju tad-dwana tal-Komunità dwar:
(a) il-prodotti li jidħlu fl-Artikolu 9(2) tat-Trattat, sewwa jekk il-pakkeġġ tagħhom jaqa’ taħt din id-disposizzjoni u sewwa jekk le;
(b) il-prodotti li ma jidħlux fl-Artikolu 9(2) tat-Trattat, meta jkun fihom komponenti bla ħsara għall-imposti fuq l-esportazzjoni li jidħlu fl-intier tagħhom jew f’parti minnhom skond id-disposizzjoni msemmija qabel ma jintużaw fil-fabbrikazzjoni tal-prodotti esportati.
Artikolu 3
1. Ma għandhom jiġu ċċarġjati l-ebda imposti fuq l-esportazzjoni li rigward tagħhom tkun ġiet iffissata rifużjoni bil-quddiem jew stabbilita bi proċedura għall-offerti.
Meta fil-każ ta’ prodott kompost tiġi ffissata rifużjoni bil-quddiem rigward komponent jew iktar tiegħu, fit-tifsira ta’ l-Artikolu 8(3) tar-Regolament tal-Kummissjoni (KEE) Nru 3665/87 ( 28 ), l-eżenzjoni mill-imposti fuq l-esportazzjoni għandha tapplika biss rigward dan il-komponent jew dawn il-komponenti.
2. B’żieda mal-każijiet riferiti fil-Kapitolu II tar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 918/83 ( 29 ), ma għandhom jiġu ċċarġjat l-ebda imposti fuq l-esportazzjoni għal:
(a) il-prodotti li jitgħabbew ġewwa l-Komunità bl-għan tal-provvista ta’ l-ikel abbord bastimenti jew vetturi ta’ l-ajru li jservu rotot internazzjonali, sakemm il-kwantità involuta ma taqbiżx dik normalment meħtieġa għall-konsum abbord dawn il-bastimenti jew vetturi ta’ l-ajru;
(b) il-prodotti għall-forzi armati ta’ Stat Membru li jkunu stazzjonati ’l barra mit-territorju tad-dwana tal-Komunità;
(ċ) kunsinni żgħar ta’ natura mhux kummerċjali, meta l-piż tal-kontenut li jista’ jintrafa’ ma jaqbiżx it-tliet kilogrammi għal kull kunsinna; il-kondizzjonijiet l-oħra sabiex tiġi applikata din it-tħollija, bl-eċċezzjoni ta’ dawk li għandhom x’jaqsmu mal-valur tal-prodotti, għandhom ikunu l-istess bħal dawk stabbiliti fl-Artikoli 29 sa 31 tar-Regolament (KEE) Nru 918/83;
(d) l-oġġetti kontenuti fil-bagalji personali tal-vjaġġaturi, meta l-piż tal-kontenut li jista’ jintrafa’ ma jaqbiżx it-tliet kilogrammi għal kull vjaġġatur; il-kondizzjonijiet l-oħra sabiex tiġi applikata din it-tħollija, bl-eċċezzjoni ta’ dawk li għandhom x’jaqsmu mal-valur tal-prodotti, għandhom ikunu l-istess bħal dawk stabbiliti fl-Artkoli 45 sa 49 tar-Regolament (KEE) Nru 918/83;
(e) il-prodotti taħt waħda mill-proċeduri pprovduti fl-Artikoli 4 u 5 tar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 565/80 ( 30 );
(f) il-provvisti ta’ l-istabbilimenti li jservu l-ikel riferiti fl-Artikolu 42(1) tar-Regolament (KEE) Nru 3665/87, bil-kondizzjonijiet stabbiliti fit-tieni subparagrafu ta’ l-Artikolu 2 u l-Artikoli 3, 4, 5, 6 u 7 ta’ l-Artikolu msemmi japplikaw mutatis mutandis.
3. L-applikazzjoni tal-paragrafu 2(b) għandha tkun bla ħsara li jiġi prodott lill-awtoritajiet kompetenti ta’ l-Istat Membru li fih tkun ġiet aċċettata d-dikjarazzjoni ta’ l-esportazzjoni, ċertfikat maħruġ mill-forzi armati interessati li jikkonferma d-destinazzjoni tal-prodotti li rigward tagħhom tiġi ddepożitata d-dikjarazzjoni ta’ l-esportazzjoni, u bil-kondizzjoni li tiġi ggarantita l-wasla tal-prodotti interessati fid-destinazzjoni tagħhom.
Artikolu 4
1. Għajr meta jiġi ffissat bil-quddiem l-impost fuq l-esportazzjoni jew jiġi stabbilit skond proċedura għall-offerti, ir-rata ta’ l-impost li tapplika għandha tkun dik fis-seħħ fid-data li fiha l-awtorità tad-dwana taċċetta d-dikjarazzjoni ta’ l-esportazzjoni li jkollha x’taqsam mal-prodotti li fuqhom jiġu ċċarġjati l-imposti fuq l-esportazzjoni. Mill-waqt ta’ din l-aċċettazzjoni, il-prodotti għandhom jibqgħu taħt il-kontroll tad-dwana sakemm iħallu t-territorju tad-dwana tal-Komunità.
Madankollu, għajr fil-każ ta’ forza maġġuri:
— meta l-prodotti interessati jħallu t-territorju tad-dwana tal-Komunità wara s-60 jum mid-data li fiha tkun ġiet aċċettata d-dikjarazzjoni ta’ l-esportazzjoni, jew
— fil-każijiet meta ma tiġix fornita l-prova tal-ħruġ mit-territorju tad-dwana tal-Komunità f’perjodu taż-żmien ta’ 12-il xahar mid-data li fiha kienet aċċettata d-dikjarazzjoni ta’ l-esportazzjoni,
l-impost fuq l-esportazzjoni li jrid jiġi ċċarġjat għandu jkun l-ogħla fost ir-rati fis-seħħ matul il-perjodu taż-żmien mid-data ta’ meta tkun ġiet aċċettata d-dikjarazzjoni ta’ l-esportazzjoni sad-data li fiha l-prodotti jħallu t-territorju tad-dwana tal-Komunità, fejn meta kienet tapplika rata ffissata bil-quddiem ogħla mill-ogħla rata għandha tiġi ċċarġjata din ir-rata.
Għall-għanijiet tas-subparagrafu msemmi iktar ’il fuq, ma għandha titqies l-ebda rifużjoni għall-esportazzjoni matul il-perjodu taż-żmien imsemmi.
Il-prova tal-ħruġ mit-territorju tad-dwana tal-Komunità għandha tiġi fornita skond l-istess proċedura bħal dik li tapplika għar-rifużjonijiet. Meta din il-prova ma tiġix fornita f’perjodu taż-żmien ta’ 12-il xahar mid-data li fiha kienet aċċettata d-dikjarazjoni ta’ l-esportazzjoni, għandha titqies id-data tal-ħruġ mit-territorju tad-dwana tal-Komunità bħala l-aħħar jum ta’ dan il-perjodu taż-żmien.
2. Id-data li fiha tiġi aċċettata d-dikjarazzjoni ta’ l-esportazzjoni għandha tkun id-data operattiva għalbiex jiġu stabbiliti l-kwantità, in-natura u l-karatteristiċi tal-prodott li jrid jiġi esportat.
3. Għall-għanijiet ta’ dan l-Artikolu, l-ogħla rata ta’ l-impost fuq l-espostazzjoni għandu jkun l-ammont ta’ l-impost fuq l-esportazzjoni:
— espress fl-ECU,
— li jkun l-ogħla għall-prodott u d-destinazzjoni interessati għall-perjodu taż-żmien li matulu jiġu pparagunati r-rati.
4. Impost fuq l-esportazzjoni stabbilit skond proċedura għall-offerti għandu jkun impost iffisat bil-quddiem.
Artikolu 4a
1. Meta ma japplikax l-Artikolu 4 u meta ma tiġi konċessa l-ebda rifużjoni għall-prodotti, id-dikjarant għandu jġarrab dejn fit-tifsira ta’ l-Artikolu 211 tar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2913/92 ( 31 ) jekk il-prodotti jħallu t-territorju tad-dwana tal-Komunità wara l-limitu taż-żmien ta’ 60 jum stabbiliti fl-Artikolu 32(1) tar-Regolament (KEE) Nru 3665/87 jew l-Artikolu 30(1)(b)(i) tar-Regolament (KEE) 3719/88 bir-rata fis-seħħ skond it-tieni subparagrafu ta’ l-Artikolu 4(1) imsemmi hawn fuq, imma fuq il-bażi tan-natura, il-karatteristiċi u l-kwantità ta’ l-oġġetti esportati mogħtija fil-prospett ta’ l-esportazzjoni kif aċċettat inizjalment.
Għall-għanijiet ta’ dan il-paragrafu, ma għandux japplika s-subparagrafu finali ta’ l-Artikolu 251(2)(a) tar-Regolament tal-Kummissjoni (KEE) Nru 2454/93 ( 32 ).
2. Id-dejn mad-dwana riferit fil-paragrafu 1 għandu jitqies imġarrab fil-post fejn jiġi aċċettat il-prospett ta’ l-esportazzjoni.
Mill-jum li fih tapplika imposta fuq l-esportazzjoni għall-prodotti kif riferit fil-paragrafu 1, l-uffiċċju tad-dwana tal-ħruġ mit-territorju tad-dwana tal-Komunità għandu jgħarraf lill-uffiċju tad-dwana fejn kienu twettqu l-formalitajiet tad-dwana bid-data li fiha l-prodotti fil-kwistjoni kienu attwalment ħallew it-territorju tad-dwana tal-Komunità billi jibgħat lura l-kopja T5 tal-kontroll jew photocopy tal-kopja T5 tal-kontroll jew billi jibgħat notifika mfassla speċjalment għal dan il-għan.
Id-dokument mibgħut lill-uffiċċju tad-dwana fejn saru l-formalitajiet ta’ l-esportazzjoni jimtela mill-uffiċċju tad-dwana tal-ħruġ biex jinkludi waħda mir-reġistrazzjonijiet imniżżla fl-Anness I.
3. Jekk l-uffiċċju tad-dwana fejn twettqu l-formalitajiet ma jkunx responsabbli milli jimponi l-imposti fuq l-esportazzjoni għandu jgħarraf lil-awtorità nazzjonali responabbli.
Artikolu 5
1. L-impost fuq l-esportazzjoni għandu jinġabar mill-Istati Membru li għalih jappartjieni l-uffiċċju tad-dwana li taċċetta d-dikjarazzjoni tad-dwana.
2. Meta l-impost fuq l-esportazzjoni jvarja skond id-destinazzjoni:
(a) għandu jiġi ċċarġjat l-impost fis-seħħ għad-destinazzjoni indikata fid-dikjarazzjoni ta’ l-esportazzjoni riferita fl-Artikolu 4(1) u kull differenza bejn l-ammont ta’ dan l-impost u dak ta’ l-ogħla impost fis-seħħ fid-data ta’ l-aċċettazzjoni tad-dikjarazzjoni ta’ l-esportazzjoni għandha tkun koperta b’garanzija;
(b) meta tingħata din il-garanzija, l-esportatur irid, għajr fil-każ ta’ forza maġġuri, iforni prova, fi żmien 12-il xahar mid-data ta’ l-aċċettazzjoni, illi l-prodott ġie importat; din il-prova għandha tiġi fornita fil-manjiera pprovduta fl-Artikolu 18 tar-Regolament (KEE) Nru 3665/87;
(ċ) meta ma tiġix fornita l-prova riferita fil-(b) fil-perjodu taż-żmien stabbilit, il-prodotti għandhom jitqiesu, għajr fil-każ ta’ forza maġġuri, bħala li waslu fid-destinazzjoni li rigward tagħhom jiġi ċċarġjat l-ogħla impost, u l-garanzija tiġi ssekwestrata u ttrattata bħala impost fuq l-esportazzjoni;
(d) meta tiġi fornita l-prova riferita fil-(b) fil-perjodu taż-żmien stabbilit, il-garanzija għandha tiġi rrilaxxjata skond id-destinazzjoni li l-prodott ikun wasal fiha u fil-proporzjon tal-kwantitajiet li rigward tagħhom tiġi fornita din il-prova; kull ammont tal-garanzija mhux irrilaxxjat għandu jiġi ssekwestrat u ttrattat bħala impost fuq l-esportazzjoni;
(e) meta l-esportatur iforni l-prova fil-perjodu taż-żmien speċifikat fil-(b) illi l-prodott ikun wasal f’destinazzjoni li rigward tagħha l-impost huwa iktar baxx minn dak iċċarġjat l-ammont dovut għandu jiġi aġġustat u l-garanzija mogħtija għandha tiġi rrilaxxjata;
(f) il-garanzija għandha tikkonsisti jew f’depożitu fi flus kontanti jew f’garanzija maħruġa minn istituzzjoni li tissodisfa l-kriterji stabbiliti mill-Istat Membru li fih tiġi aċċettata d-dikjarazzjoni ta’ l-esportazzjoni.
3. Meta ma jkunx tħares il-perjodu taż-żmien riferit fit-2 (b), (ċ) u (e) minkejja li l-esportatur ikun għamel ħiltu sabiex jikseb il-prova fil-ħin, dan il-perjodu taż-żmien jista’, fuq it-talba ta’ l-esportatur, jiġi mtawwal għal dak l-iskond li l-awtorità kompetenti ta’ l-Istat Membru esportatur tikkunsidra meħtieġ minħabba ċ-ċirkostanzi invokati.
Artikolu 6
Meta l-prova riferita fir-raba’ subparagrafu ta’ l-Artikolu 4(1) u/jew il-prova riferita fl-Artikolu 5(2)(b) fi żmien sitt xhur minn meta jtemm il-perjodu taż-żmien stabbilit f’dawn l-Artikoli, l-ammont dovut bħala impost għandu jkun:
(a) l-impost li jkun inġabar jekk ikun tħares il-perjodu taż-żmien imsemmi;
(b) miżjud bi 15 % tad-differenza bejn l-impost miġbur u l-ammont riferit fil-(a).
Artikolu 7
Meta d-dikjarazzjoni ta’ l-esportazzjoni mibgħuta fir-rigward ta’ prodotti kif issir riferenza għalihom fl-Artikolu 2(a) tkun ġiet aċċettata, dawn ta’ l-aħħar ma jitqiesux aktar li jkunu koperti mill-Artikolu 9(2) tat-Trattat u b’hekk għandhom jimxu skond l-Artikolu 3(2)(ċ) tar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2726/90 ( 33 ).
Artikolu 8
1. Fejn il-prodotti suġġetti għal taxxa fuq l-esportazzjoni jiċċaqalqu bejn żewġ Stati Membri skond it-Titolu IX tar-Regolament tal-Kummissjoni (KEE) Nru 1214/92 ( 34 ), il-paragrafi 2 u 3 għandhom jgħoddu wkoll.
2. L-uffiċċju tat-tluq fis-sens tar-Regolament (KEE) Nru 2726/90 jieħu l-passi meħtieġa biex jiżgura li t-taxxa fuq l-esportazzjoni li ssir riferenza għalihom (ċ) tinġabar, fejn
(a) dokument transitorju intern tal-Komunità li jagħti uffiċċju li jippartjeni għal Stat Membru bħala l-uffiċju destinatarju ma’ fihx d-dħul li ssir referenza għalih fl-Artikolu 65 tar-Regolament (KEE) Nru 1214/92 għax il-prodott konċernat ma kienx suġġett għal taxxa fuq l-esportazzjoni meta d-dikjarazzjoni interna transitorja tal-Komunità kienet awtentikata; u
(b) skond il-ftehim bejn il-Komunità Ekonomika Ewropea u l-pajjiżi ta’ l-Assoċjazzjoni Ewropea tal-Kummerċ Ħieles fuq l-arranġamenti komuni transitorji transitorju, dak il-prodott huwa ppreżentat f’uffiċċju ta’ destinazzjoni f’pajjiż ta’ l-EFTA; u
(ċ) taxxa fuq l-esportazzjoni mdaħħla wara d-data meta d-dikjarazzjoni transitorja interna tal-Komunità kienet awtentikata kienet fis-seħħ fid-data meta l-prodott kien ippreżentat fl-uffiċċju destinatarju.
3. Jekk l-esportatur juri għas-sodisfazzjon ta’ l-awtorita’ kompetenti li l-oġġetti telqu mit-territorju tad-dwana tal-Komunità f’data meta l-ebda taxxa jew taxxa aktar baxxa minn dik imsemmija fil-paragrafu 2 kienet tapplika, l-ebda taxxa jew, fejn ikun il-każ, it-taxxa aktar baxxa għandha tinġabar.
4. Meta prodotti suġġetti għal taxxa fuq l-esportazzjoni ma jiċċaqalqux bejn żewġ Stati Membri skond it-Titolu IX tar-Regolament tal-Kummissjoni (KEE) Nru 1214/92 l-Artikolu 31 tar-Regolament tal-Kummissjoni (KEE) Nru 3269/92 ( 35 ) għandu jgħodd.
Artikolu 9
1. Għandha tkun depożitata garanzija fuq il-prodotti li jiċċaqalqu kif provdut fit-Titolu IX tar-Regolament (KEE) Nru 1214/92 jew l-Artikolu 31 tar-Regolament (KEE) Nru 3269/92, sabiex tiżgura li t-taxxa ta’ l-esportazzjoni li għandha titħallas tiġi mposta jekk it-tali prodotti ma jerġgħux jidħlu fit-territorju tad-dwana tal-Komunità; din il-garanzija għandha tkun depożitata skond l-Artikolu 68(2) tar-Regolament (KEE) Nru 1214/92 jew b’mod simili fejn japplika l-Artikolu tar-Regolament (KEE) Nru 3269/92.
2. Hekk kif tkun ipprovduta evidenza fl-Istat Membru tat-tluq li l-prodotti daħlu mill-ġdid fit-territorju tad-dwana tal-Komunità, il-garanzija tkun rilaxxata proporzjonalment mal-kwantitajiet li dwarhom evidenza bħal din tkun provduta.
Artikolu 10
Meta prodott jitqiegħed taħt waħda mill-proċeduri simplifikati stabbiliti fil-Kapitolu I tat-Titolu X tar-Regolament (KEE) Nru 1214/92 għat-trasport lejn stazzjon ta’ destinazzjoni jew għal kunsinna lid-destinatraju fit-territorju tad-dwana tal-Komunità, l-uffiċċju tat-tluq ma’ jistax jawtorizza xi varjazzjoni fil-kuntratt tat-trasport li tippermetti li t-trasport jintemm barra l-imsemmi territorju tad-dwana sakemm ma’ jkunx ħa l-passi meħtieġa biex jiżgura li t-taxxa fuq l-esportazzjoni li għandha titħallas tinġabar. F‘każijiet bħal dawn, ir-rata tat-taxxa fuq l-esportazzjoni applikabbli tkun ir-rata fis-seħħ fid-data meta d-dikjarazzjoni ta’ l-esportazzjoni lejn terzi pajjiżi tkun aċċettata mill-uffiċju tat-tluq.
Artikolu 11
1. Meta impost fuq l-esportazzjoni jkun fis-seħħ u l-prodotti jiġu esportati mill-ġdid skond it-tieni subparagrafu ta’ l-Artikolu 6(2) jew it-tieni subparagrafu ta’ l-Artikolu 11(3) tar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 1430/79 ( 36 ), għandha tiġi ddepożitata garanzija egwali għall-impost fuq l-esportazzjoni.
2. Il-garanzija riferita fil-paragrafu 1:
(a) għandha tiġi rrilaxxjata meta d-deċiżjoni li tirrigwarda talba għar-rimborż jew għall-maħfra ta’ l-imposti fuq l-importazzjoni tkun waħda pożittiva;
(b) għandha tiġi ssekwestrata u ttrattata bħala impost fuq l-esportazzjoni meta:
— id-deċiżjoni riferita fil-(a) hija waħda negattiva, u
— l-impost fuq l-esportazzjoni ma jitħallasx fi żmien 30 jum minn dak li fih joħroġ l-avviż għall-ħlas.
Artikolu 12
Matul il-perjodi taż-żmien li fihom ir-rata ta’ l-impost li tapplika għal prodott mogħti tkun ogħla minn żero, il-liċenzji għall-importazzjoni ta’ dan il-prodott jistgħu jiġu kkanċellati u l-applikazzjonijiet għal dawn il-liċenzji rtirati, fuq it-talba tal-parti interessata, għajr fil-każijiet li ġejjin:
(a) il-liċenzja tispeċifika ammont tar-rifużjoni ffissat bil-quddiem jew stabbilit permezz ta’ proċedura għall-offerti;
(b) il-liċenzja tkun inħarġet bi tweġiba għal applikazzjoni ddepożitata fil-jum li fih kien japplika l-impost, bil-jum li fih l-applikazzjoni kienet iddepożitata stabbilit skond l-Artikolu 15 tar-Regolament tal-Kummissjoni (KEE) Nru 3719/88 ( 37 );
(ċ) l-applikazzjoni kienet għal liċenzja koperta bil-(a) jew bil-(b).
F’dawn il-każijiet, il-garanzija li jkollha x’taqsam mal-liċenzja għandha tiġi rrilaxxata minnufih.
Artikolu 13
1. Ir-Regolament (KEE) Nru 645/75 huwa hawnhekk imħassar.
2. Ir-referenzi għar-Regolament imħassar għandhom jinftiehmu bħala referenzi għal dan ir-Regolament.
Ir-referenzi għall-Artikoli tar-Regolament l-imħassar għandhom jinqraw skond it-tabella tal-korrelazzjoni fl- ►M4 Anness II ◄ .
Artikolu 14
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-1 ta’ April 1989.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
ANNESS I
L-entrati msemmija fit-tieni subparagrafu ta’ l-Artikolu 4(1)
|
Bil-Bulgaru |
: |
В приложение на член 4а от Регламент (ЕИО) № 120/89 |
|
Bl-Ispanjol |
: |
Aplicación del artículo 4 bis del Reglamento (CEE) no 120/89 |
|
Biċ-Ċekożlovakk |
: |
Pouzitelnost clánku 4a narízení (EHS) c. 120/89 |
|
Bid-Daniż |
: |
Anvendelse af artikel 4a i forordning (EØF) nr. 120/89 |
|
Bil-Ġermaniż |
: |
Anwendung von Artikel 4a der Verordnung (EWG) Nr. 120/89 |
|
Bl-Eston |
: |
Määruse (EMÜ) nr 120/89 artikli 4a kohaldamine |
|
Bil-Grieg |
: |
Εφαρμoγή τoυ άρθρoυ 4α τoυ καvovισμoύ (ΕΟΚ) αριθ. 120/89 |
|
Bl-Ingliż |
: |
Application of Article 4a of Regulation (EEC) No 120/89 |
|
Bil-Franċiż |
: |
Application de l'article 4 bis du règlement (CEE) no 120/89 |
|
Bil-Kroat |
: |
Primjena članka 4.a Uredbe (EEZ) br. 120/89 |
|
Bit-Taljan |
: |
Applicazione dell'articolo 4 bis del regolamento (CEE) n. 120/89 |
|
Bil-Latviju |
: |
Regulas (EEK) Nr. 120/89 4.a panta piemerosana |
|
Bil-Litwan |
: |
Reglamento (EEB) Nr. 120/89 4 bis straipsnio taikymas |
|
Bl-Ungeriż |
: |
A 120/89/EGK rendelet 4 bis. cikkének alkalmazása |
|
Bil-Malti |
: |
Applikazzjoni ta' l-Artikolu 4 bis tar-regolament (KEE) nru 120/89 |
|
Bl-Olandiż |
: |
Toepassing van artikel 4 bis van Verordening (EEG) nr. 120/89 |
|
Bil-Pollakk |
: |
Stosowanie art. 4a rozporzadzenia (EWG) nr 120/89 |
|
Bil-Portugiż |
: |
Aplicação do artigo 4.oA do Regulamento (CEE) n.o 120/89 |
|
Bir-Rumen |
: |
Aplicarea articolului 4a din Regulamentul (CEE) nr. 120/89 |
|
Bis-Slovakk |
: |
Uplatnovanie clánku 4a nariadenia (EHS) c. 120/89 |
|
Bis-Sloven |
: |
Uporaba clena 4 bis Uredbe (EGS) st 120/89 |
|
Bil-Finlandiż |
: |
Asetuksen (ETY) N:o 120/89 4 a artiklan soveltaminen |
|
Bl-Iżvediż |
: |
I enlighet med artikel 4a i förordning (EEG) nr 120/89 |
ANNESS II
It-tabella tal-korrelazzjoni
|
Ir-Regolament (KEE) Nru 645/75 |
Dan ir-Regolament |
|
L-Artikolu 1 |
L-Artikolu 1 |
|
L-Artikolu 2(1) |
L-Artikolu 2 |
|
L-Artikolu 2(2) |
|
|
L-Artikolu 2a |
L-Artikolu 11 |
|
L-Artikolu 3 |
L-Artikolu 3 |
|
L-Artikolu 4 |
L-Artikolu 4 |
|
L-Artikolu 5 |
L-Artikolu 5 |
|
— |
L-Artikolu 6 |
|
— |
L-Artikolu 7 |
|
L-Artikolu 6 |
L-Artikolu 8(1) |
|
L-Artikolu 7 |
L-Artikolu 9 |
|
L-Artikolu 8 |
L-Artikolu 10 |
|
L-Artikolu 9 |
— |
|
L-Artikolu 10 |
L-Artikolu 12 |
|
L-Artikolu 11 |
L-Artikolu 13 |
|
L-Artikolu 12 |
L-Artikolu 14 |
( 1 ) ĠU C 172, ta' l-1.9.1966, p. 3025/66.
( 2 ) ĠU L 197, tas-26.7.1988, p. 1.
( 3 ) ĠU L 148, tat-28.6.1968, p. 13.
( 4 ) ĠU L 110, tad-29.4.1988, p. 27.
( 5 ) ĠU L 231, ta' l-14.10.1971, p. 1.
( 6 ) ĠU L 172, tas-27.6.1974, p. 9.
( 7 ) ĠU L 281, ta' l-1.11.1975, p. 1.
( 8 ) ĠU L 197, tas-26.7.1988, p. 16.
( 9 ) ĠU L 281, tad-9.11.1975, p. 57.
( 10 ) ĠU L 94, tad-9.4.1986, p. 6.
( 11 ) ĠU L 281, ta' l-1.11.1975, p. 82.
( 12 ) ĠU L 303, tat-28.11.1977, p. 1.
( 13 ) ĠU L 166, tal-25.6.1976, p. 1.
( 14 ) ĠU L 197, tas-26.7.1988, p. 27.
( 15 ) ĠU L 166, tal-25.6.1976, p. 39.
( 16 ) ĠU L 49, tas-27.2.1986, p. 1.
( 17 ) ĠU L 198, tas-26.7.1988, p. 21.
( 18 ) ĠU L 73, tal-21.3.1977, p. 26.
( 19 ) ĠU L 177, ta' l-1.7.1981, p. 4.
( 20 ) ĠU L 201, tas-27.7.1988, p. 65.
( 21 ) ĠU L 145, tat-30.5.1986, p. 8.
( 22 ) ĠU L 67, ta' l-14.3.1975, p. 16.
( 23 ) ĠU L 351, tat-12.12.1986, p. 1.
( 24 ) ĠU L 201, tat-22.7.1987, p. 15.
( 25 ) ĠU L 361, tad-29.12.1988, p. 2.
( 26 ) ĠU L 107, tat-22.4.1987, p. 1.
( 27 ) ĠU L 132, tat-28.5.1988, p. 67.
( 28 ) ĠU L 351, ta' l-14.12.1987, p. 1.
( 29 ) ĠU L 105, tat-23.4.1983, p. 1.
( 30 ) ĠU L 62, ta' l-10.3.1980, p. 5.
( 31 ) ĠU Nru L 302, tad-19.10.1992, p. 1.
( 32 ) ĠU Nru L 253, tal-11 10. 1993, p.1.
( 33 ) ĠU L 262, tas-26.9.1990, p. 1.
( 34 ) ĠU L 132, tas-16.3.1992, p. 1.
( 35 ) ĠU L 326, tat-12.11.1992, p. 11.
( 36 ) ĠU L 175, tat-12.7.1979, p. 1.
( 37 ) ĠU L 331, tat-2.12.1988, p. 1.