31992L0037



Official Journal L 154 , 05/06/1992 P. 0030 - 0031
Finnish special edition: Chapter 15 Volume 11 P. 0046
Swedish special edition: Chapter 15 Volume 11 P. 0046


Id-DIRETTIVA TAL-KUMMISSJONI 92/37/KEE

tat-30 ta' APRIL 1992

li taddatta għall-progress tekniku għas-sittax-il darba d-Direttiva 67/548/KEE rigward l-approssimazzjoni tal-liġijiet, tar-regolamenti u tad-dispożizzjonijiet amministrattivi dwar il-klassifikazzjoni, l-imballaġġ u l-ittikkettjar ta' sustanzi perikolużi

IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ekonomika Ewropea

Wara li kkunsidrat id-Direttiva tal-Kunsill 67/548/KEE tas-27 ta' Ġunju 1967 rigward l-approssimazzjoni tal-liġijiet, tar-regolamenti u tad-dispożizzjonijiet amministrattivi dwar il-klassifikazzjoni, l-imballaġġ u l-ittikkettjar ta' sustanzi perikolużi ([1]), kif l-aħħar emendata bid-Direttiva 92/32/KEE ([2]

), u partikolarment l-Artikolu 19 tagħha,

Billi l-Anness I tad-Direttiva 67/548/KEE għandha lista ta' sustanzi perikolużi, flimkien ma' dettalji tal-proċeduri ta' klassifikazzjoni u l-ittikkettjar għal kull sostanza; billi eżami tal-lista ta' sustanzi perikolużi notifikati fl-Anness I wera li l-lista tenħtieġ li tkun adattata fid-dawl ta' l-għarfien preżenti xjentifiku u tekniku; billi jeħtieġ li jiżdiedu ma' din il-lista numru ta' sustanzi notifikati lill-Kummissjoni skond id-Direttiva;

Billi d-dispożizzjonijiet ta' din id-Direttiva huma skond l-opinjoni tal-Kumitat ta' Adattament għall-Progress Tekniku tad-Direttiva għall-Eliminazzjoni ta' Ostakoli Tekniċi għall-Kummerċ f'Sustanzi u Preparazzjonijiet Perikolużi,

ADOTTAT DIN ID-DIRETTIVA:

Artikolu 1

L-Anness I tad-Direttiva 67/548/KEE huwa emendata kif ġej:

1. Il-paragrafi fl-Anness I ta' din id-Direttiva jibdlu l-paragrafi korrispondenti fl-Anness I.

2. Il-paragrafi fl-Anness II ta' din id-Direttiva huma inklużi għall-ewwel darba fl-Anness I.

Artikolu 2

1. Mhux aktar tard mill-1 ta' Novembru 1993 l-Istati Membri għandhom jimplimentaw il-liġijiet, ir-regolamenti u d-dispożizzjonijiet amministrattivi meħtieġa biex iħarsu din id-Direttiva. L-Istati Membri għandhom jinfurmaw b'dan lill-Kummissjoni minnufih.

2. Meta l-Istati Membri jadottaw dawn id-dispożizzjonijiet, dawn għandhom ikollhom referenza għal din id-Direttiva jew għandhom ikunu akkumpanjati b'din ir-referenza fiż-żmien tal-pubblikazzjoni uffiċjali tagħhom. Il-proċedura għal din ir-referenza għandha tkun adottata mill-Istati Membri.

Artikolu 3

Din id-Direttiva hija indirizzata lill-Istati Membri.

Magħmula fi Brussel, it-30 ta' April 1992.

Għall-Kummissjoni

Carlo Ripa di Meana

Membru tal-Kummissjoni

L-ANNESS I u L-ANNESS II

Dawn l-Annessi għandhom ikunu ppubblikati fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Komunitajiet Ewropej Nru L 154 A

(Ara l-avviż ippubblikat fuq in-naħa ta' ġewwa tal-qoxra ta' wara ta' dan il-Ġurnal Uffiċjali.)

[1] ĠU C 196, tas-16.8.1967, p. 1.

[2] Ara paġna 1 ta' dan il-Ġurnal Uffiċjali.