|
28.12.2020 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 438/7 |
IR-REGOLAMENT TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2020/2204
tat-22 ta’ Diċembru 2020
li jemenda l-Annessi I u II tar-Regolament (UE) Nru 206/2010 fir-rigward tal-entrati għar-Renju Unit u d-Dipendenzi tal-Kuruna fil-listi ta’ pajjiżi terzi, territorji jew partijiet minnhom, awtorizzati għall-introduzzjoni fl-Unjoni ta’ ċerti annimali u laħam frisk
(Test b’rilevanza għaż-ŻEE)
IL-KUMMISSJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidrat id-Direttiva tal-Kunsill 92/65/KEE tat-13 ta’ Lulju 1992 li tistabbilixxi l-ħtiġijiet dwar saħħa tal-annimali li jirregolaw il-kummerċ ta’, u l-importazzjoni fil-Komunità ta’ annimali, semen, ova u embrijuni mhux suġġetti għal ħtiġijiet ta’ saħħa tal-annimali meħtieġa f’regoli speċifiċi tal-Komunità li hemm referenza għalihom fl-Anness A(I) tad-Direttiva 90/425/KEE (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 17(3)(a) u l-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 17(3)(c) tagħha,
Wara li kkunsidrat id-Direttiva tal-Kunsill 2002/99/KE tas-16 ta’ Diċembru 2002 li tistabbilixxi r-regoli sanitarji għall-annimali u li jiddeterminaw il-produzzjoni, l-ipproċessar, id-distribuzzjoni u l-introduzzjoni ta’ prodotti li joriġinaw mill-annimali u li huma għall-konsum uman (2), u b’mod partikolari l-frażi introduttorja u l-punti (1) u (4) tal-Artikolu 8, u l-frażi introduttorja u l-punt (c) tal-Artikolu 9(4) tagħha,
Wara li kkunsidrat id-Direttiva tal-Kunsill 2004/68/KE tas-26 ta’ April 2004 li tistabbilixxi r-regoli tas-saħħa ta' l-annimali għall-importazzjoni lejn u t-transitu matul il-Komunità għal ċerti annimali ungulati ħajjin, u temenda d-Direttivi 90/426/KEE u 92/65/LEE u tħassar id-Direttiva 72/462/KEE (3), u b’mod partikolari l-ewwel u t-tieni subparagrafi tal-Artikolu 3(1) u l-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 6(1) tagħha,
Billi:
|
(1) |
Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 206/2010 (4) jistabbilixxi listi ta’ pajjiżi terzi, territorji jew partijiet minnhom, awtorizzati għall-introduzzjoni fl-Unjoni ta’ ċerti annimali u laħam frisk u r-rekwiżiti taċ-ċertifikati veterinarji. Jipprevedi li l-konsenji ta’ annimali ungulati u l-laħam frisk ta’ dawk l-annimali maħsuba għall-konsum mill-bniedem, jeħtieġ jiġu introdotti biss fl-Unjoni minn pajjiżi terzi li jikkonformaw mal-kundizzjonijiet stabbiliti f’dak ir-Regolament. B’mod partikolari, il-Parti 1 tal-Anness I tar-Regolament (UE) Nru 206/2010 telenka l-pajjiżi terzi, it-territorji u l-partijiet minnhom awtorizzati għall-introduzzjoni fl-Unjoni ta’ konsenji ta’ annimali ungulati, għajr l-equidae, filwaqt li l-Parti 1 tal-Anness II tiegħu telenka l-pajjiżi terzi, it-territorji u l-partijiet minnhom awtorizzati għall-introduzzjoni fl-Unjoni ta’ konsenji ta’ laħam frisk ta’ annimali ungulati, inkluż l-equidae. |
|
(2) |
Ir-Renju Unit ipprovda l-garanziji neċessarji meħtieġa mir-Regolament (UE) Nru 206/2010 sabiex ir-Renju Unit u d-Dipendenzi tal-Kuruna ta’ Guernsey, Isle of Man u Jersey jiġu elenkati fil-Parti 1 tal-Anness I tar-Regolament (UE) Nru 206/2010 u fil-Parti 1 tal-Anness II tiegħu, wara t-tmiem tal-perjodu ta’ tranżizzjoni previst fil-Ftehim dwar il-ħruġ tar-Renju Unit tal-Gran Brittanja u l-Irlanda ta’ Fuq mill-Unjoni Ewropea u mill-Komunità Ewropea tal-Enerġija Atomika (il-Ftehim dwar il-ħruġ), mingħajr preġudizzju għall-applikazzjoni tad-dritt tal-Unjoni għar-Renju Unit u fih fir-rigward tal-Irlanda ta’ Fuq, f’konformità mal-Artikolu 5(4) tal-Protokoll dwar l-Irlanda/l-Irlanda ta’ Fuq tal-Ftehim dwar il-ħruġ, flimkien mal-Anness 2 ta’ dak il-Protokoll. Filwaqt li jitqiesu l-garanziji pprovduti mir-Renju Unit, dak il-pajjiż terz u d-Dipendenzi tal-Kuruna jenħtieġ li jiġu inklużi fil-Parti 1 tal-Anness I tar-Regolament (UE) Nru 206/2010 u fil-Parti 1 tal-Anness II tiegħu. |
|
(3) |
F’konformità mar-rekwiżiti tas-saħħa għall-importazzjonijiet stabbiliti fl-Artikolu 13(2) tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2015/1375 (5), pajjiż terz jista’ japplika biss għad-derogi mill-ittestjar għat-Trichinella previsti fl-Artikolu 3(2) u (3) ta’ dak ir-Regolament, jekk ikun informa lill-Kummissjoni bl-applikazzjoni ta’ dawk id-derogi u jekk ikun elenkat għal dak l-iskop, inter alia, fl-Annessi rilevanti tar-Regolament (UE) Nru 206/2010. Fl-4 ta’ Diċembru 2020, ir-Renju Unit informa lill-Kummissjoni bl-intenzjoni tiegħu li japplika deroga mill-ittestjar għat-Trichinella għall-ħnieżer tal-ħalib domestiċi li għandhom inqas minn ħames ġimgħat, f’konformità mal-Artikolu 3(2) tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2015/1375. Għalhekk, jenħtieġ li r-Renju Unit jiġi elenkat fil-Parti 1 tal-Anness I tar-Regolament (UE) Nru 206/2010 bħala pajjiż terz li japplika t-tali deroga għal ċerti majjali ħajjin u laħamhom. Ir-Renju Unit huwa l-uniku pajjiż terz li s’issa talab għal deroga mill-ittestjar għat-Trichinella. |
|
(4) |
Għalhekk, l-Annessi I u II tar-Regolament (UE) Nru 206/2010 jenħtieġ li jiġu emendati skont dan. |
|
(5) |
Peress li l-perjodu ta’ tranżizzjoni previst fil-Ftehim dwar il-ħruġ jintemm fil-31 ta’ Diċembru 2020, dan ir-Regolament jenħtieġ li japplika mill-1 ta’ Jannar 2021. |
|
(6) |
Il-miżuri previsti f’dan ir-Regolament huma f’konformità mal-opinjoni tal-Kumitat Permanenti dwar il-Pjanti, l-Annimali, l-Ikel u l-Għalf, |
ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
L-Annessi I u II tar-Regolament (UE) 206/2010 huma emendati f’konformità mal-Anness ta’ dan ir-Regolament.
Artikolu 2
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fit-tielet jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Għandu japplika mill-1 ta’ Jannar 2021.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fi Brussell, it-22 ta’ Diċembru 2020.
Għall-Kummissjoni
Il-President
Ursula VON DER LEYEN
(1) ĠU L 268, 14.9.1992, p. 54.
(2) ĠU L 18, 23.1.2003, p. 11.
(3) ĠU L 139, 30.4.2004, p. 320.
(4) Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 206/2010 tat-12 ta’ Marzu 2010 li jistabbilixxi listi ta’ pajjiżi terzi, territorji jew partijiet minnhom awtorizzati għall-introduzzjoni fl-Unjoni Ewropea ta’ annimali partikulari u laħam frisk u r-rekwiżiti relatati maċ-ċertifikazzjoni veterinarja (ĠU L 73, 20.3.2010, p.1).
(5) Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2015/1375 tal-10 ta’ Awwissu 2015 li jistabbilixxi regoli speċifiċi dwar kontrolli uffiċjali għat-Trichinella fil-laħam (ĠU L 212 11.8.2015, p. 7).
ANNESS
L-Annessi I u II tar-Regolament (UE) Nru 206/2010 huma emendati kif ġej:
|
(1) |
fl-Anness I, il-Parti 1 hija emendata kif ġej:
|
|
(2) |
l-Anness II huwa emendat kif ġej:
|