|
31.7.2018 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 194/142 |
DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL (PESK) 2018/1083
tat-30 ta' Lulju 2018
li temenda l-Azzjoni Konġunta 2008/851/PESK dwar l-operazzjoni militari tal-Unjoni Ewropea bil-ħsieb ta' kontribut għad-deterrenza, il-prevenzjoni u t-trażżin tal-atti ta' piraterija u ta' serq bl-użu tal-armi 'l barra mix-xtut tas-Somalja
IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidra t-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea, u b'mod partikolari l-Artikolu 42(4) u l-Artikolu 43(2) tiegħu,
Wara li kkunsidra l-proposta mir-Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta' Sigurtà,
Billi:
|
(1) |
Fl-10 ta' Novembru 2008, il-Kunsill adotta l-Azzjoni Konġunta 2008/851/PESK (1) li tistabbilixxi l-operazzjoni militari Atalanta tal-UE (“Atalanta”). |
|
(2) |
Fit-28 ta' Novembru 2016, id-Deċiżjoni tal-Kunsill (PESK) 2016/2082 (2) emendat l-Azzjoni Konġunta 2008/851/PESK u estendiet Atalanta sal-31 ta' Diċembru 2018. |
|
(3) |
Ir-rieżami strateġiku ta' Atalanta fl-2018 wassal għall-konklużjoni li l-mandat ta' Atalanta jenħtieġ li jiġi estiż sal-31 ta' Diċembru 2020. |
|
(4) |
Fid-29 ta' Marzu 2017, ir-Renju Unit tal-Gran Brittanja u l-Irlanda ta' Fuq innotifika lill- Kunsill Ewropew, f'konformità mal-Artikolu 50(2) tat-Trattat, bl-intenzjoni tiegħu li joħroġ mill-Unjoni Ewropea. |
|
(5) |
B'konsiderazzjoni tal-Artikolu 50(3) tat-Trattat jenħtieġ li jinħatar Kmandant tal-Operazzjoni tal-UE ġdid u jintgħażlu Kwartieri Ġenerali tal-Operazzjoni tal-UE ġodda, inkluż iċ-Ċentru għas-Sigurtà Marittima tal-Qarn tal-Afrika (MSCHOA) mid-29 ta' Marzu 2019 f'12.00 CET. |
|
(6) |
Fid-19 ta' Ġunju 2018, il-Kumitat Politiku u ta' Sigurtà qabel mal-offerta ta' Spanja u Franza rigward it-trasferiment tal-istrutturi ta' kmand u kontroll ta' Atalanta. |
|
(7) |
Jenħtieġ li l-Istati Membri li jagħmlu disponibbli l-istrutturi l-ġodda ta' kmand jibbenefikaw mill-fondi għall-ispejjeż komuni skont id-Deċiżjoni tal-Kunsill (PESK) 2015/528 (3) li tistabbilixxi mekkaniżmu sabiex jiġi amministrat il-finanzjament tal-ispejjeż komuni tal-operazzjonijiet tal-Unjoni li jkollhom implikazzjonijiet militari jew ta' difiża. |
|
(8) |
Jenħtieġ li l-Azzjoni Konġunta 2008/851/PESK tiġi emendata skont dan. |
|
(9) |
F'konformità mal-Artikolu 5 tal-Protokoll Nru 22 dwar il-pożizzjoni tad-Danimarka, anness mat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea u mat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, id-Danimarka ma tiħux sehem fl-elaborazzjoni u fl-implimentazzjoni ta' deċiżjonijiet u azzjonijiet tal-Unjoni li għandhom implikazzjonijiet ta' difiża. Id-Danimarka ma tiħux sehem fl-implimentazzjoni ta' din d-Deċiżjoni u ma tikkontribwixxix għall-finanzjament ta' din l-operazzjoni, |
ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:
Artikolu 1
L-Azzjoni Konġunta 2008/851/PESK hija b'dan emendata kif ġej:
|
(1) |
L-Artikolu 3 huwa sostitwit b'dan li ġej: “Artikolu 3 Ħatra tal-Kmandant tal-Operazzjoni tal-UE Il-Viċi Ammirall Antonio MARTORELL LACAVE huwa b'dan maħtur Kmandant tal-Operazzjoni tal-UE biex jieħu post il-Maġġur Ġeneral Charlie STICKLAND OBE RM mid-29 ta' Marzu 2019 f'12:00 CET.”. |
|
(2) |
L-Artikolu 4 huwa sostitwit b'dan li ġej: “Artikolu 4 Għażla tal-Kwartieri Ġenerali tal-Operazzjoni tal-UE 1. Il-Kwartieri Ġenerali tal-Operazzjoni tal-UE għandhom ikunu jinsabu f'Northwood, ir-Renju Unit, sad-29 ta' Marzu 2019 f'12:00 CET. 2. Mid-29 ta' Marzu 2019 f'12:00 CET, il-Kwartieri Ġenerali tal-Operazzjoni tal-UE għandhom ikunu jinsabu f'Rota, Spanja, bl-eċċezzjoni taċ-Ċentru għas-Sigurtà Marittima għall-Qarn tal-Afrika (MSCHOA), li għandu jkun jinsab fi Brest, Franza.”. |
|
(3) |
Fl-Artikolu 14, jiżdied il-paragrafu li ġej: “6. L-ammont ta' referenza finanzjarja għall-ispejjeż komuni tal-operazzjoni militari tal-UE għall-perijodu bejn l-1 ta' Jannar 2019 sal-31 ta' Diċembru 2020 għandu jkun ta' EUR 11 777 000. Il-persentaġġ tal-ammont ta' referenza msemmi fl-Artikolu 25(1) tad-Deċiżjoni (PESK) 2015/528 għandu jkun ta' 0 %.”. |
|
(4) |
Jiddaħħal l-Artikolu li ġej: “Artikolu 14 a Arranġamenti finanzjarji tranżitorji 1. Mill-1 ta' Settembru 2018, l-infiq imġarrab mill-Kmandant tal-Operazzjoni tal-UE maħtur fl-Artikolu 3 u mill-Kwartieri Ġenerali tal-Operazzjoni tal-UE imsemmija fl-Artikolu 4(2) għandu jkun iffinanzjat f'konformità mad-Deċiżjoni (PESK) 2015/528. 2. Il-Kunsill b'dan jawtorizza lil Spanja u lil Franza biex jiffinanzjaw minn qabel l-ispejjeż komuni mġarrba skont il-paragrafu 1 u jitolbu rimborż għalihom f'konformità mal-Artikolu 27 tad-Deċiżjoni tal-Kunsill (PESK) 2015/528.”. |
|
(5) |
Fl-Artikolu 16, il-paragrafu 3 huwa sostitwit b'dan li ġej: “3. L-operazzjoni tal-UE għandha tintemm fil-31 ta' Diċembru 2020.”. |
Artikolu 2
Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fid-data tal-adozzjoni tagħha.
Magħmul fi Brussell, it-30 ta' Lulju 2018.
Għall-Kunsill
Il-President
G. BLÜMEL
(1) Azzjoni Konġunta tal-Kunsill 2008/851/PESK tal-10 ta' Novembru 2008 dwar l-operazzjoni militari tal-Unjoni Ewropea bil-ħsieb ta' kontribut għad-deterrenza, il-prevenzjoni u t-trażżin tal-atti ta' piraterija u ta' serq bl-użu tal-armi 'l barra mix-xtut tas-Somalja (ĠU L 301, 12.11.2008, p. 33).
(2) Deċiżjoni tal-Kunsill (PESK) 2016/2082 tat-28 ta' Novembru 2016 li temenda l-Azzjoni Konġunta 2008/851/PESK dwar l-operazzjoni militari tal-Unjoni Ewropea bil-ħsieb ta' kontribut għad-deterrenza, il-prevenzjoni u t-trażżin tal-atti ta' piraterija u ta' serq bl-użu tal-armi 'l barra mix-xtut tas-Somalja (ĠU L 321, 29.11.2016, p. 53).
(3) Deċiżjoni tal-Kunsill (PESK) 2015/528 tas-27 ta' Marzu 2015 li tistabbilixxi mekkaniżmu sabiex jiġi amministrat il-finanzjament tal-ispejjeż komuni tal-operazzjonijiet tal-Unjoni Ewropea li jkollhom implikazzjonijiet militari jew ta' difiża (Athena) u li tħassar id-Deċiżjoni 2011/871/PESK (ĠU L 84, 28.3.2015, p. 39).