|
1.12.2020 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 402/36 |
REGOLAMENT TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2020/1797
tat-30 ta’ Novembru 2020
dwar l-awtorizzazzjoni tal-L-valina magħmula minn Escherichia coli KCCM 80159 bħala addittiv tal-għalf għall-ispeċijiet kollha tal-annimali
(Test b’rilevanza għaż-ŻEE)
IL-KUMMISSJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament (KE) Nru 1831/2003 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-22 ta’ Settembru 2003 fuq l-addittivi għall-użu fl-għalf tal-annimali (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 9(2) tiegħu,
Billi:
|
(1) |
Ir-Regolament (KE) Nru 1831/2003 jipprevedi l-awtorizzazzjoni tal-addittivi għall-użu fin-nutrizzjoni tal-annimali u jipprevedi r-raġunijiet u l-proċeduri għall-għoti ta’ din l-awtorizzazzjoni. |
|
(2) |
F’konformità mal-Artikolu 7 tar-Regolament (KE) Nru 1831/2003, tressqet applikazzjoni għall-awtorizzazzjoni tal-L-valina. Mal-applikazzjoni nehmżu d-dettalji u d-dokumenti meħtieġa skont l-Artikolu 7(3) ta’ dak ir-Regolament. |
|
(3) |
L-applikazzjoni tikkonċerna l-awtorizzazzjoni tal-L-valina magħmula minn Escherichia coli KCCM 80159 bħala addittiv tal-għalf għall-ispeċijiet kollha tal-annimali, biex tiġi klassifikata fil-kategorija tal-addittivi “addittivi nutrittivi”, grupp funzjonali “l-amminoaċidi, l-imluħa u l-analogi tagħhom”. |
|
(4) |
Fl-opinjoni tagħha tat-18 ta’ Marzu 2020 (2), l-Awtorità Ewropea dwar is-Sigurtà fl-Ikel (“l-Awtorità”) kkonkludiet li skont il-kundizzjonijiet tal-użu proposti, l-L-valina magħmula minn Escherichia coli KCCM 80159, meta ssupplimentata mad-dieti b’ammonti xierqa, ma tħallix effetti negattivi fuq is-saħħa tal-annimali, fuq is-saħħa tal-bniedem jew fuq l-ambjent. Barra minn hekk, l-Awtorità kkonkludiet li din hi meqjusa bħala sors effikaċi tal-amminoaċidu L-valina essenzjali għan-nutrizzjoni tal-annimali u li biex tkun effikaċi fir-ruminanti, l-addittiv jenħtieġ jiġi protett mid-degradazzjoni fil-kirxa. L-Awtorità ma jidhrilhiex li hemm bżonn rekwiżiti speċifiċi għal monitoraġġ ta’ wara t-tqegħid fis-suq. Ivverifikat ukoll ir-rapporti dwar il-metodu tal-analiżi tal-addittiv tal-għalf fl-għalf, imressqa mil-Laboratorju ta’ Referenza stabbilit mir-Regolament (KE) Nru 1831/2003. |
|
(5) |
Il-valutazzjoni tal-L-valina magħmula minn Escherichia coli KCCM 80159 turi li l-kundizzjonijiet għall-awtorizzazzjoni, kif previsti fl-Artikolu 5 tar-Regolament (KE) Nru 1831/2003, huma ssodisfati. Għaldaqstant, l-użu ta’ din is-sustanza jenħtieġ jiġi awtorizzat kif speċifikat fl-Anness ta’ dan ir-Regolament. |
|
(6) |
Il-miżuri previsti f’dan ir-Regolament huma skont l-opinjoni tal-Kumitat Permanenti dwar il-Pjanti, l-Annimali, l-Ikel u l-Għalf, |
ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
Is-sustanza speċifikata fl-Anness, li hi fil-kategorija tal-addittivi “addittivi nutrittivi” u l-grupp funzjonali “l-amminoaċidi, l-imluħa u l-analogi tagħhom”, hi awtorizzata bħala addittiv tal-għalf fin-nutrizzjoni tal-annimali soġġett għall-kundizzjonijiet stabbiliti f’dak l-Anness.
Artikolu 2
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fi Brussell, it-30 ta’ Novembru 2020.
Għall-Kummissjoni
Il-President
Ursula VON DER LEYEN
(1) ĠU L 268, 18.10.2003, p. 29.
(2) L-EFSA Journal 2020;18(4):6074.
ANNESS
|
Numru ta’ identifikazzjoni tal-addittiv |
Isem id-detentur tal-awtorizzazzjoni |
Addittiv |
Kompożizzjoni, formula kimika, deskrizzjoni, metodu analitiku |
Speċi jew kategorija tal-annimal |
Età massima |
Kontenut minimu |
Kontenut massimu |
Dispożizzjonijiet oħra |
Tmiem il-perjodu ta’ awtorizzazzjoni |
||||||
|
mg/kg ta’ għalf sħiħ b’kontenut ta’ ndewwa ta’ 12 % |
|||||||||||||||
|
Kategorija ta’ addittivi nutrittivi Grupp funzjonali: l-amminoaċidi, l-imluħa u l-analogi tagħhom. |
|||||||||||||||
|
3c370 |
— |
L-valina |
Kompożizzjoni tal-addittiv Trab b’kontenut minimu tal-L-valina ta’ 98 % (abbażi ta’ materja niexfa) u kontenut massimu ta’ ilma ta’ 1,5 % |
L-ispeċijiet kollha |
— |
|
|
|
21.12.2030 |
||||||
|
Karatterizzazzjoni tas-sustanza attiva L-valina (aċidu (2S)-2-amino-3-metilbutanojku) magħmula minn Escherichia coli KCCM 80159 Formula kimika: C5H11NO2 Numru CAS: 72-18-4 |
|||||||||||||||
|
Metodu analitiku (1) Għall-identifikazzjoni tal-L-valina fl-addittiv tal-għalf:
Għall-kwantifikazzjoni tal-L-valina fl-addittiv tal-għalf:
Għall-kwantifikazzjoni tal-valina fit-taħlitiet lesti minn qabel, fil-materjali tal-għalf u fl-għalf kompost:
|
|||||||||||||||
(1) Id-dettalji dwar il-metodi analitiċi jinsabu fl-indirizz tal-Laboratorju ta’ Referenza li ġej: https://ec.europa.eu/jrc/en/eurl/feed-additives/evaluation-reports
(2) Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 152/2009 tas- 27 ta' Jannar 2009 li jistabbilixxi l-metodi ta' teħid ta' kampjuni u analiżi għall-kontroll uffiċjali tal-għalf (ĠU L 54, 26.2.2009, p. 1).