European flag

Il-Ġurnal Uffiċjali
ta'l-Unjoni Ewropea

MT

Is-serje L


2025/2010

3.10.2025

DEĊIŻJONI TAL-KUMITAT POLITIKU U TA’ SIGURTÀ (PESK) 2025/2010

tal-25 ta’ Settembru 2025

dwar il-ħatra tal-Kmandant tal-Forza tal-Missjoni tal-UE tal-Missjoni ta’ Taħriġ Militari tal-PSDK tal-Unjoni Ewropea fir-Repubblika Ċentru-Afrikana (EUTM RCA) u li tħassar id-Deċiżjoni (PESK) 2024/2192 (EUTM RCA/1/2025)

IL-KUMITAT POLITIKU U TA’ SIGURTÀ,

Wara li kkunsidra t-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikolu 38 tiegħu,

Wara li kkunsidra d-Deċiżjoni tal-Kunsill (PESK) 2016/610 tad-19 ta’ April 2016 dwar Missjoni ta’ Taħriġ Militari tal-PSDK tal-Unjoni Ewropea fir-Repubblika Ċentru-Afrikana (EUTM RCA) (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 5(1) tagħha,

Billi:

(1)

Skont l-Artikolu 5(1) tad-Deċiżjoni tal-Kunsill (PESK) 2016/610, il-Kumitat Politiku u ta’ Sigurtà (KPS) għandu jħaddem il-kontroll politiku u d-direzzjoni strateġika tal-Missjoni Militari tal-PSDK tal-Unjoni Ewropea fir-Repubblika Ċentru-Afrikana (EUTM RCA), u huwa awtorizzat li jieħu d-deċiżjonijiet rilevanti f’konformità mal-Artikolu 38 tat-Trattat, inkluż deċiżjonijiet dwar il-ħatra ta’ Kmandanti sussegwenti tal-Forza tal-Missjoni tal-UE.

(2)

Fis-27 ta’ Awwissu 2024, il-KPS adotta d-Deċiżjoni (PESK) 2024/2192 (2), li taħtar lill-Brigadier Ġeneral Nicolae-Gabriel OROS bħala l-Kmandant tal-Forza tal-Missjoni tal-UE ta’ EUTM RCA.

(3)

Fil-5 ta’ Awwissu 2025, l-awtoritajiet militari Rumeni pproponew il-ħatra tal-Brigadier Ġeneral Claudiu-Mădălin TAMAȘ biex jieħu post il-Brigadier Ġeneral Nicolae-Gabriel OROS bħala Kmandant tal-Forza tal-Missjoni tal-UE ta’ EUTM RCA.

(4)

Fit-8 ta’ Awwissu 2025, il-Kmandant tal-Missjoni tal-UE appoġġa l-proposta li saret mill-awtoritajiet militari Rumeni.

(5)

Fl-14 ta’ Awwissu 2025, il-Kumitat Militari tal-UE rrakkomanda li l-Brigadier Ġeneral Claudiu-Mădălin TAMAȘ jinħatar bħala Kmandant tal-Forza tal-Missjoni tal-UE ta’ EUTM RCA mit-30 ta’ Settembru 2025.

(6)

Jenħtieġ li tittieħed deċiżjoni dwar il-ħatra tal-Brigadier Ġeneral Claudiu-Mădălin TAMAȘ bħala l-Kmandant tal-Forza tal-Missjoni ta’ EUTM RCA u jenħtieġ li d-Deċiżjoni (PESK) 2024/2192 titħassar,

ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

Il-Brigadier Ġeneral Claudiu-Mădălin TAMAȘ huwa b’dan maħtur il-Kmandant tal-Forza tal-Missjoni tal-UE tal-Missjoni ta’ Taħriġ Militari tal-PSDK tal-Unjoni Ewropea fir-Repubblika Ċentru-Afrikana (EUTM RCA) mit-30 ta’ Settembru 2025.

Artikolu 2

Id-Deċiżjoni (PESK) 2024/2192 hija b’dan imħassra.

Artikolu 3

Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fit-30 ta’ Settembru 2025.

Magħmul fi Brussell, il-25 ta’ Settembru 2025.

Għall-Kumitat Politiku u ta’ Sigurtà

Il-President

D. PRONK


(1)   ĠU L 104, 20.4.2016, p. 21, ELI: http://data.europa.eu/eli/dec/2016/610/oj.

(2)  Id-Deċiżjoni tal-Kumitat Politiku u ta’ Sigurtà (PESK) 2024/2192 tas-27 ta’ Awwissu 2024 dwar il-ħatra tal-Kmandant tal-Forza tal-Missjoni tal-UE tal-Missjoni ta’ Taħriġ Militari tal-PSDK tal-Unjoni Ewropea fir-Repubblika Ċentru-Afrikana (EUTM RCA) u li tħassar id-Deċiżjoni (PESK) 2023/2112 (EUTM RCA/1/2024) (ĠU L, 2024/2192, 7.9.2024, ELI: http://data.europa.eu/eli/dec/2024/2192/oj).


ELI: http://data.europa.eu/eli/dec/2025/2010/oj

ISSN 1977-074X (electronic edition)