|
Il-Ġurnal Uffiċjali |
MT Is-serje C |
|
C/2026/3907 |
16.7.2026 |
Avviż għall-attenzjoni ta' ċerti persuni koperti mill-miżuri restrittivi previsti fl-Anness tad-Deċiżjoni tal-Kunsill 2014/145/PESK u fl-Anness I tar-Regolament tal-Kunsill (UE) Nru 269/2014 dwar miżuri restrittivi fir-rigward ta' azzjonijiet li jdgħajfu jew jheddu l-integrità territorjali, is-sovranità u l-indipendenza tal-Ukrajna
(C/2026/3907)
L-informazzjoni li ġejja qed tinġieb għall-attenzjoni ta' Nelli Akopovna ZADIRAKA (1106), Dmitry Aleksandrovich KHOROSHILOV (1107), Andrei Fiodorovich SOPELNIK (1108), u Azatbek Asanbekovich OMURBEKOV (1111), bħala persuni li jidhru fl-Anness tad-Deċiżjoni tal-Kunsill 2014/145/PESK u fl-Anness I tar-Regolament tal-Kunsill (UE) Nru 269/2014 dwar miżuri restrittivi fir-rigward ta' azzjonijiet li jdgħajfu jew jheddu l-integrità territorjali, is-sovranità u l-indipendenza tal-Ukrajna.
Il-Kunsill qed jipprevedi li jżomm il-miżuri restrittivi kontra l-persuni msemmijin hawn fuq b'dikjarazzjonijiet tar-raġunijiet emendati.
Dawn il-persuni u l-entitajiet huma b'dan infurmati li jistgħu jippreżentaw talba lill-Kunsill biex jiksbu l-informazzjoni relatata maż-żamma tad-deżinjazzjoni tagħhom, sal- 24 ta’ Lulju 2026 , fl-indirizz li ġej:
|
Kunsill tal-Unjoni Ewropea |
|
Segretarjat Ġenerali |
|
RELEX.1 Horizontal and Global Affairs |
|
Rue de la Loi/Wetstraat 175 |
|
1048 Bruxelles/Brussel |
|
BELGIQUE/BELGIË |
ELI: http://data.europa.eu/eli/C/2026/3907/oj
ISSN 1977-0987 (electronic edition)