|
30.6.2011 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 171/36 |
DEĊIŻJONI TAL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE
Nru 36/2011
tal-1 ta’ April 2011
li temenda l-Anness XIII (Trasport) tal-Ftehim taż-ŻEE
IL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE,
Wara li kkunsidra l-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea, kif emendat mill-Protokoll li jaġġusta l-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea, minn issa ‘l quddiem imsejjaħ “il-Ftehim”, u b’mod partikolari l-Artikolu 98 tiegħu,
Billi:
|
(1) |
L-Anness XIII tal-Ftehim ġie emendat bid-Deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE Nru 5/2011 tal-11 ta’ Frar 2011 (1). |
|
(2) |
Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 962/2010 tas-26 ta’ Ottubru 2010 li jemenda r-Regolament (KE) Nru 2042/2003 dwar il-kapaċità kontinwata li jintużaw fl-ajru [navigabbiltà] ta’ inġenji tal-ajru u prodotti, partijiet u tagħmir ajrunawtiku, u dwar l-approvazzjoni ta’ organizzazzjonijiet u persunal involut f’dan ix-xogħol (2) għandu jkun inkorporat fil-Ftehim, |
IDDEĊIEDA KIF ĠEJ:
Artikolu 1
L-inċiż li ġej għandu jiżdied mal-punt 66q (ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 2042/2003) tal-Anness XIII għall-Ftehim:
|
“— |
32010 R 0962: Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 962/2010 tas-26 ta’ Ottubru 2010 (ĠU L 281, 27.10.2010, p. 78).” |
Artikolu 2
It-testi tar-Regolament (UE) Nru 962/2010 fil-lingwa Islandiża u f’dik Norveġiża, li għandhom jiġu ppubblikati fis-Suppliment taż-ŻEE ta’ Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea, għandhom ikunu awtentiċi.
Artikolu 3
Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fit-2 ta’ April 2011, sakemm in-notifiki kollha taħt l-Artikolu 103(1) tal-Ftehim ikunu saru lill-Kumitat Konġunt taż-ŻEE (*1).
Artikolu 4
Din id-Deċiżjoni għandha tiġi ppubblikata fis-Sezzjoni taż-ŻEE, u fis-Suppliment taż-ŻEE, ta’ Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Magħmul fi Brussell, l-1 ta’ April 2011.
Għall-Kumitat Konġunt taż-ŻEE
L-Aġent President
Gianluca GRIPPA
(2) ĠU L 281, 27.10.2010, p. 78.
(*1) L-ebda rekwiżiti kostituzzjonali ma huma indikati.